RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità

15.10.2008 - (COM(2007)0765 – C6‑0468/2007 – 2007/0279(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Heide Rühle

Proċedura : 2007/0279(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0410/2008
Testi mressqa :
A6-0410/2008
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità

(COM(2007)0765 – C6‑0468/2007 – 2007/0279(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0765),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0468/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kif ukoll tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0410/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-liġijiet, regolamenti u miżuri amministrattivi fl-Istati Membri rigward it-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità fihom ċerti disparitajiet, li jistgħu jfixklu l-moviment ħieles tal-prodotti relatati mad-difiża u jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern.

(3) Il-liġijiet, regolamenti u miżuri amministrattivi fl-Istati Membri rigward it-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità fihom ċerti disparitajiet, li jistgħu jfixklu l-moviment ħieles tal-prodotti relatati mad-difiża u jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, filwaqt li jxekklu l-innovazzjoni, il-koperazzjoni industrijali u l-kompetittività tas-suq tad-difiża fl-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġu enfasizzati l-iżvantaġġi ekonomiċi tas-sitwazzjoni attwali.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Dawk il-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istati Membri għalhekk għandhom bżonn jiġu armonizzati b’tali mod li jissimplifikaw it-trasferiment intrakomunitarju ta’ prodotti relatati mad-difiża sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern.

(6) Dawk il-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istati Membri għalhekk għandhom bżonn jiġu armonizzati b’tali mod li jissimplifikaw it-trasferiment intrakomunitarju ta’ prodotti relatati mad-difiża, bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern filwaqt li jitqiesu l-għanijiet tas-CFSP kif imħaddna fit-Trattati, fosthom il-promozzjoni u l-konservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabilità.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li jiġi enfasizzat li fil-ħolqien ta’ suq Ewropew għal prodotti tad-difiża, fatturi oħra bħall-għanijiet tal-politika barranija tas-CFSP tal-UE kif imħaddna fit-Trattati, bħall-promozzjoni u l-konservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabilità, huma fatturi importanti u għandhom jitqiesu.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-armonizzazzjoni ta’ dawk il-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istati Membri ma għandhiex tkun ta’ preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri taħt is-sistemi internazzjonali relevanti ta’ nuqqas ta' proliferazzjoni, arranġamenti ta' kontroll fuq l-esportazzjoni, għal trattati jew għad-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri fuq il-politika ta' esportazzjoni.

(7) L-armonizzazzjoni ta’ dawk il-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istati Membri ma għandhiex tkun ta’ preġudizzju għall-obbligi u l-impenji internazzjonali ta’ l-Istati Membri, jew id-diskrezzjoni tagħhom rigward il-politika dwar it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża.

Ġustifikazzjoni

Il-frażi “L-obbligi u l-impenji internazzjonali” hija usa’ mit-test oriġinali, u tinkludi “is-sistemi internazzjonali relevanti ta’ nonproliferazzjoni u l-arranġamenti jew it-trattati ta' kontroll fuq l-esportazzjoni.” Bit-test propost, l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw liċenzji individwali sabiex jissodisfaw l-obbligi u l-impenji internazzjonali kollha, inklużi dawk bilaterali, minflok sempliċiment dawk speċifiċi msemmija fit-test oriġinali.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Din id-direttiva għandha tkopri l-prodotti kollha relatati mad-difiża li jikkorrispondu ma' dawk elenkati fil-Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea inklużi sotto-sistemi, komponenti, partijiet, trasferiment tat-teknoloġija, manutenzjoni u tiswija.

(9) Din id-Direttiva għandha tkopri l-prodotti kollha relatati mad-difiża li jikkorrispondu ma' dawk elenkati fil-Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea inklużi sotto-sistemi, komponenti, partijiet, trasferiment tat-teknoloġija, manutenzjoni u tiswija. Il-mini ta’ kontra l-persuni u l-munizzjon cluster, inklużi sotto-sistemi, komponenti, spare parts, trasferiment tat-teknoloġija, manutenzjoni u tiswija, għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-użu, l-iżvilupp, il-produzzjoni, l-akkumulazzjoni, il-ħżin, iż-żamma jew it-trasferiment lil xi ħadd, b’mod dirett jew indirett, ta’ mini ta’ kontra l-persuni jew ta’ munizzjon cluster, għandu jkun projbit.

Ġustifikazzjoni

Skont il-Konvenzjoni ta’ Ottawa, l-użu, l-iżvilupp, il-ħżin, l-akkwist, l-akkumulazzjoni, iż-żamma u t-trasferiment ta’ mini ta’ kontra l-persuni hu projbit. Skond il-Konvenzjoni ta’ Oslo li se tiġi ffirmata fit-3 ta’ Diċembru 2008, dan se japplika wkoll għall-munizzjon cluster.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Sabiex jittrattaw ir-riskji simili assoċjati mat-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża li m'humiex elenkati fl-Anness għal din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw din id-direttiva għal dawk il-prodotti ta’ difiża relatati u għalhekk jagħmlu t-trasferiment ta’ dawk il-prodotti ta’ difiża relatati soġġett għall-istess regoli.

(10) Sabiex jittrattaw ir-riskji simili assoċjati mat-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża li m'humiex elenkati fl-Anness għal din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw din id-direttiva għal dawk il-prodotti ta’ difiża relatati u għalhekk jagħmlu t-trasferiment ta’ dawk il-prodotti ta’ difiża relatati soġġett għall-istess regoli. F’każijiet fejn jagħmlu dan, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kif xieraq.

Ġustifikazzjoni

Adattazzjoni tat-test korrispondenti tal-Artikolu 2.3.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Kull trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità Ewropea għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel permezz ta’ liċenzji ta’ trasferiment globali jew individwali mogħtija jew maħruġa mill-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur. Skond il-prinċipji li jikkostitwixxu s-suq intern l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida madwar il-Komunità u l-ebda awtorizzazzjoni oħra għat-tranżitu fl-Istati Membri l-oħra jew għall-importazzjoni fi Stati Membri oħra ma għandha tkun meħtieġa.

(14) Kull trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità Ewropea għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel permezz ta’ liċenzji ta’ trasferiment ġenerali, globali jew individwali mogħtija jew maħruġa mill-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur. Skond il-prinċipji li jikkostitwixxu s-suq intern, l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fil-Komunità kollha, u bi prinċipju, l-ebda awtorizzazzjoni oħra minn qabel għat-tranżitu fl-Istati Membri l-oħra jew għall-importazzjoni fi Stati Membri oħra ma għandha tkun meħtieġa.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Rigward is-sotto-sistemi u l-komponenti, l-Istati Membri għandhom iżommu lura mil-limitazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni kemm jista’ jkun billi jaċċettaw dikjarazzjonijiet ta’ l-użu mir-reċipjenti li jieħdu kont tal-grad ta’ integrazzjoni ta’ sotto-sistemi u komponenti bħal dawn fil-prodotti tar-reċipjenti nfushom.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tmur kontra l-Artikolu 4.6 u għandha titħassar.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sabiex jiġi faċilitat it-trasferiment tal-prodotti relatati mad-difiża, liċenzji ġenerali għandhom jiġu ppubblikati mir-regolamenti ta’ l-Istati Membri li jipprovdu awtorizzazzjoni għal trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża lil kull kumpanija li tissodisfa t-termini u l-kundizzjonijiet definiti f’kull liċenzja ġenerali.

(17) Sabiex jiġi faċilitat it-trasferiment tal-prodotti relatati mad-difiża, liċenzji ġenerali għandhom jiġu ppubblikati mir-regolamenti ta’ l-Istati Membri li jipprovdu awtorizzazzjoni għal trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża lil kull kumpanija li tissodisfa t-termini u l-kundizzjonijiet stipulati f’kull liċenzja ġenerali. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li b’mod temporanju jeskludu ċerti impriżi milli jirċievu liċenzji ġenerali f’każijiet fejn ikun hemm tħassib serju dwar ir-rieda jew il-ħila tal-kumpanija kkonċernata li tikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għal-liċenzji tat-trasferiment kif stipulati mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja.

Ġustifikazzjoni

F’ċirkustanzi eċċezzjonali, l-Istati Membri li jagħtu l-liċenzji għandhom ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali jew jekk ikollhom għalfejn jemmnu li min ikun ser jirċievi l-prodotti relatati mad-difiża ma jkunx se jikkonforma mat-termini u mal-kundizzjonijiet stipulati fil-liċenzja tat-trasferiment.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jippubblikaw aktar liċenzji ġenerali għall-każijiet fejn ir-riskji għaż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà huma baxxi fid-dawl tan-natura tal-prodotti u r-reċipjenti.

(21) L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jippubblikaw liċenzji ġenerali għall-każijiet fejn ir-riskju għaż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà jkun baxx ħafna fid-dawl tan-natura tal-prodotti u r-reċipjenti.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Għall-applikazzjoni ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jibqgħu intitolati biex isegwu u jiżviluppaw aktar il-kooperazzjoni intergovernattiva attwali kif implimentata inter alia fl-Ittra ta' Intenzjoni.

(25) Għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jibqgħu intitolati biex isegwu u jestendu l-kooperazzjoni intergovernattiva b’mod sussegwenti, filwaqt li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-liġi hi eżempju wieħed biss ta' koperazzjoni intergovernattiva. Din id-direttiva m’għandhiex teffettwa lil kwalunkwe forma attwali jew sussegwenti ta’ koperazzjoni intergovernattiva.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex jikkumpensaw għas-sostituzzjoni progressiva ta’ kontroll ex-post ġenerali għal kontroll individwali ex-ante fl-Istat Membru ta’ l-oriġini tal-prodotti relatati mad-difiża, il-kundizzjonijiet għal fiduċja reċiproka għandhom jinħolqu fl-inklużjoni ta’ garanziji li jiżguraw li l-prodotti relatati mad-difiża ma jiġux esportati bi ksur tal-limitazzjonijiet ta’ esportazzjoni lil pajjiżi terzi.

(26) Sabiex jikkumpensaw għas-sostituzzjoni progressiva ta’ kontroll ex-post ġenerali għal kontroll individwali ex-ante fl-Istat Membru ta’ l-oriġini tal-prodotti relatati mad-difiża, il-kundizzjonijiet għal fiduċja reċiproka għandhom jinħolqu fl-inklużjoni ta’ garanziji li jiżguraw li l-prodotti relatati mad-difiża ma jiġux esportati bi ksur tal-limitazzjonijiet ta’ esportazzjoni lil pajjiżi terzi. Dan il-prinċipju għandu jiġi applikat ukoll f'każijiet fejn il-prodotti relatati mad-difiża jiġu trasferiti għal bosta drabi bejn l-Istati Membri qabel ma jiġu esportati lejn pajjiż terz.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun żgurat li, fejn prodott tad-difiża jkun ittrasferit diversi drabi bejn l-Istati Membri, il-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru jiġu osservati kif jixraq qabel ma l-prodott jiġi esportat barra mill-Komunità.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-Istati Membri jikkooperaw fil-qafas tal-Kodiċi ta’ l-Unjoni Ewropea ta' Kondotta għal Esportazzjonijiet ta' Armi, adottata mill-Kunsill fit-8 ta' Ġunju 1998, permezz ta’ applikazzjoni voluntarja tal-kriterji komuni kif ukoll notifika ta' rifjut u mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni fid-dawl ta’ żieda fil-konverġenza fl-applikazzjoni tal-politiki ta’ l-esportazzjoni tagħhom ta’ prodotti relatati mad-difiża lil pajjiżi terzi.

(27) L-Istati Membri jikkooperaw fil-qafas tal-Kodiċi ta’ l-Unjoni Ewropea ta' Kondotta għal Esportazzjonijiet ta' Armi, adottata mill-Kunsill fit-8 ta' Ġunju 1998, permezz ta’ applikazzjoni voluntarja tal-kriterji komuni kif ukoll notifika ta' rifjut u mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni fid-dawl ta’ żieda fil-konverġenza fl-applikazzjoni tal-politiki ta’ l-esportazzjoni tagħhom ta’ prodotti relatati mad-difiża lil pajjiżi terzi. L-Istati Membri jirriżervaw id-dritt li jirrifjutaw, jirtiraw jew jissospendu l-effett tal-liċenzji ta’ trasferiment lil ċerti fornituri jew reċipjenti jekk iqisu li dan ikun meħtieġ għall-iskopijiet ta’ koperazzjoni fil-qafas tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Unjoni Ewropea għall-Esportazzjoni tal-Armi.

