RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità rigward is-setgħat ta' implimentazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni - Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju

9.10.2008 - (COM(2007)0776 – C6‑0452/2007 – 2007/0272(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Pervenche Berès

Proċedura : 2007/0272(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0376/2008
Testi mressqa :
A6-0376/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità rigward is-setgħat ta' implimentazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni - Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju

(COM(2007)0776 – C6‑0452/2007 – 2007/0272(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0776),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0452/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0376/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

Wara r-reviżjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE f'Lulju 2006, ġiet introdotta proċedura tal-komitoloġija ġdida, il-proċedura regolatorja bi skrutinju.

Il-proċedura regolatorja bi skrutinju żżid b'mod sinifikanti d-drittijiet tal-Parlament Ewropew li jissorvelja l-miżuri ta' implimentazzjoni u tagħti lill-Parlament Ewropew mhux biss id-dritt li jeżerċita skrutinju ta' abbozz ta' miżura ta' implimentazzjoni, iżda wkoll testendi r-raġinijiet ta' bażi li fuqhom il-Parlament Ewropew jista' jopponi abbozz ta' miżura jew jista' jipproponi emendi għal abbozz ta' miżura ta' implimentazzjoni.

Sabiex jiġu riflessi l-emendi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, il-Parlament Ewropew għamel lista ta' atti ta' prijorità li jridu jiġu allinjati mal-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida. Il-Parlament Ewropew lesta dan l-allinjament prijoritarju f'Novembru 2007.

Ir-regolament li jemenda attwali huwa parti mill-allinjament ġenerali li l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tagħmel bħalissa.

PROĊEDURA

Titolu

Sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità

Referenzi

COM(2007)0776 – C6-0452/2007 – 2007/0272(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

6.12.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

19.2.2008

Kumitat mitlub jagħti opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

19.2.2008

 

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

8.4.2008

 

 

 

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Pervenche Berès

18.2.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

9.9.2008

 

 

 

Data tal-adozzjoni

7.10.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mariela Velichkova Baeva, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Wolf Klinz, Astrid Lulling, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Antolín Sánchez Presedo, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Katerina Batzeli, Bilyana Ilieva Raeva

Data tat-tressiq

9.10.2008