RAPPORT dwar Sfidi għall-ftehimiet kollettivi fl-UE

30.9.2008 - (2008/2085(INI))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Jan Andersson
Rapporteur għal opinjoni (*):
Tadeusz Zwiefka, Kumitat għall-Affarijiet Legali
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2008/2085(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0370/2008

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar Sfidi għall-ftehimiet kollettivi fl-UE

(2008/2085(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 2, l-ewwel inċiż, l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(j) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 136, 137, 138, 139 u 140 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 12, 39 u 49 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Liżbona tat-13 ta' Diċembru 2007, b’mod partikulari l-Artikolu 3 tiegħu,

   wara li kkunsidra l-Artikolu 152 tat-Trattat ta’ Liżbona li jagħraf l-importanza tad-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv għall-iżvilupp,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 27, 28 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, b’mod speċjali l-Artikolu 11 tagħha,

–   wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea, b’mod speċjali l-Artikoli 5,6, u 19 tagħha,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-istejtus Legali tal-Ħaddiema Migranti,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg tal-ħaddiema fil-qafas tal-provvediment ta' servizzi[1] (id-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta' Ħaddiema – il-PWD),

–   wara li kkunsidra r-rapport tas-servizzi tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE (SEC(2006)0439) (Rapport dwar is-Servizzi),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi[2],

–   wara li kkunsidra l-klawsola 'Monti' tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2679/98 tas-7 ta' Diċembru 1998 dwar l-iffunzjonar tas-suq intern fir-rigward tal-moviment ħieles tal-prodotti fl-Istati Membri[3],

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern[4],

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (l-ECJ) tas-27 ta’ Marzu 1990 fil-Kawża C-113/89 Rush Portugesa Ltda vs Office Nationale d'Immigration[5],

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tad-9 ta' Awissu 1994 fil-Kawża C-43/93, Vander Elst[6], tat-23 ta' Novembru 1999 fil-Kawżi Magħquda C-369/96 u 376/96, Arblade[7], tal-25 ta' Ottubru 2001 fil-Kawżi Magħquda C-49/98, C-50/98, C-52/98, C-54/98, C-68/98 u C-71/98, Finalarte[8], tas-7 ta' Frar 2002 fil-Kawża C-279/00, il-Kummissjoni vs l-Italja[9], tat-12 ta' Ottubru 2004 fil-Kawża C-60/03, Wolff & Müller GmbH[10], tal-21 ta' Ottubru 2004 fil-Kawża C-445/03, il-Kummissjoni vs il-Lussemburgu[11], u tad-19 ta' Jannar 2006 fil-Kawża C-244/04, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja[12],

–   wara li kkunsidra s-sentenza tal-ECJ tal-11 ta’ Diċembru 2007 fil-Kawża C-438/05, International Transport Workers' Federation and Finnish Seamen's Union[13] (il-Każ Viking),

–   wara li kkunsidra s-sentenza tal-ECJ tat-18 ta’ Diċembru 2007 fil-Kawża C-341/05, Laval un Partneri Ltd[14],

–   wara li kkunsidra s-sentenza tal-ECJ tat-3 ta' April 2008, Kawża C-346/06, Rüffert[15],

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet tal-ILO li ġejjin: ILO-94 Klawżoli tax-Xogħol (Kuntratti Pubbliċi); ILO87 Il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Ħarsien tad-Dritt ta' Organizzazzjoni; ILO98, Id-Dritt ta' Organizzazzjoni u n-negozjar kollettiv; ILO-117 Għanijiet u Standards Bażiċi tal-Politika Soċjali, b’mod speċjali t-Taqsima IV; ILO-154 Negozjar Kollettiv,

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema[16],

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2004 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE fl-Istati Membri[17],

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-promozzjoni ta' xogħol deċenti għal kulħadd[18],

–   wara li kkunsidra l-prinċipji Komuni tal-Flessigurtà, approvati mill-Kunsill Ewropew fit-12/13 ta’ Diċembru 2007 kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-29 ta’ Novembru 2007 dwar il-Prinċipji Komuni tal-Flessigurtà[19],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0370/2008),

A. billi t-Trattat tal-KE jirrikonoxxi d-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fil-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri u fi trattati u konvenzjonijiet internazzjonali differenti, bħala riferenzi fundamentali għal-liġi u l-prattika tal-Komunità,

B.  billi t-Trattat tal-KE jistabbilixxi għadd ta' prinċipji rilevanti, billi wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Komunità huwa s-suq intern ikkaratterizzat mit-tneħħija, bejn l-Istati Membri, tal-ostakli għall-moviment ħieles ta' prodotti, persuni, servizzi u kapital, u b'dimensjoni soċjali

C. billi wieħed minn dawk il-prinċipji huwa l-għarfien tad-drittijiet kostituzzjonali bażiċi taċ-ċittadini, inkluż id-dritt li jingħaqdu f’unjins, id-dritt li jistrajkjaw u d-dritt li jinnegozjaw ftehimiet kollettivi,

D. billi l-prinċipji fundamentali tas-suq intern jinkludu l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu provduti s-servizzi,

E.  billi, skont l-Artikolu 39 tat-Trattat, il-libertà tal-moviment tal-ħaddiema tinvolvi t-tneħħija ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri fir-rigward tal-impjieg, tal-ħlas u ta' kundizzjonijiet oħra tax-xogħol u tal-impjieg,

F.  billi r-restrizzjonijiet dwar il-libertajiet fundamentali possibbli skont it-Trattat tal-KE, jekk ifittxu għanijiet leġittimi kompatibbli mat-Trattat, huma ġġustifikati b'raġunament b'saħħtu ta' interess pubbliku, huma adattati biex jinkisbu l-objettivi mfittxija u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa bżonnjuż biex jintlaħqu; billi fl-istess waqt, skont l-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kwalunkwe limitazzjoni fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet rikonoxxuti minn dik il-Karta jistgħu jsiru biss jekk ikunu proporzjonali, meħtieġa u jilqgħu b’mod ġenwin l-objettivi ta’ interess ġenerali rikonoxxut mill-Unjoni jew mill-ħtieġa li jipproteġu d-drittijiet jew il-libertajiet tal-oħrajn,

G. billi l-ECJ tagħraf id-dritt tal-azzjoni kollettiva bħala dritt fundamentali li huwa parti integrali mill-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja; dan id-dritt se jkun imnaqqax ukoll fit-Trattat jekk it-Trattat ta' Liżbona jkun irratifikat,

H. billi l-Kummissjoni f'bosta okkażjonijiet enfasizzat l-importanza tal-qafas nazzjonali eżistenti tal-leġiżlazzjoni tal-impjiegi u n-negozjar kollettiv għall-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema,

I.   billi r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet industrijali fl-Ewropa 2006 juri li l-innegozjar kollettiv żviluppat sew jista' jkollu influwenza pożittiva fuq l-inklużjoni soċjali,

