RAPPORT dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
16.9.2008 - (12984/2008 – C6‑0317/2008 – 2008/2166(BUD))
Taqsima III – Kummissjoni
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Kyösti Virrankoski
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz tal-baġit li jemenda Nru 6/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III - Kummissjoni
(12984/2008 – C6‑0317/2008 – 2008/2166(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1] (minn issa ‘l quddiem ir-“Regolament Finanzjarju"), u b’mod partikulari l-Artikoli 37 u 38,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, kif adottat finalment fit-13 ta’ Diċembru 2007[2],
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u mmaniġġjar finanzjarju sod[3],
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit preliminari Nru 6/2008 ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, li l-Kummissjoni preżentat fl-1 ta’ Lulju 2008 (COM(2008)0429),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit li jemena Nru 6/2008, li l-Kunsill stabbilixxa fil-15 ta' Settembru 2008 (12984/2008 - C6-0317/2008),
– wara li kkunsidra r-Regola 69 ta’ u l-Anness IV tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0353/2008),
A. billi l-abbozz tal-baġit li jemenda Nru 6 għall-baġit ġenerali 2008 ikopri l-punti li ġejjin:
– l-adattamenti baġitarji meħtieġa (pjan ta’ stabbiliment) ġejjin mill-estensjoni tal-mandat ta’ tliet aġenziji eżekuttivi: l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv, u l-Kultura (EACEA), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika (PHEA), u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Netwerk ta’ Trasport Transewropew (TEN-TEA),
– il-ħolqien ta’ l-istruttura baġitarja meħtieġa biex takkomoda l-Kumpanija Konġunta ta’ Ċelloli ta’ Fjuwil u Idroġenu (FCH JU), u l-allokament tal-ħtiġijiet baġitarji li jikkorrispondu,
– żieda ta’ EUR 2 200 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, biex tkopri parti mill-ispejjeż ta’ bini ġdid għall-EUROJUST,
– żieda ta’ EUR 3 900 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Programm ta’ Kompetittività u Innovazzjoni (CIP) - Imprenditorjat u Innovazzjoni,
B. billi l-iskop ta’ l-abbozz tal-baġit li jemenda Nru 6/2008 huwa li jdaħħal dawn l-aġġustamenti tal-baġit fil-baġit ta’ l-2008,
1. Ifakkar li l-approprjazzjonijiet għal Kumpaniji Konġunti huma mħallsa mill-baġit operattiv tal-programm ikkonċernat;
2. Jinnota li, skond l-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew, bħala parti mill-awtorità baġitarja, kellu jkun infurmat mill-kera ta’ bini ġdid għall-EUROJUST, li għandha implikazzjonijiet sinifikattivi għall-baġit;
3. Jistenna li jkun provdut b’informazzjoni bħal din mill-Kummissjoni fil-futur, fil-każ ta’ aktar ħtiġijiet għal bini, biex jippermetti lill-awtorità baġitarja biex toħroġ opinjoni skond l-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju;
4. Jadotta l-abbozz tal-baġit li jemenda Nru 6/2008 mhux emendat;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
Skond l-Artikolu 37(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta abbozz ta’ baġits preliminari li jemenda, jekk ikun hemm “ċirkustanzi ma jistgħux ikunu evitati, ta’ eċċezzjoni jew mhux previsti”.
Rigward il-punti differenti ta' l-Abbozz tal-Baġit li Jemenda Nru 6/2008 ir-rapporteur tiegħek għandu l-kummenti li ġejjin:
1. Aġenziji eżekuttivi
Din il-parti tikkonċerna l-ħolqien ta’ żewġ impjiegi addizzjonali ta’ aġenti temporanji fil-grad AD5 għall-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) u l-ħolqien ta’ tliet impjiegi addizzjonali ta’ aġenti temporanji fil-grad AD5 u AD9 għall-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm ta’ Saħħa Pubblika (PHEA), u t-tnaqqis minn 40 sa 32 impjieg temporanju fil-pjan ta’ stabbiliment ta’ l-Aġenzija Eżekuttiva ta’ Netwerk ta’ Trasport Transewropew (TEN-TEA). Huwa jista’ jkun approvat peress li jkollu effett pożittiv fuq il-baġit (ħolqien ta’ ħames impjiegi, iżda tħassir ta’ tmien impjiegi).
