ABBOZZ TA' RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (tfassil mill-ġdid)

9.9.2008 - (5722/3/2008 – C6‑0224/2008 – 2005/0238(COD)) - ***II

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Dominique Vlasto
PR_COD_2Recastingam

Proċedura : 2005/0238(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0335/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (tfassil mill-ġdid)

(57223/2008 – C6‑0224/2008 – 2005/0238(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5722/3/2008 – C6‑0224/2008),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu waqt l-ewwel qari [1]dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0588),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2008)0208),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-033508),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 4 a (ġdida)

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(4a) Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jistinkaw sabiex jieħdu l-passi meħtieġa biex jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, li fil-parti 5.2.1. tagħha tinkludi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-obbligi tal-Istat tal-port.

Ġustifikazzjoni

Din il-Konvenzjoni, li tikkodifika u taġġorna l-liġi internazzjonali dwar ix-xogħol marittimu u tikkontribwixxi għat-titjib tas-sikurezza fuq il-baħar, tinkludi dispożizzjonijiet applikabbli għall-kontroll mill-istat tal-port. Huwa mixtieq li dan jissemma' bil-ħsieb li l-Istati Membri jitħeġġu biex jirratifikawha kemm jista' jkun malajr.

Emenda  2

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 4 a (ġdida)

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(4a) L-Istati Membri għandhom jieħdu d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jadattaw il-liġi nazzjonali tagħhom għad-dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjoni tar-responsabilità tal-Konvenzjoni tal-1996.

 

Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawża C-188/071, jidher li l-kumpens għall-partijiet terzi fir-rigward ta' ħsara kkawżata mill-iskart jaqa' taħt il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" imfisser fid-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart2 u taħt id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta'April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali3, u dan jiftaħ it-triq għad-dritt li wieħed ikun ikkumpensat għat-totalità tal-ħsara kkawżata, anke fejn m'hemmx kopertura sħiħa u lil hinn mid-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-inkorporazzjoni ta' konvenzjonijiet.

 

1Deċiżjoni tal-24 ta' Ġunju 2008 (muniċipalità ta' Mesquer) - għadha mhix ippubblikata fil-Ġabra tal-Qorti tal-Ġustizzja.

 

2 ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39.

 

3 ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.

Ġustifikazzjoni

Il-proposti tal-Kummissjoni rigward il-kontroll mill-Istat tal-port u r-responsabilità ċivili tas-sidien tal-bastimenti huma żewġ elementi msemmija fit-"tielet pakkett dwar is-sigurtà marittima" u jikkostitwixxu sett ta' proposti interkonnessi.

B'konformità mal-Artikolu 62(2) tar-Regoli ta' Proċedura, din l-emenda għandha l-għan li tqis element legali ġdid, li feġġ wara l-ewwel qari, f'dan il-każ partikulari, id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ġunju 2008 fil-Kawża C-188/07.

Emenda  3

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 15

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(15) Vapuri li jżuru portijiet Komunitarji huma soġġetti għal spezzjonijiet perijodiċi u addizzjonali li jinkludu eżami ta' oqsma pre-identifikati għal kull vapur li ser ivarjaw skond it-tip ta' vapur, it-tip ta' spezzjoni u s-sejbiet ta' l-ispezzjonijiet tal-kontroll ta' l-Istat tal-port preċedenti. Id-database għall-ispezzjonijiet għandhatindika l-elementi biex ikunu identifikati l-oqsma ta' riskju li għandhom jiġu kkontrollati f'kull spezzjoni.

(15) L-ispezzjonijiet perjodiċi u addizzjonali għandhom jinkludu eżami ta' setturi preidentifikati għal kull vapur li se jvarjaw skont it-tip ta' vapur, it-tip ta' spezzjoni u s-sejbiet tal-ispezzjonijiet preċedenti tal-kontroll tal-Istat tal-port. Id-database għall-ispezzjonijiet għandha tindika l-elementi biex ikunu identifikati s-setturi ta' riskju li għandhom jiġu kkontrollati f'kull spezzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-frekwenza tal-ispezzjonijiet ma tiddeterminax il-kontenut tagħhom, li se jiddependi mit-tip ta' vapur, it-tip ta' spezzjoni u l-ispezzjonijiet preċedenti. Sabiex jiġi żgurat li l-ispezzjonijiet jiġu armonizzati b'mod effettiv, għandhom ikunu disponibbli listi tal-iċċekkjar.

Emenda  4

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 18

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(18) Sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-kontroll ta' l-istat tal-port jingħataw l-informazzjoni dwar il-vapuri fil-portijiet, l-awtoritajiet tal-port jew l-awtoritajiet jew il-korpi maħturin għal dak il-fini għandhom jgħaddu notifiki dwar il-wasliet tal-vapuri, kif appena jirċevuhom sakemm huwa possibbli, notevolment b'dipendenza fuq il-kapaċità tagħhom li jżommu riżorsi suffiċjenti barra s-sigħat normali tal-ftuħ ta' l-uffiċċji tagħhom.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni tippermetti li bastimenti ta' standard baxx jidħlu f'port bil-lejl.

Emenda  5

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 19

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(19) Ċerti vapuri jippreżentaw riskju ċar għas-sikurezza marittima u l-ambjent marittimu minħabba l-kondizzjoni fqira, il-prestazzjoni tal-bandiera u l-istorja tagħhom. Huwa għalhekk leġittimu għall-Komunità li tiddisswadi lil dawk il-vapuri milli jidħlu fil-portijiet ta' l-Istati Membri. Iċ-ċaħda ta' aċċess għandha tkun proporzjonata u tista' tirriżulta f'ċaħda indefinita ta' aċċess jekk l-operatur tal-vapur persistentement ma jiħux azzjoni korrettiva minkejja diversi ċaħdiet ta' aċċess u detenzjonijiet f'portijiet fil-Komunità. Din iċ-ċaħda indefinita ta' aċċess għandha titneħħa biss jekk jitwettqu numru ta' kondizzjonijiet maħsubin biex jiżguraw li l-vapur konċernat jista' jkun operat b'mod żgur fl-ilmijiet Komunitarji, partikolarment b'rabta ma' l-Istat tal-bandiera tal-vapur u tal-kumpanija tat-tmexxija. Fl-interessi tat-trasparenza, il-lista tal-vapuri li jinċaħdilhom l-aċċess għal portijiet fil-Komunità għandha ssir pubblika.

(19) Ċerti vapuri jippreżentaw riskju ċar għas-sikurezza marittima u l-ambjent tal-baħar minħabba l-kondizzjoni fqira, il-bandiera u l-istorja tagħhom. Għalhekk għandu jiċċaħħad l-aċċess ta' dawn il-vapuri għall-portijiet u l-ankraġġi Komunitarji, sakemm ma jkunx jista' jintwera li dawn jistgħu joperaw b'sikurezza fl-ibħra Komunitarji. Għandhom jiġu stabbiliti linji gwida li jistipulaw il-proċeduri applikabbli f'każ li tidħol fis-seħħ, jew titneħħa, projbizzjoni fuq l-aċċess ta' dan it-tip. Fl-interessi tat-trasparenza, il-lista tal-vapuri li jinċaħdilhom l-aċċess għall-portijiet u l-ankraġġi Komunitarji għandha ssir pubblika.

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċaħda ta' aċċess għandha tapplika bl-istess mod għall-ankraġġi Komunitarji.

Emenda  6

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 22

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(22) Għandu jkun disponibbli dritt ta' appell kontra deċiżjonijiet għal detenzjoni meħuda minn awtoritajiet kompetenti, biex ma jħallux li jittieħdu deċiżjonijiet mhux raġjonevoli li jistgħu jikkawżaw detenzjoni u dewmien mhux dovuti.

(22) Għandu jkun disponibbli dritt ta' appell kontra deċiżjonijiet għal detenzjoni meħuda minn awtoritajiet kompetenti, biex ma jħallux li jittieħdu deċiżjonijiet mhux raġjonevoli li jistgħu jikkawżaw detenzjoni u dewmien mhux dovuti.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni ta' dritt ta' appell kontra d-deċiżjonijiet għal detenzjoni fl-Istati Membri huwa obbligu li jirriżulta minn din id-direttiva. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi implimentat dritt ta' dan it-tip. L-eżerċitar ta' dan id-dritt se jippermetti, fejn ikun hemm bżonn, li jkun żgurat li d-deċiżjonijiet għal detenzjoni jkunu ġusti, proporzjonali u ekwi.

Emenda  7

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 25

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(25) Ilmenti rigward il-kondizzjonijiet ta' għajxien u xogħol abbord għandhom ikunu investigati. Kwalunkwe persuna li tressaq ilment għandha tkun infurmata bl-azzjoni ta' segwitu mogħtija lil dak l-ilment.

(25) Ilmenti minn persuni b'interess leġittimu rigward il-kondizzjonijiet ta' għajxien u xogħol abbord għandhom ikunu investigati. Kwalunkwe persuna li tressaq ilment għandha tkun infurmata bl-azzjoni ta' segwitu mogħtija lil dak l-ilment.

Ġustifikazzjoni

Il-premessa ġiet konformi mal-artikolu.

