RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond ta’ garanzija għall-azzjonijiet esterni (verżjoni kodifikata)
9.10.2008 - (COM(2008)0365 – C6‑0273/2008 – 2008/0117(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Diana Wallis
(Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta ghal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond ta’ garanzija għall-azzjonijiet esterni (verżjoni kodifikata)
(COM(2008)0365 – C6‑0273/2008 – 2008/0117(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0365),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6‑0273/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0387/2008),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU L 102 4.4.1996, p. 2.
AnnESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
||
Brussell, 6 Settembru 2008
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond ta’ garanzija għall-azzjonijiet esterni
COM(2008) 365 finali tas-17.6.2008 - 2008/0117 (CNS)
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-7 u fil-15 ta' Lulju 2008 kellu laqgħat iddedikati għall-eżami, fost l-oħrajn, tal-proposta msemmija hawn fuq, ippreżentata mill-Kummissjoni.
Waqt dawk il-laqgħat[1] eżami tal-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill intenzjonata li tikkodifika r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 2728/94 tal-31 ta' Ottubru 1994 li jistabbilixxi Fond ta’ garanzija għall-azzjonijiet esterni wasslet sabiex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabilixxa, bi qbil komuni, dan li ġej:
1) Fi Premessa 2, il-kliem "riskju finanzjarju" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "riskju finanzjarju miżjud".
2) Il-kliem "għall-perjodu 2007 sa 2013" għandu jiddaħħal fl-aħħar tat-test tal-Premessa 4, wara l-kliem "ta' l-Unjoni Ewropea".
3) Seħħew ċerti problemi tekniċi minħabba t-trattament elettroniku tal-verżjoni lingwistika Ingliża tal-proposta ta' kodifikazzjoni. Verżjoni korretta tat-test bl-Ingliż tal-proposta tinsab mehmuża hawenhekk.
B'konsegwenza, eżami tal-proposta ippermetta lill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
C. PENNERA J.-C. PIRIS C.-F.DURAND
Ġuriskonsult Ġuriskonsult aġent Direttur Ġenerali
- [1] Il-Grupp tal-Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u l-ħidma tiegħu bbażaha fuq il-verżjoni Ingliża, minħabba li kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test diskuss.
PROĊEDURA
Titolu |
Fond ta' garanzija għall-azzjonijiet esterni (verżjoni kodifikata) |
||||||
Referenzi |
COM(2008)0365 – C6-0273/2008 – 2008/0117(CNS) |
||||||
Data meta ġiet ikkonsultat il-Parlament |
9.7.2008 |
||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 10.7.2008 |
||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Diana Wallis 25.6.2008 |
|
|
||||
Data ta' l-adozzjoni |
7.10.2008 |
|
|
|
|||