2. Kumpanija konġunta ta’ ċelloli ta’ fjuwil u Idroġenu (FCH JU)
Din il-parti tikkonċerna l-ħolqien ta’ l-istruttura baġitarja meħtieġa (ħolqien ta’ linji tal-baġit) biex jakkomodaw il-Kumpanija Konġunta ta’ Ċelloli ta’ Fjuwil u Idroġenu (FCH JU), u allokament ta’ EUR 30 miljun f’CA u EUR 1.9 miljun f’PA, tnaqqis ta’ l-ammonti li jikkorrispondu mil-linja tal-baġit attwali 08 05 01. (Koperazzjoni - Enerġija - nefqa operattiva).
Il-Kummissjoni tipproponi li toħloq żewġ punti ġodda fil-Baġit (08 01 04 41 u 08 05 02) biex takkomoda l-Inizjattiva Konġunta ta’ Teknoloġija ta’ Ċelloli ta’ Fjuwil u l-Kumpanija Konġunta ta’ Idroġenu (FCH JU), wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 521/2008 fit-30 ta’ Mejju 2008 kif ukoll il-ħolqien tal-pjan ta’ stabbiliment.
Skond l-ispjegazzjonijiet tal-Kummissjoni l-ħolqien ikun newtrali fil-baġit, peress li l-approprjazzjonijiet jitnaqqsu mil-linji tal-baġit operattivi li jikkorrispondu mal-prijoritajiet tas-Seba’ Programm ta’ Qafas.
3. Il-EUROJUST
Il-Eurojust talbet żieda fil-baġit tagħha ta’ EUR 7.34 miljun biex tkopri l-kera, tiswija u manutenzjoni ta’ bini ta’ uffiċċji ġdid fl-Aja.
Il-Kummissjoni hija lesta li taċċetta EUR 2.24 miljun ta’ din it-talba, li jridu jkunu provduti b’dan il-baġit li jemenda. Il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-marġni skond il-limitu ta’ l-Intestatura 3a biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ l-Eurojust. Rigward il-pagamenti dawn se jkunu allokati mill-ġdid minn nefqa operattiva mhux użata tat-Titolu 18 06 06 -Ġustizzja Kriminali-. Ir-rapporteur tiegħek ma jixtieqx jaċċetta l-proposti minħabba li l-Artikolu179, par.
3 tar-Regolament Finanzjarju jipprovdi li l-PE għandu jkun infurmat mill-proġett tal-bini kkonċernat, minħabba li huwa għandu implikazzjoni sinifikattiva għall-baġit. Għalhekk huwa jipproponi li l-abbozz ta’ mozzjoni jkun emendat għal riżoluzzjoni li tfakkar id-dispożizzjoni ta’ l-Artikolu 173, par.
3 tar-Regolament Finanzjarju: Il-PE għandu jkun infurmat mill-Kummissjoni biex ikun f’pożizzjoni li jkun jista’ joħroġ opinjoni dwar l-impatt baġitarju tal-proġett ta’ bini.
4. Programm ta’ kompetittività u innnovazzjoni (CIP)
Huwa propost li jiżdiedu l-impenji għal-linja 01 04 04 - programm CIP b’EUR 3.9 miljun, li għandhom ikunu kumpensati bi tnaqqis fl-ipprogrammar finanzjarju fl-istess linja f’2011 u 2012. Ir-rapporteur tiegħek jista’ jaqbel ma’ din il-proposta.