J.   billi skont l-Artikolu 136 tat-Trattat tal-KE, il-Komunità u l-Istati Membri "għandu jkollhom bħala l-objettivi tagħhom il-kundizzjonjiet tal-għejxien u tax-xogħol imtejba, sabiex l-armonizzazzjoni tagħhom tkun possibbli waqt li jinżamm it-titjib"; u billi bil-għan li jinkiseb dan il-għan, l-Artikolu 140 tat-Trattat tal-KE jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tippromwovi koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-politika soċjali, b'mod partikulari fi kwistjonijiet marbuta mad-dritt ta' assoċjazzjoni u l-innegozjar kollettiv bejn il-ħaddiema u min iħaddem,

K. billi, skont il-preambolu tal-PWD, il-promozzjoni tad-dispożizzjoni transnazzjonali tas-servizzi teħtieġ kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa u ġusta kif ukoll miżuri li jiggarantixxu r-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema u f'konformità mal-qafas legali li għandu x'jaqsam mal-liġi dwar l-impjieg nazzjonali u r-relazzjonijiet nazzjonali fl-Istati Membri,

L.  billi l-PWD stqarret b'mod ċar fil-premessa 12 li "Il-liġi tal-Komunità ma tipprekludix lill-Istati Membri milli japplikaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, jew il-ftehimiet kollettivi li għalihom ikun daħal min iħaddem, kif ukoll xogħol, għal kull persuna impjegata anki temporanjament, fi ħdan it-territorju tagħha, għalkemm min iħaddimha jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor" u li "Il-liġi tal-Komunità ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jiggarantixxu r-rispett ta' dawn ir-regoli bil-mezzi xierqa",

M. billi l-objettiv tal-PWD - li jipprovdi klima ta' kompetizzjoni ġusta u miżuri li jiggarantixxu rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema - huwa importanti, fl-era li fiha l-provvista transnazzjonali ta' servizzi qed tespandi, għall-ħarsien tal-ħaddiema kkonċernati, waqt li jkun irrispettat il-qafas tal-liġi tal-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri,

N. billi skont il-PWD il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jistabbilixxu nukleu ta’ regoli mandatorji għall-ħarsien minimu ta’ ħaddiema stazzjonati li għandhom jitħarsu fil-pajjiż li qed jospita mingħajr ma tixxekkel l-applikazzjoni ta’ termini u kundizzjonijiet tal-impjieg li jkunu aktar favorevoli għall-ħaddiema,

O. billi l-Artikolu 3(8) tal-PWD jippermetti lid-Direttiva li tiġi implimentata permezz tal-leġiżlazzjoni jew permezz tal-ftehimiet kollettivi li ġew iddikjarati li japplikaw universalment, jew li huma ġeneralment applikabbli għall-impriżi simili kollha fl-industrija kkonċernata jew li ġew konklużi mir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tax-xogħol u minn dawk ta' min iħaddem fil-livell nazzjonali u li huma applikati permezz tat-territorju nazzjonali, l-ECJ tafferma wkoll li ladarab l-għan tal-PWD mhijiex li tarmonizza s-sistemi biex ikunu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-Istati Membri huma ħielsa li jagħżlu sistema fil-livell nazzjonali li mhux neċessarjament imsemmija fost dawk imniżżla fil-PWD,

P.  billi d-dispożizzjonijiet ċentrali fl-Artikolu 3(1) tal-PWD jikkonsistu minn regoli mandatorji internazzjonali li l-Istati Membri qablu fuqhom; jinnota li d-dispożizzjonijiet tal-ordni pubbliku fl-Artikolu 3(10) għandu jikkonsisti f'regoli mandatorji internazzjonali iżda huma inkwadrati b'tali mod li l-Istati Membri jkollhom id-diskrezzjoni fil-kuntest tad-definizzjoni tagħhom fil-leġiżlazzjoni nazzjoanli; jinnota ulterjorment li l-użu tal-Artikolu 3(10) huwa importanti għall-Istati Membri ladarba jippermettilhom li jqisu bosta aspetti bħas-suq tax-xogħol, il-politika soċjali u tħassib ieħor inkluż il-protezzjoni tal-ħaddiema, waqt li jkun irrispettat il-prinċipju tat-trattament ugwali;

Q. billi l-mobilità tal-ħaddiema tat kontribut qawwi lill-impjiegi, lill-prosperità u lill-integrazzjoni tal-UE, u li wasslet biex iċ-ċittadini jkollhom opportunitajiet ġodda biex jiżviluppaw l-għarfien u l-esperjenza kif ukoll biex jiksbu standards aħjar ta' għejxien,

R.  billi l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kkodifika d-dritt tal-innegozjar kollettiv u l-azzjoni kollettiva,

S.   billi l-applikazzjoni uniformi u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tal-PWD huma essenzjali sabiex ikunu żgurati l-objettivi tagħha, b'mod partikulari l-osservanza tal-arranġamenti tan-negozjar kollettiv eżistenti fl-Istati Membri,

T.  billi l-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern [20](id-Direttiva tas-Servizzi) jindika b'mod ċar li mhux fi ħsiebu jieħu post il-PWD u huwa mingħajr preġudizzju għaliha,

U. billi minħabba l-moviment ħieles tal-prodotti l-klawżola li ġejja (magħrufa bħala l-klawsola “Monti”) kienet inkluża fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2679/98[21]; Artikolu 2: “Dan ir-Regolament ma jistax jiġi interpretat bħala li jaffettwa b'ebda mod l-eżerċizzju ta' drittijiet fundamentali kif magħrufa fl-Istati Membri, inkluż id-dritt jew il-libertà tal-istrajk. Dawn id-drittijiet jistgħu jinkludu wkoll id-dritt jew il-libertà li jittieħdu azzjonijiet oħra koperti mis-sistemi speċifiċi tar-relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri”,

V.  billi l-Artikolu 1(7) tad-Direttiva tas-Servizzi tipprevedi li: “Din id-Direttiva ma taffettwax l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u bil-liġi Komunitarja. Lanqas ma taffettwa d-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi u jinforza ftehimiet kollettivi u li jieħu azzjoni industrijali skont il-liġi u l-prassi nazzjonali li jirrispettaw il-liġi Komunitarja”,

W. billi l-Kunsill Ewropew stabbilixxa prinċipji biex joħloq mudelli tas-suq tax-xogħol li minbarra livell għoli ta’ sigurtà għandhom ukoll livell għoli ta’ flessibilità, (magħrufa bħala "l-mudell ta’ flessigurtà"); billi huwa rikonoxxut li parti importanti tal-mudell ta’ flessigurtà li rnexxielu jinkludi sħab soċjali b'saħħithom b'firxa ta' applikazzjoni sinifikanti għall-innegozjar kollettiv,