Emenda  8

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 1 – punt c

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(c) tiġi implimentata fil-Komunità ta' sistema ta' kontroll ta' l-Istat tal-port ibbażata fuq l-ispezzjonijiet imwettqin fil-Komunità u r-reġjun MOU ta' Pariġi, bl-għan li jkunu spezzjonati l-vapuri kollha bi frekwenza li tiddependi mill-profil tagħhom tar-riskju, b'vapuri li jippreżentaw riskju ogħla jkunu s-soġġett ta' spezzjoni aktar dettaljata mwettqa f'intervalli aktar frekwenti.

(c) tiġi implimentata fil-Komunità sistema ta' kontroll tal-Istat tal-port ibbażata fuq l-ispezzjonijiet imwettqin fil-Komunità u r-reġjun MOU ta' Pariġi, bl-għan li jkunu spezzjonati l-vapuri kollha bi frekwenza li tiddependi mill-profil tar-riskju tagħhom, b'vapuri li jippreżentaw riskju ogħla jkunu s-soġġett ta' spezzjoni mwettqa b'akbar reqqa u f'intervalli aktar frekwenti.

Ġustifikazzjoni

L-għan prinċipali tat-tfassil mill-ġdid tad-direttiva hu li jiġi modifikat ir-reġim ta' spezzjoni tal-Komunità, li se jiddependi fuq il-profil ta' riskju ta' vapur li jżur port jew ankraġġ Komunitarju. Sabiex dan ir-reġim isir aktar effettiv, il-vapuri b'riskju għoli se jiġu soġġetti għal spezzjonijiet iktar bir-reqqa u iktar frekwenti.

Emenda  9

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 4 a (ġdid)

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

4a. "Port" tfisser zona ta' art u ilma b'infrastruttura u makkinarju li jippermettu, prinċipalment, id-dħul tal-vapuri, it-tagħbien u l-ħatt tagħhom, il-ħażna tal-merkanzija, il-wasla u l-kunsinna tagħha, kif ukoll l-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri.

Ġustifikazzjoni

Jidher loġiku li jkun hemm definizzjoni ta' port fil-kuntest ta' din id-direttiva. Id-definizzjoni proposta ġejja mill-proposta għal direttiva dwar l-aċċess għas-suq tas-servizzi portwali.

Emenda  10

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 11

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

11) "Bil-lejl" tfisser kwalunkwe perijodu ta' mhux inqas minn seba' sigħat, kif definit mil-liġi nazzjonali, u li għandu jinkludi, fi kwalunkwe każ, il-perijodu bejn nofs il-lejl u l-ħamsa ta' filgħodu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni tippermetti li bastimenti ta' standard baxx jżuru port bil-lejl.

Emenda  11

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 15

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

15) "Ilment" tfisser kwalunkwe informazzjoni jew rapport ippreżentati minn kwalunkwe persuna b'interess leġittimu fis-sikurezza tal-vapur, inkluż interess f'perikli dwar is-sikurezza jew is-saħħa għall-ekwipaġġ tiegħu, għall-kondizzjonijiet ta' l-għajxien u x-xogħol abbord u għall-prevenzjoni tat-tinġis.

15) "Ilment" tfisser kwalunkwe informazzjoni jew rapport ippreżentati minn kwalunkwe persuna fiżika jew legali b'interess leġittimu fis-sikurezza tal-vapur, inkluż interess f'perikli ta' sikurezza jew ta' saħħa għall-ekwipaġġ tiegħu, għall-kondizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol abbord u għall-prevenzjoni tat-tinġis.

Ġustifikazzjoni

Il-possibilità li jitressaq ilment hija miftuħa għal kwalunkwe persuna li jkollha interess leġittimu fis-sikurezza tal-vapur.

Emenda  12

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 17

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

17) "Rifjut ta' ordni għal aċċess" tfisser deċiżjoni maħruġa mill-kaptan ta' vapur, lill-kumpanija responsabbli għall-vapur u lill-Istat tal-bandiera li tinnotifikahom li l-vapur ser jinċaħadlu aċċess għal portijiet Komunitarji.

17) "Ordni ta' rifjut għal aċċess" tfisser deċiżjoni maħruġa lill-kaptan ta' vapur, lill-kumpanija responsabbli għall-vapur u lill-Istat tal-bandiera li tinnotifikahom li l-vapur ser jinċaħadlu aċċess għall-portijiet u l-ankraġġi Komunitarji kollha.

Ġustifikazzjoni

Ordni ta' rifjut għal aċċess ma jistax jiġi definit bħala dokument: primarjament huwa deċiżjoni meħuda mill-awtorità kompetenti. Sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni effettiva tal-ordni, l-Istat tal-bandiera għandu jiġi infurmat ukoll b'din id-deċiżjoni. Finalment, l-ordnijiet ta' rifjut għal aċċess iridu japplikaw għall-portijiet u l-ankraġġi Komunitarji kollha.

Emenda  13

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 23

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

23) "Database għall-ispezzjonijiet" tfisser is-sistema ta' informazzjoni rigward data tal-kontroll ta' l-Istat tal-port fil-Komunità u fir-reġjun ta' MOU ta' Pariġi.

23) "Database għall-ispezzjonijiet" tfisser is-sistema ta' informazzjoni li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-reġim tal-kontroll tal-Istat tal-port fil-Komunità u li tinkludi d-data relatata mal-ispezzjonijiet imwettqa fir-reġjun ta' MOU ta' Pariġi.

Ġustifikazzjoni

Id-database għall-ispezzjonijiet hija element essenzjali għall-implimentazzjoni tar-reġim tal-kontroll tal-Istat tal-port fil-Komunità. Għalhekk primarjament għandha sservi għal dan l-iskop. Sakemm hu mixtieq u possibli, id-database tista' wkoll tintuża fil-qafas tar-reġim il-ġdid ta' ispezzjoni tal-MoU ta' Pariġi.

Emenda  14

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 23 a (ġdid)

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(23a). "Il-Konvenzjoni tal-1996"għandha tfisser it-test rikapitulattiv tal-Konvenzjoni tal-1976 dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabilità għal Talbiet Marittimi, adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, kif emendata mill-protokoll tal-1996;

Ġustifikazzjoni

Il-proposti tal-Kummissjoni rigward il-kontroll mill-Istat tal-port u r-responsabilità ċivili tas-sidien tal-bastimenti huma żewġ elementi msemmija fit-"tielet pakkett dwar is-sigurtà marittima" u jikkostitwixxu sett ta' proposti interkonnessi.

B'konformità mal-Artikolu 62(2) tar-Regoli ta' Proċedura, din l-emenda għandha l-għan li tqis element legali ġdid, li feġġ wara l-ewwel qari, f'dan il-każ partikulari, id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ġunju 2008 fil-Kawża C-188/07.

Emenda  15

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 3 – paragrafu 1

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull vapur u l-ekwipaġġ tiegħu li jieqaf f'port ta' Stat Membru biex jiġi impenjat f'relazzjoni vapur/port.

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull vapur u l-ekwipaġġ tiegħu li jieqaf f'port jew f'ankraġġ ta' Stat Membru biex jiġi impenjat f'relazzjoni vapur/port.

Fejn f'din id-Direttiva ssir referenza għal vapuri li jidħlu f'portijiet, ħlief jekk mhux speċifikat mod ieħor, din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal vapuri ankrati.

 

Franza tista' tiddeċiedi li l-portijiet koperti minn dan il-paragrafu ma jinkludux portijiet li jinsabu f'dipartiment extra-Ewropew imsemmijin fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

Franza tista' tiddeċiedi li l-portijiet koperti minn dan il-paragrafu ma jinkludux portijiet li jinsabu fid-dipartimenti extra-Ewropej imsemmijin fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

Jekk Stat Membru jwettaq spezzjoni ta' vapur f'ilmijiet fil-ġurisdizzjoni tiegħu, barra minn f'port, għandha tkun ikkunsidrata bħala spezzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Meta Stat Membru jwettaq spezzjoni fuq vapur fl-ilmijiet territorjali tiegħu, iżda barra minn port, din il-proċedura għandha titqies bħala spezzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Xejn f'dan l-Artikolu ma jaffettwa d-drittijiet ta' intervent disponibbli lil Stati Membri taħt il-konvenzjonijiet rilevanti.

Xejn f'dan l-Artikolu ma jaffettwa d-drittijiet ta' intervent disponibbli lil Stati Membri taħt il-Konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti.

L-Istati Membri li m'għandhomx portijiet marittimi u li jistgħu jivverifikaw li min-numru totali ta' bastimenti individwali li jidħlu annwalment matul perijodu tat-tliet snin preċedenti fil-portijiet tax-xmajjar tagħhom, inqas minn 5% ikunu vapuri koperti minn din id-Direttiva, jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri li m'għandhomx portijiet marittimi jista' jkollhom id-dritt għal deroga mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'ċerti kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni, b'konformita mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3), għandha tadotta l-miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan il-mekkaniżmu ta' deroga.

Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-aktar tard sad-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva n-numru totali ta' bastimenti u n-numru ta' vapuri li jidħlu fil-portijiet tagħhom waqt il-perijodu ta' tliet snin imsemmi hawn fuq u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti għaċ-ċifri msemmijin hawn fuq.

 

Ġustifikazzjoni

L-ankraġġi għandhom ikunu koperti b'mod ċar minn dan l-Artikolu.