5. Konklużjoni
L-effett nett tal-modifiki għal nefqa fil-Baġit li jemenda Nru 6/2008 huwa żieda ta' EUR 6.14 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, bl-ebda bidla f'approprjazzjonijiet għall-pagament.
|
|
|||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
Baġit 2008+AB1-4, PDAB 5 |
PDAB 6 |
Ammonti ġodda |
|||||||||
Nomenklatura |
Intestatura |
FF |
CA Total |
Pa Total |
CA Total |
PA Total |
CA Total |
PA Total |
||||||
01 04 04 |
Programm ta’ Kompetittività u Innovazzjoni - Imprenditorjat u Innovazzjoni |
1 |
143.000.000 |
113.000.000 |
3.900.000 |
|
146.900.000 |
113.000.000 |
||||||
08 05 01 |
Koperazzjoni — Enerġija |
1 |
129.680.000 |
64.498.000 |
-30.000.000 |
-1.900.000 |
99.680.000 |
62.598.000 |
||||||
08 05 02 |
Koperazzjoni — Enerġija— Kumpanija Konġunta ta’ Ċelloli ta’ Fjuwil u Idroġenu (FCH) |
1 |
|
|
28.100.000 |
|
28.100.000 |
|
||||||
08 01 04 41 |
Koperazzjoni — Enerġija — Nefqa ta’ appoġġ għal Kumpanija Konġunta ta’ Ċelloli ta’ Fjuwil u Idroġenu (FCH) |
1 |
|
|
1.900.000 |
1.900.000 |
1.900.000 |
1.900.000 |
||||||
18 06 04 01 |
Il-EUROJUST - Sussidju skond it-titoli 1 u 2 |
3a |
14.593.330 |
14.593.330 |
1.940.000 |
1.940.000 |
16.533.330 |
16.533.330 |
||||||
18 06 04 02 |
Il-EUROJUST - Sussidju skond it-titoli 1 u 3 |
3a |
5.406.670 |
5.406.670 |
300.000 |
300.000 |
5.706.670 |
5.706.670 |
||||||
18 06 06 |
Ġustizzja Kriminali |
3a |
29.800.000 |
16.900.000 |
|
-2.240.000 |
29.800.000 |
14.660.000 |
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
Total |
|
322.480.000 |
214.398.000 |
6.140.000 |
|
328.620.000 |
214.398.000 |
||||||
Fit-total il-figuri allokati mill-ġdid wara l-adozzjoni ta’ DAB 6/2008 għandhom ikunu kif imiss:
F’konklużjoni, ir-rapporteur tiegħek jirrakkomanda li jkun adottat kif emendat.
PROĊEDURA
Titolu |
Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 |
|||||||
Referenzi |
12984/2008 – C6-0317/2008 – 2008/2166(BUD) |
|||||||
Kumitat responsabbli Data ta’ tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG00.0.2008
|
|||||||
Kumitat/i mitlub/a opinjoni Data ta’ tħabbir fis-seduta plenarja |
|
|
|
|
|
|||
Rapporteur Data tal-ħatra |
Kyösti Virrankoski13 .12.2006 |
|||||||
Rapporteur preċedenti |
|
|||||||
Data ta’ l-abbozz ta’ baġit li jemenda stabbilita mill-Kunsill |
15.9.2008 |
|||||||
Data ta’ l-abbozz ta’ baġit li jemenda mressqa mill-Kunsill |
0.0.0000 |
|||||||
Diskussjoni fil-kumitat |
11.9.2008 |
|
|
|
|
|||
Data ta’ l-adozzjoni |
11.9.2008 |
|||||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
25
|
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Richard James Ashworth, Reimer Böge, Costas Botopoulos, Paulo Casaca, Brigitte Douay, Szabolcs Fazakas, Vicente Miguel Garcés Ramón, Salvador Garriga Polledo, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Ville Itälä, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Jan Mulder, Margaritis Schinas, Nina Škottová, László Surján, Helga Trüpel, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter |
|||||||
Sostitut/i preżenti għall-vot finali |
Thijs Berman, Jana Hybášková, Peter Šťastný |
|||||||
Sostitut/i preżenti għall-vot finali skond ir-Regola 178(2) |
|
|||||||
Data ta’ tressiq |
16.9.2008 |
|||||||
Kummenti (disponibbli f’lingwa waħda biss)
|
... |
|||||||