RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 68/151/KEE u 89/666/KEE fir-rigward tal-obbligi ta' pubblikazzjoni u traduzzjoni għal ċerti tipi ta' kumpaniji
31.10.2008 - (COM(2008)0194 – C6-0171/2008 – 2008/0083(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Piia-Noora Kauppi
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 68/151/KEE u 89/666/KEE fir-rigward tal-obbligi ta' pubblikazzjoni u traduzzjoni għal ċerti tipi ta' kumpaniji
(COM(2008)0194 – C6-0171/2008 – 2008/0083(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0194),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 44(2)(g) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0171/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0400/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 5 | ||||||||||||||||||||||
Test Propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(5) Fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-pubbikazzjoni fil-gazzetta tal-gvern lill-kumpaniji tikkawżalhom spejjeż addizzjonali mingħajr ma tipprovdi valur miżjud, ġaladarba r-reġistri tal-kumpaniji l-informazzjoni tagħhom jagħmluha disponibbli fl-internet. Inizjattivi bil-għan li jiffaċilitaw l-aċċess għal dawn ir-reġistri fil-Komunità kollha kemm hi jkomplu jnaqqsu l-ħtieġa li din l-informazzoni tkun ippubblikata f'gazzetta tal-gvern jew f'publikazzjoni stampata oħra. |
(5) Fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-pubblikazzjoni fil-gazzetta tal-gvern lill-kumpaniji tikkawżalhom spejjeż addizzjonali mingħajr ma tipprovdi valur miżjud, ġaladarba r-reġistri tal-kumpaniji l-informazzjoni tagħhom jagħmluha disponibbli fl-Internet. Inizjattivi - bħall-portal Ewropew futur e-Justice - bil-għan li jiffaċilitaw l-aċċess għal dawn ir-reġistri fil-Komunità kollha kemm hi jkomplu jnaqqsu l-ħtieġa li din l-informazzoni tkun ippubblikata f'gazzetta tal-gvern jew f'publikazzjoni stampata oħra. | |||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Numru ta' Stati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, beda jwaqqaf portal Ewropew e-Justice li jippermetti l-iskambju ta' informazzjoni, il-konnessjoni tar-reġistri nazzjonali u l-aċċess online għal proċeduri Ewropej bħal ordnijiet ta' ħlas. Dan il-portal ikun jikkostitwixxi l-pjattaforma adegwata għall-informazzjoni elettronika tal-kumpaniji. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 6 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(6) Biex jippermettu pubblikazzjoni b'infiq effikaċi li lill-utenti tipprovdilhom aċċess faċli għall-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu obbligatorju minn pjattaforma elettronika ċentrali. Barra minn hekk, għandhom jiżguraw li din il-pubblikazzjoni, kif ukoll kwalunkwe obbligu ta' pubblikazzjoni li jimponu fuq il-kumpaniji f'dan il-kuntest, ma jwasslux għal ħlasijiet speċifiċi, addizzjonalment għal dawk li għandhom jitħallsu għar-reġistrazzjoni. |
(6) Biex jippermettu pubblikazzjoni b'infiq effikaċi li lill-utenti tipprovdilhom aċċess faċli għall-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu obbligatorju minn pjattaforma elettronika ċentrali. Din il-pjattaforma għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li jkun meħtieġ li tiġi żvelata jew inkella għandha tagħti aċċess għall-informazzjoni ta' dan it-tip fil-fajl elettroniku tal-kumpanija fir-reġistri tal-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ħlasijiet imposti fuq il-kumpaniji għal pubblikazzjoni bħal din ikunu inklużi fi ħlas wieħed, flimkien ma' dawk, jekk ikun il-każ, li jkunu imposti għad-dħul fir-reġistru. Kwalunkwe obbligu ta' pubblikazzjoni eżistenti fl-Istati Membri m'għandux iwassal għal ħlasijiet speċifiċi addizzjonali. Dan madankollu m'għandux jipperikola l-libertà tal-Istati Membri li jgħaddu lill-kumpaniji l-ispejjeż relatati mat-twaqqif u t-tħaddim tal-pjattaforma, inklużi l-ispejjeż biex jiġu fformattjati d-dokumenti, kemm permezz tal-inklużjoni ta' dawk l-ispejjeż fl-ispejjeż ta' reġistrazzjoni jew inkella permezz ta' talba għal kontribut perjodiku obbligatorju mill-kumpaniji. | |||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 6 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
