RAPPORT dwar strateġija favur l-implimentazzjoni futura tal-aspetti istituzzjonali tal-Aġenziji Regolatorji

17.9.2008 - (2008/2103(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Georgios Papastamkos
Rapporteur għal opinjoni (*):
Jutta Haug, Kumitat għall-Baġits
(*) Kumitat assoċjat - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2008/2103(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0354/2008
Testi mressqa :
A6-0354/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar strateġija favur l-implimentazzjoni futura tal-aspetti istituzzjonali tal-Aġenziji Regolatorji

(2008/2103(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2008 bl-isem ta' ''L-aġenziji Ewropej – Il-mixja ’l quddiem'' (COM(2008)0135),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Jannar 2004 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: 'Il-qafas operattiv għall-Aġenziji Regolatorji Ewropej'[1],

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehima interistituzzjonali tal-25 ta' Frar 2005 dwar il-qafas operattiv għal aġenziji regolatorji Ewropej (COM(2005)0059),

–   wara li kkunsidra l-mistoqsija orali mressqa b'mod konġunt lill-Kunsill mill-Kumitat għall-Affarijiet Istituzzjonali u mill-Kumitat għall-Baġits, u t-tweġiba mogħtija mill-Kunsill matul is-sessjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2005 (O-0093/05),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Diċembru 2005 dwar il-proġett tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni ta' Ftehima interistituzzjonali għall-ħolqien ta' qafas operattiv għal aġenziji regolatorji Ewropej[2],

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni adottata mill-Konferenza tal-Presidenti fis-17 ta' April 2008,

–   wara li kkunsidra l-ittra tas-7 ta' Mejju 2008 indirizzata mill-President tal-Kummissjoni lill-President tal-Parlament Ewropew u lill-President attwali tal-Kunsill favur il-ħolqien ta' grupp ta' ħidma interistituzzjonali fil-livell politiku,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0354/2008),

A. Billi l-isforzi magħmula mill-Parlament u mill-Kummissjoni bil-għan li jiġi stabbilit qafas tal-aġenziji regolatorji Ewropej li jorbot legalment, ma wasslu għall-ebda riżultat,

B.  Billi l-Ftehima Interistituzzjonali proposta fl-2005 ma wasslet għall-ebda progress sostanzjali, minħabba l-oppożizzjoni istituzzjonali u politika min-naħa tal-Kunsill, u billi l-Kummissjoni ddeċidiet li tirtira l-proposta tagħha favur ftehima interistituzzjonali u li tibdilha b'invit għal djalogu interistituzzjonali li għandu jwassal għal approċċ komuni,

C. Billi osserva li, għalkemm għall-ewwel, l-aġenziji regolatorji jistgħu jiġi mqabbla ma' ''mikroistituzzjonijiet'', huma madankollu għandhom ''makroimpatti'' fuq il-livell tal-governanza Ewropea,

D. Billi għadu neċessarju li jiġu definiti mill-inqas il-karatteristiċi strutturali essenzjali tal-aġenziji regolatorji, peress li dan sar parametru paraistituzzjonali rikonoxxut tal-Unjoni Ewropea,

E.  Billi l-Kummissjoni qed tipproponi li jinħoloq grupp ta' ħidma interistituzzjonali li jkun inkarigat li jfassal qafas komuni għall-aġenziji regolatorji kif ukoll jiddefinixxi l-kompetenzi rispettivi ta' kull wieħed mill-organi tal-Unjoni Ewropea meta mqabbel ma' dawn l-aġenziji,

F.  Billi l-Kummissjoni għandha telabora evalwazzjoni orizzontali tal-aġenziji regolatorji sal-2009-2010 u tressaq, mill-aktar fis, lill-Parlament u lill-Kunsill rapport dwar il-konklużjonijiet ta' din l-evalwazzjoni,

G. Billi l-Kummissjoni ddeċidiet li ma tipproponix il-ħolqien ta' aġenziji ġodda sakemm il-grupp ta' ħidma interistituzzjonali ma jkunx temm ix-xogħol tiegħu,

H. Billi l-Kummissjoni ma għandhiex titbiegħed mil-linji gwida tal-abbozz tal-ftehima interistituzzjonali proposta fl-2005 dwar l-emendi għall-istrumenti bażiċi li jirregolaw l-aġenziji regolatorji eżistenti, sabiex dawn ikunu konformi mal-istrateġija l-ġdida,

I.   Billi diġà jeżisti qafas regolatorju komuni għall-aġenziji regolatorji[3], li ngħatalhom ir-responsabilità tal-immaniġġjar tal-programmi tal-Komunità għal perjodu speċifiku ta' żmien,

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Iqis li l-proposta tal-Kummissjoni tikkostitwixxi inizjattiva li ta' min wieħed ifaħħarha u huwa lest li jipparteċipa, permezz tar-rappreżentanti tiegħu, fix-xogħol tal-grupp ta' ħidma interistituzzjonali, iżda jqis madankollu li l-''approċċ komuni'' ma jilħaqx l-aspettattivi tiegħu fir-rigward tal-konklużjoni ta' Ftehima interistituzzjonali; jinnota li dan ma jeskludix l-iżvilupp ta' forom oħra ta' fehim bħala riżultat tax-xogħol tal-grupp ta' ħidma;

2.  Jappella lill-Kunsill, fil-kapaċità tiegħu bħala parti mill-awtorità baġitarja, biex jagħmel kontribuzzjoni kostruttiva fil-proċedimenti ta' dan il-grupp ta' ħidma;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex, flimkien mal-Parlament Ewropew, iwaqqfu mill-aktar fis il-programm ta' xogħol tal-grupp interistituzzjonali, sabiex ix-xogħol ta' dan il-grupp ikun jista' jinbeda sa mill-ħarifa 2008;

4.  Iqis li l-programm ta' xogħol tal-grupp interistituzzjonali għandu inter alia jinkludi l-punti li ġejjin:

      –  stqarrija tal-oqsma li fuqhom għandha tiġi kkonċentrata l-evalwazzjoni orizzontali li għandha twettaq il-Kumissjoni sa tmiem is-sena 2009,

      –  l-iffissar tal-kriterji oġġettivi li se jippermettu li jiġi evalwat il-bżonn ta' l-eżistenza ta' aġenziji, billi jitqiesu soluzzjonijiet eventwali ta' sostituzzjoni,

      –  evalwazzjoni, regolari u b'mod kordinat u koerenti, tax-xogħol u r-rendiment tal-aġenziji, inkluża l-evalwazzjoni esterna, b'mod partikulari permezz ta' analiżi li tqabbel in-nefqa mal-benefiċċju,

      –  evalwazzjoni ta' jekk l-għażla tal-aġenzija hijiex aktar effettiva f'sens ta' nfiq milli kieku l-ħidmiet rilevanti jitwettqu mis-servizzi tal-Kummissjoni nnifisha,

      –  evalwazzjoni tal-benefiċċji possibilment mitlufa minħabba ċerti attivitajiet imwettqa min-naħa ta' aġenziji regolatorji u mhux mis-servizzi tal-Kummissjoni,

      –  it-teħid ta' miżuri biex tiżdied it-trasparenza tal-aġenziji, b'mod partikulari permezz tal-approssimazzjoni tal-karatteristiċi strutturali fundamentali,

      –  l-iffissar tal-limiti fir-rigward tal-indipendenza u s-superviżjoni tal-aġenziji, parikularment il-forma u l-firxa tar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-attivitajiet rispettivi tagħhom, billi naturalment jittieħed kont tal-fatt li l-grad ta' responsabbiltà tal-Kummissjoni ma jistax jeċċedi dak li għalih hija jista' jkollha impatt effettiv fuq l-attivitajiet tal-aġenziji,

      –  ħatra ta' rappreżentanti għall-korpi ta' superviżjoni għall-aġenziji mill-Kunsill u mill-Kummissjoni u s-smigħ tal-kandidati quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew,

      –  ħatra tal-entitajiet eżekuttivi tal-aġenziji, u partikularment id-direttur tagħhom, u l-preċiżazzjoni tal-irwol tal-Parlament Ewropew f'dan ir-rigward;

      –  il-ħtieġa ta’ metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja kkonċernata, u tal-kontijiet u r-rapporti tagħhom dwar l-amministrazzjoni baġitarja u finanzjarja;

      –  rekwiżit standard għad-diretturi tal-aġenziji kollha sabiex ifasslu u jiffirmaw dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, li tinkludi riżervi fejn meħtieġ;

      –  mudell armonizzat applikabbli għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha, li jagħmel distinzjoni ċara bejn:

- rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operat, il-ħidma u l-kisbiet tal-korp;

- dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;

- rapport dwar l-attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

- dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma' kwalunkwe riżerva jew osservazzjoni oħra li d-direttur iqis xierqa li titwassal għall-attenzjoni tal-awtorità li tagħti l-kwittanza;

      –  id-definizzjoni tal-prinċipji sabiex jiġi ddeterminat jekk u sa fejn l-imposti u l-ħlasijiet għandhomx ikunu sors ta’ finanzjament għall-aġenziji,

      –  id-dispożizzjoni għal reviżjoni rikorrenti dwar jekk l-aġenziji eżistenti humiex meħtieġa u li jiġu stabbiliti kriterji sabiex ikun stabbilit meta aġenzija regolatorja tkun temmet l-iskop tagħha u tkun tista' tingħalaq;

5.  Jiddispjaċih bin-nuqqas ta' strateġija ġenerali għall-ħolqien ta' aġenziji tal-UE; jinnota li qed jinħolqu aġenziji ġodda skont iċ-ċirkustanzi ta’ kull każ individwali, u dan qed iwassal għal mużajk sħiħ u xejn trasparenti ta' aġenziji regolatorji, aġenziji eżekuttivi u entitajiet Komunitarji oħra li kull wieħed jikkostitwixxi struttura sui generis;

