RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2004 dwar l-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93
11.9.2008 - (COM(2008)0162 – C6‑0183/2008 – 2008/0063(CNS)) - *
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Niels Busk
- ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- It-tnaqqis qawwi fl-istokkijiet tal-merluzz fl-Oċean Atlantiku 'l barra mix-xatt tal-Lvant tal-Kanada, li l-merluzz qatt ma mar lura lejh minkejja projbizzjoni totali fuq is-sajd mill-1992, għandu jservi ta' deterrent u twissija biex ma jkunx hemm dewmien fl-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa.
- PROĊEDURA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2004 dwar l-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93
(COM(2008)0162 – C6‑0183/2008 – 2008/0063(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0162),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0183/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6‑0340/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(1) Parir xjentifiku riċenti tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) wera li t-tnaqqis fil-qbid tal-merluzz ikkawżat mill-effett kollettiv tal-ħatt totali permissibbli (it-TACs), tal-miżuri tekniċi u tal-miżuri komplementarji ta’ ġestjoni ta’ sforzi ma kienu suffiċjenti xejn biex inaqqsu l-mortalità mis-sajd għal-livelli meħtieġa biex iħallu lill-istokkijiet tal-merluzz jerġgħu jikbru u li l-ebda wieħed mill-erba' stokkijiet ta’ merluzz koperti mir-Regolament (KE) Nru 423/2004 mhu qed juri sinjali ċari ta’ rkupru. |
(1) Parir xjentifiku riċenti tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) wera li t-tnaqqis fil-qbid tal-merluzz ikkawżat mill-effett kollettiv tal-ħatt totali permissibbli (it-TACs), tal-miżuri tekniċi u tal-miżuri komplementarji ta’ ġestjoni ta’ sforzi (inkluż il-monitoraġġ u l-kontroll biex ikun evitat il-qbid u l-ħatt tal-merluzz maqbud b'sajd illegali, mhux irrappurtat jew mhux irregolat) ma kienu suffiċjenti xejn biex inaqqsu l-mortalità mis-sajd għal-livelli meħtieġa biex iħallu lill-istokkijiet tal-merluzz jerġgħu jikbru u li l-ebda wieħed mill-erba' stokkijiet ta’ merluzz koperti mir-Regolament (KE) Nru 423/2004 mhu qed juri sinjali ċari ta’ rkupru, għalkemm l-istokkijiet fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Ċeltiku qegħdin juru xi sinjali ta' progress. | |||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(4a) Għandhom jiġu żviluppati mekkaniżmi effettivi ta’ ġestjoni tas-sajd b’koperazzjoni mal-industrija tas-sajd. Għal dan il-għan, l-evalwazzjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet għandhom jinvolvu l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u l-Istati Membri rilevanti. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-proposta attwali m’għandhiex titqies bħala l-aħħar kelma dwar il-konservazzjoni tal-merluzz. Il-konservazzjoni tal-merluzz diġà ġiet żviluppata fl-Istati Membri u l-iżvilupp futur tal-iskemi fuq il-livell tal-Istati Membri għandu jitħeġġeġ. Għalhekk għandu jingħad b’mod espliċitu li l-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-mekkaniżmi ta’ ġestjoni għandhom jinvolvu l-RACs u l-Istati Membri involuti. | ||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(5) Għandhom ikunu introdotti mekkaniżmi ġodda biex iħeġġu lis-sajjieda jissieħbu fi programmi ta’ prevenzjoni għall-merluzz. |