Emenda  16

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 4 – paragrafu 2

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li jkun hemm awtoritajiet kompetenti, bin-numru meħtieġ ta' persunal, b'mod partikolari ta' spetturi kkwalifikati, għall-ispezzjoni tal-vapuri u għandhom jieħdu dawk il-miżuri adegwati sabiex jiżguraw li l-ispetturi iwettqu d-dmirijiet tagħhom kif stabbilit f'din id-Direttiva u partikolarment li huma disponibbli biex iwettqu l-ispezzjonijiet meħtiġin skond din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li jkun hemm awtoritajiet kompetenti, li lilhom għandu jiġi assenjat in-numru meħtieġ ta' persunal, anke permezz ta' reklutaġġ, b'mod partikolari ta' spetturi kkwalifikati, għall-ispezzjoni tal-vapuri u għandhom jieħdu dawk il-miżuri adegwati sabiex jiżguraw li l-ispetturi jwettqu d-dmirijiet tagħhom kif stabbilit f'din id-Direttiva u partikolarment li huma disponibbli biex iwettqu l-ispezzjonijiet meħtieġa skont din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li l-Istati Membri jitfakkru dwar il-ħtieġa li jkollhom numru biżżejjed u xieraq ta' spetturi biex iwettqu l-ispezzjonijiet kollha previsti skont ir-reġim Komunitarju.

Emenda  17

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 4 a (ġdid)

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 4 a

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jadattaw il-liġi nazzjonali tagħhom għad-dispożizzjonijiet relattivi għal-limitazzjoni tar-responsabilità tal-Konvenzjoni tal-1996.

 

Il-prinċipju ta' kumpens għall-partijiet terzi fir-rigward ta' ħsara kkawżata mill-iskart jaqa' taħt il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" imfisser fid-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart1 u taħt id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali2, u dan jiftaħ it-triq għad-dritt li wieħed ikun ikkumpensat għat-totalità tal-ħsara kkawżata, anke fejn m'hemmx kopertura sħiħa u lil hinn mid-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-inkorporazzjoni ta' konvenzjonijiet.

 

L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet iktar stretti minn dawk previsti f'dan l-artikolu.

 

1 ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39.

 

2 ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.

Ġustifikazzjoni

Il-proposti tal-Kummissjoni rigward il-kontroll mill-Istat tal-port u r-responsabilità ċivili tas-sidien tal-bastimenti huma żewġ elementi msemmija fit-"tielet pakkett dwar is-sigurtà marittima" u jikkostitwixxu sett ta' proposti interkonnessi.

B'konformità mal-Artikolu 62(2) tar-Regoli ta' Proċedura, din l-emenda għandha l-għan li tqis element legali ġdid, li feġġ wara l-ewwel qari, f'dan il-każ partikulari, id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ġunju 2008 fil-Kawża C-188/07.

Emenda  18

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(b) iwettaq annwalment għadd totali ta' l-ispezzjonijiet abbażi tal-vapuri ta' Prijorità I u ta' ta' Prijorità II, imsemmija fl-Artikolu 11(a) u (b), li jikkorrispondi ta' l-inqas ma' sehmu min-numru totali ta' spezzjonijiet li għandhom jitwettqu annwalment fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta' Pariġi. Is-sehem ta' spezzjoni ta' kull Stat Membru kkonċernat fir-rigward tas-somma tan-numru ta' vapuri individwali li jidħlu fil-portijiet ta' kull Stat fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta' Pariġi.

(b) iwettaq annwalment għadd totali tal-ispezzjonijiet abbażi tal-vapuri ta' Prijorità I u ta' Prijorità II, imsemmija fl-Artikolu 11(a) u (b), li jikkorrispondi tal-inqas ma' sehmu min-numru totali ta' spezzjonijiet li għandhom jitwettqu annwalment fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta' Pariġi. Is-sehem ta' spezzjonijiet ta' kull Stat Membru għandu jkun ibbażat fuq in-numru ta' vapuri individwali li jżuru l-portijiet jew l-ankraġġi tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tas-somma tan-numru ta' vapuri individwali li jidħlu fil-portijiet jew fl-ankraġġi ta' kull Stat fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta' Pariġi.

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċaħda ta' aċċess għandha tapplika bl-istess mod għall-ankraġġi Komunitarji.

Emenda  19

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 1

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Modalitajiet tal-konformità ma' l-impenn ta' spezzjoni

Konformità mar-reġim ta’ spezzjoni Komunitarju

1. Stat Membru li jonqos li jwettaq l-ispezzjonijiet meħtieġa fl-Artikolu 5(2)(a), jikkonforma ma' l-impenn tiegħu skond dik id-dispożizzjoni jekk tali spezzjonijiet li ma sarux ma jaqbżux:

B’konformità mal-Artikolu 5, kull Stat Membru għandu:

(a) 5% tan-numru totali ta' vapuri ta' Prijorità I bi profil ta' riskju għoli li jżuru l-portijiet tiegħu,

(a) jispezzjona l-vapuri ta’ Prijorità I kollha, kif imsemmi fl-Artikolu 11, li jżuru l-portijiet u l-ankraġġi tiegħu, u

(b) 10% tan-numru totali ta' vapuri ta' Prijorità I minn barra dawk ta' profil ta' riskju għoli li jżuru l-portijiet tiegħu.

(b) kull sena jwettaq numru totali ta’ spezzjonijiet ta’ vapuri ta’ Prijorità I u II, kif imsemmi fl-Artikolu 11, li jkun jikkorrispondi talanqas għall-obbligi tiegħu ta’ spezzjonijiet annwali.

Minkejja l-persentaġġi f'(a) u (b), l-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw spezzjoni ta' vapuri, li, skond l-informazzjoni fornuta mid-database għall-ispezzjonijiet, iżuru l-portijiet fil-Komunità infrekwentement.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura li jitwettaq numru biżżejjed ta' spezzjonijiet, għal kuntrarju tat-test tal-Kunsill.

Emenda  20

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 2

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. Stat Membru li fih in-numru totali ta' żjarat ta' vapuri ta' Prijorità I jisboq is-sehem ta' spezzjoni tiegħu imsemmi fl-Artikolu 5(2)(b), għandu jiġi kkunsidrat konformi ma' tali impenn, jekk numru ta' spezzjonijiet fuq vapuri ta' Prijorità I imwettqa mill-Istat Membru jikkorrispondi ta' l-inqas mas-sehem ta' spezzjoni u jekk dak l-Istat Membru ma jħallix barra aktar minn 30% tan-numru totali ta' vapuri ta' Prijorità I li jżuru l-portijiet tiegħu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kunsill ma tiżgurax numru biżżejjed ta' spezzjonijiet.

Emenda  21

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 3

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

3. Stat Membru, li fih in-numru totali ta' żjarat ta' vapuri ta' Prijorità I u ta' Prijorità II huwa inqas mis-sehem ta' spezzjoni msemmi fl-Artikolu 5(2)(b), għandu jiġi kkunsidrat konformi ma' tali impenn, jekk dak l-Istat Membru iwettaq l-ispezzjonijiet tal-vapuri ta' Prijorità I meħtieġa skond l-Artikolu 5(2)(a) u spezzjonijiet ta' l-inqas ta' 85% tan-numru totali tal-vapuri ta' Prijorità II li jżuru l-portijiet tiegħu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kunsill ma tiżgurax numru biżżejjed ta' spezzjonijiet.

Emenda  22

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 1

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Każijiet li fihom ċerti vapuri ma jkunux spezzjonati

Ċirkustanzi li fihom ċerti vapuri ma jkunux spezzjonati

1. Stat Membru jista' jiddeċiedi li jipposponi l-ispezzjoni ta' vapur ta' Prijorità I fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

1. Fiċ-ċirkustanzi li ġejjin, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jipposponi l-ispezzjoni ta’ vapur ta’ Prijorita I:

(a) jekk l-ispezzjoni tista' titwettaq fiż-żjara li jmiss tal-vapur fl-istess Stat Membru, kemm-il darba l-vapur ma jżurx kwalunkwe port ieħor fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi bejn iż-żewġ żjarat u l-posponiment ma jkunx ta' aktar minn 15-il jum, jew

(i) jekk l-ispezzjoni tista' titwettaq fiż-żjara li jmiss tal-vapur fl-istess Stat Membru, kemm-il darba l-vapur ma jżurx kwalunkwe port jew ankraġġ ieħor fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi bejn iż-żewġ żjarat u l-posponiment ma jkunx jaqbeż il-15-il jum, jew

(b) jekk l-ispezzjoni tista' titwettaq f'port ieħor ta' żjara fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi fi żmien 15-il jum, previst li l-Istat li fih jinsab it-tali port ta' żjara qabel minn qabel li jwettaq l-ispezzjoni.

(ii) jekk l-ispezzjoni tista' titwettaq f'port ta' żjara ieħor fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi fi żmien 15-il jum, sakemm l-Istat li fih jinsab it-tali port ta' żjara ma jkunx qabel li jwettaq l-ispezzjoni.

Jekk spezzjoni tkun posposta skond (a) jew (b) u rreġistrata fid-database għall-ispezzjonijiet, spezzjoni maqbuża m'għandhiex tingħadd bħala spezzjoni maqbuża kontra l-Istat Membru li ppospona l-ispezzjoni.

Jekk spezzjoni tkun posposta iżda ma titwettaqx skont is-subparagrafi (i) u (ii) u ma tkunx irreġistrata fid-database għall-ispezzjonijiet, għandha tingħadd bħala spezzjoni maqbuża fil-konfront tal-Istat Membru li ppospona l-ispezzjoni.

