RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-modifika tar-Regolament (KE) n°1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEDER)

13.10.2008 - (COM(2008)0306 – C6‑0242/2008 – 2008/0105(CNS)) - *

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Luis Manuel Capoulas Santos

Proċedura : 2008/0105(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0390/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-modifika tar-Regolament (KE) n°1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEDER)

(COM(2008)0306 – C6‑0242/2008 – 2008/0105(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0306),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat KE, skont liema huwa kien ikkonsultat mill-Kunsill (C6-0242/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0390/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex temenda l-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill, jekk għandu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament, biex jinfurmah dwar dan;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsultah mill-ġdid, jekk għandu l-intenzjoni li jemenda b’mod sostanzjali l-proposta tal-Kummissjoni;

5.  Jitlob lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Fil-kuntest tal-valutazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tar-riforma tal-politika agrikola komuni (PAK) ta’ l-2003, it-tibdil fil-klima, is-sorsi ta’ enerġija li tiġġedded, il-ġestjoni ta’ l-ilma u l-bijodiversità kienu identifikati bħala sfidi ġodda kruċjali għall-agrikoltura Ewropea.

(1) Fil-kuntest tal-valutazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tar-riforma tal-politika agrikola komuni (PAK) ta’ l-2003, it-tibdil fil-klima, is-sorsi ta’ enerġija li tiġġedded, il-ġestjoni ta’ l-ilma, il-bijodiversità u l-abbandun tal-kwoti tal-ħalib kienu identifikati bħala sfidi ġodda kruċjali għall-agrikoltura Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Bħala l-ħames prijorità għandu jiżdied l-"abbandun tal-kwoti tal-ħalib". Essenzjalment dan għandu jkun akkumpanjat minn miżuri li jimmiraw lejn intensifikazzjoni tal-kompetittività (b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni tal-investimenti agrikoli), il-promozzjoni tal-alternattivi għad-dħul (diversifikazzjoni) u l-preservazzjoni tal-pajsaġġ, inklużi r-reġjuni żvantaggjati (pereżempju permezz ta' kumpens jew premiums għar-ragħa).

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Huwa importanti li operazzjonijiet relatati ma’ dawn il-prijoritajiet jissaħħu aktar fil-programmi ta’ l-iżvilupp rurali approvati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005.

(5) Minħabba li l-programmi eżistenti għall-iżvilupp rurali tal-Istati Membri ma jinkludux miżuri suffiċjenti u xierqa kif indikat fl-Anness II, huwa importanti li operazzjonijiet relatati ma’ dawn il-prijoritajiet jissaħħu aktar fil-programmi ta’ l-iżvilupp rurali approvati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005.

Ġustifikazzjoni

Wieħed għandu jirrikonoxxi li programmi għall-iżvilupp rurali li joperaw f’xi Stati Membri diġà qed jikkunsidraw parzjalment jew b’mod suffiċjenti l-isfidi attwali li huma identifikati mill-Kummissjoni. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu kostretti li jemendaw il-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom. Dan jista’ jkollu impatt detrimentali fuq impenji li diġà jkunu daħlu għalihom bdiewa u fornituri ta’ servizzi taħt l-iskemi eżistenti.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5 a) L-istudju tal-opinjoni bl-isem “Attitudnijiet taċ-ċittadini Ewropej rigward il-benesseri tal-annimali” mwettaq mill-Eurobarometer fl-2007 wera li l-biċċa l-kbira taċ-ċittadini tal-Unjoni (72%) iqisu li dawk li jrabbu l-annimali għandhom jitħallsu minħabba li huma jġarrbu spejjeż akkumulati bħala riżultat ta' standards iktar stretti rigward il-benesseri tal-annimali. Barra minn hekk, il-protokoll dwar il-protezzjoni u l-benesseri tal-annimali li jinsab f’Annesss għat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, permezz tat-Trattat ta' Amsterdam, jistipula li meta jkunu qed ifasslu u jimplimentaw il-politiki komunitarji fil-qasam tal-agrikoltura, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkunsidraw b’mod sħiħ l-esiġenzi tal-benesseri tal-annimali.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Meta titqies l-importanza ta' dawn il-prijoritajiet Komunitarji, l-obbligu ta’ l-Istati Membri li jipprovdu għal operazzjonijiet relatati ma’ l-isfidi l-ġodda fil-programmi ta’ l-iżvilupp rurali għandu jiġi definit.

(6) Meta titqies l-importanza ta' dawn il-prijoritajiet Komunitarji, l-obbligu ta’ l-Istati Membri li jipprovdu sehem ħafna ikbar għal operazzjonijiet relatati ma’ l-isfidi l-ġodda fil-programmi ta’ l-iżvilupp rurali għandu jiġi definit, iżda biss jekk l-Istati Membri għadhom ma tawx biżżejjed importanza lill-dawn il-prijoritajiet komunitarji.

