RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti tal-ajruporti

8.10.2008 - (08332/2/2008 – C6‑0259/2008 – 2007/0013(COD)) - ***II

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Ulrich Stockmann

Proċedura : 2007/0013(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0375/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti tal-ajruporti

(08332/2/2008 – C6‑0259/2008 – 2007/0013(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (08332/2/2008 – C6‑0259/2008),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0820),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6‑0375/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(2) Jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni li jirregola l-karatteristiċi essenzjali ta' l-imposti ta' l-ajruport u l-mod li bih dawn jiġu stabbiliti, minħabba li, fin-nuqqas ta' tali qafas, ir-rekwiżiti bażiċi fir-relazzjoni bejn il-korpi ta' tmexxija ta' l-ajruporti u l-utenti ta' l-ajruporti jistgħu ma jintlaħqux. Tali qafas għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għal Stat Membru li jiddetermina safejn jista' jittieħed kont tad-dħul mill-attivitajiet kummerċjali ta' l-ajruport meta jiġu stabbiliti l-imposti ta' l-ajruport.

(2) Jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni li jirregola l-karatteristiċi essenzjali ta' l-imposti ta' l-ajruport u l-mod li bih dawn jiġu stabbiliti, minħabba li, fin-nuqqas ta' tali qafas, ir-rekwiżiti bażiċi fir-relazzjoni bejn il-korpi ta' tmexxija ta' l-ajruporti u l-utenti ta' l-ajruporti jistgħu ma jintlaħqux. Tali qafas għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għal Stat Membru li jiddetermina jekk għandux u safejn għandu jittieħed kont tad-dħul mill-attivitajiet kummerċjali ta' l-ajruport meta jiġu stabbiliti l-imposti ta' l-ajruport.

Ġustifikazzjoni

Tiċċara li din l-azzjoni hija diskrezzjonali.

Emenda  2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 3

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(3) Din id-Direttiva għandha tapplika għal ajruporti li jinsabu fil-Komunità, li jkunu ikbar minn daqs minimu, billi l-ġestjoni u l-finanzjament ta' ajruporti żgħar ma jirrikjedux l-applikazzjoni ta' qafas Komunitarju, u għall-ajruport li għandu l-aktar moviment ta' passiġġieri f'kull Stat Membru.

(3) Din id-Direttiva għandha tapplika għal ajruporti li jinsabu fil-Komunità, li jkunu ikbar minn daqs minimu, billi l-ġestjoni u l-finanzjament ta' ajruporti żgħar ma jirrikjedux l-applikazzjoni ta' qafas Komunitarju.

Ġustifikazzjoni

Għandha tinqara flimkien mal-emenda 3 hawn taħt.

Emenda  3

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 3 a (ġdida)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

3a. Minbarra dan, fi Stat Membru fejn l-ebda ajruport ma jilħaq id-daqs minimu għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-ajruport bl-akbar moviment tal-passiġġieri jibbenefika minn tali pożizzjoni privileġġjata bħala punt ta' dħul f'dak l-Istat Membru li huwa neċessarju li jiġu applikati, lil dak l-ajruport, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sabiex ikun garantit ir-rispett ta' ċerti prinċipji bażiċi fir-relazzjoni bejn il-korp tat-tmexxija u l-utenti tal-ajruport, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza tal-imposti u tan-non-diskriminazzjoni fost l-utenti tal-ajruport.

Ġustifikazzjoni

Ikun ta' ħsara għat-tħaddim tad-Direttiva jekk l-ikbar ajruport fi Stat Membru ma jkunx inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni.

Emenda  4

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 5

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(5) Għar-raġunijiet tad-distribuzzjoni tat-traffiku, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu korp ta' tmexxija għall-ajruporti li jaqdu l-istess belt jew konurbazzjoni biex japplikaw l-istess livell ta' imposti ta' l-ajruporti. It-trasferimenti ekonomiċi bejn dawn l-ajruporti għandhom jikkonformaw mal-liġi Komunitarja rilevanti.

(5) Għar-raġunijiet tad-distribuzzjoni tat-traffiku, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu korp ta' tmexxija għall-ajruporti li jaqdu l-istess belt jew konurbazzjoni biex japplikaw sistema ta' imposti komuni u trasparenti. It-trasferimenti ekonomiċi bejn dawn l-ajruporti għandhom jikkonformaw mal-liġi Komunitarja rilevanti.

 

Ġustifikazzjoni

Mhemmx bżonn li jiġi applikat l-istess livell ta' imposti iżda s-sistema ta' imposti għandha tkun komuni u trasparenti. Mhux adegwat li jkun hemm l-istess livell ta' imposti peress li dan ma jkunx relatat mal-ispejjeż jew mal-livell ta' servizzi u faċilitajiet provduti.

Emenda  5

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 10

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(10) L-imposti ta' l-ajruporti għandhom ikunu non-diskriminatorji. Għandha tiġi attwata proċedura obbligatorja għall-konsultazzjoni regolari bejn il-korpi ta' tmexxija ta' l-ajruporti u l-utenti ta' l-ajruport bil-possibbiltà li kull parti jkollha rikors għal korp ta' superviżjoni indipendenti kull meta l-utenti ta' l-ajruport jikkontestaw deċiżjoni dwar l-imposti ta' l-ajruport jew il-modifika tas-sistema ta' ġbir tal-imposti.