Ġustifikazzjoni

Jekk Stat Membru ma jkunux jista' jwettaq spezzjoni f'port partikulari, għandu jkun hemm mekkaniżmu li jippermetti li din l-ispezzjoni ssir f'port ieħor li jidħol fih vapur fi żmien ħmistax-il ġurnata, jew fl-istess Stat Membru jew inkella f'xi stat ieħor tal-MOU ta' Pariġi.

Emenda  23

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 2

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. Fejn spezzjoni ma tiġix imwettqa fuq vapuri ta' Prijorità I għal raġunijiet operattivi, din m'għandhiex tingħadd bħala spezzjoni maqbuża, u dan sakemm r-raġuni għaliex intilfet l-ispezzjoni hija reġistrata fid-database għall-ispezzjonijietu jekk iseħħu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin:

2. Fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li ġejjin, spezzjoni li ma titwettaqx fuq vapuri ta' Prijorità I għal raġunijiet operattivi m'għandhiex tingħadd bħala spezzjoni maqbuża sakemm ir-raġuni għaliex inqabżet l-ispezzjoni tkun reġistrata fid-database għall-ispezzjonijiet, u jekk, fil-ġudizzju tal-awtorità kompetenti t-twettiq tal-ispezzjoni joħloq riskju għas-sikurezza tal-ispetturi, tal-vapur, tal-ekwipaġġ tiegħu jew tal-port jew tal-ambjent tal-baħar.

(a) fil-ġudizzju ta' l-awtorità kompetenti t-twettiq ta' l-ispezzjoni joħloq riskju għas-sikurezza ta' l-ispetturi, tal-vapur, ta' l-ekwipaġġ tiegħu jew tal-port jew ta' l-ambjent tal-baħar, jew

 

(b) iż-żjara tal-vapur issir biss waqt il-lejl. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-vapuri li jżuru regolarment waqt il-lejl jiġu spezzjonati kif adatt.

 

Ġustifikazzjoni

F'ċirkustanzi rari u eċċezzjonali, jaf ikun impossibbli li ssir spezzjoni, għal raġunijiet li din tpoġġi f'sogru lill-ispettur, lill-ekwipaġġ, lill-vapur, eċċ. F'dawn il-każijiet biss, u meta jkunu ġġustifikati kif xieraq, l-ispezzjoni m'għandhiex titqies bħala spezzjoni maqbuża mill-Istat Membru.

Emenda  24

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 3

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

3. Jekk spezzjoni ma titwettaqx fuq vapur ankrat, hija m'għandhiex tingħadd bħala spezzjoni maqbuża jekk:

3. Jekk spezzjoni ma titwettaqx fuq vapur ankrat, m’għandhiex titqies bħala spezzjoni maqbuża, sakemm, jekk ikun japplika is-subparagrafu (ii), ir-raġuni li għaliha ma tkunx saret l-ispezzjoni tiġi rreġistrata fid-database ta’ l-ispezzjonijiet, jekk:

(a) il-vapur ikun spezzjonat f'port ieħor fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi skond l-Anness II fi żmien 15-il jum, jew

(i) il-vapur ikun spezzjonat f'port ieħor fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi skont l-Anness II fi żmien 15-il jum, jew

(b) iż-żjara tal-vapur issir biss matul il-lejl jew id-durazzjoni tagħha hija qasira wisq biex l-ispezzjoni ssir b'mod sodisfaċenti, u r-raġuni għat-telfa ta' l-ispezzjoni tiġi rreġistrata fid-database għall-ispezzjonijiet, jew

 

(c) fil-ġudizzju ta' l-awtorità kompetenti t-twettiq ta' l-ispezzjoni joħloq riskju għas-sikurezza ta' l-ispetturi, tal-vapur, ta' l-ekwipaġġ tiegħu jew tal-port jew ta' l-ambjent tal-baħar, u r-raġuni għat-telfa ta' l-ispezzjoni tiġi rreġistrata fid-database għall-ispezzjonijiet

(ii) fil-ġudizzju tal-awtorità kompetenti t-twettiq tal-ispezzjoni joħloq riskju għas-sikurezza tal-ispetturi, tal-vapur, tal-ekwipaġġ tiegħu jew tal-port jew tal-ambjent tal-baħar.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ partikulari ta' vapuri ankrati, jaf ikun diffiċli ħafna li jitwettqu l-ispezzjonijiet. Għaldaqstant għandha tkun prevista ċerta flessibilità għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' vapuri ankrati. Madankollu l-fatt li vapur jżur port bil-lejl m'għandux, minnu nnifsu, jimplika li spezzjoni ma sseħħx.

Emenda  25

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 8

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. L-operatur, aġent jew kaptan ta' vapur, li skond l-Artikolu 13 huwa eliġibbli għal spezzjoni estiża u li sejjer f'port ta' Stat Membru għandu jinnotifika l-wasla tiegħu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III.

1. L-operatur, aġent jew kaptan ta' vapur, li skont l-Artikolu 13 huwa eliġibbli għal spezzjoni estiża u li sejjer f'port jew ankraġġ ta' Stat Membru għandu jinnotifika l-wasla tiegħu fl-ewwel port jew ankraġġ li jżur skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III.

2. Malli tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità, l-awtorità tal-port jew il-korp jew l-awtorità maħturin għal dik il-fini għandhom jgħaddu tali informazzjoni lill-awtorità kompetenti.

2. Malli tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità, l-awtorità tal-port relevanti għandha tittrażmetti tali informazzjoni lill-awtorità kompetenti, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-portijiet jew l-ankraġġi li bastiment iżur sussegwentement fil-Komunità.

3. Fejn huwa possibbli għandhom jintużaw il-mezzi elettroniċi għal-kwalunkwe komunikazzjoni prevista f'dan l-Artikolu.

3. Għandhom jintużaw il-mezzi elettroniċi għall-finijiet ta' kwalunkwe komunikazzjoni prevista f'dan l-Artikolu. Mezzi oħra ta' komunikazzjoni għandhom jintużaw biss meta l-mezzi elettroniċi ma jkunux disponibbli.

4. Il-proċeduri u l-formoli żviluppati minnStati Membri għall-finijiet ta' l-Anness III għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fid-Direttiva 2002/59/KE rigward in-notifiki tal-vapuri.

4. Il-proċeduri u l-formati żviluppati minn Stati Membri għall-implimentazzjoni tal-Anness III għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2002/59/KE.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jkun żgurat li l-awtoritajiet tal-port jiġu informati minn qabel dwar il-wasla tal-vapuri.

Emenda  26

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 9 – paragrafu 1

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. Il-vapuri kollha fid-database għall-ispezzjonijiet għandu jingħatalhom profil ta' riskju tal-vapuri li jiddetermina l-prijorità rispettiva tagħhom għal spezzjoni, l-intervalli bejn l-ispezzjonijiet u l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-ispezzjonijiet.

1. Il-vapuri kollha li jżuru port jew ankraġġ ta' Stat Membru, fid-database għall-ispezzjonijiet, għandhom jingħataw profil ta' riskju tal-vapuri li jiddetermina l-prijorità rispettiva tagħhom għal spezzjoni, l-intervalli bejn l-ispezzjonijiet u l-kamp ta' applikazzjoni tal-ispezzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Meħtieġa biex tkun iddeterminata l-prijorità tal-ispezzjojnijiet tal-vapuri.

Emenda  27

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 9 – paragrafu 2

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. Il-profil tar-riskju ta' vapur għandu jiġi determinat b'kombinazzjoni ta' parametri tar-riskju ġeneriċi u storiċi kif ġej:

2. Il-profil tar-riskju ta' vapur għandu jiġi determinat b'kombinazzjoni ta' parametri tar-riskju ġeneriċi u storiċi kif ġej:

(a) Parametri ġeneriċi

(a) Parametri ġeneriċi

Il-parametri ġeneriċi huma bbażati fuq it-tip, l-età, il-bandiera, l-organizzazjonijiet rikonoxxuti involuti u l-prestazzjoni tal-kumpanija skond l-Anness I il-parti I.1 u l-Anness II.

Il-parametri ġeneriċi għandhom ikunu bbażati fuq it-tip, l-età, il-bandiera u l-prestazzjoni tal-kumpanija skont l-Anness I il-parti I.1 u l-Anness II.

(b) Parametri storiċi

(b) Parametri storiċi

Il-parametri storiċi huma bbażati fuq numru ta' nuqqasijiet u detenzjonijiet matul perijodu partikolari skond l-Anness I, parti I.2 u l-Anness II.

Il-parametri storiċi għandhom ikunu bbażati fuq numru ta' nuqqasijiet u detenzjonijiet matul perijodu partikolari skont l-Anness I, parti I.2 u l-Anness II.

Ġustifikazzjoni

Għal ċertezza legali u amministrattiva, hemm bżonn li jiġu ddeterminati parametri għall-profil tar-riskju.

Emenda  28

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 9 – paragrafu 3

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

3. Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, relatati mar-regoli ta' implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari: :

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(3), ir-regoli ta' implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, waqt li tispeċifika b'mod partikolari:

(a) il-kriterji ta' Stat tal-bandiera,

- il-valuri attribwiti għal kull parametru ta' riskju,

(b) il-kriterji tal-prestazzjoni ta' kumpanija

- it-taħlita ta' parametri ta' riskju li jikkorrispondu għal kull livell tal-profil tar-riskju ta' vapur,

għandhom jiġu addottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 30(3) b'bini fuq it-tagħrif espert tal-MOU ta' Pariġi.

