RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar tal-politika agrikola komuni u (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita Skema ta' Frott għall-Iskejjel
14.10.2008 - (COM(2008)0442 – C6‑0315/2008 – 2008/0146(CNS)) - *
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Niels Busk
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni u (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita Skema ta' Frott għall-Iskejjel
(COM(2008)0442 – C6‑.../... – 2008/0146(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0442),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0315/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6‑0391/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex tibdel il-proposta tagħha kif meħtieġ, b’konformità mal-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk ikun biħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsulta mal-Parlament mill-ġdid jekk biħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;
5. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(2) L-għanijiet tal-PAK preskritti fl-Artikolu 33 tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq, l-assigurazzjoni tad-disponibbilità tal-provvisti u l-iżgurar li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Il-forniment ta' l-għajnuna tal-Komunità fil-kuntest ta’ Skema tal-Frott għall-Iskejjel li tipprovdi prodotti tal-frott, tal-ħaxix u tal-banana lill-istudenti fl-istabbilimenti edukattivi jilħaq dawn l-għanijiet. Barra minn hekk, l-Iskema għandha ġġiegħel konsumaturi żgħar japprezzaw il-frott u l-ħxejjex u għalhekk għandha żżid il-konsum għall-ġejjieni permezz tad-dħul mill-promozzjoni fl-agrikoltura, huwa wieħed mill-għanijiet tal-PAK ukoll. Mhux biss, skond l-Artikolu 35(b) tat-Trattat, jista’ jsir provvediment għal azzjonjiet konġunti fil-qafas tal-politika agrikola komuni, bħal per eżempju Skema ta' Frott għall-Iskejjel, sabiex tippromwovi l-konsum ta' ċerti prodotti. |
(2) L-għanijiet tal-PAK preskritti fl-Artikolu 33 tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq, l-assigurazzjoni tad-disponibbilità tal-provvisti u l-iżgurar li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Il-forniment tal-għajnuna tal-Komunità fil-kuntest ta’ Skema tal-Frott Frisk għall-Iskejjel li tipprovdi prodotti tal-frott, tal-ħaxix u tal-banana ta’ oriġini Komunitarja, li għandhom ikunu l-iktar friski possibbli, staġonali u akkwistati bi prezz baxx, lill-istudenti fl-istabbilimenti edukattivi jilħaq dawn l-għanijiet. Kif jitlob l-prinċipju ta’ sussidjarjetà, l-Istati Membri, meta jkunu qed jiddeterminaw il-grupp fil-mira, għandhom jingħataw biżżejjed flessibilità li tippermettilhom, fil-waqt li jżommu mal-bżonnijiet tagħhom, li jfornu frott tal-iskejjel lill-ikbar ċirku wiesa’ possibbli ta’ utenti. Barra minn hekk, l-Iskema għandha ġġiegħel lill-konsumaturi żgħar japprezzaw il-frott u l-ħxejjex u għalhekk għandu jkollha effett pożittiv għoli fuq is-saħħa pubblika u fil-ġlieda kontra l-faqar tat-tfal, iżżid il-konsum tal-ġejjieni, għandha toħloq effett multiplikatur billi tinvovli lill-istudenti, lill-ġenituri u lill-għalliema, biex b'hekk ikollha effett notevolment pożittiv fuq is-saħħa pubblika u tippromwovi d-dħul fl-agrikoltura, li huwa wieħed mill-għanijiet tal-PAK ukoll. Barra minn dan, skont l-Artikolu 35(b) tat-Trattat, jista’ jsir provvediment għal azzjonijiet konġunti fil-qafas tal-politika agrikola komuni, bħal per eżempju Skema ta' Frott Frisk għall-Iskejjel, sabiex tippromwovi l-konsum ta' ċerti prodotti, li għandha tkun akkumpanjata bil-fatturi addizzjonali tal-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa, biex tippromwovi l-konsum ta' ċerti prodotti u biex tinkoraġġixxi u tistimula l-prodotti reġjonali, anke dawk tar-reġjuni muntanjużi. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2a) L-Iskema Frott Frisk għall-Iskejjel għandha tkun identifikata bħala inizjattiva tal-UE li għandha l-għan li tiġġieled l-obeżità fost it-tfal u tiżviluppa s-sens tat-togħma tagħhom. Hija għandha sservi wkoll, bl-għajnuna ta’ programmi edukattivi xierqa, biex tagħmel lit-tfal konxji tat-tibdil tal-istaġuni matul is-sena. Għal dak l-iskop, l-awtoritajiet edukattivi għandhom, bħala prijorità, jiddistribwixxu frott staġjonali, filwaqt li jagħtu preferenza għal varjetà vasta ta’ frott, varjetà li tippermetti lit-tfal jiskopru togħmiet differenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Barra dan, l-Artikolu 152(1) tat-Trattat jesiġi li “Livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa umana għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġiji u l-attivitajiet kollha Komunitarji.” Il-benefiċċji għas-saħħa ċari ta' l-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel huma aspetti li għandhom jiġu integrati fl-implimentazzjoni tal-PAK. |