(5) Għandhom ikunu introdotti mekkaniżmi ġodda biex iħeġġu lis-sajjieda u lill-Istati Membri jissieħbu fi programmi ta’ prevenzjoni għall-merluzz. Il-merluzz kollu li jinqabad imissu jinġieb fuq l-art, iktar milli jitwarrab, sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni xjentifika kif suppost tal-istokkijiet. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom ikunu inkoraġġiti wkoll biex jintroduċu miżuri biex inaqqsu l-mortalità kkawżata mis-sajd u r-rimi. | ||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(5a) Kwalunkwe programm ta’ prevenzjoni tal-qbid ta' merluzz ta' dan it-tip għandu iżjed ċans li jirnexxi jekk ikun żviluppat b’koperazzjoni mal-industrija tas-sajd; għaldaqstant, il-programmi ta’ prevenzjoni tal-qbid ta' merluzz żviluppati fl-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala mezz effettiv għall-promozzjoni tas-sostenibilità, u l-iżvilupp ta’ programmi bħal dawn għandu jitħeġġeġ flimkien mat-tħaddim tal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Is-sitwazzjoni preżenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-istokkijiet tal-merluzz żviluppat fil-kuntest tad-deċiżjonijiet li ttieħdu ċentralment fil-qafas tas-CFP. Filwaqt li diġà qed isiru tentattivi biex tittejjeb is-sitwazzjoni fil-kuntest tas-CFP eżistenti, għandhom jitħeġġu wkoll l-iżviluppi li qed iseħħu fl-Istati Membri u li jinvolvu l-industrija tas-sajd. | ||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 b (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(5b) L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw is-setgħa tagħhom li jallokaw l-aċċess għas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz sabiex jinkuraġġixxu lis-sajjieda tagħhom biex jistadu b’modi li jirriżultaw f’sajd iżjed selettiv u li jkunu inqas ta’ ħsara għall-ambjent. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-proposta attwali m’għandhiex titqies bħala l-aħħar kelma dwar il-konservazzjoni tal-merluzz. Il-konservazzjoni tal-merluzz diġà ġiet żviluppata fl-Istati Membri u l-iżvilupp futur tal-iskemi fuq il-livell tal-Istati Membri għandu jitħeġġeġ. Għalhekk għandu jingħad b’mod espliċitu li l-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-mekkaniżmi ta’ ġestjoni għandhom jinvolvu l-RACs u l-Istati Membri involuti. | ||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 — punt 1 Regolament (KE) Nru 423/2004 Artikolu 2b – punt b a (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 423/2004 Artikolu 6 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Kif inhu l-każ fi programmi ta' ġestjoni oħra, il-marġini ta' +/- 15% għandu jkun applikabbli b'mod ġenerali. | ||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 — punt 3 Regolament (KE) Nru 423/2004 Artikolu 6 - paragrafu 5 - punt b | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 — punt 3 Regolament (KE) Nru 423/2004 Artikolu 7 - paragrafu 1 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Jekk tassew irridu ninkuraġġixxu lis-sajjieda biex jieħdu sehem fil-programmi ta’ prevenzjoni ta' qbid tal-merluzz, l-RACs għandhom ikunu involuti bis-sħiħ fl-evalwazzjoni tar-Regolament. Iżjed minn hekk, jekk tassew irridu ninkuraġġixxu lill-Istati Membri biex ikunu involuti fl-iżgurar ta' prattiċi tas-sajd sostenibbli, dawn għandhom ikunu rikonoxxuti b'mod espliċitu bħala l-partijiet interessati prinċipali fl-evalwazzjonijiet. Is-CFP tinsab f’perjodu ta' evalwazzjoni bil-ħsieb ta’ riforma sostanzjali. Riferenza espliċita għall-RACs u għall-Istati Membri f’din il-leġiżlazzjoni tagħti indikazzjoni ċara li l-istituzzjonijiet tal-UE huma serji dwar l-involviment ta’ dawk il-partijiet interessati fl-iżvilupp futur tas-sistemi tal-ġestjoni tas-sajd. | ||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 — punt 4 Regolament (KE) Nru 423/2004 Kapitolu IV — titolu | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
It-terminu ‘determinazzjoni’ huwa izjed xieraq għall-iskop tar-regolament. | ||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 423/2004 Artikolu 8a – paragrafu 2 – punt a | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Sabiex ikun żgurat li d-dejta użata tkun ta' kwalità għolja u affidabbli, l-2004-2006 għandhom jintużaw bħala s-snin ta' referenza. | ||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 423/2004 Artikolu 8a – paragrafu 3 – parti introduttorja | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Għandu jkun iċċarat li huma l-kategoriji ta' tagħmir li jikkontribwixxu għal 80% tal-qabdiet