- il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-kriterji ta' l-Istat tal-bandiera msemmija fl-Anness I parti I.1 punt (c) (iii) dwar id-dimostrazzjoni ta' konformità mal-istrumenti relevanti.

Minkejjal-punt (a) ta' hawn fuq, il-preżentazzjoni tal-Formola ta' Awtovalutazzjoni tal-Prestazzjoni mill-Istat tal-bandiera (SAF) għandha tintuża ta' l-inqas sa l-1 ta' Jannar 2011 bħala kriterju alternattiv għall-Iskema ta' Awditjar ta' l-Istati Membri Volontarji ta' l-IMO.

 

Sitt xhur qabel l-1 ta' Jannar 2011 l-Kummissjoni għandha teżamina l-progress li sar mill-IMO dwar l-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' l-awditjar u tipproponi l-miżuri adatti għall-implimentazzjoni ta' dan il-kriterju, inkluża estensjoni tal-perijodu għall-preżentazzjoni ta' l-IMO-SAF jekk meħtieġ.

 

Ġustifikazzjoni

Iżżid referenza oħra għall-Anness II li jinkludi l-iskeda għad-determinazzjoni tal-profil ta' riskju ta' vapur.

Emenda  29

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. Il-vapuri li jżuru portijiet fil-Komunità għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet perijodiċi jew spezzjonijiet addizzjonali kif ġej:

1. Il-vapuri li jżuru portijiet jew ankraġġi Komunitarji għandhom ikunu suġġetti għal spezzjonijiet perjodiċi jew spezzjonijiet addizzjonali kif ġej:

(a) Il-vapuri għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet perijodiċi f'intervalli predeterminati skond il-profil tar-riskju tagħhom skond l-Anness I il-parti I. L- intervall bejn l-ispezzjonijiet perijodiċi għandu jiżdied kif jonqos ir-riskju.

(a) Il-vapuri għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet perjodiċi f'intervalli predeterminati skont il-profil tar-riskju tagħhom skont l-Anness I il-parti I. L-intervall bejn l-ispezzjonijiet perjodiċi ta' vapuri b'riskju għoli m'għandux jaqbeż is-sitt xhur.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali, huwa mixtieq li f'artikolu ta' din id-direttiva tiġi speċifikata l-frekwenza tal-ispezzjonijiet li jistgħu ikunu suġġetti għalihom il-vapuri.

Emenda  30

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 13 – paragrafi 2 u 3

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. Meta tirċievi pre-notifika fornuta mill-vapur eliġibbli għal spezzjoni estiża perijodika, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-vapur jekk ma tkunx ser titwettaq l-ebda spezzjoni estiża.

2. L-operatur jew il-kaptan tal-vapur għandu jiżgura li hemm biżżejjed ħin disponibbli fl-iskeda dwar l-operar biex l-ispezzjoni estiża tkun tista' titwettaq.

L-operatur jew il-kaptan tal-vapur għandu jiżgura li hemm biżżejjed ħin disponibbli fl-iskeda ta' l-operat biex l-ispezzjoni estiża tkun tista' ssir.

Bla ħsara għall-miżuri ta' kontroll meħtieġa għal finijiet ta' sigurtà, il-vapur għandu jibqa' fil-port sakemm titlesta l-ispezzjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta' kontroll meħtieġa għal finijiet ta' sigurtà l-vapur għandu jibqa' fil-port sakemm tkun kompluta l-ispezzjoni.

3. Meta tirċievi prenotifika fornuta minn vapur eliġibbli għal spezzjoni estiża perjodika, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-vapur jekk ma tkun se titwettaq l-ebda spezzjoni estiża.

3. Il-fini ta' spezzjoni estiża, inklużi l-oqsma ta' riskju li għandhom ikunu koperti, huwa mniżżel fl-Anness VII. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċeduri imsemmija fl-Artikolu 30(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' l-Anness VII.

4. Il-fini ta' spezzjoni estiża, inklużi l-oqsma ta' riskju li għandhom ikunu koperti, huwa mniżżel fl-Anness VII. Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 30(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni tal-Anness VII.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm disponibbli biżżejjed ħin għal spezzjonijiet estiżi.

Emenda  31

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 15 – paragrafu 1

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe vapur li

1. Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 20(6), Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe vapur li jissodisfa l-kriterji speċifikati f'dan il-paragrafu ma jitħalliex jidħol fil-portijiet jew fl-ankraġġi tiegħu jekk il-vapur:

itajjar il-bandiera ta' l-Istat li r-rata tad-detenzjonidetenzjoni tiegħu taqa' taħt il-lista sewda,adottata skond il-MOU ta' Pariġi abbażi ta' informazzjoni rreġistrata fid-database għall-ispezzjonijiet u kif ippubblikata annwalment mill-Kummissjoni, u li nżamm għal aktar minn darbtejn waqt is-36 xahar li għaddew f'port ta' Stat Membru jew ta' Stat firmatarju tal-MOU ta' Pariġi; jew

ibaħħar taħt bandiera ta' Stat li jinsab fuq il-lista s-sewda jew il-lista griża, kif adottati mill-MOU ta' Pariġi abbażi ta' informazzjoni rreġistrata fid-database għall-ispezzjonijiet u kif ippubblikati annwalment mill-Kummissjoni, u

- itajjar il-bandiera ta' Stat li r-rata tad-detenzjonidetenzjoni tiegħu taqa' taħt il-lista l-griża, adottata skond il-MOU ta' Pariġi abbażi ta' informazzjoni rreġistrata fid-database għall-ispezzjonijiet u kif ippubblikata annwalment mill-Kummissjoni, u li nżamm għal aktar minn darbtejn waqt l-24 xahar li għaddew f'port ta' Stat Membru jew ta' Stat firmatarju tal-MOU ta' Pariġi; jew

 

- tkun inħarġitlu prevenzjoni ta' ordni ta' operat skond id-Direttiva 1999/35/KE għal aktar minn darbtejn fis-36 xahar preċedenti f'port ta' Stat Membru jew ta' Stat firmatarju tal-MOU ta' Pariġi,

- ikun inżamm jew ikun inħariġlu ordni ta' prevenzjoni ta' operat skont id-Direttiva 1999/35/KE għal aktar minn darbtejn fis-36 xahar preċedenti f'port ta' Stat Membru jew ta' Stat firmatarju tal-MOU ta' Pariġi,

huwa miċħud aċċess għall-portijiet tiegħu, ħlief fis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 20(6).

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-lista ddefinita mill-MOU ta' Pariġi tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju ta' kull sena.

Iċ-ċaħda għall-aċċess għandha ssir applikabbli malli l-vapur iħalli l-port fejn ikun ġie soġġett għat-tielet detenzjoni u fejn inħarġet ċaħda ta' ordni ta' aċċess.

L-ordni ta' ċaħda ta' aċċess m'għandux jitneħħa sakemm ma jkunx għadda perjodu ta' tliet xhur mid-data tal-ħruġ tal-ordni u meta jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 4 sa 10 tal-Anness VIII.

 

Jekk il-vapur ikun suġġett għal ċaħda ta' aċċess oħra, il-perjodu għandu jiżdied għal tnax-il xahar. Kwalunkwe żamma mit-tbaħħir sussegwenti minn port Komunitarju għandha tirriżulta f'ċaħda permamenti ta' aċċess għal kwalunkwe port jew ankraġġ għall-vapur fil-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Għall-finijiet taċ-ċertezza legali u l-koerenza, għadd ta' kriterji fl-Anness IX ddaħħlu f'dan l-Artikolu sabiex jiġu ppreċiżati u ddeterminati l-kundizzjonijiet għal ordni ta' ċaħda ta' aċċess u għar-revoka tagħha.

Emenda  32

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 15 – paragrafi 2 u 3

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. Iċ-ċaħda ta' ordni ta' aċċess għandha titneħħa biss wara li jkun għadda perijodu ta' tliet xhur mid-data tal-ħruġ u meta l-kondizzjonijiet fil-paragrafi 3 sa 9 ta' l-Anness VIII ikunu ntlaħqu.

imħassra

Jekk il-vapur huwa soġġett għat-tieni ċaħda ta' aċċess, il-perijodu għandu jkun ta' tnax-il xahar.

 

3. Kwalunkwe detenzjoni sussegwenti f'port fil-Komunità għandha tirriżulta f'li l-vapur jinċaħadlu indefinittivament aċċess għal kwalunkwe port fil-Komunità. L-ordni ta' ċaħda indefinittiva ta' aċċess tista' titneħħa wara jkun għadda perijodu ta' 36 xahar mill-ħruġ ta' l-ordni u biss jekk:

 

il-vapur itajjar il-bandiera ta' l-Istat li r-rata tad-detenzjoni tiegħu ma taqax la fil-lista s-sewda u lanqas fil-lista l-griża msemmijin fil-paragrafu 1,

 

iċ-ċertifikati statutorji u ta' klassifikazzjoni tal-vapur huma maħruġa minn organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-vapuri u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u

għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjoniet marittimi,

 

il-vapur huwa ġestit minn kumpanija bi prestazzjoni għolja skond l-Anness I il-parti I.1, u

 

jintlaħqu l-kondizzjonijiet fil-paragrafi 3 sa 9 ta' l-Anness VIII.