(3) Barra dan, l-Artikolu 152(1) tat-Trattat jesiġi li “Livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa umana għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha Komunitarji.” Il-benefiċċji għas-saħħa ċari tal-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel huma aspetti li għandhom jiġu integrati fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE inġenerali u fil-PAK, b’mod partikulari. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Politika Agrikola Komuni għandha tkun ta’ eżempju ta’ integrazzjoni ta’ livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa fl-iskemi tagħha. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3a) Il-pjan ta’ azzjoni għall-Ikel u l- Biedja Organiċi jipproponi t-tnedija ta’ kampanja informattiva u promozzjonali, plurijennali u madwar l-UE kollha biex tinforma l-iskejjel dwar il-vantaġġi tal-biedja organika u biex iżżid il-kuxjenza pubblika u r-rikonoxximent għal prodotti organiċi, inkluż ir-rikonoxximent tal-logo tal-UE. L-Iskema Frott Frisk għall-Iskejjel għandha tappoġġja dawn l-objettivi, b’mod partikolari rigward il-frott organiku u miżuri ta’ akkumpanjament għandhom jinkludu l-provvediment ta’ informazzjoni dwar biedja organika. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(6) Għalhekk jeħtieġ li jsir provvediment għal għajnuna tal-Komunità biex tikkofinanzja l-provvista lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi ta' ċerti prodotti għas-saħħa tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, frott u ħaxix ipproċessat u tal-banana u wkoll għal ċerti spejjeż relatati mal-loġistika, tqassim, tagħmir, komunikazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' l-Iskema. |
(6) Għalhekk jeħtieġ li jsir provvediment għal għajnuna tal-Komunità biex tiffinanzja l-provvista lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi ta' ċerti prodotti tajbin għas-saħħa tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex friski, tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u tal-banana u wkoll għal ċerti spejjeż relatati mal-loġistika, tqassim, tagħmir, komunikazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, kif ukoll għal miżuri ta’ akkumpanjament meħtieġa biex tkun żgurata l-effettività tal-Iskema. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-Iskema. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-kriterji tal-kwalità u s-sostenibilità tal-prodotti koperti mill-Iskema: huma għandhom jilħqu l-ogħla standards u għandhom, preferibbilment, ikunu staġjonali u prodotti lokalment jew, fejn possibbli, fil-Komunità. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(7) Sabiex jiżguraw implimentazzjoni ordnata ta' l-Iskema ta' Frott għall-iskejjel, l-Istati Membri, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, li jixtiequ jagħmlu użu minnha għandhom iħejju strateġija minn qabel. Għandhom jipprovdu wkoll azzjonijiet komplimentari rekwiżiti biex jagħmlu l-iskema effettiva. |
(7) Sabiex jiżguraw implimentazzjoni ordnata tal-Iskema ta' Frott Frisk għall-iskejjel, l-Istati Membri, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, li jixtiequ jagħmlu użu minnha għandhom iħejju strateġija minn qabel, anke fil-qasam ta’ edukazzjoni għall-gruppi mmirati. Għandhom jipprovdu wkoll għal miżuri edukattivi u loġistiċi komplimentari li huma meħtieġa biex jagħmlu l-iskema effettiva, u l-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jinkorporaw dawn il-miżuri b’mod edukattiv f’pakketti tat-tagħlim fl-iskejjel dwar is-saħħa u n-nutrizzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 8 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(8) Sabiex l-impatt globali ta' azzjonijiet nazzjonali simili ma jkunux limitati, l-Istati Membri għandhom ukoll jitħallew jagħtu għajnuna addizzjonali għall-provvista tal-prodotti u l-ispejjeż relatati u l-miżuri ta’ akkumpanjament u l-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel fil-Komunità għandha tkun bla preġudizzju lil kwalunkwe skema nazzjonali separata ta' frott għall-iskejjel separata li tirrispetta l-liġi tal-Komunità. Madankollu, sabiex ikun żgurat effett prattiku ta’ l-Iskema tal-Komunità, ma għandhiex tissostitwixxi l-iffinanzjar preżenti għall-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel nazzjonali eżistenti jew skemi oħra ta' tqassim fl-iskejjel li jinkludu l-frott. |