6.  Jinnota l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li t-twaqqif tal-aġenziji regolatorji, li kultant jitwettaq bl-għajnuna tal-Parlament Ewropew, hija espressjoni tal-koperazzjoni bejn l-Istati Membri, u t-tħaddim ta' dawn l-aġenziji jinsab fl-interoperabilità u fl-eżerċizzju tal-kompetenzi, li jekk konferiti esklussivament lill-istituzzjonijiet Komunitarji, jagħti lok għal oġġezzjonijiet ta' ċentraliżmu;

7.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex, flimkien mal-Parlament Ewropew, jaħdmu bil-għan li joħolqu qafas ċar, komuni u koerenti li jikkonċerna l-irwol li se jingħata fil-ġejjieni lill-aġenziji fil-kuntest tal-governanza tal-UE;

8.  Huwa tal-fehma li t-trasparenza tal-aġenziji regolatorji għandha tkun assigurata, b’mod partikulari fir-rigward tal-funzjonament tagħhom, tal-iżvelar u l-aċċessibilità tat-tagħrif, u tal-ipprogrammar u r-responsabilità tal-azzjonijiet tagħhom;

9.  Iqis li l-prijorità ta' ''qafas komuni'' imfittex fil-qasam tal-fehim interistituzzjonali għandha tkun li tirrazzjonalizza t-tħaddim tiegħu u jiġi ottimizzat il-valur miżjud tal-aġenziji regolatorji, billi tiżdied it-trasparenza u l-kontroll demokratiku viżibbli kif ukoll tissaħħaħ l-effikaċja;

10. Jidhirlu li huwa indispensabbli li jiġu stabbiliti regoli u prinċipji minimi komuni fir-rigward tal-istruttura, tat-tħaddim u tal-kontroll tal-aġenziji regolatorji kollha, indipendentement min-natura tagħhom;

11. Iqis li l-parteċipazzjoni fl-attività tal-aġenziji regolatorji se jkollha tkun żgurata billi jiġu strutturati b’mod formali l-proċessi ta’ konsultazzjoni u ta’ djalogu mal-partijiet interessati;

12. Iqis li d-diversità strutturali u funzjonali tal-aġenziji tqajjem dubji serji fir-rigward tal-parametri regolamentari, il-governanza tajba u t-tqarrib istituzzjonali f'termini ta' ċentralizzazzjoni u deċentralizzazzjoni;

13. Huwa favur li l-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba għandhom ikunu żgurati permezz ta’ approċċ komuni rigward il-proċessi tal-għazla, l-ibbaġitjar u l-amministrazzjoni tar-riżorsi, l-immaniġġjar effiċjenti u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni;

14. Se jeżamina jekk l-impenn tal-Kummissjoni li tipposponi kull proposta biex tistabbilixxi aġenziji regolatorji ġodda għandux ikopri wkoll ż-żewġ proposti attwalment sospiżi fl-oqsma tal-enerġija u t-telekomunikazzjoni;

15. Jenfasizza l-bżonn li jitwaqqaf kontroll parlamentari dwar l-għamla u t-tħaddim tal-aġenziji regolatorji, li għandu jkun ibbażat essenzjalment fuq:

–   il-preżentazzjoni lill-Parlament ta' rapport annwali mill-aġenziji nnifishom,

–   il-possibbiltà li d-direttur ta' kull aġenzija jiġi mistieden jidher quddiem il-kumitat parlamentari kompetenti matul il-proċess ta' ħatra u,

–   il-kisba min-naħa tal-Parlament Ewropew ta' kwittanza għall-eżekuzzjoni tal-baġits ta' dawk l-aġenziji li jirċievu finanzjament Komunitarju;

16. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tressaq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni orizzontali tal-aġenziji regolatorji, qabel it-tmiem tal-perjodu 2009-2010, sabiex il-konklużjonijiet tagħha jkunu jistgħu jitqiesu mill-grupp ta' ħidma interistituzzjonali;

17. Jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal livelli ta' riferiment sabiex jitqabblu dawk ir-riżultati u jkunu stipulati regoli ċari għat-tmiem tal-mandat tal-aġenziji fil-każ ta' prestazzjoni fqira.

18. Jistieden lill-President u l-Konferenza tal-Presidenti biex jagħtu prijorità lill-kwistjoni tal-kompożizzjoni tal-grupp ta' ħidma propost mil-Kummissjoni u jqis li huwa xierqa li l-Parlament ikun irrappreżentat f'dan il-grupp miċ-chairpersons jew ir-rapporteurs tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Kumitat għall-Baġits u żewġ kumitati oħra b'esperjenza prattika ta' analiżi ġenerali tal-ħidma tal-aġenziji regolatorji;

19. Itenni t-talba kemm tal-Parlament kif ukoll tal-Kummissjoni fl-abbozz tal-Ftehima Inter-Istituzzjonali tal-2005 biex tiddaħħal fl-att bażiku deċiżjoni dwar is-siġġu ta' aġenzija;

Kunsiderazzjonijiet baġitarji

20. Jixtieq itenni l-importanza li, fuq bażi sistematika fil-livell interistituzzjonali, issir l-applikazzjoni tal-proċedura stabbilita fil-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod[4] (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006) u jenfasizza l-bżonn li jkun żgurat segwitu xieraq ta' l-Istqarrija Konġunta tat-13 ta' Lulju 2007 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-aġenziji deċentralizzati;

21. Hu konvint li proċedura dettaljata għall-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni hija ħtieġa assoluta; iqis li proċedura bħal din tista' tagħti l-opportunità li jinżammu xi aspetti importanti tal-abbozz tal-ftehima interistituzzjonali tal-2005 mblukkat, forsi flimkien ma' xi adattamenti għar-Regolament Finanzjarju ta' Qafas għall-aġenziji[5];

22. Jikkonkludi li, jekk l-eżerċizzji tal-evalwazzjoni jindikaw li n-nefqa għaqlija u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni deċentralizzata ma jkunux iggarantiti, l-Unjoni Ewropea m'għandhiex tibża' li terġa' lura mit-tendenza attwali li l-kompiti tal-Kummissjoni jsiru minn aġenziji esterni u għandha tistabbilixxi regoli ċari biex ittemm il-mandat tal-aġenziji deċentralizzati;

23. Jagħti l-appoġġ tiegħu għall-intenzjoni tal-Kummissjoni li ma tipproponix li jsiru aġenziji deċentralizzati ġodda sakemm jitlesta l-proċess ta' evalwazzjoni, b'mod speċjali fl-isfond tad-diffikultajiet li jistgħu joħolqu l-marġini tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali attwali biex ikunu ffinanzjati entitajiet Komunitarji ġodda bla ma ssir programmazzjoni serja mill-ġdid;

24. Iqis, mill-aspett baġitarju, il-punti li ġejjin bħala kwistjonijiet ewlenin għall-aġenda tal-grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar il-ġejjieni tal-aġenziji tal-UE:

L-istabbiliment tad-definizzjoni ta' Aġenziji

25. Ifakkar, f'dan ir-rigward, fid-definizzjoni ta' "aġenzija" stabbilita fit-Trijalogu tas-7 ta' Marzu 2007, meta sar qbil li għall-iskop tal-applikazzjoni tal-Punt 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, id-definizzjoni ta' "aġenzija" għandha tkun determinata minn jekk l-entità partikulari twaqqfitx b'konformità mal-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [6](Regolament Finanzjarju);

26. Jixtieq jisħaq fuq l-importanza li t-terminoloġija ġenerali għandha tkun ċara u koerenti rigward l-aġenziji u li tkun stabbilita għall-użu komuni; ifakkar li l-"aġenziji regolatorji" mhumiex ħlief subgrupp tal-aġenziji deċentralizzati;

Aġenziji ġodda - Rabta bejn il-proċeduri leġiżlattivi u l-prerogattivi baġitarji

27. Iqis li hu importanti li jkunu diskussi kemm il-problemi tal-kalendarju kif ukoll l-aspetti leġiżlattivi u proċedurali li jistgħu jinqalgħu fil-każ li ma tintlaħaqx ftehima dwar il-finanzjament ta' aġenzija ġdida, skont il-Punt 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, b’mod parallel mad-deċiżjonijiet li jkun ħa l-leġiżlatur; iqis li hu daqstant importanti li ssir riflessjoni fuq is-salvagwardji proċedurali sabiex ikun żgurat li jkun hemm involviment sħiħ tal-awtorità baġitarja fil-kwistjonijiet kollha li jkollhom impatt baġitarju bħall-estensjoni tal-listi ta' kompetenzi tal-aġenziji;

28. Ifakkar li sa mill-2005, il-Parlament ilu jitlob li jsiru evalwazzjonijiet obbligatorji dwar il-paragun bejn in-nefqa u l-benefiċċji qabel ma tiġi proposta aġenzija ġdida u li dawn għandhom jiffukaw, b'mod partikulari, fuq jekk "jaqbilx li ssir aġenzija (inklużi l-ispejjeż għall-monitoraġġ u l-koordinazzjoni) iktar milli kieku l-kompiti rilevanti kellhom isiru mid-dipartimenti tal-Kummissjoni stess", kif ukoll fuq kwistjonijiet bħall-mandat u l-metodi ta' ħidma tal-aġenzija jew fuq il-grad ta' indipendenza mill-Kummissjoni billi dan sikwit ikun ta' interess partikulari għal-leġiżlatur;

Aġenziji eżistenti - Monitoraġġ

29. Jisħaq fuq il-bżonn ta' eżerċizzju ta' evalwazzjoni u kontroll regolari u koordinat - sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni - biex ikun evalwat il-valur miżjud tal-aġenziji deċentralizzati eżistenti u li m'għadhomx jidħlu fl-ambitu tal-Punt 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006; jara dan bħala segwitu għall-ħidma li saret qabel u li wasslet għal dikjarazzjoni konġunta fuq l-aġenziji Komunitarji li sar qbil dwarha fit-Trijalogu tat-18 ta' April 2007 "sabiex issir evalwazzjoni regolari tal-aġenziji Komunitarji eżistenti, li tiffoka b'mod partikulari fuq il-paragun bejn in-nefqa u l-benefiċċji u li tagħti spjegazzjoni dettaljata tal-kriterji użati għall-għażla tal-aġenziji li għandhom ikunu evalwati";

30. Jinnota li l-analiżi mwettqa għandha twieġeb għal xi domandi bażiċi dwar kwistjonijiet marbuta mar-relazzjoni bejn il-benefiċċji u l-infiq u għandha titwettaq f'konformità, fost l-oħrajn, mal-kriterji li ġejjin:

–   Rilevanza: Kemm kienu rilevanti l-għanijiet previsti mir-regolament dwar it-twaqqif ta' aġenzija għal-livell ta' nefqa pubblika awtorizzat mill-baġit?