X.  billi huwa l-irwol tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li tinterpreta l-liġi Komunitarja fid-dawl tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u li tiżgura li fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-Trattat tal-KE tkun osservata l-liġi,

Y.  billi hija r-responsabilità tal-qrati nazzjonali li jiżguraw, fuq bażi ta' każ b'każ, jekk il-kriterji biex tiġi osservata r-restrizzjoni tal-libertajiet fundamentali kif ukoll tal-kompatibbli mal-liġi Komunitarja humiex ssodisfatti,

Z.  billi d-dritt li tittieħed azzjoni kollettiva u li jitwettqu l-ftehimiet kollettivi huwa dritt fundamentali li jifforma parti integrali mill-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja; billi f’dan il-kuntest il-Qorti tal-Ġustizzja m'għandhiex toqgħod fuq stqarrija tal-Kunsill u tal-Kummissjoni bid-data tal-24 ta’ Settembru 1996 li ma ġietx adottata mill-Parlament (bħala koleġiżlatur) sabiex l-interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ “dispożizzjonijiet ta’ ordni pubblika” u “dispożizzjonijiet nazzjonali importanti għall-ordni pubblika” tkun limitata biss għar-regoli mandatorji stipulati fil-leġiżlazzjoni,

AA. billi s-sentenza Albany (C-67/96) fil-qasam tal-liġi tal-kompetizzjoni tagħti lit-trejd junjins grad sinifikanti ta' diskrezzjoni rigward kwistjonijiet marbuta mas-suq tax-xogħol,

AB. billi ġie osservat li kien hemm opinjonijiet u interpretazzjonijiet eżistenti differenti fi ħdan il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u bejn il-Qorti u l-Avukati Ġenerali tagħha fil-każijiet varji li għandhom x’jaqsmu mal-PWD, b’mod partikulari l-Kawża C-341/05 Laval[22] u l-Kawża C-346/06 Rüffert[23]; billi meta opinjonijiet u interpretazzjonijiet bħal dawn ikun differenti, jista' jkun hemm każ għal kjarifika fid-dawl tal-bilanċ bejn id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali,

AC. billi l-għażla tal-bażi legali tal-PWD hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li l-ħaddiema stazzjonati ma jidħlux fis-suq tax-xogħol tal-pajjiż li jospita; billi n-nuqqas ta' limitu ta' żmien biex wieħed ikun ikkunsidrat bħala ħaddiem 'stazzjonat', flimkien mal-użu frekwenti ta' nozzjoni wiesgħa ta' stazzjonar tal-ħaddiema juri li l-ħaddiema stazzjonati madankollu spiss jidħlu s-suq tax-xogħol tal-istat li jospita,

1.   Jenfasizza li l-libertà li jkunu offruti s-servizz hija waħda mill-punti fundamentali tal-proġett Ewropew; iqis madankollu, li dan għandu jkun ibbilanċat, min-naħa, fir-rigward tad-drittijiet fundamentali u l-objettivi soċjali stabbiliti fit-Trattati u min-naħa l-oħra rigward id-dritt tas-sħab pubbliċi u soċjali biex jiżguraw in-nuqqas ta' diskriminazzjoni, it-trattament ugwali, u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għejxien u tax-xogħol; ifakkar li n-negozjar kollettiv u l-azzjoni kollettiva huma drittijiet fundamentali li huma rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u li t-trattament ugwali huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

2.  Huwa tal-opinjoni li kull ċittadin tal-UE għandu jkollu d-dritt li jaħdem fejn irid fl-Unjoni Ewropea u għalhekk għandu jkollu d-dritt għal trattament ugwali; għalhekk jiddispjaċih li dan id-dritt mhux applikat b’mod uniformi fl-UE; huwa tal-opinjoni li l-arranġamenti tranżizzjonali li jibqgħu hemmhekk għandhom ikunu suġġetti għal reviżjoni riġoruża mill-Kummissjoni, biex ikun evalwat jekk humiex verament meħtieġa biex jevitaw distorsjonijiet fis-swieq tax-xogħol nazzjonali u li meta ma jkunx il-każ, għandhom jitneħħew kemm jista' jkun malajr;

3.  Jenfasizza li l-libertà li jkunu pprovduti servizzi ma tmurx kontra u mhijiex superjuri għad-dritt fundamentali tas-sħab soċjali biex jippromwvou djalogu soċjali u biex jieħdu azzjoni industrijali, speċjalment, ladarba dan huwa dritt kostituzzjonali f'bosta Stati Membri; jenfasizza li l-intenzjoni tal-klawsola Monti kienet li tħares id-drittijiet kostituzzjonali fundamentali fil-kuntest tas-suq waħdieni; ifakkar fl-istess ħin li l-moviment ħieles tal-ħaddiema huwa waħda mill-erba' libertajiet tas-suq intern;

4.  Jilqa’ b’sodisfazzjon it-Trattat ta’ Liżbona u l-fatt li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandha torbot legalment; jinnota li dan jinkludi d-dritt tat-trejdjunjins li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fil-livelli xierqa u, fil-każ ta’ kunflitti ta’ interess, li jieħdu azzjoni kollettiva (bħal strajk) sabiex jiddefendu l-interessi tagħhom;

5.  Jenfasizza li l-libertà li jkunu pprovduti servizzi mhijiex superjuri għad-drittijiet fundamentali li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikulari id-dritt tad-trejd junjins li jieħdu azzjoni industrijali, b'mod partikulari ladarba dan huwa dritt kostituzzjonali f'bosta Stati Membri; jenfasizza għalhekk li s-sentenzi tal-ECJ għall-kawżi Rüffert, Laval u Viking juru li huwa meħtieġ li l-libertajiet ekonomiċi, kif stabbiliti fit-Trattati, għandhom ikunu interpretati b'tali mod li ma jaffettwawx l-eżerċizzju tad-drittijiet soċjali fundamentali kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u mil-liġi tal-Komunità, inkluż id-dritt li jiġu nnegozjati, konklużi u infurzati ftehimiet kollettivi kif ukoll li tittieħed azzjoni kollettiva, u li ma jaffettwawx l-awtonomija tas-sħab soċjali meta jkunu qed eżerċitati dawn id-drittijiet fundamentali li jħarsu l-interessi soċjali u l-interessi tal-ħaddiema;

6. Jenfasizza li l-PWD tippermetti li l-awtoritajiet pubbliċi u s-sħab soċjali jistabbilixxu termini u kundizzjonijiet ta' impjieg li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema skont it-tradizzjonijiet differenti fl-Istati Membri;

7.  Jenfasizza li l-premessa 22 tal-PWD tistqarr li d-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Istati Membri rigward azzjoni kollettiva li tiddefendi l-interessi tan-negozji u l-professjonijiet li hija kkonfermata mill-Artikolu 137(5) tat-Trattat tal-KE;

