RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw

11.9.2008 - (COM(2008)0305 – C6‑0214/2008 – 2008/0102(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra

Proċedura : 2008/0102(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0339/2008
Testi mressqa :
A6-0339/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw

(COM(2008)0305 – C6‑0214/2008 – 2008/0102(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0305),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 291 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0214/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6‑0339/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet għandha l-għan li tiżgura li l-immunità mill-proċedimenti legali stipulata fl-Artikolu 12(a) ta' dak il-Protokoll ma tapplikax għall-istaff tal-Europol li jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta' tim investigattiv konġunt, fir-rigward ta' atti uffiċjali li dawn mitluba li jagħmlu biex jissodisfaw il-kompiti operattivi fdati lilhom.

Fil-laqgħa tar-Rappreżentanti Permanenti li saret fid-9 t'April 2008, intlaħaq ftehim wiesa' u definittiv dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol). Dan l-istrument legali ġdid se jippermetti lill-Aġenzija Ewropea ġdida biex taġġusta l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet tagħha b'ħeffa akbar sabiex tadatta għaċ-ċirkustanzi li qed jinbidlu fl-UE, speċjalment rigward forom ġodda ta' kriminalità u theddidiet ġodda ta' terroriżmu.

Skond il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill, l-Europol għandha tkun ikkonvertita f'Aġenzija tal-UE, bidla li se tfisser, fost affarijiet oħra, li r-Regolamenti tal-Istaff applikabbli għall-Uffiċjali tal-UE se japplikaw għall-istaff tal-Europol, kif se japplikaw ukoll l-istess privileġġi u immunitajiet.

L-Artikolu 6 tal-proposta jistipula wkoll li l-istaff tal-Europol jista' jipparteċipa f'kapaċità ta' appoġġ f'timijiet investigattivi konġunti, sakemm dawk it-timijiet ikunu qed jinvestigaw reati li għalihom l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija huwa kompetenti.

Il-Protokoll tat-28 ta' Novembru 2002 li jemenda l-Konvenzjoni Europol, u l-l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Europol, għamlu dispożizzjoni għall-possibilità li membri tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija jipparteċipaw f'kapaċità ta' appoġġ f'timijiet investigattivi konġunti. Dak il-protokoll li jemenda jistipula wkoll li l-immunità tal-membri tal-istaff tal-Europol rigward kliem li nkiteb jew li ngħad, u /jew atti mwettqa minnhom fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet uffiċjali tagħhom, ma testendix għall-attivitajiet tagħhom bħala parteċipanti fit-timijiet investigattivi konġunti.

L-għan ta' din il-proposta għal regolament huwa għalhekk sempliċement li jintroduċi aspett li diġà kien kopert fil-leġiżlazzjoni preċedenti dwar l-Europol, u li issa għandu jinżamm.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda għar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw

Referenzi

COM(2008)0305 – C6-0214/2008 – 2008/0102(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

29.5.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

19.6.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

19.6.2008

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

25.6.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Agustín Díaz de Mera García Consuegra

26.6.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

9.6.2008

14.7.2008

8.9.2008

 

Data tal-adozzjoni

8.9.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Emine Bozkurt, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Elly de Groen-Kouwenhoven, Esther De Lange, Gérard Deprez, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Claudio Fava, Armando França, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Jeanine Hennis-Plasschaert, Ewa Klamt, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Henrik Lax, Baroness Sarah Ludford, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Rareş-Lucian Niculescu, Martine Roure, Inger Segelström, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Frieda Brepoels, Simon Busuttil, Elisabetta Gardini, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jean Lambert, Marian-Jean Marinescu, Siiri Oviir