–   Effikaċja: X'effetti (impatt) kisbet l-attività ta' din l-aġenzija?

–   Effiċjenza (ġustifikazzjoni tan-nefqa): Kemm kienu ekonomiċi l-produzzjonijiet varji li ssarrfu fi prodotti u riżultati? Ir-riżultati (prevista) inkisbu b'nefqa raġjonevoli, b'mod partikulari rigward il-persunal użat u l-organizzazzjoni interna?

31. Jiġbed l-attenzjoni li, meta jitqies l-impatt baġitarju ġenerali tal-aġenziji, il-Kummissjoni għandha turi b'mod konvinċenti li l-governanza Ewropea permezz tal-aġenziji hija l-iktar għażla xierqa, l-aktar effiċjenti u l-aktar effettiva f'sens ta' nfiq biex ikunu implimentati l-politiki Ewropej fil-preżent u fil-ġejjieni qrib;

Qafas komuni ġenerali

32. Jinsisti dwar il-bżonn li jkunu stabbiliti standards minimi komuni li tista' ssir referenza għalihom fir-regolamenti dwar it-twaqqif tal-aġenziji, fost affarijiet oħra, l-irwol u r-responsabilità politika tal-Kummissjoni vis-à-vis l-aġenziji, l-appoġġ li għandu jingħata mill-pajjiżi ospitanti u d-deċiżjoni f'waqtha u trasparenti dwar is-sede ta' aġenzija;

33. Ifakkar li l-azzjonijiet tal-aġenziji jeħtieġ li jkunu rregolati minn pożizzjonijiet ċari ta' responsabilità diretta, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju; jenfasizza l-obbligi tal-aġenziji rigward il-proċedura ta' kwittanza;

34. Iqis, barra minn hekk, li hu ta' importanza kbira li jsir tentattiv li jiġu definiti xi regoli komuni għall-preżentazzjoni tal-baġits tal-aġenziji bil-għan li l-indikaturi baġitarji jsiru aktar trasparenti u komparabbli, bħar-rati ta' implimentazzjoni tal-aġenziji jew l-ishma individwali li jikkostitwixxu d-dħul u l-ispejjeż tagħhom; jemmen li l-preżentazzjoni ġenerali tas-sussidji għall-aġenziji fil-baġit tal-UE tista' teħtiġilha li tkun adattata għall-ħidmiet u l-irwoli tal-ġenerazzjoni l-ġdida tal-aġenziji;

35. Jiġbed l-attenzjoni li, skont iċ-ċifri mogħtija mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha, bħalissa hemm 29 aġenzija regolatorja, li jimpjegaw madwar 3 800 membru tal-persunal, b’baġit annwali ta’ madwar EUR 1 100 miljun, inkluża kontribuzzjoni Komunitarja ta’ madwar EUR 559 miljun;

36. Jinsisti li l-proċess ta’ verifika/kwittanza għandu jkun proporzjonat mal-baġit ġenerali tal-aġenziji; jinnota b’mod partikulari li r-riżorsi disponibbli għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri ma żdidux b'mod proporzjonat mal-għadd tal-aġenziji fis-snin riċenti;

37. Itenni x-xewqa msemmija fil-paragrafu 7 tar-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji li r-rendiment tal-aġenziji jkun regolarment verifikat (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri jew minn awditur indipendenti ieħor; iqis li dan m'għandux ikun limitat għal elementi tradizzjonali ta' mmaniġġjar finanzjarju u għall-użu xieraq ta' fondi pubbliċi, imma għandu jkopri wkoll l-effiċjenza u l-effettività ta l-amministrazzjoni u għandu jinkludi klassifikazzjoni tal-immaniġġjar finanzjarju ta' kull aġenzija;

38. Huwa tal-opinjoni li l-aġenziji kollha għandhom jagħtu, flimkien mal-organigramma tagħhom, tagħrif ġenerali dwar il-persunal permanenti, temporanju u l-esperti nazzjonali tagħhom, kif ukoll jindikaw kull bidla fir-rigward tas-sentejn ta' qabel;

39. Jiġbed l-attenzjoni għar-rapport speċjali Nru 5/2008 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-immaniġġjar finanzjarju sod tal-aġenziji b’riferenza partikulari għall-verifiki tar-rendiment;

40. Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħaqqad il-funzjonijiet amministrattivi tal-aġenziji ż-żgħar sabiex toħloq il-massa kritika meħtieġa biex l-aġenziji jkunu jistgħu jikkonformaw b'mod sodisfaċenti mar-regoli attwali tal-akkwist pubbliku u mar-Regolament Finanzjarju u mar-Regolamenti tal-Persunal[7];

41. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel eżami kritiku tat-talbiet baġitarji tal-aġenziji ladarba l-biċċa l-kbira tal-aġenziji ma jagħmlux użu mill-fondi mitluba;

42. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

  • [1]  ĠU C 92 E, 16.4.2004, p. 119.
  • [2]  ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 123.
  • [3]  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, tad-19 ta' Diċembru 2002, li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1).
  • [4]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
  • [5]  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
  • [6]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [7]  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, ECSC) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Persunal ieħor tal-Komunitajiet Ewropej u jistabbilixxi miżuri speċjali applikabbli temporanjament għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

EXPLANATORY STATEMENT

Introductory remarks

There has been a significant increase in recent times in the number of regulatory agencies at both European and national level. There are similarities but also differences between the two levels of reference. The structural and operational diversity of these agencies at European and at national level raises serious questions concerning regulatory parameters, good governance and institutional relations in terms of centralisation – decentralisation. One of the fundamental differences between the national and European regulatory agencies consists in the extent of parliamentary legitimisation, which for the former is enhanced and for the latter deficient.

The European Parliament has repeatedly considered the institutional, financial (see in this respect the opinions of the associated Committees on Budgets and Budgetary Control) and procedural questions raised by the operation of the European agencies. Following the Council's refusal to accept a legally binding instrument and the rejection of the proposal to conclude an interinstitutional agreement (letter of 22 June 2007 from the President-in-Office of the Council to the President of the European Parliament), the Commission used its right of initiative to present an alternative proposal. Specifically, the Commission decided to withdraw the draft interinstitutional agreement, proposing instead to set up an interinstitutional working group tasked with drawing up a common framework for the regulatory agencies and defining the competence of each of the European institutions vis-à-vis those agencies.

Categorisation of the European regulatory agencies

The European institutional landscape comprises a large number of decentralised or quasi-autonomous bodies grouped together under the heading 'regulatory agencies'. The 29 European agencies (see the attached annex with the detailed list of European regulatory agencies) constitute what at first sight appear to be 'micro-institutions' but which, in essence, have an obvious 'macro-impact'.

The European agencies are divided into two categories: 'regulatory' and 'executive'. The task of the former is determined on a case by case basis on their own legal basis, i.e. their own sectoral regulatory framework (it should be noted that 12 of the 23 agencies whose authority is enshrined in the EC Treaty, take Article 308 as their legal basis). The executive agencies are entrusted with a specific task which principally consists in assisting with the management of Community programmes pursuant to Council Regulation No 58/2003 of 19 December 2002, i.e. in accordance with a common legal basis.

For both categories of agency, the question arises of the need for an interim review of their work and performance. The usefulness of setting up and operating a regulatory agency can only be assessed on a case by case basis. The nature of the responsibilities conferred on these agencies, their needs in terms of human resources and the extent to which it is desirable to confer decision-making powers on them should be subject to a cost-benefit analysis, including an external assessment.

Any discussion about setting up new agencies, including the two proposals currently in abeyance, presupposes positive, measurable and transparent assessment of already existing agencies in terms of administrative and financial governance. In any event, setting up new agencies should be scheduled for after the expiry of the current financial period, i.e. after 2013, taking account of the conclusions of the 2009-2010 horizontal evaluation.

The position of the European regulatory agencies in the European institutional landscape

The operation of the European regulatory agencies is closely linked to the various levels of European governance but also the European strategy to improve legislation.

The conceptual approach and modus operandi of the regulatory agencies in the EU are diverse in nature. The excessive increase in the number of regulatory agencies has undoubtedly resulted in inflated European regulatory intervention, the fragmentation of and a lack of transparency in European policies and, by extension, has made operational coordination more difficult. The Commission itself in its communication to the European Parliament and the Council 'European agencies – the way forward' (COM(2008)135 final, Brussels, 11 March 2008) recognises the need 'to have clarity about their role, and about the mechanisms to ensure the accountability of these public bodies' (page 2).