8.  Jenfasizza għalhekk il-bżonn li t-trattament ugwali u l-istess paga għall-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol ikunu ssalvagwardjati u msaħħa kif stabbilit fl-Artikoli 39 u 12 tat-Trattat tal-KE; iqis li fil-qafas tal-libertà li jkunu pprovduti s-servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment, iċ-ċittadinanza ta' min iħaddem, kif ukoll tal-impjegati jew tal-ħaddiema stazzjonati ma tiġġustifikax nuqqas ta' ugwaljanza rigward kundizzjonijiet tax-xogħol, paga jew l-eżerċizzju ta' drittijiet fundamentali bħad-dritt għall-istrajk;

9.  Jenfasizza l-importanza li jkunu evitati effetti negattivi fuq il-mudelli tas-suq tax-xogħol li diġà huma kapaċi jikkombinaw livell għoli ta’ flessibilità fuq is-suq tax-xogħol ma’ livell għoli ta’ sigurtà, minflok, jiġi promoss aktar dan il-metodu;

L-impatt ġenerali

10. Jinnota li l-effett orizzontali ta' ċertu dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-KE jiddependi fuq il-fatt li kundizzjonijiet preċiżi jiġu sodisfatti, fosthom il-kundizzjoni li huma jagħtu d-drittijiet lill-individwu li jkollu interess fil-konformità mal-obbligi kkonċernati; jesprimi t-tħassib tiegħu li, fiċ-ċirkustanzi speċifiċi tas-sentenzi li dan l-aħħar ħarġu mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-effett orizzontali tal-Artikolu 43 tat-Trattat tal-KE ġie identifikat kif xieraq, u jqis li dan jista' jwassal għal aktar kawżi quddiem il-Qorti;

11. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, skont il-prinċipji u t-tradizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, bosta Stati Membri, f'koperazzjoni mas-sħab soċjali, stabbilew standards għolja ta' kundizzjonjiet tax-xogħol li jtejbu l-benessri tal-ħaddiema kollha u jsaħħu t-tkabbir ekonomiku kif ukoll il-kompetittività;

12. Jemmen li l-intenzjoni tal-leġiżlatur fil-PWD u d-Direttiva tas-Servizzi hija inkompatibbli mal-interpretazzjonijiet li jistgħu joħolqu kompetizzjoni mhux ġusta bejn l-impriżi; jinnota li l-impriżi li jiffirmaw u jimxu mal-ftehimiet kollettivi jista' jkollhom żvantaġġ kompetittiv fir-rigward tal-impriżi li jirrifjutaw li jagħmlu dan;

13. Għalhekk huwa tal-opinjoni li l-libertà li jkunu pprovduti servizzi transkonfinali fis-suq intern tkun ulterjorment imsaħħa billi jkun żgurat li l-fornituri domestiċi u barranin tas-servizz jiffaċċjaw l-istess kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol u l-istess kundizzjonijiet ekonomiċi fil-post tat-twassil tas-servizz;

14. Jippromwovi attivament il-kompetittività fuq il-bażi tal-għarfien u l-innovazzjoni kif stabbilità fl-Istrateġija ta' Liżbona;

15. Jiddubita dwar l-introduzzjoni ta' prinċipju ta' proporzjonalità għal azzjonijiet kontra

impriżi li, billi jistrieħu fuq id-dritt ta' stabbiliment jew id-dritt li jkunu pprovduti servizzi minn fruntiera għall-oħra, inaqqsu apposta t-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi; iqis li ma għandu jkun hemm ebda domanda dwar l-użu ta' azzjoni industrijali biex ikun hemm trattament ugwali u biex ikunu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti;

16. Jenfasizza l-fatt li l-libertajiet ekonomiċi tal-UE qatt ma jistgħu jkunu interpretati li jagħtu d-dritt lill-impriżi biex jevadu jew jaħarbu minn liġijiet u prattiki nazzjonali soċjali u tal-impjiegi, u lanqas għall-kompetizzjoni mhix ġusta dwar pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol; iqis għalhekk li azzjonijiet transkonfinali minn impriżi li jistgħu jxekklu t-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi fil-pajjiż li qed jospita għandhom ikunu proporzjonali u ma huma bl-ebda mod awtomatikament ġustifikati mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar, pereżempju, il-moviment ħieles tas-servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment;

17. Jenfasizza li l-liġi tal-Komunità għandha tirrispetta l-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni; jenfasizza ulterjorment li l-leġiżlatur tal-Komunità għadu jiżgura li ma jinħoloq ebda xkiel la għall-ftehimiet kollettivi, pereżempju, dawk li jimplimentaw il-prinċipju ta' paga ugwali għall-istess xogħol għall-ħaddiema kollha fuq il-post tax-xogħol, indipendentement miċ-ċittadinanza tagħhom jew dik ta' min iħaddimhom, fil-post fejn is-servizz ikun ipprovdut, u lanqas għal azzjoni industrijali bħala appoġġ għal ftehima bħal din li hija f'konformità mal-liġijiet u l-prattiki nazzjonali;

18. Jirrikonoxxi li s-sentenzi tal-ECJ fil-kawżi Laval, Rüffert u Luxembourg ħolqu xi tħassib serju dwar il-mod li bih direttivi ta' armonizzazzjoni minimi għandhom jiġu implimentati;

19. Jinnota li l-kunsiderazzjonijiet soċjali msemmija fl-Artikoli 26 u 27 tad-Direttiva 2004/18 (Direttiva dwar ix-Xiri Pubblika) jippermettu lill-Istati Membri li joħolqu kundizzjonijiet ġusti ta' kompetizzjoni billi jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg li jmorru lil hinn mir-regoli mandatorji għall-ħarsien minimu;

20. Huwa tal-opinjoni li l-bażi legali limitata tal-moviment ħieles tal-PWD tista' twassal biex il-PWD tkun interpretata bħala stedina għal kompetizzjoni mhux ġusta fir-rigward tal-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol; għalhekk, jitqies li l-bażi legali tal-PWD għandha titwessa’ sabiex tinkludi riferenza għall-moviment ħieles tal-ħaddiema;

21. Jenfasizza li bħala riżultat il-qagħda preżenti tista' twassal biex il-ħaddiema fil-pajjiżi li jospitawhom iħossuhom taħt pressjoni mill-kompetizzjoni tal-pagi baxxi; iqis għalhekk li l-implimentazzjoni konsistenti tal-PWD għandha tiġi żgurata fl-Istati Membri kollha;

22. Ifakkar li disa' Stati Membri rratifikaw il-Konvenzjoni 94 tal-ILO dwar il-Klawsoli tax-xogħol (Kuntratti Pubbliċi); jiddispjaċih li anki sentenzi ġudizzjarji jonqsu mill-jqisu biżżejjed il-Konvenzjoni 94 tal-ILO u huwa mħasseb li l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni fl-Istati Membri kkonċernati tista' tkun f'kunflitt mal-applikazzjoni tal-PWD; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkjarifika din il-qagħda bħala kwistjoni ta' urġenza u biex tkompli tippromwovi r-ratifika ta' din il-Konvenzjoni sabiex isaħħaħ ultejorment l-iżvilupp ta' klawsoli soċjali f'regolamenti ta' xiri pubbliku, li fih innifsu huwa objettiv tad-Direttiva dwar ix-Xiri Pubbliku;