Ġustifikazzjoni

Fl-1998, l-Istati Membri adottaw il-Kodiċi ta’ Kondotta volontarju Ewropew għall-Esportazzjoni tal-Armi. Fil-Kodiċi ta’ Kondotta, l-Istati Membri ftehmu dwar 8 kriterji li għandhom jitqiesu rigward it-trasferiment tal-armi konvenzjonali. Il-COREPER ftiehem dwar abbozz ta’ pożizzjoni komuni dwar il-Kodiċi fl-2005. Sfortunatament, madankollu, l-Istati Membri s’issa naqsu milli jilħqu ftehim finali dwar it-test. Biex il-Kodiċi ta’ Kondotta u l-Pożizzjoni Komuni dwar il-kontroll tas-sensarija tal-armi jkunu strumenti siewja fil-politika barranija, l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jirrifjutaw, jirtiraw jew jissospendu l-liċenzji tat-trasferiment jekk dan ikun meħtieġ biex jirrispettaw dawn il-kodiċijiet ta’ kondotta u impenji internazzjonali oħra relatati mal-kontroll tal-esportazzjoni.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Il-fornituri għandhom jinfurmaw lir-reċipjenti b’kull limitazzjoni marbuta mal-liċenzji ta’ trasferiment sabiex jippermettu li tinbena fiduċja reċiproka fl-abbiltà tar-reċipjenti li jirrispettaw limitazzjonijiet bħal dawn wara t-trasferiment, b'mod partikolari fil-każ ta' talba għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

(28) Il-fornituri għandhom jinfurmaw kemm lir-reċipjenti kif ukoll lill-awtoritajiet relevanti tal-Istat Membru fejn ikun ir-reċipjent b’kull limitazzjoni marbuta mal-liċenzji ta’ trasferiment sabiex jippermettu li tinbena fiduċja reċiproka fl-abbiltà tar-reċipjenti li jirrispettaw limitazzjonijiet bħal dawn wara t-trasferiment, b'mod partikolari fil-każ ta' talba għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Waħda mill-problemi ewlenin tal-kummerċ fi prodotti relatati mad-difiża hi li hu diffiċli għall-gvernijiet, għall-parlamenti u għall-NGOs sabiex ikunu jafu x’qed imur fejn. Sabiex tiżdied it-trasparenza u sabiex jonqos ir-riskju li l-armi jispiċċaw f’postijiet fejn mhux suppost jispiċċaw, l-Istati Membri għandhom ikunu infurmati dwar kwalunkwe limitazzjoni li jkun fihom il-liċenzji tat-trasferiment.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Huwa meħtieġ biex tinbena fiduċja reċiproka u fiduċja progressiva li l-Istati Membri jiddeterminaw biżżejjed miżuri effettivi biex jiżguraw l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva u b'mod partikolari dawk li jipprevedu biex il-kumpaniji jirrispettaw il-kriterji komuni ta' ċertifikazzjoni u limitazzjonijiet għal aktar użu ta' prodotti relatati mad-difiża trasferiti wara trasferiment.

(35) Huwa meħtieġ biex tinbena fiduċja reċiproka u fiduċja progressiva li l-Istati Membri jiddeterminaw biżżejjed miżuri effettivi, inklużi sanzjonijiet, biex jiżguraw l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari dawk li jipprevedu biex il-kumpaniji jirrispettaw il-kriterji komuni ta' ċertifikazzjoni u limitazzjonijiet għal aktar użu ta' prodotti relatati mad-difiża trasferiti wara trasferiment.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-kumpaniji ma jkunux jistgħu iduru mal-liġi tal-kontroll tal-esportazzjoni f'pajjiżhom stess billi jittrasferixxu l-prodott tagħhom madwar bosta Stati Membri qabel ma jesportawh barra l-UE, l-Istati Membri kollha għandhom jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi kontra kumpaniji li ma jirrispettawx id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) F'każijiet fejn Stat Membru ta' l-Oriġini kellu dubju raġjonevoli jekk reċipjent ta' ċertifikazzjoni kienx qed jirrispetta kull kundizzjoni mehmuża mal-liċenzja ta' trasferiment ġenerali, dan għandu mhux biss jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, imma jkun kapaċi wkoll proviżorjament jissospendi l-effetti tal-liċenzji tiegħu ta' trasferiment lil kumpanija simili wara li jkun qies ir-responsabbiltà għaż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà.

(36) F'każijiet fejn Stat Membru ta' l-Oriġini ma jkunx konvint li reċipjent ta' ċertifikazzjoni ikunx se jirrispetta l-kundizzjonijiet kollha mehmuża mal-liċenzja ta' trasferiment ġenerali, dan għandu mhux biss jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, imma jkun kapaċi wkoll proviżorjament jissospendi l-effetti tal-liċenzji tiegħu ta' trasferiment lil kumpanija simili wara li jkun qies ir-responsabbiltà għaż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-direttiva ma taffettwax il-politiki ta' esportazzjoni ta' l-Istati Membri.

2. Din id-Direttiva ma taffettwax id-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri dwar il-politika tal-esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Din id-Direttiva għandha tapplika bla ħsara għall-Artikoli 30 u 296 tat-Trattat.

Ġustifikazzjoni

Fl-interessi ta’ “leġiżlar aħjar”, dan l-artikolu għandu jirrifletti aħjar l-iskop tat-test, jiġifieri dak li qed jiġi indirizzat fit-test, u dak li mhux.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-possibilità li l-Istati Membri jsegwu u jestendu l-koperazzjoni intergovernattiva b’mod sussegwenti, filwaqt li jikkonformaw mal-prinċipji stipulati f’din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Fl-interessi ta’ “leġiżlar aħjar”, dan l-artikolu għandu jirrifletti aħjar l-iskop tat-test, jiġifieri dak li qed jiġi indirizzat fit-test, u dak li mhux.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-direttiva tapplika għal prodotti relatati mad-difiża.

1. Din id-Direttiva tapplika għall-prodotti relatati mad-difiża elenkati fl-Anness.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta attwali diġà tinkludi l-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża, u għaldaqstant hu mixtieq li ssir referenza għaliha.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva mutatis mutandis għal prodotti relatati mad-difiża apparti dawk inklużi fl-Anness, imma li t-trasferiment tagħhom fi ħdan il-Komunità joħloq riskji simili għaż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proposta attwali diġà tinkludi l-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta Stat Membru jagħmel użu tal-possibbiltà stabbilita fil-paragrafu 2, għandu jippubblika lista ta' dawk il-prodotti u jinforma lill-Kummissjoni u lil-Istati Membri l-oħra b'dan.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proposta attwali diġà tinkludi l-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) "prodott relatat mad-difiża" ifisser kull prodott imfassal speċifikament għal użu militari u mniżżel fl-Anness;

(1) "prodott relatat mad-difiża" ifisser kull prodott imniżżel fl-Anness;

Ġustifikazzjoni

Il-proposta attwali diġà tinkludi l-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) "trasferiment" ifisser kull trażmissjoni ta' prodott relatat mad-difiża lil reċipjent fi Stat Membru ieħor fil-kuntest ta' tranżazzjoni kummerċjali;

(2) “trasferiment" ifisser kull ċaqliq jew trażmissjoni bi kwalunkwe mezz ta' prodott relatat mad-difiża lil reċipjent fi Stat Membru ieħor;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni hi aktar kompluta.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) "liċenzja ta' l-esportazzjoni" ifisser awtorizzazzjoni biex prodotti relatati mad-difiża jiġu fornuti lil reċipjent f'pajjiż terz.

(6) "liċenzja ta' l-esportazzjoni" ifisser awtorizzazzjoni biex prodotti relatati mad-difiża jiġu fornuti lil persuna ġuridika jew fiżika fi kwalunkwe pajjiż terz.

Ġustifikazzjoni

It-terminu “reċipjent” huwa definit bħala persuna ġuridika jew fiżika stabbilita fil-Komunità.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. It-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża bejn l-Istati Membri għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel. Ebda awtorizzazzjoni oħra minn Stati Membri oħra ma għandha tkun meħtieġa għat-tranżitu mill-Istati Membri jew għall-importazzjoni fi Stati Membri oħra tal-prodotti relatati mad-difiża mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-ħarsien ta' l-ordni pubbliku bħas-sigurtà tat-trasport.

1. It-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża bejn l-Istati Membri għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel ħlief fejn il-liġi nazzjonali applikabbli tipprevedi li ebda awtorizzazzjoni ta’ dan it-tip ma tkun meħtieġa. Ebda awtorizzazzjoni oħra minn Stati Membri oħra ma għandha tkun meħtieġa għat-tranżitu mill-Istati Membri jew għall-importazzjoni fi Stati Membri oħra tal-prodotti relatati mad-difiża mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-ħarsien ta' l-ordni pubbliku bħas-sigurtà tat-trasport.

Ġustifikazzjoni

Xi Stati Membri ma jirrikjedux liċenzja f’ċerti każijiet – bħalma huma t-transferimenti magħmula mill-gvern. Għal skopijiet ta’ kompletezza, is-sett sħiħ ta’ eżenzjonijiet għandu jkun indikat, anke dawk għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew sigurtà pubblika kif stipulat fl-Artikolu 30. Dan ikopri sitwazzjonijiet li mhumiex koperti mit-test tal-Kummissjoni bħalma huma t-tranżitu, fejn in-natura tal-prodotti u d-destinazzjoni finali tagħhom tista’ tqajjem tħassib, jew pereżempju l-importazzjoni ta’ armi tan-nar.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-fornituri stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom liċenzji ta' trasferiment ġenerali, globali jew individwali.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri li jixtiequ jittrasferixxu prodotti relatati mad-difiża mit-territorji rispettivi tagħhom ikunu jistgħu japplikaw għal liċenzji globali jew individwali. L-Istati Membri għandhom ukoll jippubblikaw liċenzji ġenerali.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandu jkollhom ir-responsabilità sħiħa għall-approvazzjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji. Il-liċenzji ġenerali huma ppubblikati, mhux mogħtija.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jagħżlu t-tip ta' liċenzja għal prodotti relatati mad-difiża jew kategoriji ta' prodotti relatati mad-difiża konċernati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u l-Artikoli 5, 6 u 7.

3. L-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu t-tip ta' liċenzja għal prodotti relatati mad-difiża jew kategoriji ta' prodotti relatati mad-difiża konċernati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u l-Artikoli 5, 6 u 7. B’mod partikulari, l-Istati Membri jistgħu jiġġustifikaw il-fatt li ma jagħtux liċenzja ġenerali jew globali jew li jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe liċenzja bħal din f’kull każ għar-raġunijiet stipulati fl-Artikolu 7.

Ġustifikazzjoni

Għal skopijiet ta’ ċarezza u tar-responsabilità tal-Istati Membri, dan jiżgura li f’ċirkustanzi fejn il-liċenzja individwali tista’ tingħata b’mod leġittimu, kif stipulat fl-Artikolu 7, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħtu liċenzja ġenerali jew globali.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet għal liċenzji ta' trasferiment, b'mod partikolari kull limitazzjoni dwar l-esportazzjoni ta' prodotti relatati mad-difiża lil reċipjenti f'pajjiżi terzi, wara li jkunu kkunsidraw ir-riskji għaż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà li jinħolqu bit-trasferiment. L-Istati Membri jistgħu jsewgu u jestendu l-kooperazzjoni intergovernattiva eżistenti sabiex jiksbu l-għanijiet ta' din id-direttiva.

4. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet kollha għal liċenzji ta' trasferiment, fosthom kull limitazzjoni dwar l-esportazzjoni ta' prodotti relatati mad-difiża lil reċipjenti f'pajjiżi terzi, wara li jkunu kkunsidraw ir-riskji għaż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà li jinħolqu bit-trasferiment, u bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll taċ-ċertifikati għall-utent aħħari.