 

Ġustifikazzjoni

Il-kaptan ta' vapur għandu jkollu f'idejh l-informazzjoni prattika li tippermettilu li jeżerċita effettivament id-dritt ta' appell tiegħu.

Emenda  33

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 17 – subparagrafu 1

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

L-ilmenti kollha għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni inizjali.

L-ilmenti kollha għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni inizjali ta' malajr mill-awtorità kompetenti. Din l-evalwazzjoni tippermetti li jkun iddeterminat jekk ilment huwiex iġġustifikat, speċifiku u b'bażi evidenti.

 

Jekk dan ikun il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjoni meħtieġa dwar l-ilment. B'mod partikulari, għandha tiżgura li l-kaptan, is-sid tal-vapur u kwalunkwe persuna oħra kkonċernata direttament mill-ilment, inkluż min iressaq l-ilment, ikollhom il-possibilità li jressqu l-fehmiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Huwa utli li wieħed jippreċiża x'inhu l-għan tal-evalwazzjoni inizjali mill-awtorità kompetenti, sabiex ikun iddeterminat jekk ilment jirrispettax il-kriterji minimi li jkun iġġustifikat, speċifiku u b'bażi evidenti. Hemm bżonn li din l-evalwazzjoni inizjali ssir malajr u għandha tippermetti li ssir distinzjoni bejn ilment iġġustifikat u ilment mhux iġġustifikat. Ladarba l-artikolu jippreċiża x'għandha tagħmel l-awtorità kompetenti jekk ilment ma jkunx iġġustifikat, jidher loġiku li dan għandu jippreċiża wkoll x'għandha tagħmel jekk l-ilment ikun iġġustifikat.

Emenda  34

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 18 – paragrafu 9 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

Meta jinħareġ ordni ta' detenzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinforma b'dan lill-awtoritajiet jew l-entitajiet tal-port mill-aktar fis possibbli.

Ġustifikazzjoni

Għal skopijiet ta' koperazzjoni tajba u effikaċi, l-awtorità kompetenti trid tiġi rikjesta speċifikament biex tinforma lill-awtorità tal-port dwar kull deċiżjoni li taffettwa l-attività tagħha.

Emenda  35

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 19 – paragrafu 2

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jwaqqfu proċeduri adatta għal dan l-iskop skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jwaqqfu proċeduri adatti għal dan l-iskop skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod partikulari għandhom jikkoperaw ma' xulxin sabiex jiżguraw li l-appelli jiġu ttrattati fi żmien raġonevoli.

Ġustifikazzjoni

Id-dewmien fl-ipproċessar għandu jibqa' wieħed raġonevoli sabiex jiġi evitat li jkunu penalizzati l-operaturi li jixtiequ jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal appell.

Emenda  36

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 19 – paragrafu 3

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

3. L-awtorità kompetenti għandha tinforma sewwa lill-kaptan tal-vapur imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dritt ta' appell.

3. L-awtorità kompetenti għandha tinforma b'mod xieraq lill-kaptan tal-vapur imsemmi fil-paragrafu 1 dwar id-dritt ta' appell u l-arranġamenti prattiċi marbuta miegħu.

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għad-dritt ta' appell għandhom ikunu koerenti minn Stat Membru għall-ieħor u jkunu jaħdmu fil-prattika.

Emenda  37

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 20 – paragrafu 1

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. Fejn nuqqasijiet kif imsemmija fl-Artikolu 18(2) ma jistgħux jiġu rettifikati fil-port ta' l-ispezzjoni, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tista' tħalli l-vapur konċernat biex jipproċedi lejn il-baċir għat-tiswija tal-port adatt l-eqreb għall-port tad-detenzjoni fejn tista' tittieħed azzjoni ta' segwitu, kif magħżula mis-sid u l-awtoritajiet konċernati, sakemm jitħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat tal-bandiera u aċċettati minn dak l-Istat Membru. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiżguraw li l-vapur jista' jipproċedi mingħajr riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, jew riskju lill-vapuri oħra, jew mingħajr ma jkun hemm theddida mhux raġjonevoli ta' ħsara għall-ambjent tal-baħar.

1. Fejn nuqqasijiet kif imsemmija fl-Artikolu 18(2) ma jistgħux jiġu rettifikati fil-port tal-ispezzjoni, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tista' tħalli lill-vapur konċernat jipproċedi direttament lejn it-tarzna adatta li tkun l-eqreb għall-port tad-detenzjoni fejn tista' tittieħed azzjoni ta' segwitu, kif magħżula mill-kaptan u l-awtoritajiet konċernati, sakemm jitħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera u aċċettati minn dak l-Istat Membru. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiżguraw li l-vapur jista' jipproċedi mingħajr riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, jew riskju lill-vapuri oħra, jew mingħajr ma jkun hemm theddida mhux raġjonevoli ta' ħsara għall-ambjent tal-baħar.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-vapur imur direttament lejn l-eqreb tarzna disponibbli.

Emenda  38

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 20 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li aċċess għal kwalunkwe port fil-Komunità huwa miċħud lil vapuri msemmijin fil-paragrafu 1 li jitilqu biex ibaħħru:

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li jiċċaħħad l-aċċess għal kwalunkwe port jew ankraġġ fil-Komunità lill-vapuri msemmijin fil-paragrafu 1 li jitilqu biex ibaħħru:

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċaħda ta' aċċess għandha tapplika bl-istess mod għall-ankraġġi Komunitarji.

Emenda  39

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 20 – paragrafu 6

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

6. B'deroga mill-paragrafu 4, jista' jiġi permess aċċess għall-port speċifiku mill-awtorità rilevanti ta' dak l-Istat tal-port fil-każ ta' forza maġġuri jew konsiderazzjonijiet prevalenti ta' sikurezza aktar importanti, jew biex tnaqqas jew timminimizza r-riskju ta' tinġis jew jiġu rretifikati n-nuqqasijiet, kemm-il darba miżuri adegwati għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru jiġu implimentati mis-sid, l-operatur jew il-kaptan tal-vapur biex tassigura dħul sigur.

6. B'deroga mill-paragrafu 4, jista' jiġi permess aċċess għal port speċifiku mill-awtorità rilevanti ta' dak l-Istat tal-port fil-każ ta' forza maġġuri jew konsiderazzjonijiet prevalenti ta' sikurezza aktar importanti, jew biex jitnaqqas jew jiġi mminimizzat ir-riskju ta' tinġis jew jiġu rretifikati n-nuqqasijiet, kemm-il darba miżuri adegwati għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru jkunu ġew implimentati mis-sid, l-operatur jew il-kaptan tal-vapur biex jiġi assigurat dħul sigur.

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċaħda ta' aċċess għandha tapplika bl-istess mod għall-ankraġġi Komunitarji.

Emenda  40

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 21 – paragrafu 6

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi jirċievu t-taħriġ adatt f'rabta ma' bidliet fir-reġim tal-kontroll ta' l-Istat tal-port kif stabbilit f'din id-Direttiva u f'emendi għall-Konvenzjonijiet.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi jirċievu t-taħriġ adatt f'rabta ma' bidliet fir-reġim tal-kontroll tal-Istat tal-port applikat fil-Komunità kif stabbilit f'din id-Direttiva u f'emendi għall-Konvenzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Din id-Direttiva ġġib tibdil fir-reġim Komunitarju ta' kontroll mill-Istat tal-port. Konsegwentement, tibdil fil-livell internazzjonali m'għandux jitqies sakemm ma jiġix adottat fil-livell Komunitarju u għalhekk jiġi integrat fil-liġi marittima tal-Komunità.

Emenda  41

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 23 – paragrafu 1 a (ġdid)

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-ħin reali tal-wasla u l-ħin reali tat-tluq ta' kwalunkwe vapur li jżur il-portijiet tagħhom tiġi ttrasferita għal fuq id-database għall-ispezzjonijiet permezz tas-sistemi nazzjonali għall-immaniġġjar tal-informazzjoni marittima msemmija fl-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2002/59/KE fi żmien siegħa minn meta jasal il-vapur u fi żmien tliet sigħat wara t-tluq tiegħu, rispettivament.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-ħinijiet reali tal-wasla u tat-tluq tal-vapur ikunu disponibbli fid-database.

Emenda  42

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 26

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika regolarment fuq websajt pubblika informazzjoni marbuta mal-kumpaniji li l-prestazzjoni tagħhom, bil-ħsieb li jkun iddeterminat il-profil tar-riskju ta' vapur imsemmi fl-Anness I il-parti I, kienet ikkunsidrata bħala baxxa jew baxxa ħafna għal perijodu ta' tliet xhur jew iktar.

Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura regolatorja imsemmija fl-Artikolu 30(2), ir-regoli għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, li jispeċifikaw partikolarment il-modalitajiet tal-pubblikazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika regolarment fuq websajt pubblika informazzjoni marbuta mal-kumpaniji li l-prestazzjoni tagħhom, waqt li kien qed jiġi ddeterminat il-profil tar-riskju ta' vapur imsemmi fl-Anness I il-parti I, kienet ikkunsidrata bħala baxxa jew baxxa ħafna għal perijodu ta' tliet xhur jew iktar.

