RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-assigurazzjoni tal-ħajja dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ l-Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (riformulazzjoni)

16.10.2008 - (COM(2008)0119 – C6‑0231/2007 – 2007/0143(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Peter Skinner

Proċedura : 2007/0143(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0413/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-assigurazzjoni tal-ħajja dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ l-Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (riformulazzjoni)

(COM(2008)0119 – C6‑0231/2007 – 2007/0143(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0361) u l-proposta emendata (COM(2008)0119),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6‑0231/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni għall-atti ġuridiċi[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0413/2008),

A. billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-Proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emendi sostanzjali barra minn dawk li kienu identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adottata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (u jinkorpora l-emendi tekniċi approvati mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali) u kif emendata hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Ċitazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 47(2) u 55 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2) u l-Artikoli 55 u 95 tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Dan it-tibdil jiżgura li l-Kummissjoni tkun tista' tipproponi jew il-livell 2 tad-direttiva implimentattiva jew il-livell 2 tar-regolament implimentattiv fuq il-bażi ta' din id-direttiva ta' qafas.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Referenzi f'din id-Direttiva għal negozju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, għandhom jinkludu impriżi ta' assigurazzjoni captive u ta' riassigurazzjoni captive, minbarra fejn issir dispożizzjoni speċifika għal dawk l-impriżi.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tittieħed kunsiderazzjoni tas-settur tal-assigurazzjoni captive.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-ħarsien tat-titolari tal-polza jippresumi li l-impriżi ta' l-assigurazzjoni jew ir-rijassigurazzjoni huma suġġetti għar-rekwiżiti ta' solvenza effettiva. Fid-dawl ta' l-iżviluppi tas-suq, is-sistema eżistenti m'għadhiex adattata. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi introdott qafas regolatorju ġdid.

(10) Il-ħarsien tat-titolari tal-polza jippresumi li l-impriżi ta' l-assigurazzjoni jew ir-rijassigurazzjoni huma suġġetti għar-rekwiżiti ta' solvenza effettiva. Fid-dawl ta' l-iżviluppi tas-suq, is-sistema eżistenti m'għadhiex adattata. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi introdott qafas regolatorju ġdid li jagħmel l-aħjar użu mill-effiċjenza tal-kapital fl-Unjoni Ewropea b'salvagwardji adegwati għat-titolari tal-polza.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Is-sistema l-ġdida ta' solvenza m'għandhiex tkun wisq tassattiva għall-impriżi ta' l-assigurazzjoni żgħar u ta' daqs medju.

(12) Is-sistema l-ġdida ta' solvenza m'għandhiex tkun wisq tassattiva għall-impriżi ta' l-assigurazzjoni żgħar u ta' daqs medju. Wieħed mill-għodda biex jintlaħaq dan l-objettiv hu applikazzjoni adegwata tal-prinċipju tal-proporzjonalità. Dak il-prinċipju għandu jkun applikat kemm għar-rekwiżiti tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif ukoll għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' superviżjoni.