Meta jistipulaw dan it-tip ta’ limitazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu kas partikolari tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Unjoni Ewropea tal-Esportazzjoni tal-Armi u tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/486/CFSP dwar il-kontroll tas-sensarija tal-armi. L-Istati Membri jistgħu jsewgu u jestendu l-kooperazzjoni intergovernattiva b’mod sussegwenti sabiex jiksbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva.

1ĠU L 156, 25.6.2003, p. 79.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Ħlief fejn l-Istati Membri jikkunsidraw li t-trasferiment tas-sottosistemi jew komponenti huwa sensittiv, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jimponu limitazzjonijiet ta' l-esportazzjoni għal tali sottosistemi jew komponenti jekk ir-reċipjent jipprovdi dikjarazzjoni ta' l-użu li tiddikjara li s-sottosistemi jew komponenti soġġetti għal dik il-liċenzja ta' trasferiment huma integrati fil-prodotti tiegħu u għalhekk fi stadju aktar tard ma jistgħux jiġu trasferiti jew esportati.

6. Ħlief fejn l-Istati Membri jikkunsidraw li t-trasferiment tas-sottosistemi jew komponenti huwa sensittiv, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jimponu limitazzjonijiet ta' l-esportazzjoni għal tali sottosistemi jew komponenti jekk ir-reċipjent jipprovdi dikjarazzjoni ta' l-użu li tiddikjara li s-sottosistemi jew komponenti soġġetti għal dik il-liċenzja ta' trasferiment huma integrati fil-prodotti tiegħu b’tali mod li jżommhom milli jiġu trasferiti jew esportati aktar ‘il quddiem.

Ġustifikazzjoni

Min jirċievi l-prodotti għandu jiddikjara li s-sottosistemi jew il-komponenti soġġetti għal dik il-liċenzja ta' trasferiment huma integrati fil-prodotti tiegħu b'tali mod li ma jippermettilhomx li jiġu ttrasferiti jew saħansitra esportati bħala tali lejn pajjiż terz aktar 'il quddiem.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 - paragrafu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Meta reċipjent ikollu l-ħsieb li jirritorna prodott relatat mad-difiża lill-fornitur għal skopijiet ta’ tiswija jew manutenzjoni, jew minħabba difetti li jkun fih il-prodott, it-trasferiment lill-fornitur għandu jkun permess fuq il-bażi tal-liċenzja tat-trasferiment magħmula għall-ewwel trasferiment tal-prodott mingħand il-fornitur għal għand ir-reċipjent, u skont it-termini u l-kundizzjonijiet tagħha. Madankollu, fi żmien xieraq qabel ma jsir it-trasferiment, ir-reċipjent għandu javża lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li mit-territorju tiegħu se jiġi trasferit il-prodott dwar l-intenzjoni li jsir it-trasferiment tal-prodott. Din in-notifika għandha tindika r-raġuni għat-trasferiment u għandha tinkludi kwalunkwe provi ta’ dan.

 

Ladarba l-prodott ikun issewwa, jew ladarba tkun saret il-manutenzjoni jew ikun tneħħa d-difett, it-trasferiment sussegwenti mill-fornitur għal għand ir-reċipjent għandu jitħalla jsir fuq il-bażi tal-liċenzja ta' trasferiment maħruġa għall-ewwel trasferiment tal-prodott mingħand il-fornitur għal għand ir-reċipjent.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ir-reċipjent huwa parti mill-forzi armati ta' Stat Membru;

(a) ir-reċipjent huwa parti mill-forzi armati jew aġenzija oħra tal-gvern ta' Stat Membru;

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun possibbli skont il-liċenzji ġenerali, jekk ikun meħtieġ, li jiġu fornuti prodotti relatati mad-difiża lil istituzzjonijiet tal-gvern li ma jkunux parti mill-forzi armati.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) it-trasferiment jinvolvi it-trasferiment tal-prodott relevanti relatat mad-difiża, jew id-data relevanti dwar il-prodott, lura lejn l-Istat Membru minn fejn joriġina sal-limitu taż-żmien determinat minn qabel għall-iskop waħdieni ta’ riċerka tal-prodotti jew dimostrazzjoni jew wiri tal-prodott relatat mad-difiża.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun possibbli t-trasferiment lejn Stati Membri ta' prodotti relatati mad-difiża għal dimostrazzjoni biss, u t-trasferiment lura lejn il-pajjiż minn fejn joriġinaw, għal perjodu limitat.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw it-termini u l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni qabel l-ewwel użu ta’ liċenzja ġenerali, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-liċenzji ġenerali għandhom ikunu ppubblikati fuq bażi ex ante. Il-fornituri għaldaqstant ma jkollhomx għalfejn jistaqsu lill-Istati Membri sabiex jagħtu liċenzja biex jittrasferixxu prodott li jkun inkluż fil-lista tal-liċenzji ġenerali. Fiċ-ċirkostanzi jkun xieraq li, qabel l-ewwel użu ta’ liċenzja ġenerali, l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu għall-possibilità ta’ reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jagħtu liċenzji globali ta' trasferiment lil fornitur individwali wara talba minnu għal awtorizzazzjoni ta' trasferiment wieħed jew għadd ta' trasferimenti ta' prodott relatat mad-difiża wieħed jew aktar lil reċipjent wieħed jew aktar fi Stat Membru ieħor.

1. L-Istati Membri għandhom jagħtu liċenzji globali ta' trasferiment lil fornitur individwali, bil-kundizzjoni li jkun hemm konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet marbutin magħhom u meta ssir talba mill-fornitur, għal awtorizzazzjoni ta' trasferiment wieħed jew għadd ta' trasferimenti ta' prodott relatat mad-difiża wieħed jew aktar lil reċipjent wieħed jew aktar fi Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali. Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-awtonomija tal-Istati Membri fl-istipular ta' termini u kundizzjonijiet li jridu jissodisfaw il-kumpaniji biex jiksbu l-liċenzji.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Article 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Liċenzja globali ta' trasferiment għandha tkun valida għal perjodu ta' 3 snin mill-anqas.

Liċenzja globali ta' trasferiment għandha tkun valida għal perjodu ta' 3 snin mill-anqas, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(7) u l-Artikolu 15.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – test introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jagħtu liċenzji individwali ta' trasferiment lil fornitur individwali fuq talba li ssir minnu għal awtorizzazzjoni ta' trasferiment wieħed ta' prodotti relatati mad-difiża lil reċipjenti wieħed, f'wieħed mill-każijiet li ġejjin biss:

L-Istati Membri għandhom jagħtu liċenzji individwali ta' trasferiment lil fornitur individwali, bil-kundizzjoni li jkun hemm konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom u fuq talba tal-fornitur, għal awtorizzazzjoni ta' trasferiment wieħed ta' prodotti relatati mad-difiża lil reċipjent wieħed, f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali. Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-awtonomija tal-Istati Membri fl-istipular ta' termini u kundizzjonijiet li jridu jissodisfaw il-kumpaniji biex jiksbu l-liċenzji.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 - punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fejn hi meħtieġa għal konformità ma' l-obbligi u l-impenji ta' l-Istati Membri taħt is-sistemi internazzjonali ta' nuqqas ta' proliferazzjoni relevanti, arranġamenti ta' kontroll ta' l-esportazzjoni jew trattati.

(c) fejn hi meħtieġa għal konformità ma' l-obbligi u l-impenji internazzjonali ta' l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Il-frażi “L-obbligi u l-impenji internazzjonali” hi usa’ mit-test oriġinali, u tinkludi “sistemi internazzjonali relevanti ta’ non-proliferazzjoni, arranġamenti jew trattati ta' kontroll fuq l-esportazzjoni.” Bit-test propost, l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jużaw liċenzji individwali sabiex jissodisfaw l-obbligi u l-impenji internazzjonali kollha (inklużi dawk bilaterali) minflok sempliċiment dawk speċifiċi msemmija fit-test oriġinali.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-prodotti relatati mad-difiża jinfurmaw lir-reċipjenti bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja ta' trasferiment relatata ma' l-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-prodotti relatati mad-difiża jinfurmaw lir-reċipjenti bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja ta' trasferiment, inklużi l-limitazzjonijiet, relatati mal-użu aħħari, it-trasferiment mill-ġdid jew l-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża. Rigward il-limitazzjonijiet għat-trasferiment jew għat-trasferiment mill-ġdid ta’ prodotti relatati mad-difiża, l-Istat Membru li jagħti l-liċenzja għandu jinforma lill-Istat Membru fejn ikun jinsab ir-reċipjent dwar it-termini, il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha tal-liċenzja tat-trasferiment.

Ġustifikazzjoni

Waħda mill-problemi ewlenin tal-kummerċ fi prodotti relatati mad-difiża hi li hu diffiċli għall-gvernijiet, għall-parlamenti u għall-NGOs sabiex ikunu jafu x’qed imur fejn. Sabiex tiżdied it-trasparenza u sabiex jonqos ir-riskju li l-armi jispiċċaw f’postijiet fejn mhux suppost jispiċċaw, l-Istati Membri għandhom ikunu infurmati dwar kwalunkwe limitazzjoni li jkun fihom il-liċenzji tat-trasferiment.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-intenzjoni tagħhom li jużaw liċenzja ġenerali ta' trasferiment għall-ewwel darba.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien raġonevoli bl-intenzjoni tagħhom li jużaw liċenzja ġenerali ta' trasferiment għall-ewwel darba.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jżommu reġistri dettaljati tat-trasferimenti tagħhom, skond il-prattiċi fis-seħħ fl-Istat Membru rispettiv. Reġistri simili għandhom jinkludu dokumenti kummerċjali li fihom l-informazzjoni li ġejja:

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw u jiċċekkjaw b’mod regolari li l-fornituri jżommu reġistri dettaljati u kompluti tat-trasferimenti tagħhom, skond il-prattiċi fis-seħħ fl-Istat Membru rispettiv. Dan it-tip ta’ reġistri għandhom jinkludu dokumenti kummerċjali li fihom l-informazzjoni li ġejja:

(a) id-deskrizzjoni tal-prodott relatat mad-difiża;

(a) id-deskrizzjoni tal-prodott relatat mad-difiża u r-referenza għalih fis-CML;

(b) il-kwantità tal-prodott relatat mad-difiża u d-dati tat-trasferiment;

(b) il-kwantità u l-valur tal-prodott relatat mad-difiża u d-dati tat-trasferiment;

(c) l-isem u l-indirizz tal-fornituri u tar-reċipjent;

(c) l-isem u l-indirizz tal-fornitur u tar-reċipjent, kif ukoll il-provi taċ-ċertifikazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 9;

 

(ca) l-isem u l-indirizz tal-kumpanija responsabbli għat-trasferiment tal-prodott, jekk din ma tkunx il-fornitur jew ir-reċipjent;

(d) fejn magħruf, l-użu aħħari u l-persuna li qed tagħmel użu aħħari tal-prodott relatat mad-difiża.

(d) fejn magħruf, l-użu aħħari u l-persuna li qed tagħmel użu aħħari tal-prodott relatat mad-difiża.

(e) prova li l-informazzjoni dwar il-limitu ta' esportazzjoni mehmuż ma' liċenzja ta' trasferiment ġiet trażmessa lil reċipjent ta' prodotti relatati mad-difiża.

(e) prova li l-informazzjoni dwar il-limitu ta' esportazzjoni mehmuż ma' liċenzja ta' trasferiment ġiet trażmessa lir-reċipjent ta' prodotti relatati mad-difiża.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet snin mill-aħħar tas-sena li fiha seħħ it-trasferiment. Meta mitluba dawn għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur.

4. Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinżammu għal mill-inqas ħames snin mill-aħħar tas-sena li fiha jkun sar it-trasferiment. Ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jingħataw fuq bażi annwali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ fejn ikun jinsab il-fornitur u r-reċipjent rispettivament.