What is required is a minimum total of common principles and rules relating to the structure, operation and control of the regulatory agencies so that they integrate harmoniously within the framework of fundamental principles which derive from the Treaties.

There is in fact a multiplicity of structures. While the management board usually consists of at least one representative of each Member State, the executive director of the agency is, in the majority of cases, appointed by the management board on a proposal from the Commission, in other cases by the Commission on a proposal by the management board, or by the Council on the basis of a list of candidates which is drawn up either by the management board or by the Commission. In this respect, it would be useful to draw up common interinstitutional guidelines to enable the EU institutions to collaborate, while strictly respecting each other's tasks and competences.

It would also be useful not only to adopt a framework designed to harmonise the operation of the European regulatory agencies but also to effect that on the basis of democratic principles. This is why Parliament has called on the Council on several occasions to make a constructive contribution to developing a common understanding and a congruent approach to policy by the European regulatory agencies, which occupy an important place in the chain of institutional mechanisms of the EU.

The sui generis legal nature of the European regulatory agencies

The particular legal nature of the regulatory agencies consists in the fact that they are assigned competences which resemble not only the regulatory role played by the administration (particularly in the case of legally binding decisions in respect of third parties) but also the role of the judicial authorities in imposing penalties. In fact, a distinction is made between agencies which take legally binding decisions, those which provide technical and/or scientific expertise and agencies of an operational nature (COM(2008)135 final, page 8). Furthermore, the agencies are organisationally and financially autonomous and their members often have guarantees of personal and/or operational independence. The aforementioned points prevent the agencies being classified in the traditional legal categories despite the fact that they already constitute an accepted para-institutional component of the EU. In the present case, the European regulatory agencies, in particular those governed by the EC Treaty, are ‘executive bodies’. It should be clarified that the term ‘regulatory’ does not imply that the agencies have the authority to take regulatory measures with general effect; they only have the power to issue individual decisions within the framework of clearly defined Community legislation in order to safeguard the principle of institutional balance laid down by Article 7 of the EC Treaty. The Court of Justice has issued a judgment on this subject (the Meroni doctrine, Case 98/80, Romano). Moreover, the Community legislator retains the power, on the Commission's initiative, to judge in each case during the normal codecision legislative procedure, whether it is appropriate to set up a specific regulatory agency by publishing a specific regulatory act to govern the organisation, operation and relations of that agency with the institutions and other bodies concerned. The Community legislator likewise retains the power to decide whether it is appropriate to retain a particular agency or not.

The question of transparency and democratic control

Given that the European regulatory agencies are in large measure decentralised or independent services, there must be particular emphasis on transparency and democratic control of their formation and operation. Otherwise, the proliferation of regulatory or executive formations which have or claim exclusive competence to regulate crucial areas of social activities is at risk of reducing the importance of and supplanting the representative institutions of the EU and hugely inflating bureaucracy. The proposed approach – a common approach as far as possible – to the structure and operation of the agencies concerned seeks to restrict bureaucratic rigidity so that they can play their regulatory role correctly and effectively and can be supervised and so that the current requirements for auditing and accountability can, at least partially, be satisfied.

The establishment of parliamentary control over the structure and the work of the regulatory agencies is consistent with the classic democratic principle requiring political responsibility of any body wielding executive power. The possibility of the European Parliament assigning political responsibility to the agencies concerned touches on a core principle of representative democracy, which consists in examining the legality and expediency of the choices made by the executive power. A common framework for an interinstitutional approach should provide for institutional communication between the European Parliament and the regulatory agencies, which should principally consist in the submission of an annual report by each agency to the European Parliament, the possibility of inviting the director of the agency to appear before the competent European Parliament committee during the appointment procedure and, finally, the granting of discharge by Parliament for the execution of the budgets of those agencies which receive Community funding. The areas subject to parliamentary control could be defined more clearly and more effectively. Provision could be made, for example, for mandatory debate of the annual reports of the European regulatory agencies in the plenary of the European Parliament, making the information available to the public through that procedure.

Towards a common framework for interinstitutional control

Your rapporteur considers that the Commission’s proposal ‘Towards a common framework’ for interinstitutional dialogue, which will lead to a ‘common approach’, falls short of the European Parliament’s expectations of achieving an interinstitutional agreement. Furthermore, it considers the common approach to be an interim step towards the adoption of a legally binding text. Nevertheless, it appreciates the Commission's wish to find a way out of a situation of protracted interinstitutional inertia. The operating framework for the European regulatory agencies submitted by the Commission (COM(2008)0135) could undoubtedly be more complete. However, it is possible to consider it as a constructive starting point for dialogue. Furthermore, your rapporteur welcomes the setting up of an interinstitutional working group which will carry out a collective policy review of the experience gained from the activities of the regulatory agencies and whose mandate will be to clarify their position in the multilevel system of European governance. Moreover, your rapporteur believes that the priority of seeking a ‘common framework’ for an interinstitutional understanding and approach lies in maximising the added value of the regulatory agencies in the European structures of governance in general by creating greater transparency, visible democratic control and improved efficiency.

ANNEX - LIST OF EUROPEAN UNION AGENCIES AND SUMMARY OF EUROPEAN PARLIAMENT'S RESPONSIBILITIES

(source: Directorate General for Internal Policies, Legislative Coordination and Conciliation Unit)

Regulatory agency

Year of creation

Codecision at the time of creation/

revision

Seat

Specialised committee responsible

Nominees on the Board

Hearing before the nomination of the Executive Director

European Centre for the Development of Vocational Training (Cedefop)

1975

No/No

Thessaloniki

EMPL*

-

No

European Foundation for the Improvement of Living and Working Conditions (EUROFOUND)

1975

No/No

Dublin

EMPL*

-

No

European Environment Agency (EEA)

1990

No/Yes

Copenhagen

 

ENVI*

2

No

European Training Foundation (ETF)

1990

No/Yes (ongoing)

Turin

 

EMPL*

-

No

European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction (EMCDDA)

1993

No/Yes

Lisbon

LIBE*

2

Yes

European Medicines Agency (EMEA)

1993

No/Yes

London

 

ENVI*

2

Yes

Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs) (OHIM)

1993

No/No

Alicante

JURI*

-

No

European Agency for Safety and Health at Work (EU-OSHA)

1994

No/No

Bilbao

EMPL*

-

No

Community Plant Variety Office (CPVO)

1994

No/No

Angers

 

AGRI*

-

No

Translation Centre for the Bodies of the European Union (CdT)

1994

No/No

Luxembourg

-

-

No

 

 

 

 

 

 

 

European Agency for Reconstruction (EAR)

2000

No/No

Thessaloniki

AFET

-

No

European Food Safety Authority (EFSA)

2002

Yes

Parma

ENVI*

Parliament consulted on the 14 members appointed by the Council

Yes

European Maritime Safety Agency (EMSA)

2002

Yes

Lisbon

TRAN

-

No

European Aviation Safety Agency (EASA)

2002

Yes

Cologne

TRAN

-

No

European Network and Information Security Agency (ENISA)

2004

Yes

Heraklion

ITRE

-

Yes

European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC)

2004

Yes

Stockholm

ENVI*

2

Yes

European Railway Agency (ERA)

2004

Yes

Lille -

Valenciennes

TRAN

-

Yes

European GNSS Supervisory Authority (GSA)

2004

No/No

Brussels (provisional)

ITRE

-

No

European Agency for the Management of Operational Cooperation at the External Borders (Frontex)

2004

No/Yes

Warsaw

LIBE

-

No

Community Fisheries Control Agency (CFCA)

2005

No

Vigo

PECH

-

No

European Institute for Gender Equality

2006

Yes

Vilnius

 

FEMM

-

Yes

European Chemicals Agency (ECHA)

2006

Yes

Helsinki

 

ENVI

2

Yes

European Fundamental Rights Agency (FRA), replacing the EUMC

2007

No

Vienna

LIBE

-

Yes

Common Foreign and Security Policy Agencies (second pillar):

Decentralised Agency

Year of creation

Seat

Committeeresponsible

 

European Union Institute for security studies (ISS)

2001

Paris

AFET/SEDE

European Union Satellite Centre (EUCS)

2002

Madrid

AFET/SEDE

European Defence Agency (EDA)

2004

Brussell

AFET/SEDE

Police and judicial cooperation in criminal matters agencies (Third pillar):

Decentralised Agency

Year of Creation

Seat

Committeeresponsible

 

European Police Office (Europol)

1992

The Hague

LIBE*

European Police College (CEPOL)

2000

Bramshill

LIBE*

European Union's Judicial Cooperation Unit (Eurojust)

2002

The Hague

LIBE*

* Committee responsible as set out in Annex VI to the Rules of Procedure.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS(*) (16.7.2008)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar strateġija favur l-implimentazzjoni futura ta' l-aspetti istituzzjonali ta' l-Aġenziji Regolatorji
(2008/2103(INI))

Rapporteur għal opinjoni (*): Jutta Haug

(*) Proċedura ma' kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

Introduzzjoni

1.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistimula djalogu interistituzzjonali dwar il-ġejjieni ta' l-aġenziji ta' l-Unjoni Ewropea u dwar posthom fil-governanza Ewropea; hu konvint li wasal iż-żmien li tittieħed deċiżjoni dwar liema triq għandha taqbad il-governanza Ewropea u jqis li grupp ta' ħidma interistituzzjonali jkun struttura vijabbli għad-dibattitu kostruttiv u orjentat lejn ir-riżultati li hu meħtieġ għal dan l-għan; jenfasizza li l-parteċipanti ewlenin mill-ambitu istituzzjonali u leġiżlattiv, kif ukoll rappreżentanti ta' l-awtorità baġitarja, għandhom jieħdu sehem f'dan il-grupp ta' ħidma biex ikun hemm garanzija ta' riżultati sodisfaċenti;