(10) L-imposti ta' l-ajruporti għandhom ikunu non-diskriminatorji. Għandha tiġi attwata proċedura obbligatorja għall-konsultazzjoni regolari bejn il-korpi ta' tmexxija ta' l-ajruporti u l-utenti ta' l-ajruport bil-possibbiltà li kull parti jkollha rikors għal awtorità ta' superviżjoni indipendenti kull meta l-utenti ta' l-ajruport jikkontestaw deċiżjoni dwar l-imposti ta' l-ajruport jew il-modifika tas-sistema ta' ġbir tal-imposti.

 

 

 

Ġustifikazzjoni

''Awtorità'' tirrifletti iktar preċiżament il-kompiti u r-responsabilitajiet involuti.

Emenda  6

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 11

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(11) F'kull Stat Membru għandu jiġi stabbilit korp ta' superviżjoni indipendenti sabiex tiġi assigurata l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tiegħu u l-applikazzjoni korretta u effikaċi ta' din id-Direttiva. Tali korp għandu jkollu l-pussess tar-riżorsi kollha meħtieġa fir-rigward tal-persunal, il-kompetenza esperta, u l-mezzi finanzjarji għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(11) F'kull Stat Membru għandha tiġi stabbilita awtorità ta' superviżjoni indipendenti sabiex tiġi assigurata l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħha u l-applikazzjoni korretta u effikaċi ta' din id-Direttiva. Tali awtorità għandu jkollha l-pussess tar-riżorsi kollha meħtieġa fir-rigward tal-persunal, il-kompetenza esperta, u l-mezzi finanzjarji għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Ġustifikazzjoni

''Awtorità'' tirrifletti iktar preċiżament il-kompiti u r-responsabilitajiet involuti.

Emenda  7

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 14 a (ġdida)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(14a)Jeżistu sistemi differenti fid-diversi Stati Membri rigward il-prefinanzjament tal-investimenti tal-ajruporti. Fi Stati Membri fejn isir il-prefinanzjament, l-Istati Membri jew l-ajruporti għandhom jirreferu għall-politiki ICAO u/jew jistabbilixxu s-salvagwardji tagħhom stess.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm salvagwardji ċari fil-post fejn isiru l-prefinanzjamenti.

Emenda  8

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 4 – paragrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-korp ta' tmexxija ta' network ta' ajruporti li jintroduċi sistema komuni u trasparenti ta' ġbir ta' imposti ta' l-ajruport biex tkopri n-network ta' ajruporti.

1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-korp ta' tmexxija ta' network ta' ajruporti li jintroduċi sistema komuni u trasparenti ta' ġbir ta' imposti ta' l-ajruport biex tkopri n-network ta' ajruporti.

Emenda  9

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 4 – paragrafu 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li korp ta' tmexxija ta' l-ajruporti, fir-rigward ta' ajruporti li jaqdu l-istess belt jew konurbazzjoni, japplika l-istess livell ta' imposti ta' l-ajruport għall-ajruporti kollha kkonċernati, kemm-il darba kull ajruport jikkonforma b'mod sħiħ mar-rekwiżiti dwar it-trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 6.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Mhemmx bżonn li jiġi applikat l-istess livell ta' imposti iżda s-sistema ta' imposti għandha tkun komuni u trasparenti. Mhux adegwat li jkun hemm l-istess livell ta' imposti peress li ma jkunx relatat mal-ispejjeż jew mal-livell ta' servizzi u faċilitajiet provduti.

Emenda  10

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 4 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Sistemi tal-imposti komuni

 

Wara li jkunu infurmaw lill-Kummissjoni u bi qbil mal-liġi Komunitarja, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lil korp ta' tmexxija ta' ajruport li japplika sistema tal-imposti komuni u trasparenti f'ajruporti li jaqdu lill-istess belt jew konurbazzjoni, sakemm kull ajruport ikun kompletament konformi mar-rekwiżiti dwar it-trasparenza mniżżla fl-Artikolu 6.

Ġustifikazzjoni

Mhemmx bżonn li jiġi applikat l-istess livell ta' imposti iżda s-sistema ta' imposti għandha tkun komuni u trasparenti. Mhux adegwat li jkun hemm l-istess livell ta' imposti peress li ma jkunx relatat mal-ispejjeż jew mal-livell ta' servizzi u faċilitajiet provduti.