(6a) Bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri jistgħu jkomplu kwalunkwe forma oħra eżistenti ta' pubblikazzjoni, bil-kundizzjoni li dawn ikunu definiti sew u bbażati fuq kundizzjonijiet oġġettivi, partikolarment fl-interess taċ-ċertezza legali u tas-sigurtà tal-informazzjoni, u billi titqies id-disponibilità tal-aċċess għall-Internet u l-prattiki nazzjonali. L-Istati Membri għandhom ikopru l-ispiża ta' dawn l-obbligi addizzjonali ta' publikazzjoni permezz ta' taxxa unika. | |||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 6 b (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
(6b) B'mod konsistenti mal-użu ta' pjattaforma elettronika ċentrali, għandha tiġi emendata t-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta' Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta' responsabilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti1. | |||||||||||||||||||||
|
1 ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1. | |||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 13 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(13) Id-Direttivi 68/151/KEE u 89/666/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan, |
(13) Id-Direttivi 68/151/KEE, 77/91/KEE u 89/666/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati b'dan il-mod, | |||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 Direttiva 68/151/KEE Artikolu 3 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 Direttiva 89/666/KEE Artikolu 4 (1) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 Direttiva 89/666/KEE Artikolu 4 (2) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 Direttiva 89/666/KEE Artikolu 4 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 a (ġdid) Direttiva 77/91/KEE Artikolu 29 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-qadi ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2010. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2010. L-Istati Membri jistgħu jkomplu kwalunkwe forom oħra ta' pubblikazzjoni nazzjonali eżistenti, bil-kundizzjoni li dawn ikunu definiti sew u bbażati fuq kundizzjonijiet oġġettivi, partikolarment fl-interess taċ-ċertezza legali u tas-sigurtà tal-informazzjoni, u billi titqies id-disponibilità tal-aċċess għall-Internet u l-prattiki nazzjonali. L-Istati Membri għandhom ikopru l-ispiża ta' dawn l-obbligi addizzjonali ta' publikazzjoni permezz ta' taxxa unika. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-rapporteur tappoġġja lill-Kummissjoni fl-intenzjoni tagħha li tnaqqas il-piż amministrattiv fir-rigward tal-obbligi ta' pubblikazzjoni u ta' traduzzjoni ta' ċerti tipi ta' kumpaniji. Il-proposta tagħmel parti minn eżerċizzju vast ta' tnaqqis tal-piż amministrattiv, billi jinħelsu u jiġu diretti band'oħra r-riżorsi kummerċjali, u b'hekk titejjeb il-kompetittività tal-ekonomiji tal-Istati Membri.
Taħt l-Ewwel Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji (68/151/KEE), il-kumpaniji għandhom jippubblikaw ċerta informazzjoni fil-gazzetti tal-gvern nazzjonali, u din għandha titniżżel fir-reġistri kummerċjali tal-Istati Membri (eż. informazzjoni dwar it-twaqqif tal-kumpanija, tibdil ulterjuri ta' din l-informazzjoni u l-kontijiet annwali, eċċ.). F'bosta każijiet, il-pubblikazzjoni fil-gazzetta tal-gvern nazzjonali tinvolvi spejjeż addizzjonali għall-kumpaniji mingħajr ma tipprovdi valur miżjud reali f'dan iż-żmien meta l-informazzjoni fir-reġistri tal-kumpaniji tkun disponibbli online. Għalhekk l-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li mil-liġi nazzjonali jitwarrbu r-rekwiżiti addizzjonali ta' pubblikazzjoni li jikkawżaw spejjeż żejda lill-kumpaniji.