Ġustifikazzjoni

Dawk l-Istati Membri li diġà qed jinvestu adegwatament fil-prijoritajiet Komunitarji, għandhom jingħataw flessibilità.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jistipula li, bil-għan li jitqiesu l-bidliet ewlenin fil-prijoritajiet Komunitarji b’mod partikolari, il-linji gwida strateġiċi Komunitarji għall-iżvilupp rurali (perjodu ta’ programmazzjoni 20072013) adotatti bid-deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/144/KE jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni. Għalhekk, għandha titfassal obbligu ġenerali għall-Istati Membri biex jirrevedu l-istrateġija nazzjonali wara r-reviżjoni tal-linji gwida strateġiċi Komunitarji sabiex jiġi rranġat il-kuntest għall-programmi li għandhom jinbidlu.

(7) L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jistipula li, bil-għan li jitqiesu l-bidliet ewlenin fil-prijoritajiet Komunitarji b’mod partikolari, il-linji gwida strateġiċi Komunitarji għall-iżvilupp rurali (perjodu ta’ programmazzjoni 20072013) adotatti bid-deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/144/KE jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni. Għalhekk, l-Istati Membri li għadhom ma adottawx il-miżuri xierqa għandhom ikunu mħeġġa jirrevedu l-istrateġija nazzjonali wara r-reviżjoni tal-linji gwida strateġiċi Komunitarji sabiex jiġi rranġat il-kuntest għall-programmi li għandhom jinbidlu.

Ġustifikazzjoni

Wieħed għandu jirrikonoxxi li programmi għall-iżvilupp rurali li joperaw f’xi Stati Membri diġà qed jikkunsidraw parzjalment jew b’mod suffiċjenti l-isfidi attwali li huma identifikati mill-Kummissjoni. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu kostretti li jemendaw il-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom. Dan jista’ jkollu impatt detrimentali fuq impenji li diġà jkunu daħlu għalihom bdiewa u fornituri ta’ servizzi taħt l-iskemi eżistenti.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Meta jitqiesu l-obbligi l-ġodda, ir-rekwiżiti dwar il-kontenut tal-programmi ta’ l-iżvilupp rurali għandhom jiġu adattati. Lista mhux eżawrjenti tat-tipi ta’ operazzjonijiet għandha tiġi provduta sabiex tgħin lill-Istati Membri jidentifikaw l-operazzjonijiet rilevanti relatati ma’ l-isfidi l-ġodda fil-kuntest tal-qafas legali għall-iżvilupp rurali.

(9) Meta jitqiesu l-obbligi l-ġodda, ir-rekwiżiti dwar il-kontenut tal-programmi ta’ l-iżvilupp rurali għandhom, jekk ikun hemm bżonn, jiġu adattati. Lista mhux eżawrjenti tat-tipi ta’ operazzjonijiet għandha tiġi provduta sabiex tgħin lill-Istati Membri jidentifikaw l-operazzjonijiet rilevanti relatati ma’ l-isfidi l-ġodda fil-kuntest tal-qafas legali għall-iżvilupp rurali, lista li skont il-bżonnijiet ta’ kull Stat Membru, tista’ tkompli tiżdied.

Ġustifikazzjoni

Dawk l-Istati Membri li diġà qed jinvestu adegwatament fil-prijoritajiet Komunitarji, għandhom jingħataw flessibilità.

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a) Huwa wkoll xieraq li jkun adattat ir-Regolament (KE) nru 1698/2005 li jirrigwarda l-ħlasijiet relatati mal-iżvantaġġi naturali taż-żoni muntanjużi kif ukoll ta ’żoni oħra żvantaġġati. Ir-regolamentazzjoni preżenti li tiddependi fuq ir-Regolament KE nru 1257/1999 tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Ewropew ta’ Gwida u Garanzija Agrikola (EAGGF)1 u li l-applikazzjoni tiegħu ġiet estiża sal-2009, għandha tkun estiża sat-tmiem ta’ dan il-perjodu ta’ programmazzjoni.

 

________

ĠU L 160, 25.02.2006, p. 80.

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Sabiex jiġu provduti inċentivi addizzjonali lill-benefiċjarji biex iwettqu operazzjonijiet relatati mal-prijoritajiet il-ġodda, għandha tingħata l-possibilità li jiġu stabbiliti ammonti u rati ogħla ta’ appoġġ għal dawn it-tipi ta’ operazzjonijiet.