Emenda  11

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 5 – paragrafu 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kull fejn ikun possibbli, it-tibdil fis-sistema jew fil-livell ta' imposti ta' l-ajruport isir bi ftehim bejn il-korp ta' tmexxija ta' l-ajruport u l-utenti ta' l-ajruport. Għal dak l-għan, il-korp ta' tmexxija ta' l-ajruport għandu jippreżenta kwalunkwe proposta għal modifika fis-sistema jew fil-livell ta' imposti ta' l-ajruport lill-utenti ta' l-ajruport mhux aktar tard minn erba' xhur qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ, flimkien mar-raġunijiet għat-tibdil propost, ħlief jekk ikun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jeħtieġu li jiġu ġġustifikati ma' l-utenti ta' l-ajruport, f'liema każ dan il-perijodu m'għandux ikun anqas minn xahrejn. Il-korp ta' tmexxija ta' l-ajruport għandu jkollu konsultazzjonijiet dwar il-bidliet proposti ma' l-utenti ta' l-ajruport u jieħu kont tal-fehmiet tagħhom qabel ma tittieħed deċiżjoni. Il-korp ta' tmexxija ta' l-ajruport għandu jippubblika d-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni tiegħu fi żmien raġonevoli qabel ma din tidħol fis-seħħ. Il-korp ta' tmexxija ta' l-ajruport għandu jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu fir-rigward tal-kummenti ta' utenti ta' l-ajruport fil-każ li ma jintlaħaqx ftehim dwar il-bidliet proposti bejn il-korp ta' tmexxija ta' l-ajruport u utenti ta' l-ajruport.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kull fejn ikun possibbli, it-tibdil fis-sistema jew fil-livell ta' imposti ta' l-ajruport isir bi ftehim bejn il-korp ta' tmexxija ta' l-ajruport u l-utenti ta' l-ajruport. Għal dak l-għan, il-korp ta' tmexxija tal-ajruport għandu jippreżenta kwalunkwe proposta għal modifika fis-sistema jew fil-livell ta' imposti tal-ajruport lill-utenti tal-ajruport mhux aktar tard minn erba' xhur qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ, flimkien mar-raġunijiet għat-tibdil propost, ħlief jekk ikun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jeħtieġu li jiġu ġġustifikati mal-utenti tal-ajruport. Il-korp ta' tmexxija ta' l-ajruport għandu jkollu konsultazzjonijiet dwar il-bidliet proposti ma' l-utenti ta' l-ajruport u jieħu kont tal-fehmiet tagħhom qabel ma tittieħed deċiżjoni. Il-korp ta' tmexxija tal-ajruport għandu normalment jippubblika d-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni tiegħu mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma tidħol fis-seħħ. Il-korp ta' tmexxija ta' l-ajruport għandu jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu fir-rigward tal-kummenti ta' utenti ta' l-ajruport fil-każ li ma jintlaħaqx ftehim dwar il-bidliet proposti bejn il-korp ta' tmexxija ta' l-ajruport u utenti ta' l-ajruport.

Ġustifikazzjoni

Hi meħtieġa flessibilità fil-perjodu ta' żmien meħtieġ bejn it-tressiq ta' imposti proposti u d-dħul fis-seħħ tagħhom meta jinħolqu ċirkostanzi eċċezzjonali. Madankollu, id-deċiżjonijiet għandhom normalment ikunu ppubblikati xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom.

Emenda  12

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 5 – paragrafu 3

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta' nuqqas ta' qbil fir-rigward ta' deċiżjoni dwar imposti ta' l-ajruport li tittieħed mill-korp ta' tmexxija ta' l-ajruport, kwalunkwe parti tista' titlob l-intervent tal-korp ta' superviżjoni indipendenti, kif imsemmi fl-Artikolu 10, li għandu jeżamina l-ġustifikazzjonijiet għall-modifika tas-sistema jew tal-livell ta' imposti ta' l-ajruport.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta' nuqqas ta' qbil fir-rigward ta' deċiżjoni dwar imposti ta' l-ajruport li tittieħed mill-korp ta' tmexxija ta' l-ajruport, kwalunkwe parti tista' titlob l-intervent tal-awtorità ta' superviżjoni indipendenti, kif imsemmi fl-Artikolu 10, li għandha teżamina l-ġustifikazzjonijiet għall-modifika tas-sistema jew tal-livell ta' imposti ta' l-ajruport.

Ġustifikazzjoni

''Awtorità'' tirrifletti iktar preċiżament il-kompiti u r-responsabilitajiet involuti.

Emenda  13

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 5 – paragrafu 4

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

4. Il-modifika fis-sistema jew fil-livell ta' imposti ta' l-ajruport li tkun ġiet deċiża mill-korp ta' tmexxija ta' l-ajruport, jekk tiġi mressqa quddiem il-korp ta' superviżjoni indipendenti, m'għandhiex ikollha effett sakemm dak il-korp ikun eżamina l-kwistjoni. Il-korp ta' superviżjoni indipendenti jista' jieħu deċiżjoni temporanja dwar id-dħul fis-seħħ tal-modifika ta' l-imposti ta' l-ajruport.

4. Il-modifika fis-sistema jew fil-livell ta' imposti ta' l-ajruport li tkun ġiet deċiża mill-korp ta' tmexxija ta' l-ajruport, jekk tiġi mressqa quddiem l-awtorità ta' superviżjoni indipendenti, m'għandhiex ikollha effett sakemm dik l-awtorità tkun eżaminat il-kwistjoni. L-awtorità ta' superviżjoni indipendenti għandha, fi żmien erba' ġimgħat minn meta l-kwistjoni tkun tressqet quddiemha, tieħu deċiżjoni temporanja dwar id-dħul fis-seħħ tal-modifika ta' l-imposti ta' l-ajruport, ħlief jekk id-deċiżjoni finali ma tkunx tista' tittieħed fl-istess skadenza.