(8) Sabiex l-impatt globali ta' azzjonijiet nazzjonali simili ma jkunux limitati, l-Istati Membri għandhom ukoll jitħeġġu biex jagħtu għajnuna addizzjonali għall-provvista tal-prodotti u l-ispejjeż relatati u l-miżuri ta’ akkumpanjament u l-Iskema ta' Frott Frisk għall-Iskejjel fil-Komunità għandha tkun bla ħsara għal kwalunkwe skema nazzjonali separata ta' frott għall-iskejjel separata li tirrispetta l-liġi tal-Komunità. Madankollu, sabiex ikun żgurat effett prattiku tal-Iskema tal-Komunità, ma tridx tissostitwixxi l-finanzjament nazzjonali preżenti għall-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel pluriennali eżistenti jew skemi oħra ta' tqassim fl-iskejjel li jinkludu l-frott. Il-finanzjament tal-Komunità għandu jkun ta’ natura supplimentari u huwa riservat għal skemi ġodda jew għall-estensjoni ta’ skemi eżistenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(9) Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni baġitarja soda, għandhon jiġu provduti limiti fissi ta' għajnuna tal-Komunità u rati massimi ta' kofinanzjament u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-iskema għandha tiżdied mal-lista ta' azzjonijiet eliġibbli għall-iffinanzjar ta' l-EAGF stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni. |
(9) Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni baġitarja soda, għandhom jiġu provduti limiti fissi ta' għajnuna tal-Komunità u rati massimi ta' kofinanzjament u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-iskema għandha tiżdied mal-lista ta' azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament tal-EAGF stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni. Jekk Stat Membru wieħed jew iktar ma jiħdux finanzjament Komunitarju, il-fondi jistgħu jiġu trasferiti u użati fi Stati Membri oħrajn. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Iżjed ma t-tfal jieħdu sehem fl-iskemi, iżjed ikun hemm benefiċċji għas-saħħa. Iżjed ma jieħdu sehem tfal iżjed għandha tingħata għajnuna, bħal ma jiġri fl-iskema tal-ħalib għall-iskejjel. Għandu jkun possibbli li Stati Membri oħrajn jużaw il-fondi li ma jittiħdux minn Stati Membri li ma jixtiqux jieħdu sehem. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 10 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(10) Sabiex tippermetti żmien għall-implimentazzjoni bla xkiel ta' l-Iskema, din għandha tapplika mis-sena skolastika 2009/10. Għandu jintbagħat rapport dwarha wara tliet snin. |
(10) Sabiex tippermetti żmien għall-implimentazzjoni bla xkiel tal-Iskema, din għandha tapplika mis-sena skolastika 2009/10. L-Istati Membri għandhom jagħmlu evalwazzjoni annwali tal-implimentazzjoni u tal-impatt tal-programm u l-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill wara tliet snin. Minħabba li programm għal tul ta’ żmien twil biss se jħalli benefiċċji fit-tul, hemm bżonn li jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm sabiex titkejjel l-effettività tiegħu u jkun jista’ jiġi propost titjib possibbli. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-Istati Membri huma responsabbli għall-amministrazzjoni tal-programm, u jekk l-immaniġġjar tagħhom għandu jkun korrett, huma se jkollhom bżonn jevalwawh fuq bażi regolari sabiex jieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 11 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(11) Sabiex tagħmel l-iskema aktar effiċjenti, il-Komunità għandha tkun kapaċi tiffinanzja l-azzjonijiet ta' informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, u ta' netwerking relatati ma' l-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel u l-għanijiet tagħha, mingħajr ħsara għas-setgħat tagħha li tikkofinanzja, fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta' tixrid ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi[1] miżuri neċessarji ta’ akkumpanjament biex jitrawwem għarfien dwar l-effetti pożittivi għas-saħħa mill-konsum ta' frott u ħxejjex. |