2.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi evalwazzjoni orizzontali dettaljata ta' l-aġenziji regolatorji, li teżamina l-implikazzjonijiet reali tal-ħolqien u l-operat tagħhom fl-Unjoni; jemmen li, f'dan il-qafas, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ta' evalwazzjoni koerenti ;

3.   Ifakkar li l-aġenziji ta' l-UE twaqqfu waħda wara l-oħra sabiex jissodisfaw ħtiġijiet speċifiċi għal kull każ u għalhekk inħolqu b'mod mhux ikkoordinat u mingħajr qafas komuni; jinnota, madankollu, li ma rnexxa l-ebda sforz li sar f'dawn l-aħħar snin biex ikunu stabbiliti xi regoli u prinċipji komuni li jiġu applikati għall-aġenziji; jiddispjaċih dwar il-ħin mitluf u jistieden lill-Kunsill biex jngħaqad ma’ l-istituzzjonijiet l-oħra kollha biex jagħmel kull sforz possibbli biex jinkiseb progress f'dan il-qasam;

4.   Lest iqis it-tħassib ta' l-Istati Membri rigward l-abbozz tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar il-qafas operattiv għall-aġenziji regolatorji Ewropej (IIA), li kien ippreżentat mill-Kummissjoni fl-2005 bl-għan li jistabbilixxi qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, l-operat, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta' l-aġenziji deċentralizzati Ewropej, sabiex ikun stabbilit strument xieraq li jista' jkun applikat b'suċċess għall-aġenziji kollha ta’ dan it-tip;

5.   Iqis, għalhekk, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirtira l-proposta tagħha għal dan l-IIA hija pass prattiku li jista' fl-istess ħin joħloq opportunità biex jinstabu soluzzjonijiet oħra li huma meħtieġa b'urġenza; hu konvint li, f'ġieħ it-trasparenza, jinħtieġ xi xorta ta' qafas orizzontali għall-aġenziji, minkejja l-varjetà fin-natura tagħhom;

6.   Jista' wkoll jara l-iżvilupp ta' strumenti oħra, barra minn IIA, sabiex ikunu definiti aħjar l-irwoli ta' l-istituzzjonijiet Ewropej u l-proċeduri meħtieġa għat-twaqqif ta' aġenziji deċentralizzati ġodda jew biex jiġu indirizzati dawk eżistenti;

7.   Jixtieq itenni l-importanza li, fuq bażi sistematika fil-livell interistituzzjonali, issir l-applikazzjoni tal-proċedura stabbilita fil-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġjar finanzjarju sod[1] (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006) u jenfasizza l-bżonn li jkun żgurat segwitu xieraq ta' l-Istqarrija Konġunta tat-13 ta' Lulju 2007 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-aġenziji deċentralizzati;

8.   Hu konvint li proċedura dettaljata għall-applikazzjoni ta' dik id-dispożizzjoni hija ħtieġa assoluta; iqis li proċedura bħal din tista' tagħti l-opportunità li jinżammu xi aspetti importanti ta' l-abbozz tal-IIA li ġie mblukkat, forsi flimkien ma' xi adattamenti għar-Regolament Finanzjarju ta' Qafas għall-aġenziji;

9.   Jinsisti li, barra minn hekk, għall-aġenziji diġà eżistenti, għandha ssir evalwazzjoni regolari b'mod koordinat u koerenti, dwar jekk ikunx jaqbel, rigward l-ispejjeż, li jintużaw l-aġenziji minflok ma l-kompiti rilevanti jsiru mid-dipartimenti tal-Kummissjoni stess;

10. Jikkonkludi li, jekk l-eżerċizzji ta' l-evalwazzjoni jindikaw li n-nefqa għaqlija u l-effiċjenza ta' amministrazzjoni deċentralizzata ma jkunux iggarantiti, l-Unjoni Ewropea m'għandhiex tibża' li terġa' lura mit-tendenza attwali li l-kompiti tal-Kummissjoni jsiru minn aġenziji esterni u għandha tistabbilixxi regoli ċari biex ittemm il-mandat ta' l-aġenziji deċentralizzati;

11. Jagħti l-appoġġ tiegħu għall-intenzjoni tal-Kummissjoni li ma tipproponix li jsiru aġenziji deċentralizzati ġodda sakemm jitlesta l-proċess ta' evalwazzjoni, b'mod speċjali fl-isfond tad-diffikultajiet li jistgħu joħolqu l-marġini tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali attwali biex ikunu ffinanzjati entitajiet Komunitarji ġodda bla ma ssir programmazzjoni serja mill-ġdid;

12. Iqis, mill-aspett baġitarju, il-punti li ġejjin bħala kwistjonijiet ewlenin għall-aġenda tal-grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar il-ġejjieni ta' l-aġenziji ta' l-UE:

L-istabbiliment tad-definizzjoni ta' Aġenziji

13. Ifakkar, f'dan ir-rigward, fid-definizzjoni ta' "aġenzija" stabbilita fit-Trijalogu tas-7 ta' Marzu 2007, meta sar qbil li għall-iskop ta' l-applikazzjoni tal-Punt 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, id-definizzjoni ta' "aġenzija" għandha tkun determinata minn jekk l-entità partikulari twaqqfitx b'konformità ma' l-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2] (Regolament Finanzjarju);

14. Jixtieq jisħaq fuq l-importanza li t-terminoloġija ġenerali għandha tkun ċara u koerenti rigward l-aġenziji u li tkun stabbilita għall-użu komuni; ifakkar li l-"aġenziji regolatorji" mhumiex ħlief subgrupp ta' l-aġenziji deċentralizzati;

Aġenziji ġodda - Rabta bejn il-proċeduri leġiżlattivi u l-prerogattivi baġitarji

15. Iqis li hu importanti li jkunu diskussi kemm il-problemi tal-kalendarju kif ukoll l-aspetti leġiżlattivi u proċedurali li jistgħu jqumu fil-każ li ma tintlaħaqx ftehima dwar il-finanzjament ta' aġenzija ġdida, skont il-Punt 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, b’mod paralleli mad-deċiżjonijiet li jkun ħa l-leġiżlatur; iqis li hu daqstant importanti li ssir riflessjoni fuq is-salvagwardji proċedurali sabiex ikun żgurat li jkun hemm involviment sħiħ ta' l-awtorità baġitarja fil-kwistjonijiet kollha li jkollhom impatt baġitarju bħall-estensjoni tal-listi ta' kompetenzi ta' l-aġenziji;

16. Ifakkar li sa mill-2005, il-Parlament ilu jitlob li jsiru evalwazzjonijiet obbligatorji dwar il-paragun bejn in-nefqa u l-benefiċċji qabel ma tiġi proposta aġenzija ġdida u li dawn għandhom jiffukaw, b'mod partikulari, fuq jekk "jaqbilx li ssir aġenzija (inklużi l-ispejjeż għall-monitoraġġ u l-koordinazzjoni) iktar milli kieku l-kompiti rilevanti kellhom isiru mid-dipartimenti tal-Kummissjoni stess", kif ukoll fuq kwistjonijiet bħall-mandat u l-metodi ta' ħidma ta' l-aġenzija jew fuq il-grad ta' indipendenza mill-Kummissjoni billi dan sikwit ikun ta' interess partikulari għal-leġiżlatur;

Aġenziji eżistenti - Monitoraġġ

17. Jisħaq fuq il-bżonn ta' eżerċizzju ta' evalwazzjoni u kontroll regolari u koordinat - sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni - biex ikun evalwat il-valur miżjud ta' l-aġenziji deċentralizzati eżistenti u li m'għadhomx jidħlu fl-ambitu tal-Punt 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006; jara dan bħala segwitu għall-ħidma li saret qabel u li wasslet għal dikjarazzjoni konġunta fuq l-aġenziji Komunitarji li sar qbil dwarha fit-Trijalogu tat-18 ta' April 2007 "sabiex issir evalwazzjoni regolari ta' l-aġenziji Komunitarji eżistenti, li tiffoka b'mod partikulari fuq il-paragun bejn in-nefqa u l-benefiċċji u li tagħti spjegazzjoni dettaljata tal-kriterji użati għall-għażla ta' l-aġenziji li għandhom ikunu evalwati";

18. Jinnota li l-analiżi li ssir għandha twieġeb għal domandi bażiċi dwar in-nefqa u l-benefiċċji u tista' titwettaq, fost l-oħrajn, skont il-kriterji li ġejjin:

- Rilevanza: Kemm kienu rilevanti l-għanijiet previsti mir-regolament dwar it-twaqqif ta' aġenzija għal-livell ta' nefqa pubblika awtorizzat mill-baġit?

- Effikaċja: X'effetti (impatt) ħalliet l-attività ta' din l-aġenzija?

- Effiċjenza (ġustifikazzjoni tan-nefqa): Kemm kien ekonomiku l-mod li bih l-inputs diversi ssarrfu f'outputs u riżultati? Ir-riżultati (mistennija) inkisbu b'nefqa raġonevoli, b'mod partikulari rigward l-istaff utilizzat u l-organizzazzjoni interna?