Fost il-bosta għażliet (minn waħda sa erba') li l-Kummissjoni kkunsidrat sabiex jinkiseb l-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mar-rekwiżiti ta' pubblikazzjoni, jidher li r-raba' għażla proposta toħloq l-aħjar bilanċ bejn l-interessi kkonċernati. L-Istati Membri għandhom jadottaw pjattaforma elettronika li jkun fiha l-informazzjoni kollha jew li tkun tipprovdi aċċess għal din l-informazzjoni fil-fajl elettroniku tal-kumpanija fir-reġistru. Dan ikun mod effettiv meta mqabbel mal-ispejjeżu mezz faċilment aċċessibbli biex tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha neċessarja dwar il-kumpaniji. Ħlas wieħed stabbilit mill-Istati Membri għandu jkopri l-ispejjeż kollha relatati mar-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni u tal-amministrazzjoni. Dan il-ħlas għandu wkoll ikopri r-rekwiżiti nazzjonali eventwali biex tiġi wkoll ippubblikata informazzjoni fil-gazzetti lokali jew nazzjonali. Fi kliem ieħor, l-Istati Membri jkunu ħielsa li jipprevedu obbligi addizzjonali ta' pubblikazzjoni iżda jkollhom josservaw ir-restrizzjoni li ma jimponux spejjeż addizzjonali.
Din ir-raba' għażla hija kompromess li, minn banda, iħalli lill-Istati Membri iktar flessibilità biex jipprevedu obbligi addizzjonali ta' pubblikazzjoni jekk dan ikun meħtieġ, u mill-banda l-oħra, jiżgura li ma jkunx hemm spejjeż addizzjonali speċifiċi imposti fuq il-kumpaniji b'konnessjoni ma' obbligi bħal dawn.
Fir-rigward tal-Ħdax-il Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji (89/666/KEE), il-proposta tittratta r-rekwiżiti ta' traduzzjoni għad-dokumenti li għandhom jiddaħħlu fir-reġistri tal-fergħat tal-kumpaniji. Meta jkunu qed jirreġistraw fergħa, jeħtieġ li l-kumpaniji jirreġistraw ukoll ċerta informazzjoni fir-reġistru tal-fergħa tal-kumpanija. Dan spiss iwassal għal spejjeż addizzjonali notevoli għall-kumpaniji, minħabba li ma jkollhomx biss jiżguraw li ssir traduzzjoni ta' ċerti dokumenti bl-ilsien tal-Istat Membru fejn tinsab il-fergħa, iżda jkollhom ukoll jikkonformaw mar-rekwiżiti, ġieli eċċessivament restrittivi, għaċ-ċertifikazzjoni u/jew it-trattament notarili ta' dik it-traduzzjoni. L-għan huwa li l-ispejjeż tat-traduzzjoni u taċ-ċertifikazzjoni jitnaqqsu għall-minimu. Fost il-bosta għażliet (minn waħda sa tlieta) li l-Kummissjoni kkunsidrat sabiex jinkiseb l-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mat-traduzzjoni (reġistrazzjoni), jidher li t-tielet għażla (rikonoxximent reċiproku tat-traduzzjonijiet) proposta toħloq l-aħjar bilanċ bejn l-interessi kkonċernati. Din l-għażla twassal għal benefiċċji għall-kumpaniji billi tikseb ċertu tnaqqis fl-ispejjeż filwaqt li tiżgura affidabilità tat-traduzzjonijiet.
Ir-rapporteur għalhekk taqbel mal-proposta tal-Kummissjoni u tintroduċi xi emendi li jiċċaraw l-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet relatati mal-ispejjeż tal-pubblikazzjoni u tad-dispożizzjonijiet dwar it-traduzzjoni. Ir-rapporteur qed tintroduċi wkoll emenda teknika sabiex jiġi żgurat li jkun hemm referenza korretta għat-Tieni Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji (77/91/KEE).