totali tal-merluzz li għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis fil-mortalità mis-sajd. | ||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 423/2004 Artikolu 8a – paragrafu 3 – punt a | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Għandu jitqies il-fatt li l-isforzi tas-sajd jistgħu jiżdiedu wkoll sakemm il-mortalità mis-sajd tkun inqas mill-mira ta' F = 0.4. Dan jista' jkun il-każ din is-sena, pereżempju, bil-livell għoli ta' reklutaġġ, fejn il-marġini massimu għat-TAC ta' 15% jfisser li l-mortalità mis-sajd se tinżel taħt F = 0.4. | ||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 423/2004 Artikolu 8b – paragrafu 1 – parti introduttorja | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Wieħed mill-punti ewlenin fl-iskema ta' jiem kW huwa l-iżgurar li l-Istati Membri nfushom ikollhom il-flessibilità li jiddefinixxu liema kriterji jużaw biex jiddistribwixxu n-numru ta' jiem kW allokati lill-bastimenti. | ||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 423/2004 Artikolu 8b – paragrafu 3 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Id-dispożizzjoni timpedixxi r-ristrutturar tal-flotta rigward l-2007. Pereżempju, mhux se jkun possibbli li l-bastimenti bi xbieki ta' tkarkir bit-travi jinbidlu b'bastimenti bi xbieki li l-ħut jeħel magħhom mill-garġi, li jikkonsmaw inqas fjuwil meta mqabbla mal-istruttura tal-flotta fl-2007. | ||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 423/2004 Artikolu 8d – parti introduttorja | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Fil-bdil ta' kwoti minuri, m'hemmx bżonn li jinbidel l-isforz tas-sajd u għaldaqstant dan m'għandux ikun rekwiżit iżda possibilità. | ||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 423/2004 Artikolu 8e – paragrafu 3 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Huwa essenzjali li jkun hemm flessibilità biżżejjed sabiex ikun hemm il-kapaċità ta' reazzjoni għal ċirkustanzi esterni. Pereżempju, prezzijiet tal-fjuwil dejjem iktar għoljin jistgħu jinkoraġġixxu lis-sajjieda biex jibdlu għas-sajd bi xbieki li l-ħut jeħel magħhom mill-garġi jekk sajd bħal dan jista' jkollu cpue iktar għoli mis-sajd bi xbieki ta' tkarkir bit-travi, pereżempju, ma jistax ikun hemm trasferiment tal-isforz tas-sajd skond l-Artikolu 8e, paragrafu 3, propost. | ||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Regolament (KE) Nru 423/2004 Artikolu 17 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
M'għandha tiddaħħal l-ebda proċdura speċjali għat-teħid tad-deċiżjonijiet li teskludi lill-Parlamant mill-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni assolutament eċċezzjonali għaliha. |
NOTA SPJEGATTIVA
INTRODUZZJONI
Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ilu minn Novembru 2000 jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hemm riskju serju li l-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar tat-Tramuntana u 'l barra mill-Punent tal-Iskozja jkunu eżawriti, u fil-laqgħa tal-Kunsill li saret f'Diċembru tal-istess sena, il-Ministri għas-Sajd u l-Kummissjoni esprimew tħassib għall-istat kritiku tal-istokkijiet.
F'dik l-okkażjoni kien innutat li kien hemm wisq pressjoni mis-sajd u li wisq ħut għadu żgħir kien qed jinqabad, bir-riżultat li kien qed jintrema ħafna ħut. Dan iż-żewġ fatturi wasslu għall-erożjoni tal-kwantità ta' ħut adult (bijomassa) sal-punt li huwa probabbli ħafna li l-istokkijiet ma jistgħux jiġġeneraw lilhom infushom aktar permezz tar-riproduzzjoni. Jekk il-pressjoni mis-sajd tibqa' kif inhi u kwantitajiet tant kbar ta' ħut għadu żgħir jibqa' jinqabad, l-istokkijiet mhux se jkunu sostenibbli. L-istokkijiet qiegħdin f'sitwazzjoni kritika u għalhekk hemm ħtieġa urġenti ta' pjanijiet għall-irkupru tagħhom, kif innutat il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-ripopolazzjoni tal-istokkijiet tal-merluzz u l-marlozz fl-ilmijiet Komunitarji u dawk li jmissu magħhom (COM(2001)326).