Ġustifikazzjoni

Waħda mill-problemi ewlenin tal-kummerċ fi prodotti relatati mad-difiża hi li hu diffiċli għall-gvernijiet, għall-parlamenti u għall-NGOs sabiex ikunu jafu x’qed imur fejn. Sabiex tiżdied it-trasparenza u sabiex jonqos ir-riskju li l-armi jispiċċaw f’postijiet fejn m'għandhomx jispiċċaw, il-fornituri għandhom jgħaddu d-data msemmija f’paragrafu 3 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsab il-fornitur.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 - paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reċipjenti jżommu rekords dettaljati u kompluti li jkunu rċevew prodotti relatati mad-difiża, liema rekords ikun fihom it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 3, skont il-prattika f’kull Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Waħda mill-problemi ewlenin tal-kummerċ fi prodotti relatati mad-difiża hi li hu diffiċli għall-gvernijiet, għall-parlamenti u għall-NGOs sabiex ikunu jafu x’qed imur fejn. Sabiex tiżdied it-trasparenza u sabiex jonqos ir-riskju li l-armi jispiċċaw f’postijiet fejn m'għandhomx jispiċċaw, ir-reċipjenti għandhom jgħaddu d-data msemmija fil-paragrafu 8 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsab ir-reċipjent.

 

 

 

 

 

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) esperjenza bil-provi u reputazzjoni fl-attivitajiet tad-difiża, b'mod partikolari bl-awtorizzazzjoni għall-produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti relatati mad-difiża u bl-impjegar ta' persunal maniġerjali bl-esperjenza;

(a) esperjenza bil-provi u reputazzjoni fl-attivitajiet tad-difiża, b'mod partikolari bl-awtorizzazzjoni għall-produzzjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti relatati mad-difiża u bl-impjegar ta' persunal maniġerjali bl-esperjenza;

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) impenn bil-miktub mill-kumpanija iffirmat minn uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt c), li l-kumpanija tiegħu se tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tosserva u tinforza l-kundizzjonijiet speċifiċi kollha relatati ma' l-użu aħħari u esportazzjoni ta' kull komponent jew prodott li jasal;

(d) impenn bil-miktub mill-kumpanija, iffirmat minn uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt (c), li l-kumpanija se tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tosserva u tinforza l-kundizzjonijiet speċifiċi kollha relatati mal-użu aħħari, mat-trasferiment mill-ġdid u ma' l-esportazzjoni ta' kull komponent jew prodott speċifiku li jasal, u li se tqis il-koperazzjoni fil-qafas tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Unjoni Ewropea għall-Esportazzjoni tal-Armi;

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn jiġi żgurat li l-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni jkunu osservati u infurzati mhux biss fl-ewwel Stat Membru li jirċievi, iżda meta l-prodotti jiġu trasferiti minn bosta Stati Membri, dan għandu jseħħ f'kollha kemm huma. Għalhekk l-informazzjoni għandha tgħaddi minn Stat Membru għall-ieħor u tiġi osservata f'kull wieħed.

 

 

 

 

 

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) impenn bil-miktub mill-kumpanija iffirmat minn uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt c), biex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom informazzjoni dettaljata bi tweġiba għal talbiet jew mistoqsijiet rigward utenti aħħarija jew użu aħħari tal-prodotti esportati, trasferiti jew li jaslu taħt liċenzja ta' trasferiment minn Stat Membru ieħor mill-kumpanija;

(e) impenn bil-miktub mill-kumpanija iffirmat minn uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt c), biex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom informazzjoni dettaljata bi tweġiba għal talbiet jew mistoqsijiet rigward utenti aħħarija jew użu aħħari tal-prodotti esportati, trasferiti jew li jaslu taħt liċenzja ta' trasferiment ġenerali minn Stat Membru ieħor mill-kumpanija;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali. Iċ-ċertifikazzjoni hija relevanti biss fil-każ ta' liċenzja ta' trasferiment ġenerali.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-għanijiet tal-punt (d), il-perjodu taċ-ċertifikat fi kwalunkwe każ ma għandux jaqbeż il-ħames snin.

Għall-għanijiet tal-punt (d), il-perjodu taċ-ċertifikat fi kwalunkwe każ ma għandux jaqbeż tliet snin.

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu ta' tliet snin se jwassal għal aktar responsabilità fil-proċess taċ-ċertifikazzjoni.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom regolarment jissorveljaw il-konformità tar-reċipjent mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, u ma' kull kundizzjoni mehmuża maċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 4.

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom regolarment jissorveljaw il-konformità tar-reċipjent mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 mill-inqas darba kull tliet snin, u ma' kull kundizzjoni mehmuża maċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 4.

Ġustifikazzjoni

Kunċett bażiku ta’ din il-proposta hu li l-fornituri u l-Istati Membri fejn ikunu l-fornituri jkunu jistgħu iserrħu rashom li r-reċipjenti ċertifikati jkunu ssodisfaw il-kriterji u l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’din id-Direttiva. Is-suċċess ta’ suq Ewropew għall-prodotti tad-difiża għaldaqstant jiddependi fil-parti l-kbira fuq monitoraġġ bir-reqqa u regolari ta’ dawn ir-reċipjenti mill-Istat Membru konċernat.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Article 9 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u jaġġornaw regolarment il-lista ta' reċipjenti ċertifikati u jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

8. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u jaġġornaw regolarment il-lista ta' reċipjenti ċertifikati u jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

Emenda 49

Proposta għal direttiva

Article 9 – paragrafu 8 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq il-Websajt tagħha.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku reġistru ċentrali ta' reċipjenti ċċertifikati mill-Istati Membri fuq il-Websajt tagħha, filwaqt li tikkunsidra s-sensittività tal-informazzjoni u tosserva l-leġiżlazzjoni applikabbli relatata mas-sigurtà tal-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Meta tqiegħed informazzjoni għad-disponibilità tal-pubbliku fuq il-Websajt tagħha, il-Kummissjoni għandha żżomm f'moħħha li dik l-infomazzjoni dwar reċipjenti ċċertifikati tista' tkun sensittiva.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reċipjenti tal-prodotti relatati mad-difiża, meta japplikaw għal liċenzja ta' esportazzjoni, jikkonfermaw ma' l-awtoritajiet kompetenti, f'każijiet fejn prodotti simili jaslu taħt liċenzja ta' trasferiment minn Stat Membru ieħor ikollhom limitazzjonijiet ta' l-esportazzjoni mehmuża magħhom, li t-termini ta' dawk il-limitazzjonijiet ġew rispettati.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reċipjenti tal-prodotti relatati mad-difiża, meta japplikaw għal liċenzja ta' esportazzjoni, jagħtu prova, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, f'każijiet fejn prodotti simili jaslu taħt liċenzja ta' trasferiment minn Stat Membru ieħor ikollhom limitazzjonijiet ta' l-esportazzjoni mehmuża magħhom, li t-termini ta' dawk il-limitazzjonijiet ġew rispettati. L-Istati Membri għandu jkollhom ir-riżorsi meħtieġa u jkunu jistgħu jivverifikaw il-konformità mal-limitazzjonijiet fuq l-esportazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, ladarba tkun saret l-esportazzjoni, ir-reċipjenti tal-prodotti marbuta mad-difiża jikkonfermaw lill-awtoritajiet kompetenti li kien hemm konformità mal-limitazzjonijiet fuq l-esportazzjoni, u jipprovdu l-provi relevanti ta’ dan.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi evitat in-nuqqas ta' sigurtà u forsi l-proċeduri ta' ksur tal-liġi.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn il-kunsens mill-Istat Membru ta' l-Oriġini għall-esportazzjoni kontemplata hija meħtieġa, imma ma tkunx inkisbet, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ma' l-Istat Membru ta' l-Oriġini.

2. Fejn l-approvazzjoni mill-Istat Membru ta' l-Oriġini għall-esportazzjoni kontemplata tkun intalbet minn reċipjent wieħed jew aktar, imma tkun għadha ma ngħatatx, l-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw ma' l-Istat Membru ta' l-Oriġini. Wara din il-konsultazzjoni, jekk Stat Membru ma jiksibx l-approvazzjoni mitluba għal din l-esportazzjoni mill-Istat Membru tal-oriġini, l-esportazzjoni m'għandhiex issir. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati b’dan.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi evitata l-inċertezza u forsi l-proċeduri ta' ksur tal-liġi.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10a

Koperazzjoni amministrattiva

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati miżuri xierqa ta’ kontroll biex jiġi vverifikat li jkun hemm konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzji tat-trasferiment kemm mill-fornitur kif ukoll mir-reċipjent. Bla ħsara għall-applikazzjoni tal-penali u ta’ miżuri oħra stipulati fl-Artikolu 15a, f’każijiet fejn trasferiment ta' prodotti marbuta mad-difiża jinstab li jikkostitwixxi ksur ta' dawn it-termini u kundizzjonijiet minn Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandhom jinfurmaw immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor, jew l-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 b (ġdid) – qabel il-Kapitolu IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10b

 

Trasparenza

 

L-Istati Membri jistgħu jippubblikaw informazzjoni relevanti u mhux kunfidenzjali kif jipprevedi dan il-Kapitolu.

Ġustifikazzjoni

It-trasparenza f'dan il-qasam hija element importanti ħafna. Trasferimenti u trasferimenti mill-ġdid intra-Komunitarji jagħmluha aktar diffiċli biex wieħed ikun jaf fejn jispiċċaw ċerti prodotti relatati mad-difiża. Għalhekk ikun aħjar jekk l-Istati Membri jżidu t-trasparenza billi jippubblikaw l-informazzjoni (mhux kunfidenzjali) li jirċievu mill-fornituri u l-informazzjoni dwar il-proċess ta' ċertifikazzjoni u l-limitazzjonijiet ta' esportazzjoni. Dan ikabbar l-iskrutinju parlamentari u pubbliku.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kooperazzjoni doganali

Il-proċeduri doganali

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-informazzjoni relevanti dwar il-limitazzjoni ta' l-esportazzjoni lil pajjiżi terzi rigward prodotti relatati mad-difiża inklużi fil-liċenzja ta' trasferiment, ma ġewx meqjusa meta ngħatat il-liċenzja ta' esportazzjoni;

(a) l-informazzjoni relevanti ma ġietx meqjusa meta ngħatat il-liċenzja ta' esportazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Tirrefletti t-test tal-użu doppju tar-Regolament.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15a

Penali

 

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw l-infurzar tajjeb tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

 

2. L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b'mod partikulari fil-każ li tiġi pprovduta informazzjoni falza jew mhux kompluta rigward il-konformità mal-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni marbuta ma' liċenzja tat-trasferiment. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

 

 

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rappurtar

Reviżjoni u rappurtar

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha, billi tibda mhux aktar tard minn [5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva], tissottometti regolarment rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-direttiva u l-impatt tagħha fuq l-iżviluppi tas-suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża u l-Bażi Ewropea Industrijali u Teknoloġija tad-Difiża, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva, fejn jixraq.

2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-iffunzjonar ta’ din id-Direttiva u tagħmel rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa [5 snin wara d-data tat-traspożizzjoni]. Hi għandha tevalwa b’mod partikulari jekk ikunux intlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva, u sa liema punt. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni tal-Artikoli 9 sa 12 u l-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva, u għandha tevalwa l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq l-iżvilupp ta’ suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża u bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea, filwaqt li tqis, fost aspetti oħra, il-qagħda tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Rapporteur tilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta għal Direttiva dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità bħala parti mill-pakkett tal-Kummissjoni dwar id-difiża, flimkien ma’ prosposta għal Direttiva dwar l-akkwist fis-settur tad-difiża u Komunikazzjoni dwar il-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża.

Bħalissa jeżistu 27 suq nazzjonali tat-tagħmir tad-difiża li mhumiex koordinati tajjeb u li huma karatterizzati mid-duplikazzjoni u mill-użu ineffiċjenti tar-riżorsi. Mhux biss ħafna mill-akkwist hu organizzat fuq bażi nazzjonali, iżda anke it-trasferiment, it-tranżitu u l-importazzjoni tat-tagħmir militari fi ħdan l-UE. L-issimplifikar propost tal-iskemi tal-liċenzjar nazzjonali għal trasferimenti ta’ tagħmir tad-difiża fi ħdan is-suq intern hu prekundizzjoni meħtieġa għall-iżvilupp ta’ Suq Ewropew tat-Tagħmir tad-Difiża (European Defence Equipment Market - EDEM) u industrija Ewropea tad-difiża li tkun kompetittiva fil-livell internazzjonali. L-issimplifikar tat-trasferimenti intra-Komunitarji tat-tagħmir tad-difiża se jtejjeb is-sigurtà tal-provvista għall-Istati Membri filwaqt li jnaqqas il-piż amministrattiv billi jintroduċi kundizzjonijiet li jippermettu fokus aħjar fuq l-aktar trasferimenti importanti.