(10) (10) Sabiex jiġu provduti inċentivi addizzjonali lill-benefiċjarji biex iwettqu operazzjonijiet relatati mal-prijoritajiet il-ġodda, għandha tingħata l-possibilità li jiġi stabbilit appoġġ għal dawn it-tipi ta’ operazzjonijiet bla ma jkun hemm kofinanzjament nazzjonali addizzjonali. L-istess possibilità għandha tkun applikata mill-Istati Membri għat-trasferiment ta' innovazzjonijiet li jirriżulta mir-riċerka applikata.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Skond l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru XXXX/XXXX ta’ XX/XX/2008 [li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ [skemi ta' appoġġ dirett] għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa] riżorsi finanzjarji miġburin permezz tal-modulazzjoni addizzjonali għandhom jintużaw għall-appoġġ ta’ l-iżvilupp rurali. Huwa xieraq li jiġi żgurat li ammont ekwivalenti għal dawk ir-riżorsi finanzjarji għandu jintuża biex ikunu appoġġati operazzjonijiet relatati ma’ l-isfidi l-ġodda.

(11) Skond l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru XXXX/XXXX ta’ XX/XX/2008 [li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ [skemi ta' appoġġ dirett] għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa] riżorsi finanzjarji miġburin permezz tal-modulazzjoni addizzjonali, sakemm dawn ma jkunux diġà previsti mill-Istati Membri li japplikaw il-modulazzjoni fakultattiva skont ir-Regolament (KE) nru 378/20071 , għandhom jintużaw għall-appoġġ ta’ l-iżvilupp rurali. Huwa xieraq li jiġi żgurat li ammont ekwivalenti għal dawk ir-riżorsi finanzjarji għandu jintuża biex ikunu appoġġati l-operazzjonijiet kemm eżistenti kif ukoll ġodda relatati ma’ l-isfidi l-ġodda skond id-deċiżjonijiet ta’ kull Stat Membru. Madankollu, wieħed għandu joqgħod attent li ma jiskoraġġix il-produzzjoni agrikola fejn il-kontribut tagħha għall-iżvilupp rurali jkun vitali.

 

___________

1 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi appoġġ dirett fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa għandu jiġi emendat skond dan (Ġ U  L 95 du 5.4.2007, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ikkunsidrta il-każ speċjali ta’ dawk l-Istati Membri li diġa japplikaw rati għolja ta’ modulazzjoni voluntarja nazzjonali.

Minbarra l-isfidi l-ġodda, għandu jkun żgurat li l-miżuri eżistenti u l-interventi approvati jkun fihom finanzjament biżżejjed għall-implimentazzjoni.

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Dawn l-operazzjonijiet għandhom ikunu kompatibbli ma’ operazzjonijiet iffinanzjati minn fondi Komunitarji oħra u b’mod partikulari mill-Fondi Strutturali (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni).

Ġustifikazzjoni

Approċċ koordinat ma' oqsma politiċi oħra korrispondenti tal-UE, bħall-politika ta' koeżjoni, jista' jagħti kontribut biex l-interventi jkunu kkoordionati ma' xulxin, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u biex il-mezzi finanzjarji disponibbli jiżdiedu.

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Meta jitqies li l-użu addizzjonali, speċifiku u li jorbot ta’ dawn l-ammonti ekwivalenti għar-riżorsi finanzjarji, il-bilanċ stabbilit bejn l-għanijiet ta’ l-appoġġ għall-iżvilupp rurali m’għandux ikun affetwat.

(12) Meta jitqies li l-użu addizzjonali u speċifiku ta’ dawn l-ammonti ekwivalenti għar-riżorsi finanzjarji, il-bilanċ stabbilit bejn l-għanijiet ta’ l-appoġġ għall-iżvilupp rurali m’għandux ikun affetwat. din hija r-raġuni għalfejn matul l-użu ta’ ammonti relatati mal-prijoritajiet il-ġodda, il-bilanċ tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) nru 1698/2005 għandu jkun żgurat.

Emenda  12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Sabiex ikun żgurat finanzjament xieraq għall-programmi ta’ żvilupp rurali, għandha tiddaħħal flessibilità akbar sabiex ikunu jistgħu jintużaw ukoll, fi ħdan l-istess Stat Membru, ir-riżorsi tal-Fondi Strutturali li ma ntefqux (Intestatura 1b) għal dan il-għan.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li titiqes sew il-possibilità li jerġgħu jintużaw ir-riżorsi mill-Fondi Strutturali li ma ntefqux (minħabba r-regola N+2, N+3 – Intestatura 1b), sabiex ikunu appoġġjati programmi oħra tal-UE dwar il-politika ta' koeżjoni u tal-iżvilupp rurali. Ir-riżorsi limitati li huma disponibbli għal operazzjonijiet strutturali fil-prattika jirrikjedu li titwaqqaf sistema ġdida għal dak il-għan. Għandha tiddaħħal ukoll flessibilità akbar, sabiex dawn ir-riżorsi jkunu jistgħu jintużaw ukoll għall-iżvilupp rurali (li attwalment huwa ffinanzjat skont l-Intestatura 2).