Ġustifikazzjoni

''Awtorità'' tirrifletti iktar preċiżament il-kompiti u r-responsabilitajiet involuti. Għandu jkun hemm data ta' skadenza raġonevoli għal deċiżjonijiet temporanji.

Emenda  14

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 5 – paragrafu 5

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

5. Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 3 u 4 fir-rigward tat-tibdil fis-sistema jew fil-livell ta' imposti ta' l-ajruporti f'dawk l-ajruporti li għalihom huwa jkun stabbilixxa proċedura li permezz tagħha ssir sorveljanza ekonomika. Dawn il-miżuri ta' sorveljanza ekonomika jistgħu jkunu l-istess bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 1(5). Fejn dawn il-miżuri jinkludu l-approvazzjoni tas-sistema jew tal-livell ta' imposti ta' l-ajruport, huma għandhom jiġu approvati mill-istess korp li jkun ġie nominat jew stabbilit bħala korp ta' superviżjoni indipendenti għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

5. Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 3 u 4 fir-rigward tat-tibdil fil-livell ta' imposti jew l-istruttura ta' imposti tal-ajruporti f'dawk l-ajruporti li għalihom:

 

(a) hemm proċedura obbligatorja taħt il-liġi nazzjonali li permezz tagħha l-imposti tal-ajruporti, jew il-livell massimu tagħhom, għandhom jiġu determinati jew approvati mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 10; jew

 

(b) hemm proċedura obbligatorja taħt il-liġi nazzjonali li permezz tagħha l-awtorità msemmija fl-Artikolu 10 għandha teżamina regolarment jew fuq talba mill-partijiet interessati jekk dawn l-ajruporti humiex soġġetti għal kompetizzjoni effettiva. Kull meta jiġi mitlub fuq il-bażi ta' eżami bħal dan, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi li l-imposti tal-ajruporti, jew il-livell massimu tagħhom, għandhom ikunu determinati jew approvati mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 10. Din id-deċiżjoni għandha tapplika għall-perjodu ta' żmien neċessarju fuq il-bażi tal-eżami mwettaq mill-istess awtorità. Il-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-kriterji applikati skont l-għan ta' dan il-paragrafu mill-Istat Membru għandhom ikunu rilevanti, oġġettivi, non-diskriminatorji u trasparenti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura li jew ikun hemm proċedura nazzjonali obbligatorja biex ikunu determinati l-imposti tal-ajruport jew inkella jkun hemm proċedura obbligatorja għar-reviżjoni regolari tagħhom f'dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu li ma jagħmlux użu minn awtorità ta' superviżjoni indipendenti biex tiddeċiedi dwar il-livell tal-imposti.

Emenda  15

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(da) kwalunkwe finanzjament mill-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tal-faċilitajiet u s-servizzi li għandhom x'jaqsmu mal-imposti tal-ajruport;

Ġustifikazzjoni

Dan huwa neċessarju sabiex ikun iċċarat sew il-finanzjament minn sorsi pubbliċi.

Emenda  16

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(f) l-użu attwali ta' l-infrastruttura u t-tagħmir ta' l-ajruport matul perijodu speċifiku.

(f) l-użu attwali ta' l-infrastruttura u t-tagħmir ta' l-ajruport matul perijodu speċifiku; u

Ġustifikazzjoni

Għaċ-ċarezza.

Emenda  17

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(fa) ir-riżultat previst ta' kwalunkwe investiment ewlieni propost f'termini tal-effetti tagħhom fuq il-kapaċità ta' ajruport;

Ġustifikazzjoni

Dan huwa neċessarju għat-trasparenza u sabiex dawk kollha li għandhom sehem fil-qasam jieħdu d-deċiżjonijiet xierqa.

Emenda  18

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 9 – titolu

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Servizzi speċjalizzati

Differenzjar tas-servizzi

Ġustifikazzjoni

Jirrifletti b'mod aktar preċiż l-iskop ta' dan l-artikolu.

Emenda  19

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 9 – paragrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu lill-korp tat-tmexxija ta' ajruport li jvarja l-kwalità u l-ambitu ta' servizzi partikolari ta' l-ajruport, ta' terminals partikolari jew ta' partijiet partikolari mit-terminals , bil-għan li jipprovdu servizzi speċjalizzati jew terminal dedikat jew parti minn terminal dedikata. Is-sistema jew il-livell ta' imposti ta' l-ajruport jistgħu jiġu differenzjati skond il-kwalità u l-ambitu ta' tali servizzi u skond l-ispejjeż għalihom jew kwalunkwe ġustifikazzjoni oġġettiva oħra. Il-korpi ta' tmexxija ta' l-ajruporti għandhom jibqgħu liberi li jistabbilixxu kwalunkwe tali imposti differenzjati.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu lill-korp tat-tmexxija ta' ajruport li jvarja l-kwalità u l-ambitu ta' servizzi partikolari ta' l-ajruport, ta' terminals partikolari jew ta' partijiet partikolari mit-terminals , bil-għan li jipprovdu servizzi speċjalizzati jew terminal dedikat jew parti minn terminal dedikata. Il-livell ta' imposti tal-ajruport jistgħu jiġu differenzjati skond il-kwalità u l-ambitu ta' tali servizzi u skond l-ispejjeż għalihom jew kwalunkwe ġustifikazzjoni oġġettiva u trasparenti oħra. Bla ħsara għall-Artikolu 3 dwar in-nondiskriminazzjoni fost l-utenti tal-ajruport, il-korpi ta' tmexxija tal-ajruporti għandhom jibqgħu liberi li jistabbilixxu kwalunkwe tali imposti differenzjati.