23. Jinnota li għadu ma ġiex rikonoxxut li, skont il-Konvenzjonijiet 87 u 98 tal-ILO, ir-restrizzjonijiet dwar id-dritt għall-azzjoni industrijali u d-drittijiet fundamentali tista' biss tkun iġġustifikata fuq bażi ta' saħħa, ordni pubbliku u fatturi oħra simili;

Talbiet

24. Jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jinfurzaw il-PWD kif xieraq; jenfasizza ulterjorment li l-leġiżlazzjoni u r-regoli tas-suq tax-xogħol rigward in-negozjati u l-ftehimiet kollettivi huma ta' kompetenza tal-Istati Membri u s-sħab soċjali; jinnota, f'dan ir-rigward, li hija r-responsabilità tal-Istati Membri li jtejbu u li jagħmlu użu sħiħ mill-prevenzjoni, il-monitoraġġ u l-miżuri ta' infurzar, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

25. Iqis li l-leġiżlazzjoni preżenti tal-Komunità fiha kemm modi kif wieħed jaħrab minnha kif ukoll inkonsistenzi u għalhekk setgħat ħalliet li jsiru interpretazzjonijiet tal-PWD li ma kinux l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Komunità, li kien qed ifittex li jikseb bilanċ ġust bejn il-libertà li jkunu pprovduti servizzi kif ukoll il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema; jistieden lill-Kummissjoni biex tħejji l-proposti leġiżlattivi meħtieġa li għandhom jassistu fl-evitar ta' interpretazzjonijiet li jmorru kontra xulxin fil-ġejjieni;

26. Għalehkk jilqa' b'sodisfazzjon l-istqarrija tat-3 ta' April 2008 li fiha l-Kummissjoni impenjat ruħha li mhux biss tkompli tindirizza l-kompetizzjoni li hija bbażata fuq standards soċjali baxxi iżda anki enfasizzat li l-libertà li jkunu pprovduti servizzi ma tmurx kontra u ma hija bl-ebda mod superjuri għad-dritt fundamentali tal-istrajk u tas-sħubija ma' trejd junjin; iħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2008 mingħajr dewmien biex tinsab soluzzjoni għan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet problematiċi ulterjuri u abbużi, kif ukoll li tinħoloq il-klima mixtieqa ta' fiduċja reċiproka u ta' kunfidenza; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex irawmu koperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni fir-rigward tal-monitoraġġ u l-iskambju tal-aħjar prassi; iqis li dan ikun mod effettiv li bih tittieħed azzjoni kontra l-abbużi;

27. Jilqa' b'sodisfazzjon l-indikazzjoni tal-Kummissjoni li issa lesta biex teżamina mill-ġdid l-impatt tas-suq intern fuq id-drittijiet tax-xogħol u l-innegozjar kollettiv.

28. Jissuġġerixxi li din l-analiżi mill-ġdid ma għandhiex teskludi reviżjoni parzjali tal-PWD, b'attenzjoni speċifika għall-kwistjonijiet tal-kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli, il-livelli tal-pagi, il-prinċipju ta' trattament ugwali tal-ħaddiema fil-kuntest tal-moviment ħieles tas-servizzi, ir-rispett għal mudelli differenti tax-xogħol u t-tul tal-istazzjonar.

29. Jemmen li l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxut fl-Istati Membri, fil-konvenzjonijiet tal-ILO u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt li jiġu negozjati, konklużi u infurzati ftehimiet kollettivi u d-dritt li jittieħdu azzjonijiet industrijali ma għandux ikun ipperikolat,

30. Jenfasizza li għandu jkun assolutament ċar li l-PWD u d-Direttivi l-oħra ma jwaqqfux lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali milli jitolbu aktar kundizzjonijiet favorevoli, immirati lejn trattament ugwali tal-ħaddiema, u li hemm assigurazzjonijiet li l-leġiżlazzjoni tal-Komunità tista' timplimenta fuq il-bażi tal-mudelli kollha tas-suq tax-xogħol li jeżistu.

31. Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill rigward il-ħolqien ta' sistema elettronika għall-iskambju ta' informazzjoni bħala kwistjoni ta' urġenza ladarba din tista' tippermetti li l-Istati Membri joħduha kontra l-abbużi b'mod aktar effettiv.

32. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jadottaw miżuri li jikkumbattu l-abbużi, b'mod partikulari rigward l-attivitajiet ta' dawk il-"letterbox-companies" li mhumiex involuti f'negozju ġenwin u effettiv fil-pajjiż li fih stabbiliti iżda li nħolqu, kultant anki direttament mill-kuntrattur ewlieni fil-pajjiż li jospita, għar-raġuni sempliċi li jitwettaq negożju fil-pajjiż li jospita, sabiex tkun skansata l-applikazzjoni sħiħa tar-regoli u r-regolamenti tal-pajjiżi li jospita b'mod partikulari fir-rigward tal-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi regoli ċari fil-kodiċi ta' kondotta li joħduha kontra l-"letterbox companies" għall-impenji li jaqgħu taħt id-Direttivi tas-Servizzi;

33. Itenni li d-drittijiet soċjali fundamentali mhumiex subordinati għad-drittijiet ekonomiċi fil-ġerarkija tal-libertajiet fundamentali; għalhekk isaqsi li jerġa' jiddaħħal fil-liġi primarja l-bilanċ bejn d-drittijiet fundamentali u libertajiet ekonomiċi sabiex tkun evitata l-ġirja biex jitnaqqsu l-istandards soċjali;

34. Jilqa' l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar id-Direttiva l-ġdida dwar l-Agenziji Temporanji li għandha tipprovdi għal trattament mhux diskriminatorju mill-ewwel jum tal-impjieg sakemm is-sħab soċjali ma jiftiehmux mod ieħor;

35. Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq il-Komunikazzjoni tant mistennija dwar l-innegozjar kollettiv transnazzjonali li tipproponi l-istabbiliment ta' qafas legali għall-ftehimiet kollettivi transnazzjonali;

o

o        o

36. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.