Il-Kummissjoni għandha tadotta, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 30(2), ir-regoli għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, waqt li tiżgura li dawn iqisu d-daqs tal-flotta tal-intrapriżi u li jispeċifikaw partikolarment il-modalitajiet tal-pubblikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-daqs tal-flotta tal-intrapriżi hija parametru li l-Kummissjoni trid tqis meta tiddetermina l-modalitajiet għall-implimentazzjoni ta' dan l-artikolu.

Emenda  43

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 34 – subparagrafu 1

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mhux aktar tard minn 18-il xahar mill-iskadenza tal-limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-reviżjoni ser teżamina, fost l-oħrajn, it-twettiq ta' l-impenn ġenerali Komunitarju għall-ispezzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 5, in-numru ta' l-ispezzjonijiet ta' kontroll ta' l-Istat tal-port f'kull Stat Membru, in-numru ta' spezzjonijiet imwettqa, u l-konformità ma' l-impenn annwali għall-ispezzjonijiet minn kull Stat Membru u l-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 6 u 7.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, partikolarment bil-għan li jkun hemm applikazzjoni uniformi tar-reġim ta' spezzjoni Komunitarju, mhux aktar tard minn 18-il xahar mill-iskadenza tal-limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-reviżjoni ser teżamina, fost l-oħrajn, it-twettiq tal-impenn ġenerali Komunitarju għall-ispezzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 5, in-numru tal-ispezzjonijiet ta' kontroll tal-Istat tal-port f'kull Stat Membru, in-numru ta' spezzjonijiet imwettqa, u l-konformità mal-impenn annwali għall-ispezzjonijiet minn kull Stat Membru u l-implimentazzjoni tal-Artikoli 6 u 7.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li r-reviżjoni tal-implimentazzjoni tqis l-applikazzjoni uniformi u tkun komprensiva.

Emenda  44

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 35 – paragrafu 1

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fi...*

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli […] u l-punti […] tal-Annessi [….] [l-artikoli jew is-suddiviżjonijiet ta' dawn, u l-punti tal-Annessi li nbidlu fis-sustanza tagħhom meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti] sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-data stabbilita fl-Artikolu 37. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn tat-tabelli ta' korrelazzjoni sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva.

Emenda  45

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 37 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

L-Artikoli […] u l-punti […] tal-Annessi [….] [l-artikoli jew is-suddiviżjonijiet ta' dawn, u l-punti tal-Annessi li ma nbidlux meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti] għandhom japplikaw minn ...*.

 

* Data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Iġġib it-test konformi mal-Emenda 38.

Emenda  46

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Anness I - parti II - punt 1 - inċiż 3

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Anness I part II punt 1

Anness I part II punt 1

Kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju baxx li ma kienx spezzjonat f'port ta' l-UE jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi waqt l-aħħar 36 xahar. Il-vapuri b'riskju baxx isiru eliġibbli għal spezzjoni sa mill-24 xahar.

Kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju baxx li ma kienx spezzjonat f'port tal-UE jew fir-reġjun tal-MOU ta' Pariġi waqt l-aħħar 30 xahar. Il-vapuri b'riskju baxx isiru eliġibbli għal spezzjoni sa mill-24 xahar.

Ġustifikazzjoni

Perjodu ta' tliet snin bejn l-ispezzjonijiet huwa twil wisq.

Emenda  47

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Anness I - parti II - punt 2 A - inċiż 3 a (ġdid)

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

- Vapuri li naqsu milli jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' notifikazzjoni rilevanti msemmijin fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, fid-Direttiva 2000/59/KE, fid-Direttiva 2002/59/KE u, jekk ikun il-każ, fir-Regolament (KE) Nru 725/2004.

Ġustifikazzjoni

Dawn il-vapuri għandhom ikunu suġġetti għal spezzjonijiet ulterjuri.

Emenda  48

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Anness I - parti II - punt 2 A - inċiż 3 b (ġdid)

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

- Vapuri li ġew irrappurtati bħala li għandhom nuqqasijiet li għadhom ma ssewwewx, ħlief dawk li n-nuqqasijiet tagħhom kellhom jissewwew qabel it-tluq.

Ġustifikazzjoni

Dawn il-vapuri għandhom ikunu suġġetti għal spezzjonijiet ulterjuri.

Emenda  49

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Anness I - part II - punt 3 B

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

3B. Vapuri ta' Prijorità II jistgħu jkunu spezzjonati kif ġej:

3B. Jekk l-awtorità kompetenti tagħżel vapur ta' Prijorità II għall-ispezzjoni, għandha tapplika l-iskema ta' għażla li ġejja:

(a) Spezzjoni estiża tista' titwettaq lil:

(a) Spezzjoni estiża għandha titwettaq lil:

- Kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju għoli mhux spezzjonat fl-aħħar sitt xhur,

- Kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju għoli mhux spezzjonat fl-aħħar sitt xhur,

- Kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena bħala żmien, bi profil tar-riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 10 xhur, jew

- Kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena bħala żmien, bi profil tar-riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 10 xhur, jew

- kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena bħala żmien, bi profil tar-riskju baxx mhux spezzjonat fl-aħħar 24 xahar.

- Kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena bħala żmien, bi profil tar-riskju baxx mhux spezzjonat fl-aħħar 24 xahar.

(b) Spezzjoni inizjali jew aktar dettaljata, kif adatt, għandha titwettaq lil:

(b) Spezzjoni inizjali jew aktar dettaljata, kif adatt, għandha titwettaq lil:

- Kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena, bi profil ta' riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 12-il xahar.

- Kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena, bi profil ta' riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 10 xhur.

- Kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena, bi profil ta' riskju baxx mhux spezzjonat fl-aħħar 24 xahar.

- Kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena, bi profil ta' riskju baxx mhux spezzjonat fl-aħħar 24 xahar.

(c) Fil-każ ta' fattur mhux mistenni:

(c) Fil-każ ta' fattur mhux mistenni:

- Spezzjoni aktar dettaljata jew estiża, skond il-ġudizzju professjonali ta' l-ispettur, tista' titwettaq fuq kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju għoli jew lil kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena,

- Spezzjoni aktar dettaljata jew estiża, skont il-ġudizzju professjonali tal-ispettur, għandha titwettaq fuq kwalunkwe vapur bi profil ta' riskju għoli jew lil kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta' merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena,

- Spezzjoni aktar dettaljata tista' titwettaq lil kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki, li għandu aktar minn 12-il sena.

- Spezzjoni aktar dettaljata għandha titwettaq lil kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki, li għandu aktar minn 12-il sena.

Ġustifikazzjoni

B'dan il-mod l-obbligi għall-ispezzjonijiet ikunu aktar intelliġenti kif ukoll obbligatorji.

Emenda  50

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Anness III

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

NOTIFIKAZZJONI

NOTIFIKAZZJONI

(imsemmi fl-Artikolu 8(1))

(kif imsemmija fl-Artikolu 8(1))

Informazzjoni li għandha tiġi fornuta skond l-Artikolu 8(1):

Informazzjoni li għandha tiġi fornuta skont l-Artikolu 8(1):

L-informazzjoni elenkata hawn isfel għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet tal-port jew lill-awtorità jew lill-korp innominati għal dik il-fini ta' l-inqas tlett ijiem qabel iż-żmien mistenni tal-wasla fil-port jew qabel it-tluq tal-port preċedenti jekk il-vjaġġ huwa mistenni li jieħu inqas minn tlett ijiem:

L-informazzjoni elenkata hawn isfel għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet tal-port jew lill-awtorità jew lill-korp innominati għal dik il-fini tal-inqas tlett ijiem qabel iż-żmien mistenni tal-wasla fil-port jew ankraġġ jew qabel it-tluq tal-port preċedenti jekk il-vjaġġ huwa mistenni li jieħu inqas minn tlett ijiem:

(a) identifikazzjoni tal-vapur (isem, sinjal taż-żjara, numru ta' identifikazzjoni IMO jew numru MSI);

(a) identifikazzjoni tal-vapur (isem, sinjal taż-żjara, numru ta' identifikazzjoni IMO jew numru MSI);

(b) durazzjoni ppjanata taż-żjara;

(b) tul ippjanat taż-żjara u lista ta' portijiet Komunitarji li l-vapur ikun żar suċċessivament waqt l-istess vjaġġ;

(c) għal tankers:

(c) għal tankers:

(i) konfigurazzjoni: buq singolu, buq singolu b'SBT, buq doppju;

(i) konfigurazzjoni: buq singolu, buq singolu b'SBT, buq doppju;

(ii) kondizzjoni tal-merkanzija u tankijiet tas-saborra: mimlijin, vojti, inerti;

(ii) kondizzjoni tal-merkanzija u tankijiet tas-saborra: mimlijin, vojti, inerti;

(iii) il-volum u n-natura tal-merkanzija;

(iii) il-volum u n-natura tal-merkanzija;

(d) operazzjonijiet ippjanati fil-port tad-destinazzjoni (merkanzija, ħatt, oħrajn);

(d) operazzjonijiet ippjanati fil-port jew ankraġġ tad-destinazzjoni (tagħbien, ħatt, oħrajn);

 

d a) portijiet ta' żjara jew ankraġġi fil-Komunità li jintlaħqu suċċessivament waqt l-istess vjaġġ;

(e) spezzjonijiet ta' stħarriġ statutorju ppjanati u ħidma ta' detenzjoni fl-ordni u ta' tiswija sostanzjali li għandhom jitwettqu waqt li fil-port tad-destinazzjoni;

(e) spezzjonijiet ta' stħarriġ statutarju ppjanati u ħidma ta' manutenzjoni u ta' tiswija sostanzjali li għandhom jitwettqu waqt li fil-port jew fl-ankraġġ tad-destinazzjoni;

(f) data ta' l-aħħar spezzjoni estiża fil-MOU ta' Pariġi.