Għalkemm ir-Rapporteur tilqa’ l-proposta pożittivament, hi tal-fehma li hemm lok għal aktar titjib. Għaldaqstant tipproponi emendi fl-aspetti li ġejjin:

Infurzar u Reviżjoni

Jeħtieġ ikun hemm kontroll strett sabiex l-armi u l-prodotti relatati mal-armi ma jispiċċawx, b’mod ġenerali, f'zoni ta' kunflitt. Ir-Rapporteur tenfasizza li l-esportazzjoni mill-ġdid lejn pajjiżi terzi m'għandhiex isseħħ f'każijiet fejn l-Istat Membru ta' oriġini ma jagħtix l-approvazzjoni tiegħu f’dan ir-rigward. Ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni mill-ġdid mill-Istat Membru ta’ oriġini m'għandhom fl-ebda ċirkostanza jiġu injorati mir-reċipjenti tat-trasferimenti.

Ir-Rapporteur tqis li s-sanzjonijiet li għandhom jiġu applikati f’każijiet ta’ ksur tal-kundizzjonijiet tal-liċenzji jeħtieġ jiġu stipulati f’aktar dettall. B’mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li, meta jseħħ b’mod internazzjonali, il-ksur tal-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża hu reat kriminali. Dan jipprovdi l-Istati Membri b’aktar assikurazzjoni li rimedju effettiv huwa possibbli f’każijiet fejn ir-restrizzjonijiet tal-esportazzjoni mill-ġdid tal-liċenzji tat-trasferiment ma jiġux rispettati. Barra minn hekk, dan iżid il-fiduċja tal-Istati Membri fis-sistema. L-Istati Membri se jiġu obbligati jiċċekkjaw li l-fornituri jżommu rekords dettaljati tat-trasferimenti tagħhom.

Ir-Rapporteur semmiet li din il-proposta hi l-ewwel pass lejn it-tisħiħ tar-regoli tas-suq intern f’qasam importanti ħafna tas-sovranità tal-Istati Membri. Għandha titqies bħala “proġett pilota” li jista’ jkun is-suġġett ta’ aktar korrezzjonijiet u modifiki fejn il-miżuri proposti jonqsu milli jiksbu l-objettivi ta’ din id-Direttiva. Għaldaqstant, ir-Rapporteur tissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni komprensiva tal-implimentazzjoni tad-Direttiva ħames snin wara li d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Jekk ikun meħtieġ, l-evalwazzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tkun emendata d-Direttiva.

Ir-Rapporteur hi tal-opinjoni li l-iżvilupp tal-EDEM se jiddependi ħafna fuq kemm l-implimentazzjoni ta’ din il-proposta se tirriżulta fit-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri. Għaldaqstant, l-evalwazzjoni għandha tiffoka b’mod partikolari fuq l-impatt tad-Direttiva dwar il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri.

L-Interessi tal-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju

Is-sistema ta’ ċertifikazzjoni, l-element ċentrali tas-sistema tal-liċenzji proposta, għandha t-tendenza li tkun immirata lejn il-ħtiġijiet ta’ kumpaniji aktar kbar, u tista’ tirriżulta fi żvantaġġ kompetittiv għall-SMEs. Filwaqt intrapriżi akbar jistgħu jagħżlu ċ-ċertifikazzjoni biex jiksbu liċenzji ġenerali, il-proċess taċ-ċertifikazzjoni hu għoli u tqil wisq għal intrapriżi iżgħar.

Il-kumpaniji kollha se jibbenefikaw mid-dispożizzjoni li bħala regola ġenerali, ma jkunx hemm ħtieġa ta' liċenzja għal trasferimenti ta’ sottosistemi jew komponenti li jkunu integrati f’sistemi ta’ armamenti u li ma jistgħux jiġu trasferiti jew esportat aktar tard. Jista’ jkun li hemm numru konsiderevoli ta’ SMEs fost il-produtturi tas-sottosistemi u tal-komponenti li se jibbenefikaw minn din id-dispożizzjoni. Madankollu, din id-dispożizzjoni weħidha ma tistax tikkumpensa l-fatt li s-sistema tal-liċenzji għandha t-tendenza li tiffavorixxi kumpaniji akbar. Biex ikun żgurat li d-direttiva ma twassalx għal telf relattiv fil-kompetittività għall-SMEs meta mqabbla ma’ kumpaniji akbar, ir-Rapporteur tipproponi li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-impatt tad-Direttiva wara ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha għandha tinkludi evalwazzjoni tal-impatt tad-Direttiva fuq l-SMEs.

Kjarifika legali

Ir-Rapporteur isemmi li diversi partijiet tal-proposta jeħtieġu kjarifika biex jipprovdu aktar ċarezza legali. Hi tissuġġerixxi li l-impenji internazzjonali tal-Istati Membri li jiġġustifikaw l-użu ta’ liċenzji individwali m’għandhomx jiġu definiti permezz ta’ lista enumerattiva iżda permezz ta’ referenza ġenerali għal "L-obbligi u l-impenji internazzjonali tal-Istati Membri". Ir-rakkomandazzjonijiet tagħha jinkludu wkoll għadd ta’ kjarifiki relatati mal-obbligi tal-fornituri ta’ tagħmir tad-difiża.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (12.9.2008)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità
(COM(2007)0765 – C6‑0468/2007 – 2007/0279(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Angelika Beer

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1)  B'mod ġenerali, l-opinjoni tappoġġja b'mod qawwi s-simplifikazzjoni tar-regoli li jirregolaw it-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità Ewropea, kif propost mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' direttiva.

a)  L-implimentazzjoni ta' dan l-istrument se tneħħi piż amministrattiv mhux neċessarju minn fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri, u toħloq kundizzjonijiet sabiex tingħata aktar attenzjoni lill-każijiet l-aktar importanti ta' trasferimenti minflok dawk li jiġu approvati fuq bażi ta' rutina.

b)  Riżultat tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u dik dwar l-akkwisti fid-difiża, huma mistennija żviluppi pożittivi fis-suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża u fil-bażi industrijali u teknoloġika Ewropea tad-difiża.

c)  L-inklużjoni ta' limitazzjonijiet fuq l-esportazzjoni u miżuri ta' salvagwardja fil-proposta tal-Kummissjoni hija opportuna, b'mod partikolari fir-rigward tar-riskji għall-preservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tal-paċi, tas-sigurtà u tal-istabilità li jinħolqu meta possibilment isseħħ esportazzjoni lejn pajjiż terz.

2)  Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin madankollu jenfassizza dawn l-affarijiet li huma ta' tħassib:

a) Bħal ma sar qabel f'bosta riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, huwa rakkomandat b'mod qawwi li s-simplifikazzjoni tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità ssir fl-istess waqt li b'mod parallel il-Kodiċi ta' Kondotta tal-Unjoni Ewropea dwar l-Esportazzjonijiet tal-Armi jinbidel fi strument li jorbot legalment. Il-Kunsill għaldaqstant huwa mfakkar li hu urġenti li l-imsemmi Kodiċi jsir Pożizzjoni Komuni tal-UE qabel din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.

b) Irid ikun hemm kontroll strett sabiex l-armi u l-prodotti relatati mal-armi ma jispiċċawx f'zoni ta' kunflitt b'mod ġenerali.

c) Waqt missjonijiet tal-ESDP, ikun inaċċettabbli li jkun hemm ir-riskju li dawn il-missjonijiet jiġu wiċċ imbwiċċ ma' armi li jkunu ġejjin mill-Unjoni Ewropea u jiġu pperikolati minnhom (pereżempju fiċ-Chad)

3)  Dawn il-bidliet konkreti li ġejjin qed ikunu proposti bil-għan li tittejjeb id-direttiva finali:

a)  L-opinjoni tenfasizza li l-esportazzjoni mill-ġdid lejn pajjiż terz m'għandhiex isseħħ f'każijiet fejn l-Istat Membru tal-oriġini ma jagħtix il-kunsens tiegħu fir-rigward ta' dan. Tali rifjut ta' esportazzjoni mill-ġdid mill-Istat Membru tal-oriġini m'għandha fl-ebda ċirkostanza tiġi injorata minn min jirċievi t-trasferimenti (Emendi għall-Artikolu 10).

b)  Il-Kummissjoni għandha mhux biss tiġi infurmata iżda għandha wkoll tivverifika jekk l-applikazzjoni minn Stat Membru mutatis mutandis tal-Artikolu 2, paragrafu 2 (li jirreferi għal prodotti relatati mad-difiża li ma jkunux dawk elenkati fl-Anness għad-direttiva) tkun konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli (Emendi għall-Artikolu 2).

c)  Id-direttiva trid tkun implimentata b'mod armonizzat sabiex tkun żgurata t-trasparenza tal-miżuri proposti fl-Artikoli 5-7 tal-abbozz ta' direttiva (Emendi għall-Artikolu 4, paragrafu 2).

d)  L-integrazzjoni tal-komponenti fi prodott ma tiggarantix b'mod awtomatiku li tali komponent ma jistax jiġi ttrasferit bħala tali aktar 'il quddiem. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jimponu xi limitazzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet biss jekk min jirċievi t-trasferimenti jiddikjara li s-sottosistemi jew il-komponenti soġġetti għal liċenzja ta' trasferiment huma integrati fil-prodotti tiegħu b'mod li ma jippermettilhomx li jiġu ttrasferiti jew anke esportati lejn pajjiż terz aktar 'il quddiem (Emendi għall-Artikolu 4, paragrafu 6).

e)  L-Istati Membri mhux biss għandhom jiżguraw iżda għandhom ukoll jikkontrollaw b'mod regolari jekk il-fornituri fit-territorju tagħhom iżommux reġistru dettaljat tat-trasferimenti (Emendi għall-Artikolu 8, paragrafu 3).

f)  Ikun għaqli ħafna li l-fornituri ma jaħarbux mir-responsabilità li jinfurmaw lill-Istat Membru rispettiv dwar id-destinazzjoni tal-użu aħħari li jkunu jafu biha. Irid ikun hemm kjarifika dwar il-kwistjoni ta' liema awtorità se tikkontrolla jekk l-użu aħħari u l-utent aħħari humiex magħrufa (emendi għall-Artikolu 8, paragrafu 3, punt d).

g)  Kemm idum iċ-ċertifikat ta' min jirċievi m'għandu fl-ebda każ jaqbeż it-tliet snin, aktar milli ħames snin. Dan għandu jiżgura aktar responsabilità fil-proċessi taċ-ċertifikazzjoni (Emendi għall-Artikolu 9, paragrafu 3).

h)  Is-sigurtà tal-informazzjoni sensittiva hija prerekwiżit ta' suq Ewropew ta' tagħmir tad-difiża li jkollu suċċess u li jkun għas-servizz ta' Politika Ewropea tas-Sigurtà u tad-Difiża. Għaldaqstant il-Kummissjoni għandha ssegwi l-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli f'dan il-qasam meta tippubblika fuq websajt il-lista ta' dawk li jirċievu u li huma ċċertifikati bħala tali (Emendi għall-Artikolu 9, paragrafu 8).

i)  Qed jiġi propost rappurtar annwali regolari min-naħa tal-Kummissjoni lill-PE u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-direttiva. Dan għandu jiżgura aktar responsabilità fil-proċess ta' implimentazzjoni, u se jsegwi l-istess skeda ta' żmien tar-rapport annwali tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjonijiet tal-Armi (Emendi għall-Artikolu 16, paragrafu 2).

j)  B'mod ġenerali, l-opinjoni tappella għal mekkaniżmu miftuħ u trasparenti għat-trasferimenti tal-armi fl-Unjoni Ewropea.

Emendi

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta Stat Membru jagħmel użu tal-possibbiltà stabbilita fil-paragrafu 2, għandu jippubblika lista ta' dawk il-prodotti u jinforma lill-Kummissjoni u lil-Istati Membri l-oħra b'dan.