(11) Sabiex tagħmel l-iskema aktar effiċjenti, il-Komunità għandha tkun kapaċi tiffinanzja l-azzjonijiet ta' informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, u ta' netwerking relatati mal-Iskema ta' Frott Frisk għall-Iskejjel u l-għanijiet tagħha, bla ħsara għas-setgħat tagħha li tikkofinanzja, fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta' tixrid ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi[2] miżuri neċessarji ta’ akkumpanjament biex jitrawwem għarfien dwar l-effetti pożittivi għas-saħħa mill-konsum ta' frott u ħxejjex. Se jkun essenzjali li l-Kummissjoni tagħmel kampanja pubbliċitarja kbira għall-Iskema mal-UE kollha. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt 1 Regolament (KE) nru 1234/2007 Parti II – Titolu I – Kapitolu IV – taqsima IVa – sottotaqsima IIa – Titolu | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Prodotti pproċessati ta’ frott u ħaxix għandhom inqas valur nutrittiv u għandhom ikunu esklużi minn dan ir-Regolament. Fl-isfond tal-objettiv li jkun hemm ikel itjeb għas-saħħa għat-tfal Ewropej, għandha tkun appoġġjata biss id-distribuzzjoni mingħajr ħlas ta’ frott u ħaxix frisk. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt 1 Regolament (KE) nru 1234/2007 Parti II – Titolu I – Kapitolu IV – taqsima IVa – sottotaqsima IIa – Artikolu 103g - Titolu | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Prodotti pproċessati ta’ frott u ħaxix għandhom inqas valur nutrittiv u għandhom ikunu esklużi minn dan ir-Regolament. Fl-isfond tal-objettiv li jkun hemm ikel itjeb għas-saħħa għat-tfal Ewropej, għandha tkun appoġġjata biss id-distribuzzjoni mingħajr ħlas ta’ frott u ħaxix frisk. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 103ga - punt 1 Artikolu 2 tar-Regolament, emenda tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, sottotaqsima Iia, Artikolu 103ga, punt 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 – punt 1 Regolament (KE) nru 1234/2007 Parti II – Titolu I – Kapitolu IV – Taqsima IVa – Sottotaqsima IIa – Artikolu 103g – Punt 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt 1 Regolament (KE) nru 1234/2007 Parti II – Titolu I – Kapitolu IV – Taqsima IV a – Sottotaqsima II a – Artikolu 103g a – Punt 3 – ittra a | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Minħabba l-prezzijiet għolja tal-ikel, għad fadal fondi sostanzjali mhux użati taħt l-Intestatura 2 (Nefqa agrikola) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt 1 Regolament (KE) nru 1234/2007 Parti II – Titolu I – Kapitolu IV – Taqsima IVa – sottotaqsima IIa – Artikolu 103ga – Punt 3(b) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt 1 Regolament (KE) nru 1234/2007 Parti II – Titolu I – Kapitolu IV – Taqsima IVa – sottotaqsima IIa – Artikolu 103ga – Punt 3(c) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt a Regolament (KE) nru 1234/2007 Parti II – Titolu I – Kapitolu IV – Taqsima IVa – Sottotaqsima IIa – Artikolu 103g – paragrafu 3 - punt d | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda sempliċiment tiċċara t-test fil-sens li punt (d) japplika għall-finanzjament pubbliku biss, kif il-kliem attwali jindika. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-finanzjament pubbliku, permezz ta’ donazzjonijiet, pereżempju, m’għandux jiġi affettawt mill-punt (d). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt a Regolament (KE) nru 1234/2007 Parti II – Titolu I – Kapitolu IV – Taqsima IVa – Sottotaqsima IIa – Artikolu 103ga – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-idea hija li jiġi ċċarat il-kunċett ta’ ‘skema nazzjonali eżistenti’ sabiex wieħed jippermetti li l-prinċipju ta’ addizzjonalità jiġi implimentat b’mod iktar faċli. Mill-bidu tas-sena skolastika 2008, Franza bdiet twettaq skema pilota ta’ distribuzzjoni ta’ frott f’numru limitat ħafna ta’ skejjel; fir-rigward tal-finanzjament, 50% huwa pprovdut mill-fondi pubbliċi (awtoritajiet lokali u reġjonali) u 50% minn finanzjament privat (minn, fost sorsi oħrajn, entitajiet preventivi u istituzzjonijiet ta’ assigurazzjoni fuq is-saħħa). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt 1 Regolament (KE) nru 1234/2007 Parti II – Titolu I – Kapitolu IV – taqsima IVa – sottotaqsima IIa – Artikolu 103g – Punt 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Prodotti pproċessati ta’ frott u ħaxix għandhom inqas valur nutrittiv u għandhom ikunu esklużi minn dan ir-Regolament. Fl-isfond tal-objettiv li jkun hemm ikel itjeb għas-saħħa għat-tfal Ewropej, għandha tkun appoġġjata biss id-distribuzzjoni mingħajr ħlas ta’ frott u ħaxix frisk. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 3 Regolament (KE) nru 1234/2007 Artikolu 184 – Punt 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||
|
EXPLANATORY STATEMENT
INTRODUCTION
Far too little fruit and vegetables are eaten in the EU in relation to the WHO's recommendations of a minimum 400 grams per day and, moreover, consumption is falling. At the same time there is an obesity epidemic among children; it is estimated that there are 22 million overweight children in the EU, 5.1 million of whom are considered to be severely overweight.