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (7.10.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 68/151/KEE u 89/666/KEE fir-rigward tal-obbligi ta' pubblikazzjoni u traduzzjoni għal ċerti tipi ta' kumpaniji
(COM(2008)0194 – C6-0171/2008 – 2008/0083(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Margaritis Schinas
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Ir-Rapporteur jappoġġja l-għan li jitnaqqsu l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi, titjieb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni, u jkunu aġġornati r-regoli eżistenti sabiex jiġu aktar ċari. Apparti dan ir-Rapporteur jemmen li teknoloġija ġdida għandha tintuża mill-aktar sabiex jitnaqqsu l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi. Madankollu, wieħed għandu jitqies li d-dħul tal-Internet f'bosta pajjiżi tal-UE għadu anqas minn 50%. Jekk l-informazzjoni tkun disponibbli biss fuq pjattaforma elettronika waħda, xi ċittadini tal-UE li ma jistax ikollhom aċċess għall-Internet jew li jippreferu jużaw forom aktar tradizzjonali ta' komunikazzjoni mhux se jkunu fil-qagħda li jirċievu tagħrif dwar il-kumpaniji fiz-zona lokali tagħhom. Bħala konsegwenza, l-Istati Membri għandu jkolhom il-possibilitajiet li jorganizzaw l-iżvelar tal-informazzjoni permezz ta' mezzi kumplimentari oħra skont kundizzjonijiet speċifiċi.
Kemm l-ewwel Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji kif ukoll il-Ħdax-il Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji ġew identifikati bħala kandidati għas-simplifikazzjoni bi proċedura mgħaġġla.
Fir-rigward tal-Ewwel Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji, il-kumpaniji għandhom partikolarment l-obbligu li jippubblikaw fil-gazzetti tal-gvern, ċerta informazzjoni li jeħtiġilha titniżżel fir-reġistri kummerċjali tal-Istati Membri. Din l-informazzjoni tinvolvi, b'mod partikulari, tagħrif dwar it-twaqqif tal-kumpanija, tibdiliet sussegwenti f'dan it-tagħrif u l-kontijiet annwali li jeħtiġilhom ikunu ppublikati kull sena. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, din il-pubbikazzjoni fil-gazzetta tal-gvern tikkawża lill-kumpaniji spejjeż addizzjonali mingħajr ma tipprovdi ebda valur miżjud, fi żminijiet meta r-reġistri tal-kumpaniji jagħmlu l-informazzjoni tagħhom disponibbli fuq l-internet.
Fir-rigward tal-Ħdax-il Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji, huma partikularment ir-rekwiżiti tat-traduzzjoni, fil-liġi nazzjonali, għal dokumenti li għandhom jiddaħħlu fir-reġistru tal-fergħat. Huma u jirreġistraw fergħa, il-kumpaniji jeħtiġilhom jirreġistraw ċerta informazzjoni fir-reġistru tal-kumpaniji kif ukoll fir-reġistru tal-fergħa. Dan spiss iwassal għal spiża doppja għall-kumpaniji, minħabba li ma jkollhomx biss jiżguraw li ssir traduzzjoni ta' ċerti dokumenti bl-ilsien tal-Istat Membru fejn tinsab il-fergħa, iżda jkollhom ukoll jaqdu r-rekwiżiti, ġieli eċċessivament restrittivi, għaċ-ċertifikazzjoni u/jew it-trattament notarili ta' dik it-traduzzjoni.
Ir-Rapporteur iqis li xi obbligi legali li jkun ipprovdut tagħrif saru jaħlu wisq żmien mingħajr bżonn, huma ikkumplikati żżejjed jew inkella inutli. Billi jitnaqqsu r-rekwiżiti tar-rappurtar, tat-traduzzjoni u taċ-ċertifikazzjoni mhux meħtieġa l-ispejjeż ta' produzzjoni jitnaqqsu u jippermettu investiment addizzjonali kif ukoll l-innovazzjoni, li min-naħa l-oħra għandhom itejbu l-produttività u l-kompetittività ġenerali.