Ġustifikazzjoni

Element ewlieni tal-proporzjonalità hu l-eżerċizzju tas-setgħat mill-kontrollur.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) B'mod partikolari, ir-reġim tas-Solvenza II għandu jqis in-natura speċifika tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni captive. Minħabba li dawk l-impriżi ikopri biss ir-riskji marbuta mal-grupp industrijali jew kummerċjali li huma jagħmlu parti minnu, għandhom ikunu pprovduti metodi adegwati, bi qbil mal-prinċipju tal-proporzjonalità, li jirriflettu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Minħabba d-daqs u t-tip tan-negozji tagħhom kif ukoll in-natura speċifika tar-riskji li huma jassiguraw jew jirriassiguraw, kumpaniji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni captive ħafna drabi m'għandhomx id-dejta u l-informazzjoni suffiċjenti u ta' kwalità xierqa li tippermettilhom jipproduċu esperjenzi storiċi rappreżentattivi ta' telf u japplikaw metodu affidabbli ta' attwarju. Hemm ħtieġa evidenti għas-simplifikazzjoni tal-Captives. Is-simplifikazzjonijiet proposti għall-impriżi ta' assigurazzjoni u ta' riassigurazzjoni 'komuni' madankollu jistgħu ma jqisux l-ispeċifiċità tan-negozju Captive.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Ir-reġim tas-Solvency II hu mistenni li jwassal għal protezzjoni aħjar għal kull min hu involut u se jirrikjedi lill-Istati Membri biex jipprovdu riżorsi adegwati lill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni finanzjarja.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) Biex is-superviżjoni tkun ibbażata fuq prinċipji kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi ta' amministrazzjoni tar-riskju x'aktarx se tirrikjedi żieda fir-riżorsi superviżorji.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti superviżorji stabbiliti skont it-Tieni u t-Tielet Pilastru, bħall-approvazzjoni tal-mudelli interni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni regolari tagħhom, kif ukoll il-koperazzjoni aktar mill-qrib u l-impenn konsegwenti ma' superviżuri u kumpaniji oħra, x'aktarx jitolbu li s-superviżuri nazzjonali jkunu jeħtieġu aktar riżorsi biex iwettqu r-responsabilitajiet akbar tagħhom kif meħtieġ.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 14 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14b) Is-superviżjoni tal-attività tar-riassigurazzjoni għandha tqis il-karatteristiċi speċjali tan-negozju tar-riassigurazzjoni, l-aktar in-natura globali tagħha u l-fatt li t-titolari tal-polza ta' assigurazzjoni huma wkoll impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Bid-dħul tas-Solvenza II l-għan tal-RID li jipprovdi reġim magħmul apposta għar-riassigurazzjoni jispiċċa. Hu kruċjali li tkun affermata mill-ġdid in-natura speċjali tar-riassigurazzjoni fid-Direttiva Solvenza II. Għandha ssir referenza għall-Istandard IAIS dwar is-superviżjoni tar-Riassigurazzjoni. B'din il-premessa ġdida qed ikun iċċarat li l-prinċipju tal-proporzjonalità jeħtieġ iqis in-natura speċjali tan-negozju tar-riassigurazzjoni.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Dan huwa meħtieġ biex tiġi promossa l-konverġenza superviżorja mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għodda superviżorja iżda wkoll mal-prattiċi superviżorji. Il-Kumitat tas-Sorveljaturi ta' l-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE għandu jkollu rwol importanti f'dan ir-rigward u għandu jirrapporta regolarment fuq il-progress li jsir.

(23) Dan huwa meħtieġ biex tiġi promossa l-konverġenza superviżorja mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għodda superviżorja iżda wkoll mal-prattiċi superviżorji. Il-Kumitat tas-Sorveljaturi ta' l-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (CEIOPS) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE għandu jkollu rwol importanti f'dan ir-rigward u għandu jirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni fuq il-progress li jsir.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li l-Parlament bħala koleġiżlatur ikun infurmat sew bl-iżviluppi li jirrigwardaw l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti ta' din id-Direttiva.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 29 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29a) Hi prassi ġenerali fil-Komunità li l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jbiegħu prodotti ta' assigurazzjoni tal-ħajja li fir-rigward tagħhom it-titolari tal-polza u l-benefiċjarji jikkontribwixxu għall-kapital ta' riskju tal-kumpanija bħala skambju għar-ritorn sħiħ jew in parti tal-kontribuzzjonijiet. Dawn il-profitti akkumulati huma fondi żejda ta' bilanċ pożittiv, li huma l-proprjetà tal-entità legali li tiġġenerahom. Fi ħdan ir-reġim ta' appoġġ tal-grupp, fondi żejda ta' bilanċ pożittiv mhumiex trasferibbli lill-entitajiet legali oħra tal-grupp.

Ġustifikazzjoni

Id-dħul tad-definizzjoni fondi żejda ta' bilanċ pożittiv għall-finijiet ta' din id-Direttiva tirrifletti prodott speċifiku tal-mudell tan-negozju li hu magħruf fl-Ewropa. Barra minn hekk, il-premessa tiċċara li fondi żejda ta' bilanċ pożittiv ma jistgħux ikunu użati bħala appoġġ tal-grupp minħabba n-natura legali tagħhom.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Is-sistema superviżorja għandha tirrikjedi rekwiżit li jkun sensittiv għar-riskju, imsejjes fuq kalkolu prospettiv, biex l-intervent ta' l-awtoritajiet superviżorji jkun preċiż u f'waqtu (ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza), u livell minimu ta' sigurtà li taħtu m'għandhomx jaqgħu r-riżorsi finanzjarji. Iż-żewġ rekwiżiti kapitali għandhom ikunu armonizzati fil-Komunità kollha biex ikun hemm livell uniformi ta' protezzjoni tat-titolari kollha tal-poloz.