A high intake of fruit and vegetables reduces the risk of a large number of diseases and prevents overweight and severe overweight. Eating habits are established in childhood and the indications are that children who learn to eat a lot of fruit and vegetables continue to do so as adults.
In 2007, the organisation of the market in fruit and vegetables underwent a fundamental reform towards greater market orientation, thereby bringing the organisation into line with the rest of the modernised common European agricultural policy. Responsibility for the prevention and management of crises lies with the producer organisations, export aid and aid for processing has been removed and fruit and vegetables are now fully integrated into the single payment system. In other words, it is demand which determines supply. With the reform of the organisation of the market in fruit and vegetables, it was unanimously decided to reverse the falling consumption of fruit and vegetables. Higher demand will promote public health first and foremost but will also benefit European farmers producing fruit and vegetables.
The health aspect is the most important reason for launching a school fruit scheme in the EU.
BUDGET
Excessive weight entails a greater risk of cardiovascular disease, diabetes, high blood pressure and certain forms of cancer. These diseases constitute one of the greatest threats to public health in the EU and the cost of treatment weighs heavily on the Member States' health budgets. In its impact assessment, the Commission refers to two of the all too few studies carried out to shed light on the link between health expenditure and too low an intake of fruit and vegetables. Seen in this light, expenditure on a school fruit scheme should be regarded as a parallel saving in the Member States' health budgets which, overall, has a positive effect, first and foremost on public health but also on the European economy. Until a daily intake of 600 grams is achieved, which several experts recommend for people from age 11 upwards, the advice should be the more fruit and vegetables, the greater the savings. Prevention is cheaper than treatment.
The Commission proposes an allocation of 90 million euro in the Community budget. That corresponds to one piece of fruit one day a week for thirty weeks a year and covers children aged six to ten years. Member States may supplement and extend the scheme but the aid cannot be used instead of existing, permanent schemes.
To achieve all the positive effects of introducing a school fruit scheme, there must be a far greater allocation of funds. One piece of fruit a week is not sufficient either to change eating habits or to achieve an effect on public health. A school fruit scheme should consist of a portion of fruit per pupil per day and not only be aimed at school children aged six to ten years, as the Commission proposes.
In order to encompass the many different traditions and schemes already existing within the EU, a school fruit scheme must be flexible enough to be geared to local, regional and national conditions. This flexibility should also extend to national co-financing, where it is up to each individual Member State to decide how the national contribution is financed (by national, regional or local budgets, via parent payments etc.).
SCHOOL FRUIT AND SCHOOL MILK
For more than 30 years, various forms of EU aid have been granted to distribute milk to school children. In the 2006-2007 school year, 305 000 tonnes of school milk were distributed in 22 Member States, to which the EU contributed more than 50 million euro. The rules on school milk have been simplified and the range of products has been extended so that the Member States can choose to prioritise low-fat dairy products and the scheme has thereby become nutritious.
There is no budget cap on the distribution of school milk, only a cap on quantity of 0.25 litres of milk per pupil per day. This means that the more participants there are, the more aid is allocated. A corresponding system is desirable for the school fruit scheme, under which a cap on quantity of one portion of fruit or vegetable per pupil per day could be set.
It is gratifying to see that the Commission has made use of the wide range of experience gained from the school milk scheme.
In conclusion, your rapporteur would urge the Commission to keep the European Parliament informed of the list of products approved at Community level for inclusion in the school fruit scheme.
PROĊEDURA
Titolu |
Programm għall-konsum tal-frott fl-iskejjel |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0442 – C6-0315/2008 – 2008/0146(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
12.9.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 23.9.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 23.9.2008 |
ENVI 23.9.2008 |
|
|
||||
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 3.9.2008 |
ENVI 16.7.2008 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Niels Busk 24.6.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
9.9.2008 |
7.10.2008 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
7.10.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
33 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Vincenzo Aita, Peter Baco, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giovanna Corda, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Konstantinos Droutsas, Constantin Dumitriu, Michl Ebner, Duarte Freitas, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Esther Herranz García, Lily Jacobs, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Stéphane Le Foll, Véronique Mathieu, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, Neil Parish, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Petya Stavreva, Donato Tommaso Veraldi |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Katerina Batzeli, Esther De Lange, Maria Petre, Zdzisław Zbigniew Podkański, Struan Stevenson |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Bernard Wojciechowski |
|||||||