3. Meta Stat Membru jagħmel użu tal-possibbiltà stabbilita fil-paragrafu 2, għandu jippubblika lista ta' dawk il-prodotti u jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan. Il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk l-użu minn Stat Membru tal-possibbiltà stabbilita fil-paragrafu 2 huwiex konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni mhux biss għandha tkun infurmata iżda għandha tikkontrolla wkoll jekk l-applikazzjoni ta' din id-direttiva (paragrafu 2) mutatis mutandis għal prodotti relatati mad-difiża mhux inklużi fl-Anness min-naħa ta' Stat Membru hija f'konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet għal liċenzji ta' trasferiment, b'mod partikolari kull limitazzjoni dwar l-esportazzjoni ta' prodotti relatati mad-difiża lil reċipjenti f'pajjiżi terzi, wara li jkunu kkunsidraw ir-riskji għaż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà li jinħolqu bit-trasferiment. L-Istati Membri jistgħu jsewgu u jestendu l-kooperazzjoni intergovernattiva eżistenti sabiex jiksbu l-għanijiet ta' din id-direttiva.

4. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet għal liċenzji ta' trasferiment, b'mod partikolari kull limitazzjoni dwar l-esportazzjoni ta' prodotti relatati mad-difiża lil reċipjenti f'pajjiżi terzi, wara li jkunu kkunsidraw ir-riskji għaż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà li jinħolqu bit-trasferiment. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-possibbilità li jitolbu ċertifikati tal-utent aħħari. L-Istati Membri jistgħu jsewgu u jestendu l-kooperazzjoni intergovernattiva eżistenti sabiex jiksbu l-għanijiet ta' din id-direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-użu ta' ċertifikati tal-utenti aħħarija jservi biex jiġi garantit li dawk li jirċievu prodotti relatati mad-difiża jkunu infurmati kif suppost dwar il-limitazzjonijiet applikabbli relatati mal-użu aħħari, it-trasferiment mill-ġdid jew l-esportazzjoni tal-prodotti ttrasferiti, u li l-ebda trasferiment bħal dan ma jista' jseħħ mingħajr il-kunsens tal-Istat Membru li jkun ħareġ iċ-ċertifikat. L-Istati Membri li jixtiequ dan għandhom jitħallew jużaw dawn iċ-ċertifikati.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Ħlief fejn l-Istati Membri jikkunsidraw li t-trasferiment tas-sottosistemi jew komponenti huwa sensittiv, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jimponu limitazzjonijiet ta' l-esportazzjoni għal tali sottosistemi jew komponenti jekk ir-reċipjent jipprovdi dikjarazzjoni ta' l-użu li tiddikjara li s-sottosistemi jew komponenti soġġetti għal dik il-liċenzja ta' trasferiment huma integrati fil-prodotti tiegħu u għalhekk fi stadju aktar tard ma jistgħux jiġu trasferiti jew esportati.

6. Ħlief fejn l-Istati Membri jikkunsidraw li t-trasferiment tas-sottosistemi jew komponenti huwa sensittiv, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jimponu limitazzjonijiet ta' l-esportazzjoni għal tali sottosistemi jew komponenti jekk ir-reċipjent jipprovdi dikjarazzjoni ta' l-użu li tiddikjara li s-sottosistemi jew komponenti soġġetti għal dik il-liċenzja ta' trasferiment huma integrati fil-prodotti tiegħu b'tali mod li ma jippermettilhomx li jiġu ttrasferiti jew esportati bħala tali aktar 'il quddiem.

Ġustifikazzjoni

Min jirċievi l-prodotti għandu jiddikjara li s-sottosistemi jew il-komponenti soġġetti għal dik il-liċenzja ta' trasferiment huma integrati fil-prodotti tiegħu b'tali mod li ma jippermettilhomx li jiġu ttrasferiti jew saħansitra esportati bħala tali lejn pajjiż terz aktar 'il quddiem.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jagħtu liċenzji globali ta' trasferiment lil fornitur individwali wara talba minnu għal awtorizzazzjoni ta' trasferiment wieħed jew għadd ta' trasferimenti ta' prodott relatat mad-difiża wieħed jew aktar lil reċipjent wieħed jew aktar fi Stat Membru ieħor.

1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu liċenzji globali ta' trasferiment lil fornitur individwali wara talba minnu għal awtorizzazzjoni ta' trasferiment wieħed jew għadd ta' trasferimenti ta' prodott relatat mad-difiża wieħed jew aktar lil reċipjent wieħed jew aktar fi Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

Id-dritt ta' Stat Membru li jirrifjuta talba għal liċenzja ta' trasferiment għandu jinżamm.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – test introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jagħtu liċenzji individwali ta' trasferiment lil fornitur individwali fuq talba li ssir minnu għal awtorizzazzjoni ta' trasferiment wieħed ta' prodotti relatati mad-difiża lil reċipjenti wieħed, f'wieħed mill-każijiet li ġejjin biss:

L-Istati Membri jistgħu jagħtu liċenzji individwali ta' trasferiment lil fornitur individwali fuq talba li ssir minnu għal awtorizzazzjoni ta' trasferiment wieħed ta' prodotti relatati mad-difiża lil reċipjenti wieħed, f'wieħed mill-każijiet li ġejjin biss:

Ġustifikazzjoni

Id-dritt ta' Stat Membru li jirrifjuta talba għal liċenzja ta' trasferiment għandu jinżamm.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-prodotti relatati mad-difiża jinfurmaw lir-reċipjenti bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja ta' trasferiment relatata ma' l-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-prodotti relatati mad-difiża jinfurmaw lir-reċipjenti bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja ta' trasferiment, inklużi l-limitazzjonijiet, relatati ma' l-użu aħħari, it-trasferiment mill-ġdid jew l-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża.

Ġustifikazzjoni

Dawk li jirċievu prodotti relatati mad-difiża għandhom jiġu infurmati dwar it-termini u l-kundizzjonijiet kollha applikabbli tal-liċenzja ta' trasferiment, inklużi dawk relatati mal-użu aħħari u t-trasferiment mill-ġdid tal-prodotti ttrasferiti.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – test introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jżommu reġistri dettaljati tat-trasferimenti tagħhom, skond il-prattiċi fis-seħħ fl-Istat Membru rispettiv. Reġistri simili għandhom jinkludu dokumenti kummerċjali li fihom l-informazzjoni li ġejja:

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw u jikkontrollaw b'mod regolari li l-fornituri jżommu reġistri dettaljati tat-trasferimenti tagħhom, skond il-prattiċi fis-seħħ fl-Istat Membru rispettiv. Reġistri simili għandhom jinkludu dokumenti kummerċjali li fihom l-informazzjoni li ġejja:

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri mhux biss għandhom jiżguraw iżda għandhom ukoll jikkontrollaw b'mod regolari jekk il-fornituri fl-Istati Membri jżommux reġistru dettaljat tat-trasferimenti tagħhom.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) prova li l-informazzjoni dwar il-limitu ta' esportazzjoni mehmuż ma' liċenzja ta' trasferiment ġiet trażmessa lil reċipjent ta' prodotti relatati mad-difiża.

(e) prova li l-informazzjoni dwar il-limitu ta' esportazzjoni mehmuż ma' liċenzja ta' trasferiment ġiet trażmessa lir-reċipjent ta' prodotti relatati mad-difiża.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet snin mill-aħħar tas-sena li fiha seħħ it-trasferiment. Meta mitluba dawn għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur.

4. Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinżammu għal mill-inqas ħames snin mill-aħħar tas-sena li fiha seħħ it-trasferiment. Meta mitluba dawn għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur.

Ġustifikazzjoni

L-aċċess għar-reġistri tal-fornituri mill-awtoritajiet tal-Istati Membri qed jittawwal minn tliet għal ħames snin. Dan se jwassal għal aktar trasparenza fil-proċess, kif ukoll għal aktar żmien għall-investigazzjoni dwar ksur li jista' jkun hemm tal-liġi jew tar-regolament nazzjonali tat-traspożizzjoni.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-għanijiet tal-punt (d), il-perjodu taċ-ċertifikat fi kwalunkwe każ ma għandux jaqbeż il-ħames snin.

Għall-għanijiet tal-punt (d), il-perjodu taċ-ċertifikat fi kwalunkwe każ ma għandux jaqbeż it-tliet snin.

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu ta' tliet snin se jwassal għal aktar responsabilità fil-proċess taċ-ċertifikazzjoni.

Emenda          11

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 8 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq il-Websajt tagħha.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq il-Websajt tagħha, filwaqt li tikkunsidra s-sensittività tal-informazzjoni u tosserva l-leġiżlazzjoni applikabbli relatata mas-sigurtà tal-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Meta tqiegħed informazzjoni għad-disponibilità tal-pubbliku fuq il-Websajt tagħha, il-Kummissjoni għandha żżomm f'moħħha li dik l-infomazzjoni dwar dawk li jirċievu u li huma ċċertifikati tista' tkun sensittiva.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reċipjenti tal-prodotti relatati mad-difiża, meta japplikaw għal liċenzja ta' esportazzjoni, jikkonfermaw ma' l-awtoritajiet kompetenti, f'każijiet fejn prodotti simili jaslu taħt liċenzja ta' trasferiment minn Stat Membru ieħor ikollhom limitazzjonijiet ta' l-esportazzjoni mehmuża magħhom, li t-termini ta' dawk il-limitazzjonijiet ġew rispettati.

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reċipjenti tal-prodotti relatati mad-difiża, meta japplikaw għal liċenzja ta' esportazzjoni, jikkonfermaw ma' l-awtoritajiet kompetenti, f'każijiet fejn prodotti simili li jaslu taħt liċenzja ta' trasferiment minn Stat Membru ieħor ikollhom limitazzjonijiet ta' l-esportazzjoni mehmuża magħhom, li t-termini ta' dawk il-limitazzjonijiet ġew rispettati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti jikkontrollaw din il-konformità.

 

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn il-kunsens mill-Istat Membru ta' l-Oriġini għall-esportazzjoni kontemplata hija meħtieġa, imma ma tkunx inkisbet, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ma' l-Istat Membru ta' l-Oriġini.

2. Fejn il-kunsens mill-Istat Membru ta' l-Oriġini għall-esportazzjoni kontemplata huwa meħtieġ, imma ma jkunx inkiseb, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ma' l-Istat Membru ta' l-Oriġini. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati dwar konsultazzjonijiet bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

L-eżistenza, il-kontenut u r-riżultat ta' konsultazzjonijiet dwar esportazzjonijiet ikkontemplati bil-kunsens meħtieġ tal-Istat Membru tal-oriġini jridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex ikun hemm aktar trasparenza fil-proċess.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jekk Stat Membru li joħroġ il-liċenzji jikkunsidra li hemm riskju serju li xi reċipjent ċertifikat fi Stat Membru ieħor reċipjent mhux se jirrispetta xi kundizzjoni mehmuża ma' liċenzja ġenerali tat-trasferiment, għandu jinforma lill-Istat Membru l-ieħor u jitlob valutazzjoni tas-sitwazzjoni.

1. Jekk Stat Membru li joħroġ il-liċenzji jikkunsidra li hemm riskju serju li xi reċipjent ċertifikat fi Stat Membru ieħor reċipjent mhux se jirrispetta xi kundizzjoni mehmuża ma' liċenzja ġenerali tat-trasferiment, għandu jinforma lill-Istat Membru l-ieħor u jitlob valutazzjoni tas-sitwazzjoni. Jekk Stat Membru li mhuwiex Stat Membru li joħroġ il-liċenzji jikkunsidra li l-kundizzjonijiet mhux qed jiġu osservati, għandu jinforma lill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzji u lill-Kummissjoni.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha, billi tibda mhux aktar tard minn [5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva], tissottometti regolarment rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-direttiva u l-impatt tagħha fuq l-iżviluppi tas-suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża u l-Bażi Ewropea Industrijali u Teknoloġija tad-Difiża, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva, fejn jixraq.

2. Il-Kummissjoni għandha, billi tibda mhux aktar tard minn [48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva], tissottometti rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-direttiva u l-impatt tagħha fuq l-iżviluppi tas-suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża u l-Bażi Ewropea Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża, inkluża l-implimentazzjoni tal-Artikolu 10, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva, fejn jixraq.