19. Jiġbed l-attenzjoni li, meta jitqies l-impatt baġitarju ġenerali ta' l-aġenziji, il-Kummissjoni għandha turi b'mod konvinċenti li l-governanza Ewropea permezz ta' l-aġenziji hija l-iktar waħda li taqbel, l-aktar effiċjenti u l-aktar xierqa biex ikunu implimentati l-politiki Ewropej fil-preżent u fil-ġejjieni qrib;

Qafas komuni ġenerali

20. Jinsisti dwar il-bżonn li jkunu stabbiliti standards minimi komuni li tista' ssir referenza għalihom fir-regolamenti tat-twaqqif ta' l-aġenziji, fost affarijiet oħra, l-irwol u r-responsabilità politika tal-Kummissjoni vis-à-vis l-aġenziji, l-appoġġ li għandu jingħata mill-pajjiżi ospitanti u d-deċiżjoni f'waqtha u trasparenti dwar is-sede ta' aġenzija;

21. Ifakkar li l-azzjonijiet ta' l-aġenziji għandhom ikunu rregolati minn prinċipji ċari ta' responsabilità diretta, b'konformità mad-dipożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju; jenfasizza l-obbligi ta’ l-aġenziji rigward il-proċedura tal-kwittanza;

22. Iqis, barra minn hekk, li hu ta' importanza kbira li ssir definizzjoni ta' xi regoli komuni għall-preżentazzjoni tal-baġits ta' l-aġenziji bil-għan li l-indikaturi baġitarji jsiru aktar trasparenti u komparabbli, bħar-rati ta' implimentazzjoni ta' l-aġenziji jew l-ishma individwali li jikkostitwixxu d-dħul u l-ispejjeż tagħhom; jemmen li l-preżentazzjoni ġenerali tas-sussidji għall-aġenziji fil-baġit ta' l-UE jista' jeħtiġilha li tkun adattata għall-kompetenzi u għall-irwoli tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' aġenziji.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

16.7.2008

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Richard James Ashworth, Reimer Böge, Simon Busuttil, Valdis Dombrovskis, James Elles, Hynek Fajmon, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Ville Itälä, Alain Lamassoure, Margaritis Schinas, László Surján, Herbert Bösch, Brigitte Douay, Vicente Miguel Garcés Ramón, Louis Grech, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Vladimír Maňka, Cătălin-Ioan Nechifor, Gary Titley, Ralf Walter, Daniel Dăianu, Nathalie Griesbeck, Anne E. Jensen, Jan Mulder, Kyösti Virrankoski, Helga Trüpel, , José Albino Silva Peneda,,Esko Seppänen, Sergej Kozlík

Substitute(s) Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Gahler, Juan Andrés Naranjo Escobar, Bárbara Dührkop Dührkop, Thijs Berman

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

  • [1]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
  • [2]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT  (16.7.2008)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar strateġija favur l-implimentazzjoni futura ta' l-aspetti istituzzjonali ta' l-Aġenziji Regolatorji
(2008/2103(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Edit Herczog

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li fl-2005 il-Kummissjoni proponiet ftehima interistituzzjonali maħsuba li toħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta' l-aġenziji regolatorji Ewropej;

2.  Jinnota li minkejja l-appoġġ ġenerali mill-Parlament, in-negozjati mal-Kunsill dwar dan l-abbozz ta' ftehima waqfu fl-2006, minħabba dubji dwar jekk l-użu ta' ftehima interistituzzjonali kienx legalment xieraq;

3.  Jaqbel li t-twaqqif ta' aġenziji ma kienx akkumpanjat b'viżjoni ġenerali dwar l-irwol ta' l-aġenziji fl-UE, u li n-nuqqas ta' din il-viżjoni ġenerali għamilha aktar diffiċli biex aġenziji jaħdmu b'mod effettiv;

4.  Jenfasizza li l-importanza ta' l-aġenziji fil-qafas amministrattiv ta’ l-UE titlob għal fehim komuni bejn l-istituzzjonijiet ta’ l-UE dwar l-iskop u l-irwol ta’ l-aġenziji, li fil-preżent huwa nieqes;

5.  Jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-proposta tagħha għall-grupp ta’ ħidma interistituzzjonali dwar it-tmexxija futura ta’ l-aġenziji, sabiex:

· tirtira l-proposta tagħha ta' ftehima interistituzzjonali;

· twettaq evalwazzjoni orizzontali ta’ l-aġenziji regolatorji sa l-aħħar ta’ l-2009, u biex tippreżenta rapport malajr kemm jista’ jkun lill-Parlament u lill-Kunsill dwar ir-riżultati;

· ma tipproponi l-ebda aġenzija regolatorja sakemm titlesta din l-evalwazzjoni;

· twettaq reviżjoni tas-sistemi interni tagħha stess li jirregolaw ir-relazzjonijiet ma’ aġenziji, kif ukoll tal-metodoloġija sabiex isiru evalwazzjonijiet ta’ l-impatt ta’ l-aġenziji;

6.  Jiġbed l-attenzjoni li, skont il-figuri mogħtija mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha, bħalissa hemm 29 aġenzija regolatorja, li jimpjegaw madwar 3 800 persunal, b’baġit annwali ta’ madwar EUR 1 100 miljun, inkluża kontribuzzjoni Komunitarja ta’ madwar EUR 559 miljun;

7.  Jinsisti li l-proċess ta’ verifika/kwittanza għandu jkun proporzjonata mal-baġit ġenerali ta’ l-aġenziji; jinnota b’mod partikulari li r-riżorsi disponibbli għall-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri ma żdiedux skont in-numru ta’ l-aġenziji fis-snin riċenti;

8.  Itenni x-xewqa msemmija fil-paragrafu 7 dwar ir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza dwar l-aġenziji tat-22 ta’ April 2008 li l-prestazzjoni ta’ l-aġenziji tkun verifikata b’mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri jew minn awditur indipendenti ieħor; iqis li dan m'għandux ikun limitat għal elementi tradizzjonali ta' mmaniġġjar finanzjarju u għall-użu xieraq ta' fondi pubbliċi, imma għandu jkopri wkoll l-effiċjenza u l-effettività ta' l-amministrazzjoni u għandu jinkludi klassifikazzjoni ta' l-immaniġġjar finanzjarju ta' kull aġenzija;

9.  Huwa ta’ l-opinjoni li l-aġenziji kollha għandhom jagħtu, flimkien mal-pjan ta' stabbiliment tagħhom, tagħrif ġenerali dwar l-istaff permanenti u temporanju u l-esperti nazzjonali tagħhom, flimkien mal-bidliet li saru meta mqabbla mas-sentejn ta' qabel;

10. Jiġbed l-attenzjoni għar-rapport speċjali Nru 5/2008 tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri dwar l-immaniġġjar finanzjarju sod ta’ l-aġenziji b’riferenza partikulari għall-verifiki tar-rendiment;

11. Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħaqqad il-funzjonijiet amministrattivi ta' l-aġenziji ż-żgħar sabiex toħloq il-massa kritika meħtieġa biex l-aġenziji jkunu jistgħu jikkonformaw b'mod sodisfaċenti mar-regoli attwali ta' l-akkwist pubbliku u mar-Regolament Finanzjarju u mar-Regolamenti tal-Persunal;

12. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel eżami kritiku tat-talbiet baġitarji ta' l-aġenziji billi l-biċċa l-kbira ta' l-aġenziji ma jagħmlux użu mill-fondi mitluba;

13. Jitlob lill-kumitat responsabbli sabiex, qabel ma jippreżenta r-rapport tiegħu lill-plenarja, iqis ir-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri msemmi hawn fuq;

14. Jissuġġerixxi li l-kwistjonijiet li għandom ikunu kkunsidrati mill-grupp ta’ ħidma interistituzzjonali propost dwar il-governanza futura ta’ l-aġenziji għandhom jinkludu dan li ġej:

· il-ħtieġa ta’ metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja kkonċernata, u tal-kontijiet u r-rapporti tagħhom dwar l-amministrazzjoni baġitarja u finanzjarja;

· rekwiżit standard għad-diretturi kollha ta’ l-aġenziji sabiex ifasslu u jiffirmaw dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, li tinkludi riżervi fejn meħtieġ;

· mudell armonizzat applikabbli għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha, li jagħmel distinzjoni ċara bejn:

- rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operat, il-ħidma u l-kisbiet tal-korp;

- dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;

- rapport dwar l-attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

- dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma' kwalunkwe riżerva jew osservazzjoni oħra li d-direttur iqis xierqa li titwassal għall-attenzjoni ta' l-awtorità li tagħti l-kwittanza;

· il-ħtieġa li jkunu definiti l-prinċipji sabiex jiġi ddeterminat jekk u sa fejn imposti u ħlasijiet għandhom ikunu sors ta’ finanzjament għall-aġenziji;

· il-ħtieġa li ssir reviżjoni rikorrenti dwar jekk l-aġenziji eżistenti humiex meħtieġa u li jiġu stabbiliti kriterji sabiex ikun stabbilit meta aġenzija regolatorja tkun temmet l-iskop tagħha u tkun tista' tingħalaq.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta’ l-adozzjoni

15.7.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Herbert Bösch, Paulo Casaca, Jorgo Chatzimarkakis, Antonio De Blasio, Esther De Lange, Petr Duchoň, James Elles, Szabolcs Fazakas, Christofer Fjellner, Ingeborg Gräßle, Ashley Mote, Bart Staes

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Herczog, Pierre Pribetich, Paul Rübig, Margarita Starkevičiūtė, Petya Stavreva

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI  (23.7.2008)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar strateġija favur l-implimentazzjoni futura tal-aspetti istituzzjonali tal-Aġenziji Regolatorji
(2008/2103(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Eoin Ryan

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jiddispjaċih li l-abbozz tal-Ftehima Inter-Istituzzjonali 2005 dwar il-qafas tat-treġija għall-aġenziji regolatorji Ewropej waqaf fil-livell tal-Kunsill; jilqa' b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex terġa' tillanċja d-dibattitu dwar l-irwol tal-aġenziji fi ħdan l-istruttura tal-governanza tal-Unjoni Ewropea;