Fl-2004 il-Kunsill adotta l-'pjan għall-irkupru tal-merluzz', li l-objettiv globali tiegħu huwa li jiżgura l-irkupru sikur tal-istokkijiet tal-merluzz sad-daqs ta' prekawzjoni tal-istokk, kif irrakkomandat mix-xjentisti, fi żmien ħames sa għaxar snin.
L-EMENDI PROPOSTI MILL-KUMMISSJONI
Pariri xjentifiċi mill-Kumitat Xjentifiki Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) indikaw li t-tnaqqis li rriżulta mill-isforz kollettiv tal-qabdiet totali permissibbli (TACs), miżuri tekniċi u regolamenti komplementari dwar il-ġestjoni tal-isforzi ma kienx assolutament biżżejjed biex inaqqas il-mortalità mis-sajd għal-livell meħtieġ biex l-istokkijiet ikunu jistgħu jerġgħu jinbnew. Fid-dawl ta' dik l-evalwazzjoni u l-esperjenza miksuba, il-Kummissjoni, f'April 2008, ressqet proposti għall-emendi li ġejjin:
L-objettivi għandhom ikunu riveduti sabiex jintlaħaq l-ogħla rendiment sostenibbli anke jekk jinbidlu l-kundizzjonijiet fl-oċeani bħala riżultat tat-tisħin globali.
Is-sistema ta’ ġestjoni tal-isforz trid tkun issimplifikata ladarba din saret tant kumplessa li hemm bżonn ta' sistema ġdida, ibbażata fuq il-limiti massimi tal-isforz li jridu jkunu mmaniġġjati mill-Istati Membri, li se jkollha iktar flessibilità u għalhekk għandha twassal għal implimentazzjoni iktar effiċjenti.
Il-pjan irid ikun adattat għal livelli differenti ta' rkupru u għalhekk jinkorpora strateġija modulari fejn l-aġġustament tal-mortalità mis-sajd huwa funzjoni tal-livell ta' rkupru li jkun intlaħaq.
Iridu jkunu introdotti u applikati regoli ċari meta u fejn ix-xjentisti ma jistgħux jipprovdu stimi ċari tal-istatus tal-istokk.
Il-ħtieġa li jitnaqqas ir-rimi permezz tal-introduzzjoni ta' mekkaniżmi ġodda li jinkoraġġixxu lis-sajjieda biex jieħdu sehem fi programmi ta' prevenzjoni tal-qbid ta' merluzz.
Il-pjan ta' rkupru għandu jkun estiż biex jinkludi l-Baħar Ċeltiku għaliex kien ippruvat li dan l-istokk kien ukoll sfruttat iżżejjed daqskemm kienu sfruttati żżejjed l-istokkijiet tal-merluzz fl-ilmijiet Komunitarji.
Kollox ma' kollox, il-Kummissjoni tixtieq temenda l-pjan eżistenti ta’ rkupru tal-merluzz sabiex tagħmlu aktar komplut, aġġornat għall-iżviluppi riċenti, aktar sempliċi, aktar effiċjenti u eħfef biex ikun implimentat, immonitorjat u kkontrollat.
IL-KUMMENTI TAR-RAPPORTEUR
Is-suċċess tal-pjan ta' rkupru jiddependi wkoll mill-assenza tas-sajd illegali, jiġifieri li ma jkunx hemm ħatt ta' ħut maqbud permezz ta' sajd illegali, mhux irrappurtat jew mhux irregolat. Il-monitoraġġ u l-kontroll huma, għaldaqstant, strumenti importanti biex ikun żgurat l-infurzar tar-regolament tas-sajd.