Ġustifikazzjoni

Neċessarja sabiex tiġi enfasizzata t-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni.

Emenda  20

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Fil-każ li jkun hemm aktar utenti ta' l-ajruport li jixtiequ li jkollhom aċċess għas-servizzi speċjalizzati u/jew għat-terminal dedikat jew parti dedikata ta' terminal milli jkun possibbli minħabba restrizzjonijiet ta' kapaċità, l-aċċess għandu jkun determinat abbażi ta' kriterji rilevanti, oġġettivi, trasparenti u non-diskriminatorji. Dawn il-kriterji jistgħu jiġu stabbiliti mill-korp ta' tmexxija ta' l-ajruport u l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li dawn il-kriterji jiġu approvati mill-korp ta' superviżjoni indipendenti.

Fil-każ li jkun hemm aktar utenti ta' l-ajruport li jixtiequ li jkollhom aċċess għas-servizzi speċjalizzati u/jew għat-terminal dedikat jew parti dedikata ta' terminal milli jkun possibbli minħabba restrizzjonijiet ta' kapaċità, l-aċċess għandu jkun determinat abbażi ta' kriterji rilevanti, oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji. Dawn il-kriterji jistgħu jiġu stabbiliti mill-korp ta' tmexxija tal-ajruport u l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li dawn il-kriterji jiġu approvati mill-awtorità ta' superviżjoni indipendenti.

Ġustifikazzjoni

''Awtorità'' tirrifletti iktar preċiżament il-kompiti u r-responsabilitajiet involuti.

Emenda  21

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 10 – titolu

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Korp ta' superviżjoni indipendenti

Awtorità ta' superviżjoni indipendenti

Ġustifikazzjoni

''Awtorità'' tirrifletti iktar preċiżament il-kompiti u r-responsabilitajiet involuti.

Emenda  22

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw jew jistabbilixxu korp indipendenti bħala l-korp ta' superviżjoni indipendenti nazzjonali tagħhom sabiex jiżgura l-applikazzjoni korretta tal-miżuri meħuda għall-finijiet ta' konformità ma' din id-Direttiva u sabiex jassumi, għall-anqas, il-kompiti assenjati taħt l-Artikolu 4. Dan il-korp jista' jkun l-istess entità li l-Istat Membru jaħtar sabiex tassigura l-applikazzjoni tal-miżuri regolatorji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 1(5), inkluża l-approvazzjoni tas-sistema ta' imposti u/jew tal-livell ta' l-imposti ta' l-ajruport, kemm-il darba din tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw jew jistabbilixxu awtorità indipendenti bħala l-awtorità ta' superviżjoni indipendenti nazzjonali tagħhom sabiex tiżgura l-applikazzjoni korretta tal-miżuri meħuda għall-finijiet ta' konformità ma' din id-Direttiva u sabiex tassumi, għall-anqas, il-kompiti assenjati taħt l-Artikolu 4. Awtorità ta' dan it-tip tista' tkun l-istess entità li l-Istat Membru jaħtar sabiex tassigura l-applikazzjoni tal-miżuri regolatorji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 1(5), inkluża l-approvazzjoni tas-sistema ta' imposti u/jew tal-livell ta' l-imposti ta' l-ajruport, kemm-il darba din tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

''Awtorità'' tirrifletti iktar preċiżament il-kompiti u r-responsabilitajiet involuti.

Emenda  23

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 1 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

1a. Bi qbil mal-liġi nazzjonali, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx iżommu lill-awtorità ta' superviżjoni indipendenti milli tiddelega, taħt is-superviżjoni u r-responsabilità sħiħa tagħha, l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva lil awtoritajiet ta' superviżjoni indipendenti oħra, sakemm l-implimentazzjoni sseħħ bi qbil mal-istess standards.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkonferma li se jkun hemm awtorità ta' superviżjoni indipendenti iżda takkomoda l-istrutturi kostituzzjonali u amministrattivi ta' ċerti Stati Membri.

Emenda  24

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-korp ta' superviżjoni indipendenti billi jiżguraw li dan ikun legalment distint minn u funzjonalment indipendenti minn kwalunke korp ta' tmexxija ta' l-ajruport u trasportatur bl-ajru. L-Istati Membri li jkollhom proprjetà ta' ajruporti, ta' korpi ta' tmexxija ta' l-ajruporti jew ta' trasportaturi bl-ajru jew li jkollhom il-kontroll ta' korpi ta' tmexxija ta' l-ajruporti jew ta' trasportaturi bl-ajru għandhom jiżguraw li l-funzjonijiet relatati ma' tali dritt ta' proprjetà jew kontroll ma jingħatawx lill-korp ta' superviżjoni indipendenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta' superviżjoni indipendenti jeżerċita s-setgħat tiegħu b'mod imparzjali u trasparenti.

2. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtorità ta' superviżjoni indipendenti billi jiżguraw li din tkun legalment distinta minn u funzjonalment indipendenti minn kwalunke korp ta' tmexxija ta' l-ajruport u trasportatur bl-ajru. L-Istati Membri li jkollhom proprjetà ta' ajruporti, ta' korpi ta' tmexxija ta' l-ajruporti jew ta' trasportaturi bl-ajru jew li jkollhom il-kontroll ta' korpi ta' tmexxija ta' l-ajruporti jew ta' trasportaturi bl-ajru għandhom jiżguraw li l-funzjonijiet relatati ma' tali dritt ta' proprjetà jew kontroll ma jingħatawx lill-awtorità ta' superviżjoni indipendenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità ta' superviżjoni indipendenti teżerċita s-setgħat tagħha b'mod imparzjali u trasparenti.

Ġustifikazzjoni

''Awtorità'' tirrifletti iktar preċiżament il-kompiti u r-responsabilitajiet involuti.

Emenda  25

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 3

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz tal-korp ta' superviżjoni indipendenti, bil-kompiti u r-responsabilitajiet assenjati lilu, u bil-miżuri meħuda biex tkun żgurata l-konformità mal-paragrafu 2.

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz tal-awtorità ta' superviżjoni indipendenti, bil-kompiti u r-responsabilitajiet assenjati lilha, u bil-miżuri meħuda biex tkun żgurata l-konformità mal-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

''Awtorità'' tirrifletti iktar preċiżament il-kompiti u r-responsabilitajiet involuti.

Emenda  26

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 4

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmu ta' finanzjament għall-korp ta' superviżjoni indipendenti, li jista' jinkludi l-ġbir ta' imposta mingħand l-utenti ta' l-ajruporti u l-korpi ta' tmexxija ta' l-ajruporti.

4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmu ta' finanzjament għall-awtorità ta' superviżjoni indipendenti, li jista' jinkludi l-ġbir ta' imposta mingħand l-utenti ta' l-ajruporti u l-korpi ta' tmexxija ta' l-ajruporti.

Ġustifikazzjoni

''Awtorità'' tirrifletti iktar preċiżament il-kompiti u r-responsabilitajiet involuti.

Emenda  27

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(5), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-korp ta' superviżjoni indipendenti, fir-rigward ta' nuqqas ta' qbil kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa relatati mas-sistema jew mal-livell ta' imposti ta' l-ajruport, inklużi dawk relatati mal-kwalità tas-servizz, sabiex:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward ta' nuqqas ta' qbil kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), jittieħdu miżuri sabiex:

Ġustifikazzjoni

Biex tkun aktar ċara.

Emenda  28

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 5 – punt b

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(b) jiġu ddeterminati l-kondizzjonijiet li taħthom ikun jista' jitressaq xi nuqqas ta' qbil quddiem il-korp ta' superviżjoni indipendenti. Tali korp jista', b'mod partikolari, ma jaċċettax ilmenti li ma jkunux ġustifikati kif xieraq jew ma jkunux dokumentati b'mod adegwat;

(b) jiġu ddeterminati l-kondizzjonijiet skont liema jkun jista' jitressaq xi nuqqas ta' qbil quddiem l-awtorità ta' superviżjoni indipendenti. L-awtorità għandha, b'mod partikolari, ma taċċettax ilmenti li hija tqis li ma jkunux ġustifikati kif xieraq jew ma jkunux dokumentati b'mod adegwat; u

Ġustifikazzjoni

''Awtorità'' tirrifletti iktar preċiżament il-kompiti u r-responsabilitajiet involuti.

Emenda  29

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 6

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

6. Meta jkun qed jagħmel investigazzjoni dwar il-ġustifikazzjoni għall-modifika tas-sistema jew tal-livell ta' imposti ta' ajruport kif stabbilit fl-Artikolu 5, il-korp ta' superviżjoni indipendenti għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni meħtieġa mill-partijiet konċernati u għandu jkun meħtieġ li jikkonsulta lill-partijiet sabiex jasal għad-deċiżjoni tiegħu. Huwa għandu jagħti deċiżjoni malajr kemm jista' jkun, u fi kwalunkwe każ fi żmien sitt xhur minn meta jiġi rċevut l-ilment. Id-deċiżjoniet tal-korp ta' superviżjoni indipendenti għandhom ikollhom effett li jorbot, mingħajr preġudizzju għal reviżjoni parlamentari jew ġudizzjarja, kif applikabbli fl-Istati Membri.

6. Meta jkun qed jagħmel investigazzjoni dwar il-ġustifikazzjoni għall-modifika tas-sistema jew tal-livell ta' imposti ta' ajruport kif stabbilit fl-Artikolu 5, l-awtorità ta' superviżjoni indipendenti għandha jkollha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa mill-partijiet konċernati u għandha tkun rikjesta li tikkonsulta lill-partijiet konċernati sabiex tasal għad-deċiżjoni tagħha. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(4), hija għandha tagħti deċiżjoni finali malajr kemm jista' jkun, u fi kwalunkwe każ fi żmien erba' xhur minn meta l-kwistjoni tkun tressqet quddiemha. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif xieraq. Id-deċiżjoniet tal-awtorità ta' superviżjoni indipendenti għandu jkollhom effett li jorbot, mingħajr preġudizzju għal stħarriġ parlamentari jew ġudizzjarju, kif applikabbli fl-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tnaqqas il-perjodu ta' inċertezza għal dawk li għandhom sehem fil-qasam iżda tipprevedi wkoll każijiet eċċezzjonali.