(f) data tal-aħħar spezzjoni estiża fl-MOU ta' Pariġi.

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċaħda ta' aċċess għandha tapplika bl-istess mod għall-ankraġġi Komunitarji.

Emenda  51

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Anness IV – punt 41 (a) (ġdid)

Pozizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

41a. Ċertifikati rikjesti skont id-Direttiva 2008/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u reġim għar-responsabilità ċivili u l-garanziji finanzjarji għas-sidien ta' vapuri].

Ġustifikazzjoni

Il-proposti tal-Kummissjoni rigward il-kontroll mill-Istat tal-port u r-responsabilità ċivili tas-sidien tal-bastimenti huma żewġ elementi msemmija fit-"tielet pakkett dwar is-sigurtà marittima" u jikkostitwixxu sett ta' proposti interkonnessi.

B'konformità mal-Artikolu 62(2) tar-Regoli ta' Proċedura, din l-emenda għandha l-għan li tqis element legali ġdid, li feġġ wara l-ewwel qari, f'dan il-każ partikulari, id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ġunju 2008 fil-Kawża C-188/07.

  • [1]  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 584.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

L-objettiv tal-abbozz ta' Direttiva hu t-tisħiħ tal-proċeduri fil-portijiet tal-UE għall-ispezzjoni ta' bastimenti billi jitjieb il-mod kif tingħata attenzjoni lil bastimenti problematiċi, l-implimentazzjoni ta' reġim ta' spezzjoni ta' 100% u l-adozzjoni ta' miżuri oħra biex jittejbu l-ispezzjonijiet fil-port ta' vapuri mhux tal-UE, kollha bbażati fuq l-esperjenza li nkisbet fl-implimentazzjoni tad-Direttiva attwali. Hekk kif ġara bid-Direttiva attwali, hu importanti li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet dettaljati u tekniċi tar-reġim Komunitarju u r-reġim reġjonali tal-IMO, il-Memorandum ta' Ftehim (MOU) ta' Pariġi, huma, fil-biċċa l-kbira tagħhom, allinjati biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforz.

Fil-fehma tar-rapporteur tagħkom, hemm madankollu kwistjonijiet politiċi oħra, aktar sustantivi, li jmorru lil hinn mill-allinjament tekniku u jeħtieġu konsiderazjoni attenta. Ovvjament, dawn ġew ikkonsidrati waqt l-Ewwel Qari tal-Parlament. Barra minn hekk, ir-rapporteur tagħkom hu konxju tal-fatt li d-Direttiva dwar il-Kontroll tal-Istat tal-Port hi waħda minn pakkett ta' seba' proposti leġiżlattivi, li issa saru tmienja, li l-impatt tiegħu fuq is-sikurezza marittima, meta jitqies fis-sħuħija tiegħu, hu akbar mis-somma tal-partijiet tiegħu. Għal dawn ir-raġunijiet, ir-rapporteur tagħkom ma tistax tirrakkomanda li tiġi adottata l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill u tipproponi li terġa' tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Parlament fl-Ewwel Qari li l-emendi tagħha huma relatati ma' oqsma politiċi fundamentali.

Kif jistgħu jiftakru l-membri, il-Parlament adotta l-Ewwel Qari tiegħu dwar id-Direttiva proposta f'April 2007 u l-Kunsill finalment avża lill-Parlament dwar il-Pożizzjoni Komuni tiegħu f'Ġunju 2008. Safrattant, f'dan il-perjodu saret ħidma fi ħdan il-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi dwar il-modalitajiet ta' dan ir-reġim ta' spezzjoni li rriżultat fi proposti ta' tibdil mill-Kummissjoni f'oqsma bħal arranġamenti għat-trażmissjoni ta' informazzjoni jew kriterji għall-ikklassifikar tal-vapuri. Ir-rapporteur tagħkom tikkunsidra li hu xieraq li l-emendi tal-Kunsill ibbażati fuq din il-ħidma jiġu aċċettati. Għadd ta' dawn l-emendi, madankollu, ġew aġġustati biex jirriflettu l-preokkupazzjonijiet tal-Parlament fl-Ewwel Qari. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ifasslu tabelli li jikkorrelataw il-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom għal ma' din id-Direttiva.

Differenzi ewlenin mal-Kunsill

Hemm tliet oqsma li jvarjaw b'mod sinifikanti bejn l-Ewwel Qari tal-Parlament u l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill.

Ankraġġi

Bastimenti ta' standard baxx jistgħu jżuru ankraġġi bl-istess faċilità li jżuru portijiet. Id-dispożizzjonijiet tad-direttiva għandhom japplikaw għall-vapuri li jżuri ankraġġi apparti portijiet. Din kienet il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fil-proposta tagħha. Barra minn hekk, jidher li ftit hemm skop li tiġi adottata miżura li tillimita l-aċċess għall-portijiet Ewropej taħt ċerti kundizzjonijiet imma li tippermetti li l-istess bastimenti jżuru l-ankraġġi tagħha. Għalhekk ġew proposti emendi li jerġgħu jistabbilixxu l-ankraġġi fid-Direttiva fejn tneħħew mill-Kunsill. Dan hu konsistenti mal-Ewwel Qari tal-Parlament.

Ispezzjonijiet maqbuża

Il-Kunsill emenda l-proposta biex tinkludi dispożizzjoni li tippermetti li l-Istati Membri jkollhom marġini ta' "spezzjonijiet maqbuża". Dan il-marġini hu ġeneruż wisq u jista' jiskuraġġixxi l-isforzi xierqa biex jiġi żgurat li r-reġim ta' spezzjoni f'dawk il-portijiet ikun rigoruż f'dawk il-portijiet li jinżaru minn għadd ogħla mill-medja ta' bastimenti problematiċi. Pereżempju, il-Kunsill jipproponi li Stat Membru jkun jikkonforma mad-Direttiva jekk 5% ta' bastimenti ta' prijorità 1 bi profil ta' riskju għoli li jżuru l-portijiet tiegħu ma jiġux ispezzjonati. Barra minn hekk, il-Kunsill jipproponi li l-vapuri bi standard baxx jistgħu jaslu bil-lejl (definit bħala kull perjodu ta' mhux inqas minn 7 siegħat inkluż il-perjodu minn nofsillejl sal-5 am).

Projbizzjoni

Skont il-proposta tal-Kunsill ma jistax ikun li vapur jiġi pprojbit definittivament. Il-pożizzjoni tal-Parlament hi li vapur jista' jiġi pprojbit jekk kien is-suġġett ta' tliet ordnijiet ta' ċaħda ta' aċċess. Sabiex ikun suġġett għal ordni ta' ċaħda ta' aċċess vapur irid ikun fuq lista sewda jew griża, u jkun inżamm tal-anqas tliet darbiet fis-36 xahar preċedenti. Il-pożizzjoni tal-Parlament għalhekk tagħti biżżejjed ċans lis-sidien biex iġibu lill-bastiment konformi mar-rekwiżiti meħtieġa b'mod permanenti. Hemm bżonn tal-projbizzjoni, bħala d-deterrent finali, sabiex jiġi żgurat li l-vapuri li qed jaqgħu biċċiet ma jżurux iżjed il-portijiet tagħna.

Konklużjoni

Għalhekk hemm bżonn ta' ħidma u r-rapporteur tagħkom tipproponi li tingħata attenzjoni għall-kwistjonijiet sustantivi kif deskritt hawn fuq. L-approċċ issuġġerit hu wieħed bilanċjat, li jinkorpora l-pożizzjoni tal-Kunsill fejn hu ċar li l-bidliet tekniċi proposti qed isaħħu s-sistema ta' spezzjoni imma li jżomm dawk l-elementi tal-pożizzjoni tal-Parlament li se jiżguraw li s-sistema tkun effettiva.

PROĊEDURA

Titolu

Il-kontroll tal-Istat tal-Port (verżjoni ta' tfassil mill-ġdid)

Referenzi

05722/3/2008 – C6-0224/2008 – 2005/0238(COD)

Data tal-ewwel qari tal-PE - Numru P

25.4.2007                     T6-0149/2007

Il-Proposta tal-Kummissjoni

COM(2005)0588 - C6-0028/2006

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni

19.6.2008

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

19.6.2008

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Dominique Vlasto

23.6.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

14.7.2008

25.8.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

4.9.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Etelka Barsi-Pataky, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Erik Meijer, Seán Ó Neachtain, Reinhard Rack, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Silvia-Adriana Ţicău, Yannick Vaugrenard, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Johannes Blokland, Luigi Cocilovo, Zita Gurmai, Lily Jacobs, Anne E. Jensen, Rosa Miguélez Ramos, Vladimír Remek, Dominique Vlasto, Corien Wortmann-Kool