2.   Jenfasizza l-irwol importanti li jistgħu jwettqu l-aġenziji regolatorji bħala korpi distinti u awżiljarji tal-istituzzjonijiet Komunitarji u tal-Istati Membri b’personalità legali għat-twettiq kontinwu ta’ kompiti speċifiċi f’oqsma ta’ kompetenza tal-UE u ta’ koperazzjoni intra-UE;

3.   Jisħaq fuq il-punt li l-aġenziji regolatorji għandhom ikunu stabbiliti skont kriterji uniformi u li t-tifsila u l-funzjonament tagħhom għandu jkun konformi mal-prinċipji komuni tal-bilanċ istituzzjonali, tal-governanza tajba u tal-amministrazzjoni tajba;

4.   Jirrimarka li t-twaqqif ta’ aġenzija regolatorja għandu jsir permezz ta’ att leġiżlattiv u jkun iġġustifikat b’raġunijiet ta’ ħtieġa, effikaċja u proporzjonalità; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fir-rigward ta' oqsma ta' kompetenza maqsuma bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, għandu jkun iġġustifikat ukoll skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

5.   Jemmen li biex l-aġenziji regolatorji jkollhom irwol leġittimu fl-Unjoni Ewropea huma għandhom jaderixxu ma' qafas komuni li jkun jinkorpora mandat ċar u struttura amministrattiva u eżekuttiva effiċjenti; iqis li s-saħħa tal-atti tal-aġenziji regolatorji titnissel mill-att leġiżlattiv fundamentali li jkun waqqafhom u li dawk l-atti mhuma se jkollhom l-ebda karattru leġiżlattiv kemm-il darba ma jkunux sussegwentement adottati mill-istituzzjonijiet tal-UE skont il-proċedura leġiżlattiva xierqa;

6.   Itenni t-tħassib tal-Kummissjoni li, fin-nuqqas ta’ qafas komuni u ta’ mandat li jkun definit b’mod ċar, l-aġenziji regolatorji jistgħu jiżvijaw lejn oqsma lil hinn mill-kompetenza tagħhom;

7.   Jenfasizza li l-prinċipji tal-governanza t-tajba jirrikjedu li dawn li ġejjin ikunu ggarantiti għal kollox: l-indipendenza, il-kontroll demokratiku, it-trasparenza u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fil-funzjonament tal-aġenzija regolatorja;

8.   Ifakkar li l-indipendenza tal-funzjonament tal-aġenziji regolatorji għandha tkun ibbażata fuq il-kundizzjonijiet li ġejjin: il-konvenjenza u l-kompetenza tal-membri tagħhom, l-oġġettività u l-imparzjalità tal-prestazzjoni tagħhom, il-projbizzjoni ta’ kull istruzzjoni jew rakkomandazzjoni esterna, l-eżistenza ta’ regoli stretti biex ikun evitat il-preġudizzju u l-kunflitti ta' interess, il-ħtieġa li jkun hemm livell għoli ħafna talealtà u trasparenza, ir-rotazzjoni perjodika tal-membri tagħhom u l-possibilità li jitneħħew, it-twaqqif ta’ regoli u kodiċijiet flimkien mal-partijiet interessati, il-prosekuzzjoni ta’ mġiba illegali jew kwalunkwe indħil ieħor, u t-twaqqif ta’ mekkaniżmi oħra xierqa;

9.    Jiddikjara li sabiex ikun żgurat il-kontroll demokratiku tal-aġenziji regolatorji jeħtieġ kontroll effettiv legali, ekonomiku, politiku u taċ-ċittadini;

10. Itenni li l-aġenziji kollha għandhom ikunu jridu jagħtu kont b’mod demokratiku lill-istituzzjonijiet tal-UE, għandhom ikunu stabbiliti skont il-ġudizzju ta’ Meroni u għandhom f’kull ħin joperaw b’rispett għall-prinċipju tal-proporzjonalità u, meta l-missjoni tagħhom tkun tittratta kwistjonijiet f'qasam ta' kompetenza kondiviża, għandhom joperaw b’rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà;

11. Iqis li hija ħaġa tal-akbar importanza li jissaħħaħ l-irwol tal-Parlament fil-funzjonament tal-aġenziji, filwaqt li tkun iggarantita l-parteċipazzjoni fil-proċessi tal-ħatra u tat-tneħħija tal-membri responsabbli kif ukoll l-eżerċizzju ta’ kontroll regolari u sistematiku fuq it-twettiq ta’ dak kollu li jaqa’ fil-kompetenza tagħhom;

12. Jesprimi d-dubju tiegħu dwar il-ħtieġa li jkunu stabbiliti aġenziji regolatorji meta dawn ma jżidux il-valur f’oqsma li huma diġà koperti minn aġenziji nazzjonali jew aġenziji indipendenti oħra; jemmen li, meta dan ikun il-każ, ir-riżorsi għandhom jintefqu, pjuttost, biex jissaħħu l-korpi nazzjonali u li l-konsultazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattika għandhom isiru fil-qafas tal-istrutturi tan-netwerk jew tal-fora tal-Komunità; jisħaq dwar l-importanza tal-istudju tal-impatt qabel ma jkunu stabbiliti aġenziji regolatorji sabiex ikun evitat l-irduppjar ta’ funzjonijiet u ta’ oqsma ta’ responsabilità;

13. Jitlob li jkunu adottati regoli ċari għall-evalwazzjoni tax-xogħol tal-aġenziji regolatorji; jemmen li l-analiżijiet tal-benefiċċji mqabbla ma’ l-ispejjeż huma għodda utli għall-evalwazzjoni tax-xogħol u l-prestazzjoni tal-aġenziji;

14. Huwa tal-fehma li t-trasparenza tal-aġenziji regolatorji għandha tkun assigurata, b’mod partikulari fir-rigward tal-funzjonament tagħhom, tal-iżvelar u l-aċċessibilità tat-tagħrif, u tal-ipprogrammar u r-responsabilità tal-azzjonijiet tagħhom;

15. Iqis li l-parteċipazzjoni fl-attività tal-aġenziji regolatorji se jkollha tkun żgurata billi jiġu strutturati b’mod formali l-proċessi ta’ konsultazzjoni u ta’ djalogu mal-partijiet interessati;

16. Huwa favur li l-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba għandhom ikunu żgurati permezz ta’ approċċ komuni rigward il-proċessi tal-għazla, l-ibbaġitjar u l-amministrazzjoni tar-riżorsi, l-immaniġġjar effiċjenti u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni;

17. Jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tipproponi l-ebda aġenzija regolatorja ġdida qabel ma tkun tlestiet għal kollox l-evalwazzjoni tagħha fl-aħħar tal-2009; jappoġġja, madankollu, id-deċiżjoni li tibqa’ għaddejja bil-proposta li jkunu stabbiliti aġenziji regolatorji ġodda fl-oqsma tal-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet; jirrimarka li dawk iż-żewġ aġenziji ġodda u l-aġenziji eżistenti se jkollhom ikunu konformi mal-qafas ġenerali ġejjieni li jistabbilixxi l-irwol, l-istruttura, il-mandat, ir-responsabilità, il-leġittimità u t-trasparenza tal-aġenziji regolatorji; jitlob li ssir evalwazzjoni tal-aġenziji eżistenti ladarba jkun intlaħaq ftehim dwar qafas komuni; iħeġġeġ li jiġu emendati l-atti bażiċi li jirregolaw aġenziji regolatorji eżistenti sabiex jiġu konsistenti mal-qafas komuni miftiehem;

18. Jitlob li jkun hemm koperazzjoni fost l-aġenziji regolatorji fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li, fir-rapport orizzontali annwali dwar l-aġenziji, issir konsiderazzjoni tal-possibilità li jiġu kkonsolidati dawk l-aġenziji li għandhom responsabilitajiet simili biex ikunu jistgħu jiffunzjonaw flimkien, kif ukoll tal-possibilità li jiġu aboliti dawk li tilfu r-raġuni tal-eżistenza tagħhom;

19. Itenni t-talba kemm tal-Parlament kif ukoll tal-Kummissjoni fl-abbozz tal-Ftehima Inter-Istituzzjonali tal-2005 biex tiddaħħal fl-att bażiku deċiżjoni dwar is-siġġu ta' aġenzija;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

16.7.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mariela Velichkova Baeva, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Slavi Binev, Sebastian Valentin Bodu, Sharon Bowles, David Casa, Manuel António dos Santos, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Benoît Hamon, Gunnar Hökmark, Sophia in ‘t Veld, Othmar Karas, Wolf Klinz, Andrea Losco, Astrid Lulling, Gay Mitchell, Joseph Muscat, John Purvis, Heide Rühle, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Salvador Domingo Sanz Palacio, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Sahra Wagenknecht

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Dragoş Florin David, Thomas Mann, Gianni Pittella, Bilyana Ilieva Raeva, Theodor Dumitru Stolojan

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA  (17.7.2008)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar strateġija favur l-implimentazzjoni futura ta' l-aspetti istituzzjonali ta' l-Aġenziji Regolatorji
(2008/2103(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Paul Rübig

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "L-aġenziji Ewropej – Il-mixja ’l quddiem" (COM(2008)0135) dwar strateġija għall-implimentazzjoni futura ta' l-aspetti istituzzjonali ta' l-aġenziji regolatorji, b'mod ġenerali, u l-intenzjoni tagħha li tniedi mill-ġdid id-djalogu interistituzzjonali dwar il-futur ta' l-aġenziji ta' l-UE u l-irwol tagħhom fit-tmexxija Ewropea; madankollu, iqis dan il-kontribut bħala timidu, u possibilment ineffettiv f'termini tal-kisba ta' riżultati ċari u konkreti mid-diskussjoni;