  • [1]  ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.
  • [2]  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
  • [3]  ĠU L 337, 12.12.1998, p. 8.
  • [4]  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
  • [5]  [1990] ECR I-1470.
  • [6]  [1994] ECR I-3803.
  • [7]  [1999] ECR I-8453.
  • [8]  [2001] ECR I-7831.
  • [9]  [2002] ECR I-1425.
  • [10]  [2004] ECR I-9553.
  • [11]  [2004] ECR I-10191.
  • [12]  [2006] ECR I-885.
  • [13]  ĠU C 51, 23.2.2008, p.11.
  • [14]  ĠU Ċ 51, 23.2.2008, p. 9.
  • [15]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.
  • [16]  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 452.
  • [17]   ĠU C 92 E, 16.4.2004, p. 404.
  • [18]  Testi adottati, Ρ6_TA(2007)0206.
  • [19]  Testi adottati, P6_TA(2007)0574.
  • [20]  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
  • [21]  ĠU L 337, 12.12.1998, p. 8.
  • [22]  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Diċembru 2007 fil-Każ C-341/05 Laval un Partneri Ltd [2007] ECR I11767 (il-Każ Laval).
  • [23]  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' April 2008 fil-Każ C-346/06 Rüffert, li għad ma ġietx ippubblikata fl-ECR (ara ĠU C 128, 24.5.2008, p. 9).

EXPLANATORY STATEMENT

Introduction

In December 2007 the European Court of Justice (ECJ) delivered its judgments in two cases on how the EU balances the economic and the social objectives of the Treaty. The Viking case concerns a collective action relating to the reflagging of a vessel from Finland to Estonia. In the Laval case a Swedish trade union, by means of collective action, had tried to force a Latvian provider of services to sign a collective agreement when performing services in Sweden.

In April 2008 the ECJ delivered another verdict in the Rüffert case. The case concerns the right of public authorities, when awarding contracts for work, to demand that tendering companies commit themselves to pay wages that are in line with rates already agreed through collective bargaining where the work is carried out, or whether this could be outlawed as a restriction on the freedom to provide services under Article 49 of the Treaty.

The report is focusing on the principle consequences of the verdicts and not so much on national problems in the implementation which should be dealt with promptly at the national level.

Principles

The first part of the report deals with the guiding principles for the internal market and the necessary balance between the free movement of services and the rights of workers.

Anyone should have the right work anywhere in the European Union and it is regretful that this right is not applied uniformly across the EU. However this has to be balanced against fundamental rights and the possibility for governments and trade unions to ensure non-discrimination and equal treatment. We cannot turn a blind eye when migrant workers are paid less then national workers, sending the message she/he is worth less than the national workers performing the same job. It is in everybody's interest that workers enjoy equal conditions, whether national or migrant. Thus, equal treatment and pay for equal work should always be the main principle.

Effects of the ECJ ruling

The posting Directive (PWD)

Traditionally, the PWD has been interpreted as a minimum directive in the sense that it lays down a “hard core” of minimum working conditions that member states have to ensure and that also applies to temporary, foreign workers. However, the PWD does not exclude systems with higher protection. The reasons for this interpretation are mainly to be found in article 3(7) in the directive “Paragraphs 1 to 6 shall not prevent application of terms and conditions that are more favourable to workers”.

This perception is, however, changed with the Laval ruling, in which the court states that article 3(7) in the Posting Directive “cannot be interpreted as allowing the host Member State to make the provision of services in its territory conditional on the observance of terms and conditions of employment which go beyond the mandatory rules for minimum protection”. The ruling furthermore states that the PWD lays down the degree of protection that the host member state “is entitled to require those undertakings to observe” (our emphasis) (Para. 80), and continues in the next paragraph “the level of protection which must be guaranteed to workers posted to the territory of the host Member State is limited, in principle, to that provided for in Article 3(1), first subparagraph, (a) to (g) of Directive 96/71”. What the host member state can impose on a visiting company is thus limited to the core of the PWD, and nothing beyond that. In other words, what we thought was a minimum directive has become a maximum directive.

In the reasoning of this ruling, the court has, for practical purposes, abolished article 3(7) allowing more favourable terms and conditions. Thus, national wage agreements can be undercut for posted workers. This interpretation is further developed and explained in the Rüffert case. The ECJ states in paragraph 32 that the normal wage in Niedersachsen "cannot be considered to be a term and condition of employment which is more favourable to workers within the meaning of Article 3(7) of Directive 96/71." The Court continues to say that "such an interpretation would amount to depriving the directive of its effectiveness (see Laval un Partneri, paragraph 80)." In other word the directive could not be interpreted in the way it is written since it would go against the purpose of the directive which according to the court is to bring about the freedom to provide services and not the protection of workers.

The balance between the free movement of services and the fundamental right to strike

The ECJ in the Viking and Laval cases introduces a horizontal direct effect of article 43 and 49 which can be used by employers and service providers to challenge collective agreements and industrial actions with a cross-border effect. The autonomy for collective bargaining from competition rules is thereby not extended to the field of free movement. This brings about risks: Industrial relations in the Member States could be put under legal scrutiny; uncertainty in industrial relations; a “flood” of cases to the ECJ. Any company in a transnational dispute has the opportunity to use this judgement against union actions, alleging that it was" disproportional”.

The verdict says that the right to strike is a fundamental right but not so fundamental as the EU's free movement provisions. This could lead to wage competition and make it difficult for trade unions to ensure equal treatment.

Demands

Since these verdicts have proven that the current legislation is not sufficient enough to provide a balance between the freedom to provide services and the workers rights, we need to take immediate action to ensure that necessary changes in European legislation are made in order to counter the possible detrimental social, economical and political effects of the ECJ judgements.

These changes should be considered;

· Review the PWD.

· Summarize the social clauses of the Monti directive and the Service directive in a social clause in primary law or in an inter-institutional agreement.

· Immediately adopt the Temporary Agency Directive in which it is clarified that the same rules should immediately apply to temporary agency workers as if they were employed directly by the enterprise.

· Adopt measures to combat letterbox-companies, undertakings not engaged in any genuine and meaningful business in the country of origin but created, sometimes even directly by the main contractor in the host country, for the sole purpose of offering ‘services’ to the host country in order to avoid the full application of host country rules and regulations especially with regard to wages and working conditions.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (17.9.2008)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar L-isfidi għall-ftehimiet kollettivi fl-UE
(2008/2085(INI))

Rapporteur għal opinjoni(*): Tadeusz Zwiefka

(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jirrikonoxxi d-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fil-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri u fi trattati u konvenzjonijiet internazzjonali differenti, bħala riferenzi fundamentali għal-liġi u l-prattika tal-UE,

B.  billi t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jistipula numru ta' prinċipji; billi waħda mill-attivitajiet ewlenin tal-Komunità hija suq intern ikkaratterizzat, f'sens ta' bejn l-Istati Membri, mit-tneħħija tal-ostakli għall-moviment ħieles ta' prodotti, persuni, servizzi u kapital, kif ukoll linja politika fil-qasam soċjali,

C. billi wieħed minn dawk il-prinċipji huwa l-għarfien tad-drittijiet kostituzzjonali bażiċi taċ-ċittadini, inkluż id-dritt li jingħaqdu f’unjins, id-dritt li jistrajkjaw u d-dritt li jinnegozjaw ftehimiet kollettivi,

