RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata (Verżjoni kkodifikata)

9.10.2008 - (COM(2008)0344 – C6‑0217/2008 – 2008/0109(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Diana Wallis
(Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2007/0159(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0383/2008
Testi mressqa :
A6-0383/2008
Dibattiti :
Votazzjonijiet :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata (Verżjoni kkodifikata)

(COM(2008)0344 – C6‑0217/2008 – 2008/0109(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0344),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 44 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0217/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0383/2008),

A. billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta konċernata tillimita ruħha biss għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

ANNESS: Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

 

 

 

GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 17 ta' Lulju 2008

OPINJONI

GĦALL-ATTENZJONI       TAL-PARLAMENT EWROPEW TAL-KUNSILL

TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata

COM(2008) 344 finali tad-9 ta’ Ġunju 2008 - 2008/0109(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma aċċellerat għal kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari għal punt 4 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-19 ta’ Ġunju 2008 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami, fost l-oħrajn, tal-proposta msemmija hawn fuq, preżentata mill-Kummissjoni.

Waqt l-eżami[1], tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill intenzjonata li tikkodifika t-tnax il Direttiva tal-Kunsill 89/667/KEE tas-21 ta' Diċembru 1989 rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv innota, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                           C.F. DURAND           Ġuritkonsult

        Ġuritkonsult      Direttur Ġenerali

  • [1]  Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Franċiża, il-verżjoni oriġinali tad-dokument ta' ħidma.

PROĊEDURA

Titolu

Il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata (Verżjoni kkodifikata)

Referenzi

COM(2008)0344 – C6-0217/2008 – 2008/0109(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.6.2008

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

19.6.2008

Rapporteur

Data tal-ħatra

Diana Wallis

25.6.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

7.10.2008