2.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' strateġija ġenerali għall-ħolqien ta' aġenziji ta' l-UE, b'mod partikulari dawk imniżżla fl-Anness I, li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija; jinnota li qed jinħolqu aġenziji ġodda skont iċ-ċirkustanzi ta’ kull każ individwali, u dan qed iwassal għal mużajk sħiħ u xejn trasparenti ta' aġenziji regolatorji, aġenziji eżekuttivi u entitajiet Komunitarji oħra li kull wieħed jikkostitwixxi struttura sui generis;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm uniformità fid-29 aġenzija eżistenti kollha kif ukoll li tkun stipulata strateġija ċara għal aġenziji ġodda jew għal entitajiet oħra tal-Komunità; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta għal regolament ta' qafas li jistabblixxi regoli orizzontali ċari għall-ħolqien, l-istruttura, l-operazzjoni, l-evalwazzjoni u l-kontroll tagħhom;

4.  Jinsisti li qabel ma titwaqqaf kwalunkwe aġenzja jew entità komunitarja ġdida, teħtieġ issir evalwazzjoni sistematika ta' l-impatt li tikkunsidra r-rilevanza, il-benefiċċju meta mqabbel ma’ l-ispiża, kif ukoll l-effiċjenza, u li t-twaqqif ta' aġenzija ġdida jew entità komunitarja oħra tkun suġġetta għal aċċertament ċar u mingħajr ambigwità li hemm valur miżjud fid-delegazzjoni ta’ ħidmiet partikulari tal-Kummissjoni għal aġenzija ġdida jew entità Komunitarju oħra bħal dawn;

5.  Jissuġġerixxi li jkunu ristrutturati l-linji tal-baġit kollha li jikkonċernaw l-aġenziji u korpi Komunitarji oħra sabiex ikunu mtejba t-trasparenza u l-kontroll; jipproponi li tkun evalwata l-idea li l-linji kollha kkunsidrati jinġabru fi grupp taħt intestatura baġitarja waħda;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta r-riżultati ta' l-evalwazzjoni orizzontali tagħha ta' l-aġenziji sa tmiem is-sajf ta' l-2009: jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal kriterji ta’ riferenza li jippermettu t-tqabbil tar-riżultati u biex tistipula regoli ċari biex jintemm il-mandat ta' l-aġenziji deċentralizzati f'każijiet ta' prestazzjoni fqira.

ANNESS

Aġenziji Regolatorji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AĠENZIJA

SEDE

PERJODU TAL-MANDAT

BAĠIT

Sors: COM(2007)300f’miljuni EUR

 

STAFF

Sors: COM(2007)300

FUNZJONI PRINĊIPALI

EVALWAZZJONI

ENISA

Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni

Heraklion

GR

14. 3. 2004 - 14. 3. 2009

2008 PDB: 8.1

2008: 44

- Issaħħaħ il-kapaċità ta' l-UE u l-Istati Membri biex jevitaw, jindirizzaw u jirrispondu għal problemi ta' sigurtà tan-netwerk u ta' l-informazzjoni

Evalwazzjoni retrospettiva: 2007Responsabbli prinċipali għall-evalwazzjoni:

Il-Kummissjoni

Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS GALILEO

Għad trid tkun deċiża

Għad irid ikun deċiż

2008 PDB: 10.5

2008: 50

Awtorità tal-liċenzja għall-pjan ta' konċessjoni GALILEO

- Tiżviluppa s-sistema Ewropea tal-GNSS

-Tiżgura s-sikurezza u ċ-ċertifikazzjoni

- Timmaniġġja l-ftehima EGNOS

Responsabbli prinċipali għall-evalwazzjoni: l-Awtorità

EECMA

Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

 

(qed tiġi kkunsidrata)

Għad trid tkun deċiża

2009 - Għad irid ikun deċiż

Għad irid ikun deċiż

Għad irid ikun deċiż

Proposta KE:

- Ittejjeb il-konsistenza tar-regolamentazzjoni fl-UE

- Issaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-NRAs u l-Kummissjoni

- A14 Toħloq ċentru ta' għarfien espert dwar kwistjonijiet regolatorji b'rabta ma' l-analiżi tas-suq u l-forniment ta' servizzi trans-Komunitarji

Għad trid tkun deċiża

ACER

Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija

 

(qed tiġi kkunsidrata)

Għad trid tkun deċiża

2009 - Għad irid ikun deċiż

Għad irid ikun deċiż

Għad irid ikun deċiż

Proposta KE:

- tirrevedi “fuq bażi ta' kull każ għalih” id-deċiżjonijiet li jittieħdu mir-regolaturi nazzjonali fi kwistjonijiet transkonfinali u tiżgura li jkun hemm koperazzjoni adegwata bejn l-operaturi tan-netwerks

Għad trid tkun deċiża

Aġenziji eżekuttivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AĠENZIJA

SEDE

PERJODU TAL-MANDAT

BAĠIT

Sors: COM(2007)300f’miljuni EUR

 

STAFF

Sors: COM(2007)300

FUNZJONI PRINĊIPALI

EVALWAZZJONI

EACI

Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni

Brussell

BE

1. 1. 2003 - 31. 12. 2015

Fil-baġit ġenerali: 9.9

Fil-programm Marco Polo: 0.8

Postijiet awtorizzati fil-baġit tal-Komunità: 36

- Timmaniġġja l-programm IEE (Enerġija Intelliġenti għall-Ewropa )- Timmaniġġja l-inizjattiva ta' l-Eko-innovazzjoni u n-Netwerk Ewropew ta' l-Impriża u l-programm Marco Polo

 

--

ERC

Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

Brussell

BE

1. 1. 2008 - 31. 12. 2017

2008: 19.9 2009:

35.6Total 7 PC:

231,3

2008: 2202013:

389

- Korp Ewropew għall-finanzjament imwaqqaf biex jappoġġja r-riċerka innovattiva fil-fruntieri ta' l-għarfien fuq l-inizjattivata' l-investituri

--

REA

Aġenzija Eżekuttiva tal-Kummissjoni Ewropea għar-Riċerka

Brussell

BE

1. 1. 2008 - 31. 12. 2017

2008: 14.62009:

35.2Total 7 PC:

251,8

2008: 2742013:

558

- Timmaniġġja parti kbira mis-Seba' Programm ta’ Qafas għall-Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (FP7)

--

Korpi Komunitarji oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AĠENZIJA

SEDE

PERJODU TAL-MANDAT

BAĠITf'miljuni ta' euro

 

STAFF

Sors: COM(2007)300

FUNZJONI PRINĊIPALI

EVALWAZZJONI

 

 

 

 

 

 

 

EIT

L-Istitut Ewropew ta’ l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

Għad trid tkun deċiża bejn l-Awstrija, l-Ungerija u l-Polonja

ippjanat li jibda mit-tieni nofs ta' l-2008

Finanzjament Komunitarju: 308.7

Se jkun jikkonsisti f'diversi Komunitajiet ta’ l-Għarfien u l-Innovazzjon (KICs) u amministrazzjoni ċentrali ta' madwar 60 persuna

- Tħaffef it-trasferiment ta' l-għarfien biex tagħti spinta lill-innovazzjoni

- Tippromwovi l-ħolqien ta' effetti derivati mir-riċerka u impriżi ġodda

--

JTIs

L-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija

- FCH

- Sema Nadif

- IMI

- ENIAC

- ARTEMIS

- GMES

Jiddependi mill-JTI

Jiddependi mill-JTI

Jiddependi mill-JTI

Jiddependi mill-JTI

- Sħubiji Pubbliċi-Privati fuq perjodu ta' żmien twil

- Tappoġġja attivitajiet ta' riċerka multinazzjonali fuq skala kbira f'oqsma ta' interess kbir għall-kompettitività industrijali Ewropea u kwistjonijiet ta' rilevanza kbira għas-soċjetà

--

JU ITER

Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp ta’ l-Enerġija mill-Fużjoni

Barċellona

ES

bidu: 19. 4. 2007

9 653 b'kontribuzzjoni mill-Euratom ta' 7 649

2008: 145 post (60 permanenti u 85 temporanji)

-Tappoġġja proġetti biex tħaffef l-iżvilupp ta’ l-enerġija mill-fużjoni bħala enerġija nadifa u sostenibbli

--

JU SESAR

Amministrazzjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru

Brussell

BE

 

Kontribuzzjoni ta' l-UE: 700

2008: 23 post ippjanat

- Tiżviluppa ġenerazzjoni ġdida ta' amministrazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru li tkun kapaċi tiżgura s-sikurezza u l-fluwidità tat-trasport bl-ajru fid-dinja kollha tul it-30 sena li ġejjin

--

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta’ l-adozzjoni

16.7.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Attard-Montalto, Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Dragoș Florin David, Pilar del Castillo Vera, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Anne Laperrouze, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Andres Tarand, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Danutė Budreikaitė, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Dorette Corbey, Avril Doyle, Juan Fraile Cantón, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Toine Manders, Pierre Pribetich, Esko Seppänen, Silvia-Adriana Țicău, Vladimir Urutchev

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta’ l-adozzjoni

11.9.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jim Allister, Richard Corbett, Jean-Luc Dehaene, Andrew Duff, Maria da Assunção Esteves, Ingo Friedrich, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Jo Leinen, Íñigo Méndez de Vigo, Ashley Mote, József Szájer, Riccardo Ventre, Andrzej Wielowieyski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Costas Botopoulos, Catherine Boursier, Klaus Hänsch, Urszula Krupa, Gérard Onesta, Georgios Papastamkos, Sirpa Pietikäinen, Reinhard Rack, Luis Yañez-Barnuevo García, Mauro Zani