D. billi l-prinċipji fundamentali tas-suq intern jinkludu l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu provduti s-servizzi,

E.  billi, skond l-Artikolu 39 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-libertà tal-moviment tal-ħaddiema tinvolvi t-tneħħija ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri fir-rigward tal-impjieg, tal-ħlas u ta' kundizzjonijiet oħra tax-xogħol u tal-impjieg,

F.  billi d-dritt li tittieħed azzjoni kollettiva u li jitwettqu l-ftehimiet kollettivi huwa dritt fundamentali li jifforma parti integrali mill-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja; billi f’dan il-kuntest il-Qorti tal-Ġustizzja m'għandhiex toqgħod fuq stqarrija tal-Kunsill u tal-Kummissjoni bid-data tal-24 ta’ Settembru 1996 li ma ġietx adottata mill-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur sabiex l-interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ “dispożizzjonijiet ta’ ordni pubblika” u “dispożizzjonijiet nazzjonali importanti għall-ordni pubblika” tkun limitata biss għar-regoli mandatorji stipulati fil-leġiżlazzjoni,

G. billi l-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva dwar is-Servizzi tindika b’mod ċar li dik id-Direttiva mhix intenzjonata li tissostitwixxi d-Direttiva 96/71/KE (il-PWD)[1] u hija bla ħsara għaliha,

billi fl-istess waqt, skond l-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kull limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet rikonoxxuti minn dik il-Karta jistgħu jsiru biss jekk ikunu proporzjonali, meħtieġa u jilqgħu b’mod ġenwin l-objettivi ta’ interess ġenerali rikonoxxut mill-Unjoni jew mill-ħtieġa li jħarsu d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn,

I.    billi huwa l-irwol tal-Qorti tal-Ġustizzja li tinterpreta l-liġi Komunitarja fid-dawl tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u li tiżgura li fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-Trattat KE tkun osservata l-liġi,

J.    billi hija r-responsabilità tal-qrati nazzjonali li jiżguraw, każ b'każ, jekk humiex ikunu ssodisfati l-kriterji biex il-limitazzjoni tal-libertajiet fundamentali titqiesx bħala li tkun kompatibbli mal-liġi Komunitarja,

K.  billi l-applikazzjoni uniformi u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tal-PWD huma essenzjali sabiex ikunu żgurati l-objettivi tagħha, u b'mod partikulari l-osservanza tal-arranġamenti għan-negozjar kollettiv eżistenti fl-Istati Membri,

L.  billi ġie osservat li kien hemm opinjonijiet u interpretazzjonijiet differenti fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja u bejn il-Qorti u l-Avukati-Ġenerali tagħha fil-każijiet li għandhom x’jaqsmu mal-PWD, b’mod partikulari l-Każ C-341/05 Laval[2] u l-Każ C-346/06 Rüffert[3]; billi meta jkun hemm differenzi bejn fehmiet u interpretazzjonijiet bħal dawn, jista' jkun hemm każ għal kjarifika fid-dawl tal-bilanċ bejn id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali,

1.   Jinnota li l-ebda waħda mis-sentenzi reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja[4] ma taffettwa la l-kontenut ta' xi ftehima kollettiva li tista' tiġi konkluża mill-Istati Membri u lanqas id-dritt biex din tiġi konkluża;

2.   Jenfasizza li, skond il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istati Membri ma jistgħux jimponu standards minimi fi kwistjonijiet oħra barra dawk previsti fil-PWD u l-kontenut ta' standards minimi bħal dawn ma jistax jiġi determinat minn sors li ma jkunx previst f'dik id-direttiva;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu garantiti ċerti kundizzjonijiet minimi fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema li jiċċaqalqu minn post għall-ieħor fl-UE;

4.   Josserva li r-regoli nazzjonali li ma jqisux il-ftehimiet kollettivi, hu xinhu l-kontenut tagħhom, u li jorbtu fl-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti lil dawk l-impriżi li jkunu bagħtu ħaddiema f'pajjiż ospitanti, iwasslu, kif enfasizzat mill-Qorti tal-Ġustizzja, għal diskriminazzjoni kontra impriżi bħal dawn, billi skont dawk ir-regoli nazzjonali jiġu ttrattati daqslikieku kienu impriżi nazzjonali li ma jkunux ikkonkludew ftehima kollettiva;

5.   Jirrikonoxxi li, kif iddikjarat b'mod ċar il-Qorti tal-Ġustizzja fil-każijiet Laval u Viking, id-dritt li wieħed jieħu azzjoni kollettiva jidħol fl-ambitu tal-liġi Komunitarja, b'mod partikulari tal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat KE, u għalhekk irid ikun iġġustifikat minn raġuni b'saħħitha ta' interess pubbliku, irid ikun proporzjonat u jrid juża mezzi xierqa li ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ; jenfasizza f'dan il-kuntest li, bi qbil mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt li tittieħed azzjoni kollettiva għall-ħarsien tal-ħaddiema jista' jikkostitwixxi raġuni b'saħħitha bħal din;

6.   Jinnota li l-effett orizzontali ta' ċerti dispożizzjonijiet tat-Trattat KE jiddependi minn kundizzjonijiet preċiżi li jiġu ssodisfati, fost l-oħrajn il-kundizzjoni li huma jagħtu d-dritt lil individwu li jkollu interess fil-konformità mal-obbligi li huma hekk stipulati; jesprimi t-tħassib tiegħu li, fiċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każijiet li dan l-aħħar ħarġet sentenza dwarhom il-Qorti tal-Ġustizzja, l-effett orizzontali tal-Artikolu 43 tat-Trattat KE ġie identifikat kif suppost, u jqis li dan jista' jwassal għal aktar każijiet quddiem il-qorti;

7.   Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar xierqa tal-PWD; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi gwida xierqa għall-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar ta' dik id-direttiva;

8.   Jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' April 20081 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 20082 dwar il-koperazzjoni amministrattiva msaħħa fil-kuntest tal-għoti tax-xogħol lill-ħaddiema fil-qafas tal-għoti tas-servizzi;

9.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni xierqa dwar dawk l-Istati Membri li ma japplikawx il-liġi Komunitarja f'dan il-qasam kif ġiet interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja.

1 ĠU C 85, 4.4.2008, p.1 u ĠU C 89, 10.4.2008, p.18.