Ġustifikazzjoni

Rapport annwali regolari lill-PE u lill-Kunsill iwassal għal aktar responsabilità fil-proċess tal-implimentazzjoni. Dan iżomm ukoll mal-istess termini ta' żmien bħar-rapport annwali tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjonijiet tal-Armi.

PROĊEDURA

Titolu

Trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża

Referenzi

COM(2007)0765 – C6-0468/2007 – 2007/0279(COD)

Kumitat responsabbli

IMCO

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.1.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Angelika Beer

29.1.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

9.6.2008

16.7.2008

9.9.2008

 

Data tal-adozzjoni

10.9.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

56

4

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Vittorio Agnoletto, Sir Robert Atkins, Christopher Beazley, Bastiaan Belder, Colm Burke, Marco Cappato, Philip Claeys, Véronique De Keyser, Giorgos Dimitrakopoulos, Michael Gahler, Jas Gawronski, Maciej Marian Giertych, Ana Maria Gomes, Alfred Gomolka, Klaus Hänsch, Jana Hybášková, Anna Ibrisagic, Ioannis Kasoulides, Metin Kazak, Helmut Kuhne, Vytautas Landsbergis, Johannes Lebech, Willy Meyer Pleite, Francisco José Millán Mon, Philippe Morillon, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Baroness Nicholson of Winterbourne, Cem Özdemir, Ioan Mircea Paşcu, Béatrice Patrie, Alojz Peterle, Tobias Pflüger, João de Deus Pinheiro, Samuli Pohjamo, Bernd Posselt, Raül Romeva i Rueda, Libor Rouček, Christian Rovsing, Flaviu Călin Rus, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, Marek Siwiec, István Szent-Iványi, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Marcello Vernola, Kristian Vigenin, Luis Yañez-Barnuevo García, Josef Zieleniec

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Glyn Ford, Kinga Gál, Milan Horáček, Tunne Kelam, Alexander Graf Lambsdorff, Mario Mauro, Nickolay Mladenov, Rihards Pīks, Aloyzas Sakalas, Inger Segelström, Karl von Wogau

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Costas Botopoulos, Antonio Masip Hidalgo, Pierre Pribetich

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (15.9.2008)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità
(COM(2007)0765 – C6‑0468/2007 – 2007/0279(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Hannes Swoboda

SHORT JUSTIFICATION

The European defence market, with a turnover of about € 70 billion, employing roughly 770.000 people and covering a wide range of products, is an important industrial sector. However, the current fragmentation of the regulatory landscape constitutes a major obstacle to the competitiveness of the defence-related industries and poses an important risk to the security of supply of European defence products.

This market fragmentation is the result of the existence of 27 national licensing regimes, having their origin in Member States trying to keep control of defence-related export. The different national systems are widely diverging in terms of procedure, scope, competent authorities and required delays, which imposes significant administrative burdens on companies (total costs estimated at more than € 3 billion per year). Moreover, the long lead times and the uncertainty resulting from the necessity of individual licences, impede industrial cooperation in the defence sector. This is especially detrimental to SMEs that often are unable to participate as sub-contractors in big industrial projects. Finally, the absence of a genuine internal market in this sector reduces the economic efficiency and thereby puts a curb on the competitiveness of European companies.

In order to address this market fragmentation, cut red tape and enhance innovation and competitiveness, without sacrificing Member States' control over their essential defence and security interests, the Commission presented in December 2007 a comprehensive package of initiatives to improve the working of the defence market. This proposed Directive forms part of this package and is aimed at alleviating the current obstacles to intra-Community trade in defence-related products in order to increase industrial cooperation, optimise supply chains and generate economies of scale. Concretely, the proposal replaces the current national licensing requirements and systems by a streamlined, harmonized system of general or global licenses, where individual licensing becomes the exception. The preferred model is general licences, whereby security concerns (in particular regarding the prevention of undesired re-export) are limited since these concerns transfers to either EU governments, or to certified companies. In the latter case, a harmonized certification procedure should assure Member States of the reliability of companies in another Member States to respect the export limitations they have in place.

Your draftsman welcomes this initiative. By applying the principles of the internal market for defence products, the competitiveness and technological base of the European defence will be enhanced. This has also a geo-political component: a strong and dynamic industrial defence base in Europe is fundamental to ensure EU's autonomy. Cutting unnecessary red tape (as an illustration: in 2006 around 11.500 licences were issued, and out of those less than 10 requests have been rejected) and simplify conditions and procedures will reduce administrative burden and strengthen the whole sector.

However, it is important to take into account the specific features of the defence market and the need to protect national security and defence policies. In particular, the following points deserve a closer look:

Firstly, it is important that Member States keep their autonomy in export policy of defence products. Your draftsman would welcome it if Council was to make further steps towards more cooperation between Member States, for example by making the Code of Conduct on Arms Exports more binding, as was reiterated recently in Parliament's Resolution.[1] However, this is for the moment not the case. Member States that have a stricter export policy than others, could only accept intra-Community transfers, if their export limitations are respected by the exporting Member State. The proposal has several provisions in place that ensure the autonomy of Member States: they are free to determine the products that suit the different types of licences and they are free to fix the specific terms and conditions of such licences (including export limitations).

Secondly, the proposed system could only work effectively if the controls at the external frontiers of the Community are being strengthened. Companies might otherwise be tempted to "circumvent" export control in their own country by transferring their product through several Member States to where control is less. The proposal addresses this issue by allowing for additional time to build up expertise. Furthermore, several "mutual confidence-building"-measures have been included, such as the possibility to issue individual licences in case of dubious transactions or transfers of sensitive products and a 'safeguard clause' for exceptional circumstances concerning serious risks to national security. It is however important that all Member States put in place effective enforcement policies, including sanctions.

Finally, your draftsman believes that transparency in this field is a very important element. Intra-Community transfers and re-transfers would make it more difficult to keep track of where certain defence-related products end up. It would therefore be commendable if Member States would increase transparency by publishing export lists and/or licences.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emendi  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(3) Il-liġijiet, regolamenti u miżuri amministrattivi fl-Istati Membri rigward it-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità fihom ċerti disparitajiet, li jistgħu jfixklu l-moviment ħieles tal-prodotti relatati mad-difiża u jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern.

(3) Il-liġijiet, regolamenti u miżuri amministrattivi fl-Istati Membri rigward it-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità fihom ċerti disparitajiet, li jistgħu jfixklu l-moviment ħieles tal-prodotti relatati mad-difiża u jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, billi jkunu ta' xkiel għall-innovazzjoni, il-koperazzjoni industrijali u l-kompetittività tas-suq tad-difiża fl-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġu enfasizzati l-iżvantaġġi ekonomiċi tas-sitwazzjoni attwali.

Emendi  2

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(26) Sabiex jikkumpensaw għas-sostituzzjoni progressiva ta’ kontroll ex-post ġenerali għal kontroll individwali ex-ante fl-Istat Membru ta’ l-oriġini tal-prodotti relatati mad-difiża, il-kundizzjonijiet għal fiduċja reċiproka għandhom jinħolqu fl-inklużjoni ta’ garanziji li jiżguraw li l-prodotti relatati mad-difiża ma jiġux esportati bi ksur tal-limitazzjonijiet ta’ esportazzjoni lil pajjiżi terzi.

(26) Sabiex jikkumpensaw għas-sostituzzjoni progressiva ta’ kontroll ex-post ġenerali għal kontroll individwali ex-ante fl-Istat Membru tal-oriġini tal-prodotti relatati mad-difiża, il-kundizzjonijiet għal fiduċja reċiproka għandhom jinħolqu fl-inklużjoni ta’ garanziji li jiżguraw li l-prodotti relatati mad-difiża ma jiġux esportati bi ksur tal-limitazzjonijiet ta’ esportazzjoni lil pajjiżi terzi. Dan il-prinċipju għandu wkoll jiġi applikat f'każijiet fejn il-prodotti relatati mad-difiża jiġu trasferiti madwar bosta Stati Membri qabel ma jiġu esportati lejn pajjiż terz.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi żgurat li l-kumpaniji ma jkunux jistgħu ''iduru mal-liġi'' tal-kontroll tal-esportazzjonijiet f'pajjiżhom stess billi jittrasferixxu l-prodott tagħhom madwar bosta Stati Membri qabel ma jesportawh barra l-UE.

Emendi  3

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(34) Il-lista fl-Anness tal-prodotti relatati mad-difiża għandha tiġi aġġornata f'konformità mal-Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea (CML).

(34) Huwa importanti li l-lista ta' prodotti relatati mad-difiża tiġi aġġornata b'mod flessibbli u armonizzat skont l-iżviluppi fil-prodotti u fis-suq. Għalhekk, il-lista fl-Anness tal-prodotti relatati mad-difiża għandha tiġi aġġornata f'konformità mal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (CML).

Emendi  4

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(35) Huwa meħtieġ biex tinbena fiduċja reċiproka u fiduċja progressiva li l-Istati Membri jiddeterminaw biżżejjed miżuri effettivi biex jiżguraw l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva u b'mod partikolari dawk li jipprevedu biex il-kumpaniji jirrispettaw il-kriterji komuni ta' ċertifikazzjoni u limitazzjonijiet għal aktar użu ta' prodotti relatati mad-difiża trasferiti wara trasferiment.

(35) Huwa meħtieġ biex tinbena fiduċja reċiproka u fiduċja progressiva li l-Istati Membri jiddeterminaw miżuri, li jinkludu s-sanzjonijiet, li jkunu effettivi biżżejjed biex jiżguraw l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari dawk li jipprevedu biex il-kumpaniji jirrispettaw il-kriterji komuni ta' ċertifikazzjoni u limitazzjonijiet għal aktar użu ta' prodotti relatati mad-difiża trasferiti wara trasferiment.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-kumpaniji ma jkunux jistgħu ''iduru mal-liġi'' tal-kontroll tal-esportazzjonijiet f'pajjiżhom stess billi jittrasferixxu l-prodott tagħhom madwar bosta Stati Membri qabel ma jesportawh barra l-UE, l-Istati Membri kollha għandhom jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi kontra kumpaniji li ma jirrispettawx id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Emendi  5

Proposta għal direttiva

Premessa 37 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

 

(37a) Huwa importanti li l-Istati Membri jistabbilixxu miżuri biex jiżguraw trasparenza fir-rigward ta' trasferimenti u esportazzjonijiet intra-Komunitarji lejn pajjiżi terzi ta' prodotti relatati mad-difiża.

Ġustifikazzjoni

It-trasparenza f'dan il-qasam hija element importanti ħafna. Trasferimenti u trasferimenti mill-ġdid intra-Komunitarji joħolqu problema biex wieħed jara fejn jispiċċaw ċerti prodotti relatati mad-difiża. Għalhekk ikun aħjar jekk l-Istati Membri jżidu t-trasparenza billi jippubblikaw il-listi ta' esportazzjoni u/jew ta' liċenzji.

Emendi  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-fornituri stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom liċenzji ta' trasferiment ġenerali, globali jew individwali.

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-fornituri stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom liċenzji ta' trasferiment ġenerali, globali jew individwali, skont jekk jiġux issodisfati t-termini u l-kundizzjonijiet marbutin magħhom.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali. Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-awtonomija tal-Istati Membri fl-istipular ta' termini u kundizzjonijiet għal-liċenzji li jridu jissodisfaw il-kumpaniji.

Emendi  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

1. L-Istati Membri għandhom jagħtu liċenzji globali ta' trasferiment lil fornitur individwali wara talba minnu għal awtorizzazzjoni ta' trasferiment wieħed jew għadd ta' trasferimenti ta' prodott relatat mad-difiża wieħed jew aktar lil reċipjent wieħed jew aktar fi Stat Membru ieħor.

1. L-Istati Membri għandhom jagħtu liċenzji globali ta' trasferiment lil fornitur individwali, skont jekk jiġux sodisfati t-termini u l-kundizzjonijiet marbutin magħhom u wara talba mill-fornitur, għal awtorizzazzjoni ta' trasferiment wieħed jew għadd ta' trasferimenti ta' prodott relatat mad-difiża wieħed jew aktar lil reċipjent wieħed jew aktar fi Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali. Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-awtonomija tal-Istati Membri fl-istipular ta' termini u kundizzjonijiet għal-liċenzji li jridu jissodisfaw il-kumpaniji.