Emenda  30

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 7

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

7. Il-korp ta' superviżjoni indipendenti għandu jippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu.

7. L-awtorità ta' superviżjoni indipendenti għandha tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha.

Ġustifikazzjoni

''Awtorità'' tirrifletti iktar preċiżament il-kompiti u r-responsabilitajiet involuti.

Emenda  31

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva …*. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva ... *. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.

* Nota lill-ĠU: 36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

* Nota lill-ĠU: 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

36 xahar huwa perjodu twil wisq qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

L-objettiv tad-Direttiva proposta huwa li jiġu stabbiliti prinċipji komuni għall-ħlas ta' imposti tal-ajruport fl-ajruporti Komunitarji. Permezz ta' dan, għandha toħloq il-kundizzjonijiet neċessarji għal kompetizzjoni ġusta u trasparenti billi tistabbilixxi l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni meta l-imposti jiġu applikati għall-utenti. Hija twaqqaf ukoll sistema ta' konsultazzjoni għall-utenti tal-ajruport, u awtoritajiet ta' arbitraġġ indipendenti biex jissolva t-tilwim bejn l-ajruporti u l-utenti tagħhom. Dawn il-kundizzjonijiet huma neċessarji biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-protagonisti ekonomiċi u biex finalment jiġu salvagwardjati l-interessi tal-konsumaturi.

Il-Kummissjoni ressqet il-proposta oriġinali fid-29 ta' Jannar 2007 u l-Parlament temm l-ewwel qari tiegħu fil-kuntest tal-proċedura tal-kodeċiżjoni fil-15 ta' Jannar 2008. Il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu fit-23 ta' Ġunju 2008. Il-pożizzjoni komuni kien fiha verbatim jew fl-ispirtu 11 mill-45 emenda tal-Parlament. Xi wħud mill-emendi tal-Parlament saru wkoll inutli minħabba żviluppi li seħħew sadattant u minħabba l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni oħra.

It-tħassib tal-Parlament rifless fil-Pożizzjoni Komuni

Qasam wieħed ta' tħassib kien il-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta. Il-proposta inizjali tal-Kummissjoni kellha tinkludi ajruporti b'iktar minn miljun moviment tal-passiġġieri kull sena. Dan kien jaqbad lil ajruporti iżgħar u jimponi piż amministrattiv u burokratiku mingħajr effett fuq ajruporti li ma kinux f'kompetizzjoni minħabba fatturi ġeografiċi u strutturali. L-emenda tal-Parlament biex il-kamp ta' applikazzjoni jiġi limitat għal ajruporti b'iktar minn 5 miljun moviment tal-passiġġieri ġiet aċċettata fil-Pożizzjoni Komuni. Madankollu, indipendentement min-numru ta' passiġġieri, id-Direttiva għandha tapplika għall-ikbar ajruport f'kull Stat Membru.

Il-Kunsill irrikonoxxa li kwalunkwe differenzjazzjoni fl-imposti tal-ajruporti għandha tkun ibbażata fuq kriterji trasparenti, oġġettivi u ċari. Huwa aċċetta wkoll referenza għall-bżonn li l-ajruporti joperaw fuq bażi ta' effiċjenza tal-ispejjeż. Il-Pożizzjoni Komuni tagħmilha ċara li għandu jkun hemm awtorità nazzjonali indipendenti ta' superviżjoni, u mhux sempliċement korpi reġjonali, bi qbil mal-pożizzjoni tal-Parlament.

Il-Parlament kiseb ukoll definizzjoni iktar stretta fil-Pożizzjoni Komuni ta' x'għandu jinftiehem b' ''network ta' ajruporti'', li għandu jiġi operat mill-istess korp ta' tmexxija.

Il-Kunsill aċċetta wkoll li għandhom ikunu permessi inċentivi għal rotot ġodda lejn reġjuni żvantaġġjati u l-aktar 'il bogħod, u li l-applikazzjoni ta' sistemi ta' imposti uniformi mill-korpi ta' tmexxija lil ajruporti li jaqdu lill-istess network għandhom biss ikunu fuq bażi ta' kriterji trasparenti.

Il-Parlament irnexxielu jintroduċi kriterji ambjentali bħala bażi għall-modulazzjoni tal-imposti.

Minbarra dan li ntqal hawn fuq, l-imposti għall-provvista ta' servizzi lil persuni b'diżabilità u lil passiġġieri b'mobilità ridotta se jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva u se tiġi ppubblikata lista ta' ajruporti li għalihom tapplika d-Direttiva.