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 12 a(1)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jirrevedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(1), il-pjan ta’ strateġija nazzjonali tiegħu b’segwitu għar-reviżjoni tal-linji gwida strateġiċi Komunitarji kif imsemmijin fl-Artikolu 10.

1. B’konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, kull Stat Membru huwa mistieden jirrevedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(1), il-pjan ta’ strateġija nazzjonali tiegħu b’segwitu għar-reviżjoni tal-linji gwida strateġiċi Komunitarji kif imsemmijin fl-Artikolu 10.

Ġustifikazzjoni

B’mod ġenerali, l-awtoritajiet muniċipali u reġjonali huma responsabbli għat-twettiw tal-miżuri CAP. Dawn il-miżuri għandhom ikunu applikati fil;-kuntest intern ta’ kull Stat Membru u reġjun, b’kunsiderazzjoni għad-diversità reġjonali. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet reġjonali għandhom ikunu kkonsultati.

Emenda  14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 16a (1) (1) – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mill-1 ta’ Jannar 2010, l-Istati Membri għandhom, fil-programmi ta’ l-iżvilupp rurali tagħhom, skond il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jipprovdu għal tipi ta’ operazzjonijiet li għandhom il-prijoritajiet li ġejjin kif deskritti fil-linji gwida strateġiċi Komunitarji u speċifikati aktar fil-pjan nazzjonali strateġiku: Dawn il-prijoritajiet huma:

1. Sakemm din id-deċiżjoni ma ġietx stipulata diġà l-Istati Membri għandhom, fil-programmi ta’ l-iżvilupp rurali tagħhom, mill-1 ta’ Jannar 2010, skond il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom,għal tipi ta’ operazzjonijiet li għandhom il-prijoritajiet li ġejjin kif deskritti fil-linji gwida strateġiċi Komunitarji u speċifikati aktar fil-pjan nazzjonali strateġiku: Dawn il-prijoritajiet huma:

Ġustifikazzjoni

It-test jirrifletti l-fatt li f’xi każijiet Stati Membri jistgħu ma jagħmlux l-emendi għall-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom biex ikunu indirizzati b’mod xieraq l-isfidi l-ġodda, li huma suġġetti għar-reviżjoni tal-linji gwida strateġiċi tal-Komunità.

Emenda  15

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 16a (1) (1) (d)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) il-bijodiversità.

d) il-preservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità.

Emenda  16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 16a (1) (2)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jibbażaw l-għażla tagħhom fuq il-lista indikattiva tat-tipi ta’ operazzjonijiet imniżżlin fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u/jew kwalunkwe tip ta’ operazzjoni oħra basta dawk l-operazzjonijiet ikunu marbutin mal-prijoritajiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu u jkunu mmirati biex jinkisbu l-effetti potenzjali speċifikati fl-Anness II.

B’konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw l-għażla tagħhom fuq il-lista indikattiva tat-tipi ta’ operazzjonijiet imniżżlin fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u/jew kwalunkwe tip ta’ operazzjoni oħra, inkluż il-qasam tas-sajd intern, basta dawk l-operazzjonijiet ikunu marbutin mal-prijoritajiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu u jkunu mmirati biex jinkisbu l-effetti potenzjali speċifikati fl-Anness II.

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri agro-ambjentali fil-qasam tas-sajd fl-ibħra interni kienu sostnuti qabel mir-riżorsi tal-iżvilupp rurali. Attwalment, qed jiġu riferiti għall-Fond Ewropew għas-Sajd (EFF); ħaġa li qed toħloq lir-reġjuni milquta problemi kunsiderevoli u li tikkontradixxi kompletament l-għan ta' żvilupp rurali integrat. Din id-deċiżjoni arbitrarja tal-Kummissjoni, li mhijiex ġustifikata mit-test legali, għandha tiġi revokata.

Emenda  17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 16a (1) (2a)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw sinerġija ma’ operazzjonijiet simili ffinanzjati minn fondi Komunitarji oħra, b’mod partikulari mill-Fondi Strutturali, u meta xieraq, għandhom jiżviluppaw approċċi integrati għal strateġiji, attivitajiet u finanzjament.

Ġustifikazzjoni

Approċċ koordinat ma' oqsma politiċi oħra korrispondenti tal-UE, bħall-politika ta' koeżjoni, jista' jagħti kontribut biex l-interventi jkunu kkoordionati ma' xulxin, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u biex il-mezzi finanzjarji disponibbli jiżdiedu.

Emenda  18

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 16 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 16 b li ġej:

 

"Artikolu 16 b

 

Innovazzjoni u trasferiment tan-know-how tar-riċerka applikata

 

1. Mill-1 ta’ Jannar 2010, l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-programmi tagħhom żvilupp rurali skont il-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u skond it-tip ta’ attivitajiet immirati għat-trasferiment tal-innovazzjoni tar-riċerka applikata lejn l-ekonomija rurali.