Minħabba l-importanza tas-sajd tal-merluzz, l-impatt tiegħu fuq is-sajd għal speċi oħra u l-interessi ekonomiċi u soċjali kbar involuti, il-pjan għall-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz irid ikun implimentat b'suċċess.
Il-pjan għall-irkupru tal-merluzz għandu implikazzjonijiet serji għall-industrija tas-sajd u għall-komunitajiet lokali marbutin miegħu, iżda jekk il-pjan ma jirnexxix, u jekk kollox jibqa' l-istess, l-implikazzjonijiet huma ikbar u aktar serji, u għalhekk trid tingħata prijorità assoluta lill-pjan ta' rkupru li jkun ta' suċċess.
Mill-perspettiva purament bijoloġika, l-aħjar metodu biex ikun promoss l-irkupru malajr tal-istokkijiet tal-merluzz huwa li jkun ipprojbit għal kollox is-sajd fejn hemm riskju li jinqabad il-merluzz. Approċċ bħal dan ikollu implikazzjonijiet soċjali u ekonomiċi enormi ladarba l-merluzz jinqabad f'qabdiet ta' ħut imħallta, li jkun ifisser li jrid ikun ipprojbit is-sajd għal speċi oħra, inkluż il-melanogrammus aeglefinus (haddock), il-merlangu, l-awwista tan-Norveġja, il-barbun tat-tbajja, il-lingwata, il-petriċa, il-lepidorhombus (megrim), eċċ. Sabiex ikun evitat li nispiċċaw f'sitwazzjoni bħal din, il-pjan ta' rkupru jrid jipproduċi riżultati pożittivi viżibbli.
Tinħoloq problema għal kulħadd meta l-Istati Membri ma jżommux mal-proposti tal-Kummissjoni għat-TACs u minflok jagħmlu kompromessi u jistabbilixxu TACs iktar għolja minn dawk irrakkomandati mill-esperti xjentifiċi. Fil-laqgħa tal-Kunsill imsemmija hawn fuq f'Diċembru 2000, il-Ministri għas-Sajd adottaw TACs ħafna iktar baxxi għall-merluzz u l-marlozz u naqqsu b'moderazzjoni t-TACs għal speċi relatati. Bl-eċċezzjoni tal-merluzz tal-Baħar tat-Tramuntana, li huwa kopert minn TAC maqbula man-Norveġja, kienu stabbiliti TACs iktar għolja minn dawk proposti mill-Kummissjoni. Anke f'sitwazzjoni ta' kriżi, l-Istati Membri mhumiex kapaċi jaqblu dwar miżuri li huma iktar konsistenti mal-pariri xjentifiċi.
It-tnaqqis qawwi fl-istokkijiet tal-merluzz fl-Oċean Atlantiku 'l barra mix-xatt tal-Lvant tal-Kanada, li l-merluzz qatt ma mar lura lejh minkejja projbizzjoni totali fuq is-sajd mill-1992, għandu jservi ta' deterrent u twissija biex ma jkunx hemm dewmien fl-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa.
PROĊEDURA
Titolu |
L-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0162 – C6-0183/2008 – 2008/0063(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
25.4.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 8.5.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 8.5.2008 |
|
|
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ENVI 6.5.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Niels Busk 5.5.2008 |
|
|
|||||
Data tal-adozzjoni |
8.9.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
18 2 2 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Iles Braghetto, Luis Manuel Capoulas Santos, Paulo Casaca, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Emanuel Jardim Fernandes, Carmen Fraga Estévez, Pedro Guerreiro, Heinz Kindermann, Rosa Miguélez Ramos, Struan Stevenson, Margie Sudre, Cornelis Visser |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Colm Burke, Ole Christensen, Eleonora Lo Curto, Jan Mulder, Teresa Riera Madurell, Kathy Sinnott, Thomas Wise |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Salvador Domingo Sanz Palacio |
|||||||
Data tat-tressiq |
11.9.2008 |
|||||||