Għalhekk ir-Rapporteur jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni. Madankollu, ir-Rapporteur jenfasizza li s-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi ma għandhomx jipperikolaw il-kwalità tal-lingwi, il-wirt kulturali u d-diversità. F'dan il-kuntest ir-Rapporteur iqis li l-istrateġija tal-Komunità għall-multilingwiżmu għandha tkun enfasizzata fit-test finali tad-direttiva.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora fir-rapport tiegħu dawn l-emendi li ġejjin:
Emenda 1 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 6 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(6) Biex jippermettu pubblikazzjoni b'infiq effikaċi li lill-utenti tipprovdilhom aċċess faċli għall-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu obbligatorju minn pjattaforma elettronika ċentrali. Barra minn hekk, għandhom jiżguraw li din il-pubblikazzjoni, kif ukoll kwalunkwe obbligu ta' pubblikazzjoni li jimponu fuq il-kumpaniji f'dan il-kuntest, ma jwasslux għal ħlasijiet speċifiċi, addizzjonalment għal dawk li għandhom jitħallsu għar-reġistrazzjoni. |
(6) Biex jippermettu pubblikazzjoni b'infiq effikaċi li lill-utenti tipprovdilhom aċċess faċli għall-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu obbligatorju minn pjattaforma elettronika ċentrali. Minħabba li l-aċċess għall-Internet mhuwiex universalment disponibbli f'ċerti Stati Membri, l-Istati Membri jistgħu, apparti dan, jirrangaw għall-pubblikazzjoni b'mezzi kumplimentari. Barra minn hekk, għandhom jiżguraw li din il-pubblikazzjoni, kif ukoll kwalunkwe obbligu ta' pubblikazzjoni li jimponu fuq il-kumpaniji f'dan il-kuntest, ma jwasslux għal ħlasijiet speċifiċi, apparti dawk li għandhom jitħallsu għar-reġistrazzjoni, sakemm dawn il-ħlasijiet ikunu bbażati fuq kriterji definiti tajjeb u oġġettivi sabiex jiżguraw li jkun ipprovdut tagħrif aħjar għaċ-ċittadini tal-Unjoni. | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 6 a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(6a)F'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà l-Istati Membri għandhom ikun fil-qagħda li jkomplu forom oħra ta' obbligi tal- pubblikazzjonijiet, b'mod partikulari fl-interess taċ-ċertezza legali u s-sigurtà tal-informazzjoni kif ukoll fir-rigward tar-rekwiżiti u l-prattiki nazzjonali.L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jkopru l-ispejjeż tal-obbligi tal-pubblikazzjonijiet bħal dawn permezz ta' ħlas uniku. | ||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 Direttiva 68/151/KEE Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 Direttiva 68/151/KEE Artikolu 3 - paragrafu 4 - subparagrafu 2 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 Direttiva 68/151/KEE Artikolu 3 - paragrafu 4 - subparagrafu 2 a - parti introduttorja (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 Direttiva 68/151/KEE Artikolu 3 - paragrafu 4 - subparagrafu 2 a - inċiż 1 (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 Direttiva 68/151/KEE Artikolu 3 - paragrafu 4 - subparagrafu 2 a - inċiż 2 (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 Direttiva 68/151/KEE Artikolu 3 - paragrafu 4 - subparagrafu 2 a - inċiż 3 (ġdid) | |||||||||||||
|
PROĊEDURA
Titolu |
Obbligi ta’ pubblikazzjoni u ta’ traduzzjoni ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0194 – C6-0171/2008 – 2008/0083(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
JURI |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 20.5.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur ta’ opinjoni: Data tal-ħatra |
Margaritis Schinas 8.7.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
9.9.2008 |
6.10.2008 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
7.10.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
24 6 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mariela Velichkova Baeva, Pervenche Berès, Sebastian Valentin Bodu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Christian Ehler, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Othmar Karas, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Andrea Losco, Gay Mitchell, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Salvador Domingo Sanz Palacio, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Cornelis Visser |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Piia-Noora Kauppi, Werner Langen, Margaritis Schinas |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
L-obbligi ta' pubblikazzjoni u traduzzjoni għal ċerti tipi ta' kumpaniji |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0194 – C6-0171/2008 – 2008/0083(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
17.4.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 20.5.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 20.5.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Piia-Noora Kauppi 25.6.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-Kumitat |
9.9.2008 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
7.10.2008 |
|
|
|
||||
Riżlutat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marek Aleksander Czarnecki, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Neena Gill, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Katalin Lévai, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Diana Wallis, Rainer Wieland, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Paul Gauzès, Kurt Lechner, Rareş-Lucian Niculescu, Georgios Papastamkos |
|||||||