 

2. Mill-1 ta’ Jannar 2010, għal tipi ta’ operazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, ir-rati tal-intensità tal-għajnuna ffissati fl-Anness I jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-innovazzjoni tkun assigurata wkoll fl-ambjent rurali, speċjalment permezz tar-riċerka applikata. It-trasferiment tan-know-how tar-riċerka lejn is-settur agrikolu u l-ekonomija rurali għandhom ikunu stimulati mit-tkabbir tal-limiti massimi stipulati f’Anness I.

Emenda  19

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a) L-Artikolu 30 jinbidel b’dan li ġej:

 

Artikolu 30

 

Infrastrutturi marbuta mal-iżvilupp u l-adattament tas-setturi agrikoli u forestali

 

L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 20, punt b) v), tista’ speċjalment tkopri l-attivitajiet marbuta mal-aċċess għat-territorju agrikolu u forestali, għall-għaqda mill-ġdid (regrouping) u għat-titjib tat-territorju, għall-forniment tal-enerġija, għall-aċċess għat-teknoloġija tal-informatika u għall-komunikazzjoni u l-amministrazzjoni ta' l-ilma."

Ġustifikazzjoni

Skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Ġunju 2007 dwar l-iżvilupp ta’ politika Ewropea fil-qsam tal-broadband, l-iżvilupp tal-kompetittività tar-reġjuni rurali jiddependi fuq l-użi innovattivi tat-teknoloġiji ta’ l-informatika u tal-komunikazzjoni (ITC). Għalhekk hemm bżonn li t-teknoloġiji jiġu inklużi fl-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  20

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – paragrafu 4 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 36 (a) – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4 b) Fl-Artikolu 36, punt a, il-parti introduttorja għandha tiġi sostitwita mit-test li ġej:

 

"a) Il-miżuri bbażati fuq l-użu sostenibbli tal-art agrikola, inkluż it-territorju affettwat mis-sajd intern, grazzi għal:

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri agro-ambjentali fil-qasam tas-sajd fl-ibħra interni kienu sostnuti qabel mir-riżorsi tal-iżvilupp rurali. Attwalment, qed jiġu riferiti għall-Fond Ewropew għas-Sajd (EFF); ħaġa li qed toħloq lir-reġjuni milquta problemi kunsiderevoli u li tikkontradixxi kompletament l-għan ta' żvilupp rurali integrat. Din id-deċiżjoni arbitrarja tal-Kummissjoni, li mhijiex ġustifikata mit-test legali, għandha tiġi revokata.

Emenda  21

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 69 – paragrafu 5a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Ammont ekwivalenti għall-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni obbligatorja skond l-Artikoli 9(4) u 10(4) tar-Regolament (KE) [Nru XXXX/2008 (ir-Regolament il-ġdid dwar skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa)] għandu jintnefaq mill-Istati Membri fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015 bħala appoġġ Komunitarju skond il-programmi attwali ta' l-iżvilupp rurali għal operazzjonijiet tat-tipi msemmijin fl-Artikolu 16a ta’ dan ir-Regolament approvat wara l-1 ta’ Jannar 2010.

(5a) Ammont ekwivalenti għall-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni obbligatorja skond l-Artikoli 9(4) u 10(4) tar-Regolament (KE) [Nru XXXX/2008 (ir-Regolament il-ġdid dwar skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa)] għandu jintnefaq mill-Istati Membri fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 għal operazzjonijiet eżistenti kif ukoll għal operazzjonijiet ġodda marbuta mal-isfidi l-ġodda, skont id-deċiżjonijiet ta’ kull Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Apparti l-prijoritajiet ġodda stabbiliti, għandu jiġi ggarantit li, sabiex il-miżuri diġà eżistenti u l-interventi awtorizzati jiġu implimentati, ikunu disponibbli fondi suffiċjenti.

Emenda  22

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 70 – paragrafu 4 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a ) Fl-artikolu 70, għandu jiżdied il-paragrafu 4 b li ġej:

 

“ 4b. Minkejja l-ogħla limiti stipulati fil-paragrafu 3, ammont ugwali daqs dak tal-fondi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni skont l-Artikoli 9(4) u 10(4) tar-Regolament (KE) [Nru XXXX/2008 (Regolament ġdid dwar l-iskemi ta' appoġġ dirett)] jista' jintuża bla ma jkun hemm bżonn ta' kofinanzjament nazzjonali addizzjonali."

Emenda  23

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 93

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9 a) L-Artikolu 93 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

“Artikolu 93

 

Revoka

 

Ir-regolament (KE) nru 1257/1999 huwa revokat mill-1 ta’ Jannar 2007, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 13, punt a) tal-Artikolu 14 paragrafu 1, tal-Artikolu 14 paragrafu 2, l-ewwel żewġ sub-paragrafi

tal-Artikolu 15, tal-Artikoli 17 sa 20, tal-Artikolu 51 paragrafu 3, u tal-Artikolu 55 paragrafu 4, u tal-parti tal-Anness I li tippreċiża l-ammonti stipulati skont l-Artikolu 15, paragrafu 3.