L-impenn ulterjuri tal-Kunsill

Minkejja l-aspetti sostanzjali tal-Ewwel Qari tal-Parlament li ġew inkorporati fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill, il-Kunsill ħa impenn formali bil-miktub li jaċċetta serje ulterjuri ta' emendi tal-Parlament jekk dawn jitressqu fit-Tieni Qari tal-Parlament. Dan isegwi numru ta' laqgħat bejn ir-rapporteur u x-shadow rapporteurs fuq naħa waħda, u l-Presidenza tal-Kunsill fuq in-naħa l-oħra, biż-żewġ partijiet megħjuna mill-Kummissjoni. Dawn l-emendi issa qed jiġu proposti mir-rapporteur. Fl-opinjoni tar-rapporteur, dawn l-emedi fit-Tieni Qari, meħuda flimkien mal-Pożizzjoni Komuni li tindirizza l-aspetti msemmija hawn fuq, ikunu biżżejjed biex jingħalaq il-fajl fit-Tieni Qari u jirrappreżentaw Direttiva li tilħaq l-objettivi tagħha fil-mod ippreferit mill-Parlament fl-Ewwel Qari tiegħu. Huwa jħeġġeġ għalhekk li sseħħ l-adozzjoni tal-emendi tiegħu, u tal-emendi tiegħu biss. Ir-rapporteur u x-shadow rapporteurs huma tal-opinjoni li dan jirrappreżenta riżultat aħjar minn dak li jista' jinkiseb fi tmiem proċedura twila ta' konċiljazzjoni.

L-emendi proposti għall-Pożizzjoni Komuni

L-emendi għall-Pożizzjoni Komuni jittrattaw il-pre-finanzjament ta' investimenti tal-ajruporti u jorbtu l-pre-finanzjament mal-politiki tal-ICAO u mal-bżonn ta' salvagwardji. Dan joħloq bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-ajruporti għall-ippjanar ta' pre-finanzjament u l-bżonn tal-kumpaniji tal-ajru għal assigurazzjonijiet. Jeħtieġ li s-sistemi tal-imposti komuni għal ajruporti li jaqdu lill-istess konurbazzjonijiet ikunu trasparenti. Qed jiġu stabbiliti skadenzi stretti għall-pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet dwar imposti, inklużi deċiżjonijiet temporanji, għall-korpi ta' tmexxija u awtoritajiet ta' superviżjoni indipendenti. Il-korp ta' tmexxija għandu jippubblika imposti ġodda mill-inqas xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom u l-awtorità ta' superviżjoni indipendenti għandha erba' ġimgħat biex tasal għal deċiżjoni temporanja u erba' xhur, li jistgħu jiġu estiżi għal sitta f'każijiet eċċezzjonali, biex tasal għad-deċiżjoni finali tagħha wara li tkun irċeviet l-ilment. Dan għandu l-effett li jnaqqas l-inċertezza għall-partijiet interessati.

L-irwol tal-awtoritajiet ta' superviżjoni indipendenti fl-approvazzjoni jew fit-twaqqif tal-imposti jew tal-livell massimu tal-imposti jsir obbligatorju kull meta l-ajruporti jitqiesu mill-awtorità ta' superviżjoni indipendenti taħt il-liġi nazzjonali li jkunu soġġetti għal kompetizzjoni effettiva.

Il-finanzjament minn awtoritajiet pubbliċi għal faċilitajiet li l-imposti jkunu relatati magħhom għandhom jiġu żvelati mill-korpi ta' tmexxija tal-ajruport, flimkien mar-riżultat ta' kwalunkwe investiment maġġuri propost f'termini tal-effetti tiegħu fuq il-kapaċità tal-ajruport. Huwa wkoll previst li l-kompiti tal-awtorità ta' superviżjoni indipendenti jistgħu jiġu delegati lil awtoritajiet sostituttivi sabiex dan jirrifletti l-qafas kostituzzjonali ta' ċerti Stati Membri.

Konklużjoni

B'dawn iż-żewġ elementi ta' hawn fuq meħuda flimkien, jinkiseb riżultat sodisfaċenti, li jiżgura kompetizzjoni ġusta u trasparenti fl-ajruporti f'ambjent kompetittiv, mingħajr favoreġġjamenti lejn l-ajruporti jew lejn l-utenti tal-ajruporti jew bejn l-utenti li jużaw mudelli ta' negozju differenti. Għall-utenti tal-ajruporti, il-leġiżlazzjoni proposta issa tipprovdi qafas għall-istabbiliment ta' imposti li jinvolvi lilhom, li huwa trasparenti u li jippermetti li jsir appell. Minħabba dan il-bilanċ, ir-rapporteur jirrakkomanda l-emendi tat-Tieni Qari mehmuża.

PROĊEDURA

Titolu

Taxxi ta’ l-ajruport

Referenzi

08332/2/2008 – C6-0259/2008 – 2007/0013(COD)

Data ta’ l-1 qari tal-PE - Numru P

15.1.2008                     T6-0004/2008

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2006)0820 - C6-0056/2007

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-wasla tal-pożizzjoni komuni

10.7.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

10.7.2008

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Ulrich Stockmann

15.7.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

9.9.2008

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

7.10.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Saïd El Khadraoui, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Stanisław Jałowiecki, Dieter-Lebrecht Koch, Sepp Kusstatscher, Seán Ó Neachtain, Brian Simpson, Ulrich Stockmann, Lars Wohlin

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zsolt László Becsey, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lily Jacobs