RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli ("Ir-Regolament dwar l-OKS Waħdanija")

25.9.2008 - (COM(2008)0489 – C6‑0314/2008 – 2008/0156(CNS)) - *

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Neil Parish
(Proċedura simplifikata - Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2008/0156(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0368/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli ("Ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS")

(COM(2008)0489 – C6‑0314/2008 – 2008/0156(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0489),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0314/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0368/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda għar-Regolament waħdieni dwar l-OKS

Referenzi

(COM(2008)0489 – 2008/0156 (CNS)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

Rapporteur

Data tal-ħatra

Neil Parish

24.6.2008

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

24.6.2008

Data tal-adozzjoni

10.9.2008