 

[...]

 

Ir-referenzi għar-Regolament revokat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

 

Ir-regolament revokat għandu jkompli japplika għal azzjonijiet li tapprova l-Kummissjoni skont l-imsemmi Regolament qabel l-1 ta' Jannar 2007.

[...]"

Amendement  24

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10 - punt a a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Anness

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

a a) L-ewwel linja għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

22, Paragrafu 2

Għajnuna għall-installazzjoni (*)

75 000

(*) L-għajnuna għall-installazzjoni tista’ tingħata f’forma ta’ allowance ta’ mhux iktar minn 50 00 Eur jew f’forma ta’ sussidju ta’ l-interessi li l-ammont kapitali tagħhom ma jkunx iktar minn 50 000 EUR. Meta ż-żewġ forom ta’ għajnuna jkunu kkombinati, l-ammont ma għandux ikun iktar minn 75 000 EUR.

Ġustifikazzjoni

Billi l-bdiewa żgħażagħ jaffaċċjaw diffikultajiet biex jistabbilixxu ruħhom, hemm bżonn li jiżdied l-ammont massimu ta’ appoġġ.

Emenda  25

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – Prijorità : Enerġiji li jiġġeddu – linja 4 a (ġdida)

Regolament (KE) Nru 1698/2005

ANNESS II

Emenda

Produzzjoni u utilizzazzjoni tal-enerġija solari, tar-riħ, tal-enerġija ġeotermika u tal-koġenerazzjoni tas-sħana

L-Artikolu 26: il-modernizzazzjoni ta’ azjendi agrikoli

L-Artikolu 53: id-diversifikazzjoni għal attivitajiet mhux agrikoli

 

L-Artikolu 54: appoġġ għall-ħolqien u għall-iżvilupp tal-kummerċ

 

L-Artikolu 56: servizzi bażiċi għall-ekonomija u għall-popolazzjoni rurali

 

Is-sostituzzjoni tal-karburanti fossili.

Ġustifikazzjoni

L-enerġiji li jiġġeddu “mhux agrikoli” jikkontribwixxu għas-sostituzzjoni tal-fjuwils fossili.

Emenda  26

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – Prijorità : l-amministrazzjoni tal-ilma – linja 1 a (ġdida)

Regolament (KE) Nru 1698/2005

ANNESS II

Emenda

Amministrazzjoni tar-riskji ta’ għargħar

L-Artikolu 39: pagamenti agroambjentali

L-Artikolu 41: investimenti mhux produttivi

 

Titjib tal-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni tal-ilma f’każ ta’ għargħar

Ġustifikazzjoni

L-amministrazzjoni tal-ilma tinkludi miżuri preventivi, kif ukoll livell ta’ amministrazzjoni kwantitattiva.

Emenda  27

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – prijorità ġdida

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Anness II

Prijorità – it-tneħħija tal-kwoti tal-ħalib

Tipi ta' attivitajiet

Miżuri

Effetti potenzjali

Modernizzar u produzzjoni bbażata fuq is-suq

Programm plurijennali għat-tneħħija tal-kwoti tal-ħalib

Tisħiħ tal-kompetittività

Ġustifikazzjoni

Bħala l-ħames prijorità għandu jiżdied l-"abbandun tal-kwoti tal-ħalib". Essenzjalment dan għandu jkun akkumpanjat minn miżuri li jimmiraw lejn intensifikazzjoni tal-kompetittività (b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni tal-investimenti agrikoli), il-promozzjoni tal-alternattivi għad-dħul (diversifikazzjoni) u l-preservazzjoni tal-pajsaġġ, inklużi r-reġjuni żvantaggjati (pereżempju permezz ta' kumpens jew premiums għar-ragħa)..

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (11.9.2008)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
(COM(2008)0306 – C6-0242/2008 – 2008/0105(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Markus Pieper

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-Rapporteur jilqa’ l-proposta b’sodisfazzjon u huwa tal-fehma li l-evalwazzjoni tal-PAK għandha twassal għal tnaqqis tal-burokrazija, simplifikazzjoni tal-proċeduri u koordinazzjoni aħjar tal-istrumenti.

Għalhekk, ir-Rapporteur iqis li għandu jkun hemm approċċ koordinat bejn il-finanzjament tal-iżvilupp rurali u ta’ politiki rilevanti oħra tal-UE, bħall-politika ta’ koeżjoni. Dan jgħin il-koordinazzjoni tal-interventi, jevita l-finanzjament doppju u jżid il-finanzjament disponibbli.

