RAPPORT dwar l-approvazzjoni tad-dikjarazzjoni konġunta, "Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija"
7.10.2008 - (2007/2222(ACI))
Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Jo Leinen
(Proċedura simplifikata - Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-approvazzjoni tad-dikjarazzjoni konġunta, "Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija"
Il-Parlament Ewropew,
- wara li kkunsidra l-Artikolu 255 tat-Trattat KE,
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2002 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar qafas ġdid għall-koperazzjoni dwar attivitajiet li jikkonċernaw il-politika għall-informazzjoni u għall-komunikazzjoni tal-Unjoni Ewropea[1],
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2003 dwar l-istrateġija għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni għall-Unjoni Ewropea[2],
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' informazzjoni u komunikazzjoni tal-Unjoni Ewropea[3],
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar il-White Paper dwar politika ta' komunikazzjoni Ewropea[4],
- wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-25 ta’ Settembru 2008,
- wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta proposta, "Nikkomunikaw l-Ewropa fis-Sħubija",
- wara li kkunsidra l-Artikoli 120(1) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0372/2008),
A. billi l-komunikazzjoni hija element importanti tad-demokrazija, kemm dik rappreżentattiva u kemm dik parteċipatorja,
B. billi wieħed mill-punti tajbin tal-elementi demokratiċi tal-UE hu marbut mal-istrutturi ta’ komunikazzjoni fil-livell Ewropew li jgħaqqdu l-istituzzjonijiet maċ-ċittadini,
C. billi l-esperjenza li nkisbet mill-elezzjonijiet u r-referendums Ewropej preċedenti tissuġerixxi li hemm iktar ċans li dawk li huma konxji u interessati fi kwistjonijiet tal-UE jipparteċipaw, waqt li hemm iktar ċans li dawk li mhumiex infurmati daqshekk tajjeb jagħmlu dan; biili dan ġie ikkonfermat għal darba oħra mir-riċerka li saret wara r-referendum Irlandiż,
D. billi l-komunikazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea tirrikjedi impenn politiku mill-Istituzzjonijiet tal-UE u mill-Istati Membri fil-livelli kollha,
1. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta, "Nikkomunikaw l-Ewropa fis-Sħubija" annessa ma’ din id-deċiżjoni u jiddeċiedi li jehmeż id-Dikjarazzjoni mar-Regoli ta' Proċedura tiegħu; jitlob li d-dikjarazzjoni tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u l-anness għaliha lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS (*)
se jiġi ppublikat separatament bħala Addendum għal dan ir-rapport
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
|
Data ta’ l-adozzjoni |
7.10.2008 |
|
|
|
||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
10 0 2 |
||||