Emendi  8

Proposta għal direttiva

Article 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

Liċenzja globali ta' trasferiment għandha tkun valida għal perjodu ta' snin mill-anqas.

Liċenzja globali ta' trasferiment għandha tkun valida għal perjodu ta' ħames snin mill-anqas.

Ġustifikazzjoni

Biex titneħħa l-burokrazija.

Emendi  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

L-Istati Membri għandhom jagħtu liċenzji individwali ta' trasferiment lil fornitur individwali fuq talba li ssir minnu għal awtorizzazzjoni ta' trasferiment wieħed ta' prodotti relatati mad-difiża lil reċipjenti wieħed, f'wieħed mill-każijiet li ġejjin biss:

L-Istati Membri għandhom jagħtu liċenzji individwali ta' trasferiment lil fornitur individwali, skont jekk jiġux issodisfati t-termini u l-kundizzjonijiet marbutin magħhom u fuq talba li ssir mill-fornitur għal awtorizzazzjoni ta' trasferiment wieħed ta' prodotti relatati mad-difiża lil reċipjenti wieħed, f'wieħed mill-każijiet li ġejjin biss:

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali. Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-awtonomija tal-Istati Membri fl-istipular ta' termini u kundizzjonijiet għal-liċenzji li jridu jissodisfaw il-kumpaniji.

Emendi  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-prodotti relatati mad-difiża jinfurmaw lir-reċipjenti bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja ta' trasferiment relatata ma' l-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-prodotti relatati mad-difiża jinfurmaw lir-reċipjenti bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja ta' trasferiment relatata mal-użu aħħari, it-trasferiment mill-ġdid jew l-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun żgurat li l-informazzjoni fir-rigward tal-limitazzjonijiet ta' esportazzjoni mhux biss tmur għand l-ewwel riċevitur, iżda meta l-prodotti jiġu trasferiti madwar bosta Stati Membri, din l-informazzjoni għandha tintbagħat ukoll.

Emendi  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-intenzjoni tagħhom li jużaw liċenzja ġenerali ta' trasferiment għall-ewwel darba.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien raġjonevoli bl-intenzjoni tagħhom li jużaw liċenzja ġenerali ta' trasferiment għall-ewwel darba.

Emendi  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jżommu reġistri dettaljati tat-trasferimenti tagħhom, skond il-prattiċi fis-seħħ fl-Istat Membru rispettiv. Reġistri simili għandhom jinkludu dokumenti kummerċjali li fihom l-informazzjoni li ġejja:

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw u jivverifikaw b’mod regolari li l-fornituri jżommu reġistri dettaljati tat-trasferimenti tagħhom, skond il-prattiċi fis-seħħ fl-Istat Membru rispettiv. Reġistri simili għandhom jinkludu dokumenti kummerċjali li fihom l-informazzjoni li ġejja:

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri mhux biss għandhom jiżguraw iżda għandhom ukoll jiċċekkjaw b'mod regolari jekk il-fornituri fl-Istati Membri jżommux reġistru dettaljat tat-trasferimenti tagħhom.

Emendi  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(a) id-deskrizzjoni tal-prodott relatat mad-difiża;

(a) id-deskrizzjoni tal-prodott relatat mad-difiża u r-referenza għalih fis-CML;

Emendi  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(b) il-kwantità tal-prodott relatat mad-difiża u d-dati tat-trasferiment;

(b) il-kwantità u l-valur tal-prodott relatat mad-difiża u d-dati tat-trasferiment;

Emendi  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

4. Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet snin mill-aħħar tas-sena li fiha seħħ it-trasferiment. Meta mitluba dawn għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur.

4. Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinżammu għal mill-inqas seba’ snin mill-aħħar tas-sena li fiha seħħ it-trasferiment. Meta mitluba dawn għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur.

Ġustifikazzjoni

L-aċċess għar-reġistri tal-fornituri mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri qed jittawwal minn tlieta għal seba' snin. Dan se jwassal għal aktar trasparenza fil-proċess, kif ukoll għal aktar żmien għall-investigazzjoni dwar ksur li jista' jkun hemm tal-liġi jew tar-regolament nazzjonali tat-traspożizzjoni.

Emendi  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(d) impenn bil-miktub mill-kumpanija iffirmat minn uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt c), li l-kumpanija tiegħu se tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tosserva u tinforza l-kundizzjonijiet speċifiċi kollha relatati ma' l-użu aħħari u esportazzjoni ta' kull komponent jew prodott li jasal;

(d) impenn bil-miktub mill-kumpanija iffirmat minn uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt c), li l-kumpanija tiegħu se tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tosserva u tinforza l-kundizzjonijiet speċifiċi kollha relatati mal-użu aħħari, mat-trasferiment mill-ġdid u mal-esportazzjoni ta' kull komponent jew prodott li jasal;

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jkun żgurat li l-limitazzjonijiet ta' esportazzjoni ma jkunux osservati u infurzati biss fl-ewwel Stat Membru riċevitur, iżda meta l-prodotti jiġu trasferiti madwar bosta Stati Membri, dan għandu jseħħ f'kollha kemm huma. Għalhekk l-informazzjoni għandha tgħaddi minn Stat Membru għall-ieħor u tiġi osservata f'kull wieħed.

Emendi  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(e) impenn bil-miktub mill-kumpanija iffirmat minn uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt c), biex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom informazzjoni dettaljata bi tweġiba għal talbiet jew mistoqsijiet rigward utenti aħħarija jew użu aħħari tal-prodotti esportati, trasferiti jew li jaslu taħt liċenzja ta' trasferiment minn Stat Membru ieħor mill-kumpanija;

(e) impenn bil-miktub mill-kumpanija iffirmat minn uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt c), biex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom informazzjoni dettaljata bi tweġiba għal talbiet jew mistoqsijiet rigward utenti aħħarija jew użu aħħari tal-prodotti esportati, trasferiti jew li jaslu taħt liċenzja ta' trasferiment ġenerali minn Stat Membru ieħor mill-kumpanija;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali. Iċ-ċertifikazzjoni hija relevanti biss fil-każ ta' liċenzja ta' trasferiment ġenerali.

Emendi  18

Proposta għal direttiva

Article 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

Għall-għanijiet tal-punt (d), il-perjodu taċ-ċertifikat fi kwalunkwe każ ma għandux jaqbeż il-ħames snin.

Għall-għanijiet tal-punt (d), il-perjodu taċ-ċertifikat fi kwalunkwe każ ma għandux jaqbeż is-seba’ snin.

Ġustifikazzjoni

Biex titneħħa l-burokrazija.

Emendi  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

2. Fejn il-kunsens mill-Istat Membru ta' l-Oriġini għall-esportazzjoni kontemplata hija meħtieġa, imma ma tkunx inkisbet, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ma' l-Istat Membru ta' l-Oriġini.

2. Fejn il-kunsens mill-Istat Membru tal-Oriġini għall-esportazzjoni kontemplata hija meħtieġa, imma ma tkunx inkisbet, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mal-Istat Membru tal-Oriġini. Fil-każ li wara din il-konsultazzjoni Stat Membru ma jiksibx il-kunsens mitlub għall-esportazzjoni maħsuba mill-Istat Membru tal-oriġini, l-esportazzjoni m'għandhiex isseħħ u għandhom jiġu infurmati l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra.

Ġustifikazzjoni

L-esportazzjoni mill-ġdid lejn pajjiż terz m'għandhiex isseħħ f'każijiet fejn l-Istat Membru tal-oriġini ma jagħtix il-kunsens tiegħu.

Emendi  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 a (ġdid) – qabel il-Kapitolu IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

 

Artikolu 10a

 

Trasparenza

 

L-Istati Membri jistgħu jippubblikaw l-informazzjoni relevanti u mhux kunfidenzjali kif previst f'dan il-Kapitolu.

Ġustifikazzjoni

It-trasparenza f'dan il-qasam hija element importanti ħafna. Trasferimenti u trasferimenti mill-ġdid intra-Komunitarji joħolqu problema biex wieħed jara fejn jispiċċaw ċerti prodotti relatati mad-difiża. Għalhekk ikun aħjar jekk l-Istati Membri jżidu t-trasparenza billi jippubblikaw l-informazzjoni (mhux kunfidenzjali) li jirċievu mill-fornituri u l-informazzjoni dwar il-proċess ta' ċertifikazzjoni u l-limitazzjonijiet ta' esportazzjoni. Dan ikabbar l-iskrutinju parlamentari u pubbliku.

Emendi  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

 

2a. Il-Kummissjoni tkun tista' tressaq proposti biex jiġi emendat l-Anness sabiex jinkludi jew jeskludi ċerti prodotti.

Ġustifikazzjoni

L-Anness mhux biss għandu jiġi adattat għal żviluppi ta' prodott, iżda għandu jinkludi ċerta flessibbilta biex jekk ikun hemm bżonn tiġi emendata l-lista ta' prodotti, bħal pereżempju biex jiġu miżjuda prodotti mhux tanġibbli marbutin mill-qrib ma' ċerti prodotti tad-difiża bħalma huma d-data u s-softwer.

Emendi  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

 

Artikolu 15a

 

L-infurzar

 

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri li jissanzjonaw infrazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

 

2. Dawk il-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi.

 

3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-kumpaniji ma jkunux jistgħu ''iduru mal-liġi'' tal-kontroll tal-esportazzjonijiet f'pajjiżhom stess billi jittrasferixxu l-prodott tagħhom madwar bosta Stati Membri qabel ma jesportawh barra l-UE, l-Istati Membri kollha għandhom jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi kontra kumpaniji li ma jirrispettawx id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Emendi  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

2. Il-Kummissjoni għandha, billi tibda mhux aktar tard minn [5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva], tissottometti regolarment rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-direttiva u l-impatt tagħha fuq l-iżviluppi tas-suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża u l-Bażi Ewropea Industrijali u Teknoloġija tad-Difiża, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva, fejn jixraq.

2. Il-Kummissjoni għandha, billi tibda mhux aktar tard minn [3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva], tissottometti regolarment rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u l-impatt tagħha fuq l-iżviluppi tas-suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża u l-Bażi Ewropea Industrijali u Teknoloġija tad-Difiża, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva, fejn jixraq.

Ġustifikazzjoni

Biex il-leġiżlazzjoni tiġi riveduta qabel.

PROĊEDURA

Titolu

It-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża

Referenzi

COM(2007)0765 – C6-0468/2007 – 2007/0279(COD)

Kumitat responsabbli

IMCO

Opinjoni minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.1.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Hannes Swoboda

27.2.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

28.5.2008

 

 

 

Data ta’adozzjoni

11.9.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Jerzy Buzek, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Nicole Fontaine, András Gyürk, Romana Jordan Cizelj, Anne Laperrouze, Eluned Morgan, Reino Paasilinna, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Vladimír Remek, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Christian Ehler, Juan Fraile Cantón, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Vittorio Prodi

  • [1]  European Parliament resolution of 13 March 2008 on the EU Code of Conduct on Arms Exports – failure of the Council to adopt the Common Position and transform the Code into a legally binding instrument.

PROĊEDURA

Titolu

Trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża

Referenzi

COM(2007)0765 – C6-0468/2007 – 2007/0279(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

5.12.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.1.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.1.2008

ITRE

15.1.2008

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Heide Rühle

2.4.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

6.5.2008

28.5.2008

2.6.2008

7.7.2008

 

9.9.2008

6.10.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

7.10.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Martí Grau i Segú, Małgorzata Handzlik, Christopher Heaton-Harris, Anna Hedh, Iliana Malinova Iotova, Pierre Jonckheer, Alexander Graf Lambsdorff, Kurt Lechner, Toine Manders, Catiuscia Marini, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Salvador Domingo Sanz Palacio, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Barbara Weiler, Marian Zlotea

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, Wolfgang Bulfon, Colm Burke, Giovanna Corda, Jan Cremers, Manuel Medina Ortega, José Ribeiro e Castro, Gary Titley, Diana Wallis, Stefano Zappalà

Data tat-tressiq

15.10.2008