Billi l-finanzjament tal-iżvilupp rurali diġà qiegħed taħt pressjoni finanzjarja, għandu jkun żgurat li l-miżuri eżistenti u l-interventi approvati jkolhom finanzjament biżżejjed għall-implimentazzjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jingħataw l-opportunità li jfasslu l-programmi tagħhom ta’ żvilupp rurali skond il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.

Billi ġeneralment ir-riżorsi għall-iżvilupp rurali huma limitati, ir-Rapporteur tal-fehma li għandha titqies il-possibilità li jkun hemm rabta bejn ir-riżorsi ta’ finanzjament għall-iżvilupp strutturali u rurali. Għalhekk, il-possibilità li jerġgħu jintużaw ir-riżorsi mill-Fondi Strutturali li ma ntefqux (minħabba r-regola N+2, N+3) għandha tikkostitwixxi miżura importanti li tista’ twassal għall-appoġġ mhux biss tal-politika ta’ koeżjoni iżda wkoll tal-programmi ta’ żvilupp rurali (anke jekk attwalment huma ffinanzjati skont l-Intestatura 2) u għandha tiddaħħal flessibilità akbar għal dak il-għan.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Skond l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru XXXX/XXXX ta’ XX/XX/2008 [li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ [skemi ta' appoġġ dirett] għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa] riżorsi finanzjarji miġburin permezz tal-modulazzjoni addizzjonali għandhom jintużaw għall-appoġġ ta’ l-iżvilupp rurali. Huwa xieraq li jiġi żgurat li ammont ekwivalenti għal dawk ir-riżorsi finanzjarji għandu jintuża biex ikunu appoġġati operazzjonijiet relatati ma’ l-isfidi l-ġodda.

(34) Skond l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru XXXX/XXXX ta’ XX/XX/2008 [li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ [skemi ta' appoġġ dirett] għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa] riżorsi finanzjarji miġburin permezz tal-modulazzjoni addizzjonali għandhom jintużaw għall-appoġġ ta’ l-iżvilupp rurali. Huwa xieraq li jiġi żgurat li ammont ekwivalenti għal dawk ir-riżorsi finanzjarji għandu jintuża biex ikunu appoġġati kemm operazzjonijiet eżistenti kif ukoll operazzjonijiet ġodda relatati ma’ l-isfidi l-ġodda skont id-deċiżjonijiet ta’ kull Stat Membru. Madankollu, wieħed għandu joqgħod attent li ma jiskoraġġix il-produzzjoni agrikola fejn il-kontribut tagħha għall-iżvilupp rurali jkun vitali.

Ġustifikazzjoni

Minbarra l-isfidi l-ġodda, għandu jkun żgurat li l-miżuri eżistenti u l-interventi approvati jkun fihom finanzjament biżżejjed għall-implimentazzjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Dawn l-operazzjonijiet għandhom ikunu konformi ma’ operazzjonijiet iffinanzjati minn fondi Komunitarji oħra u b’mod partikulari mill-Fondi Strutturali (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni).

Ġustifikazzjoni

Approċċ koordinat ma’ politiki rilevanti oħra tal-UE, bħall-politika ta’ koeżjoni, jgħin il-koordinazzjoni tal-interventi, jevita l-finanzjament doppju u jżid il-finanzjament disponibbli.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Sabiex ikun żgurat finanzjament xieraq għall-programmi ta’ żvilupp rurali, għandha tiddaħħal flessibilità akbar sabiex ikunu jistgħu jintużaw ukoll, fi ħdan l-istess Stat Membru, ir-riżorsi tal-Fondi Strutturali li ma ntefqux (Intestatura 1b) għal dan il-għan.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li titiqes sew il-possibilità li jerġgħu jintużaw ir-riżorsi mill-Fondi Strutturali li ma ntefqux (minħabba r-regola N+2, N+3 – Intestatura 1b), sabiex ikunu appoġġjati programmi oħra tal-UE dwar il-politika ta' koeżjoni u tal-iżvilupp rurali. Ir-riżorsi limitati li huma disponibbli għal operazzjonijiet strutturali fil-prattika jirrikjedu li titwaqqaf sistema ġdida għal dak il-għan. Għandha tiddaħħal ukoll flessibilità akbar, sabiex dawn ir-riżorsi jkunu jistgħu jintużaw ukoll għall-iżvilupp rurali (li attwalment huwa ffinanzjat skont l-Intestatura 2).

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 16a – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw sinerġija ma’ operazzjonijiet simili ffinanzjati minn fondi Komunitarji oħra, b’mod partikulari mill-Fondi Strutturali, u meta xieraq, għandhom jiżviluppaw approċċi integrati għal strateġiji, attivitajiet u finanzjament.