2 Għad ma kinux ippubblikati fil-ĠU

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

9.9.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marek Aleksander Czarnecki, Bert Doorn, Monica Frassoni, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Antonio Masip Hidalgo, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Daniel Strož, Rainer Wieland, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Vicente Miguel Garcés Ramón, Jean-Paul Gauzès, Georgios Papastamkos, Gabriele Stauner, Jacques Toubon, Ieke van den Burg

Sostitut (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Renate Weber

  • [1]  Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-għoti tax-xogħol lill-ħaddiema fil-qafas tal-għoti tas-servizzi (ĠU L 18, tal-21.1.1997, p. 1).
  • [2]  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Diċembru 2007 fil-Każ C-341/05 Laval un Partneri Ltd [2007] ECR I‑11767 (il-Każ Laval).
  • [3]  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' April 2008 fil-Każ C-346/06 Rüffert, li għad ma ġietx ippubblikata fl-ECR (ara ĠU C 128, 24.5.2008, p. 9).
  • [4]  Ara wkoll, barra s-sentenzi fil-każijiet Laval u Rüffert msemmija hawn fuq, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Diċembru 2007 fil-Kawża C-438/05, bejn il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ħaddiema tat-Trasport u l-Unjin tal-Baħħara Finlandiżi [2007] ECR I-10779 (il-Każ Viking).

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (16.7.2008)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-isfidi għall-ftehimiet kollettivi fl-UE
(2008/2085(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Małgorzata Handzlik

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi d-dritt li tittieħed azzjoni kollettiva hu rikonoxxut bħala dritt fundamentali fil-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, u billi dan id-dritt ġie kkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea,

B.   billi l-prinċipju tal-moviment liberu tas-servizzi bħala element essenzjali tas-suq intern, u anke l-objettivi fundamentali tal-Unjoni bħall-promozzjoni tal-progress ekonomiku u soċjali u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, huma fil-qalba tal-integrazzjoni Ewropea, u billi, fi kwalunkwe każ, dik il-libertà għandha tkun kompatibbli mad-dritt tal-imsieħba soċjali għal negozjar kollettiv,

1.   Jenfasizza l-bżonn li jinżamm il-bilanċ bejn il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà ta' l-istabbiliment u l-garanzija ta' qafas regolatorju għall-protezzjoni tal-ħaddiema;

2.   Jirrimarka, filwaqt li jikkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, li jekk jiġu imposti kundizzjonijiet ta' xogħol fuq ħaddiema stazzjonati minn fornituri ta' servizzi minn Stati Membri oħra, li mhumiex rikjesti jew permessi mid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew U tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi[1], jew jekk fornituri ta' servizzi jiġġiegħlu jidħlu f'negozjati dwar kundizzjonijiet ta' xogħol ta' dan it-tip ma' trade unions, dawn jistgħu jwasslu għal limitazzjoni mhux ġustifikata tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi; hu tal-fehma, għalhekk, li l-azzjonijiet kollettivi ma jridux ikunu mmirati li jimponu kundizzjonijiet ta' xogħol li jmorru lil hinn mid-Direttiva 96/71/KE u li mhumiex preċiżi jew aċċessibbli biżżejjed;

3.   Jinnota li hu importanti li r-regoli dwar is-suq tax-xogħol Ewropew ikunu trasparenti u ekwivalenti għal kulħadd, imma jinnota wkoll li tradizzjonijiet politiċi differenti jagħmluha impossibbli li jkun hemm mudell uniku tas-swieq tax-xogħol; jikkunsidra li, fejn ċertu Stati Membri jkunu partikularment affetwati, għandha titwettaq evalwazzjoni tal-impatt dettaljata tas-sentenzi fil-livell nazzjonali b'konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali;

4.   Jenfasizza li m'hemmx bżonn li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71/KE jiġu riveduti qabel ma jiġu analizzati u ċċarati fil-livell nazzjonali l-isfidi innifishom għall-mudelli differenti ta' ftehim kollettiv;

5.   Jirrimarka li l-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 96/71/KE jippermetti li l-ħaddiema stazzjonati jgawdu mill-aktar kundizzjonijiet vantaġġjużi ta' pajjiżhom waqt l-istazzjonament tagħhom fil-pajjiż ospitanti;

6.   Jikkunsidra li l-applikazzjoni u l-infurzar korretti tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/61/KE huma essenzjali biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tagħha, speċifikament biex jiġi ffaċilitat il-forniment ta' servizzi waqt li tiġi garantita l-protezzjoni xierqa tal-ħaddiema, u biex jiġu rrispettati kompletament l-arranġamenti għan-negozjar kollettiv li jeżistu fl-Istati Membri fejn jiġu stazzjonati l-ħaddiema fil-qafas ta' dik id-Direttiva;

7.   Jistieden lill-Istati Membri biex jirranġaw in-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE, b'mod partikulari billi jissimplifikaw id-dispożizzjonijiet u l-formalitajiet amministrattivi u billi jorganizzaw koperazzjoni eqreb bejn l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni xierqa kontra l-Istati Membri li ma japplikawx il-liġi Komunitarja f'dan il-mod;

8.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi aktar gwida lill-Istati Membri u lill-fornituri ta' servizzi dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-forniment ta' servizzi, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji ta' gwida tad-Direttiva 96/71/KE u s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiġu evitati diskrepanzi ulterjuri fir-rigward ta' l-interpretazzjoni ta' dik id-Direttiva;

9.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel stqarrija ċara fir-rigward tad-dritt tal-Istati Membri li jmorru lil hinn mill-istandards tax-xogħol minimi fundamentali sakemm dawn l-istandards ogħla jkunu ġeneralment applikabbli fit-territorju fejn jitwettaq dan ix-xogħol.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta’ l-adozzjoni

15.7.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

17

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Martí Grau i Segú, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Anna Hedh, Eija-Riitta Korhola, Kurt Lechner, Lasse Lehtinen, Toine Manders, Catiuscia Marini, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Bill Newton Dunn, Zita Pleštinská, Giovanni Rivera, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Salvador Domingo Sanz Palacio, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Jacques Toubon, Barbara Weiler, Marian Zlotea

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, André Brie, Colm Burke, Giovanna Corda, Jan Cremers, Benoît Hamon, Joel Hasse Ferreira, Filip Kaczmarek, Manuel Medina Ortega, José Ribeiro e Castro, Olle Schmidt

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dragoş Florin David, Jan Olbrycht

  • [1]  ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

22.9.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

0

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Edit Bauer, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Jan Cremers, Proinsias De Rossa, Harlem Désir, Harald Ettl, Ilda Figueiredo, Joel Hasse Ferreira, Stephen Hughes, Ona Juknevičienė, Jean Lambert, Raymond Langendries, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Maria Matsouka, Mary Lou McDonald, Elisabeth Morin, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Jacek Protasiewicz, Bilyana Ilieva Raeva, Elisabeth Schroedter, José Albino Silva Peneda, Kathy Sinnott, Gabriele Stauner, Ewa Tomaszewska, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriela Creţu, Petru Filip, Sepp Kusstatscher, Ria Oomen-Ruijten, Csaba Sógor, Anja Weisgerber

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Wolfgang Bulfon, Carmen Fraga Estévez, Iratxe García Pérez, Helmut Kuhne, María Isabel Salinas García