Ġustifikazzjoni

L-istess ġustifikazzjoni għall-Emenda 2.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 60

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-Artikolu 60 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

Meta miżura f'din is-sezzjoni jkollha bħala mira l-ħidmiet eliġibbli wkoll taħt strument ta' appoġġ Komunitarju ieħor, inklużi l-Fondi Strutturali u l-istrument ta' appoġġ Komunitarju għas-Sajd, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi f'kull programm il-kontrolli amministrattivi għall-operazzjonijiet appoġġjati mill-FAEŻR u għal dawk appoġġjati mill-istrumenti l-oħra ta' appoġġ Komunitarju.

Ġustifikazzjoni

L-istabbiliment ta' kontrolli ta' limitazzjoni "arbitrarji" fil-prattika jfisser li ċerti operaturi fis-setturi tal-frott u l-ħaxix, tal-inbid, taż-żejt taż-żebbuġa, tal-laħam tan-ngħaġ, taċ-ċanga u tal-vitella, tat-trobbija tan-naħal u taz-zokkor jkunu mxekkla mill-aċċess għal wieħed miż-żewġ strumenti (COM jew RDP). Huwa possibbli li jkun evitat il-"finanzjament doppju" permezz ta' kontrolli amministrattivi, imma mhux permezz ta' restrizzjonijiet arbitrarji ta' natura a priori u tat-tip ‘b'limitu massimu’.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Artikolu 69 – paragrafu 5a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Ammont ekwivalenti għall-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni obbligatorja skond l-Artikoli 9(4) u 10(4) tar-Regolament (KE) [Nru XXXX/2008 (ir-Regolament il-ġdid dwar skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa)] għandu jintnefaq mill-Istati Membri fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015 bħala appoġġ Komunitarju skond il-programmi attwali ta' l-iżvilupp rurali għal operazzjonijiet tat-tipi msemmijin fl-Artikolu 16a ta’ dan ir-Regolament approvat wara l-1 ta’ Jannar 2010.

(5a) Ammont ekwivalenti għall-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni obbligatorja skond l-Artikoli 9(4) u 10(4) tar-Regolament (KE) [Nru XXXX/2008 (ir-Regolament il-ġdid dwar skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa)] għandu jintnefaq mill-Istati Membri fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015 bħala appoġġ Komunitarju skond il-programmi attwali ta' l-iżvilupp rurali kemm għal operazzjonijiet eżistenti kif ukoll għal operazzjonijiet ġodda marbuta mal-isfidi l-ġodda, skont id-deċiżjonijiet ta’ kull Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

L-istess ġustifikazzjoni għall-Emenda 1.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

Referenzi

COM(2008)0306 – C6-0242/2008 – 2008/0105(CNS)

Kumitat responsabbli

AGRI

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

19.6.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

       Data tal-ħatra

Markus Pieper

16.7.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

17.7.2008

 

 

 

Data tal-adozzjoni

9.9.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Jean Marie Beaupuy, Rolf Berend, Victor Boştinaru, Wolfgang Bulfon, Giorgio Carollo, Antonio De Blasio, Petru Filip, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Eugenijus Gentvilas, Ambroise Guellec, Gábor Harangozó, Marian Harkin, Jim Higgins, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Mieczysław Edmund Janowski, Rumiana Jeleva, Gisela Kallenbach, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Miloš Koterec, Constanze Angela Krehl, Florencio Luque Aguilar, Sérgio Marques, Yiannakis Matsis, Miroslav Mikolášik, James Nicholson, Jan Olbrycht, Maria Grazia Pagano, Maria Petre, Markus Pieper, Pierre Pribetich, Giovanni Robusti, Wojciech Roszkowski, Elisabeth Schroedter, Grażyna Staniszewska, Catherine Stihler, Margie Sudre, Andrzej Jan Szejna, Kyriacos Triantaphyllides, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Den Dover, Emanuel Jardim Fernandes, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Eleonora Lo Curto, Zita Pleštinská, Iuliu Winkler

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

Referenzi

COM(2008)0306 – C6-0242/2008 – 2008/0105(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

16.6.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

19.6.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

19.6.2008

REGI

19.6.2008

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

25.6.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Luis Manuel Capoulas Santos

1.4.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

20.5.2008

27.5.2008

24.6.2008

14.7.2008

 

23.9.2008

7.10.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

7.10.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Vincenzo Aita, Peter Baco, Sergio Berlato, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giovanna Corda, Albert Deß, Konstantinos Droutsas, Constantin Dumitriu, Michl Ebner, Carmen Fraga Estévez, Duarte Freitas, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Bogdan Golik, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Esther Herranz García, Lily Jacobs, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Véronique Mathieu, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, Neil Parish, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Petya Stavreva, László Tőkés, Donato Tommaso Veraldi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Katerina Batzeli, Markus Pieper, Vladimír Železný

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Armando França

Data tat-tressiq

13.10.2008