(35) Is-sistema superviżorja għandha tirrikjedi rekwiżit li jkun sensittiv għar-riskju, imsejjes fuq kalkolu prospettiv, biex l-intervent ta' l-awtoritajiet superviżorji jkun preċiż u f'waqtu (ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza), u livell minimu ta' sigurtà li taħtu m'għandhomx jaqgħu r-riżorsi finanzjarji. Ir-Rekwiżit Kapitali Minimu għandu jkun marbut mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. Iż-żewġ rekwiżiti kapitali għandhom ikunu armonizzati fil-Komunità kollha biex ikun hemm livell uniformi ta' protezzjoni tat-titolari kollha tal-poloz. Biex ir-reġim tas-Solvenza II jiffunzjona sew, jeħtieġ ikun hemm skala ta' intervent adegwata bejn ir-Rekwiżit Kapitali Minimu u r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-SCR hu, fl-aħħar mill-aħħar, biex jagħti sinjal ta' twissija bikrija lis-superviżuri u lill-kumpaniji u jekk dan ma jkunx rispettat iwassal għall-involviment superviżorju ikbar. L-MRC jaġixxi bħala l-aħħar livell ta' intervent li wieħed jittama li jkun evitat minħabba t-twissija tal-SCR. Għandu jkun sensittiv għar-riskju sabiex jirrifletti b'mod xieraq il-veru riskju tal-kumpanija u għalhekk ir-risku li t-titolari tal-polza jkunu esposti għalih waqt li l-aħjar kalkolu tar-riskju hu pprovdut mill-SCR.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 35 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35a) Sabiex tkun evitata l-proċikliċità, partikolarment fi swieq ta' ishma ordinarji fi żmien ta' diffikultà finanzjarja, l-awtoritajiet superviżorji jeħtieġ jingħataw aktar flessibilità fl-adozzjoni u fl-eżekuzzjoni tal-miżuri superviżorji tagħhom. Din il-flessibilità akbar, madankollu, għandha tkun ta' natura eċċezzjonali, bil-għan li tistabbilizza aktar milli żżid l-effetti negattivi tal-kriżi finanzjarja.

Ġustifikazzjoni

Kriżijiet finanzjarji jistgħu jitolbu metodi superviżorji flessibbli mfassla għal żviluppi speċifiċi, b’hekk jiddevjaw mill-metodu ġenerali tad-direttiva. Iżda l-interventi għandhom japplikaw biss fi żminijiet ta’ kriżijiet finanzjarji u jidhru bħala temporanji.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Jeħtieġ li r-Rekwiżit Minimu Kapitali jiġu kkalkolat skond formula sempliċi, abbażi ta' dejta li tista' tiġi vverifikata.

(43) Jeħtieġ li r-Rekwiżit Kapitali Minimu jiġi kkalkolat skond formula sempliċi, li tkun konsistenti mal-metodu bbażat fuq ir-riskju tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u tkun ibbażata fuq dejta li tista' tiġi vverifikata. Ir-Rekwiżit Kapitali Minimu għandu jiżgura livell minimu li taħtu m'għandhomx jaqgħu r-riżorsi finanzjarji. Ir-Rekwiżit Kapitali Minimu u r-Rekwizit Kapitali tas-Solvenza għandhom ikunu armonizzati fil-Komunità kollha biex ikun hemm livell uniformi ta' protezzjoni tat-titolari tal-polza.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li tkun żgurata l-konsistenza tal-kalkolu tal-MCR mal-istrateġija ekonomika ġenerali tad-direttiva, ir-riflessjoni tal-MCR dwar il-profil ta' riskju tal-impriżi kif ukoll il-konsistenza bejn l-MCR u l-SCR (solo) madwar impriżi differenti.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 65 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65a) Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kkonsolidat għal grupp għandu jikkunsidra d-diversifikazzjoni globali tar-riskji li jeżistu fl-entitajiet kollha tal-assigurazzjoni li hemm f'dak il-grupp sabiex jirrifletti kif suppost kemm il-grupp hu espost għar-riskji.

Ġustifikazzjoni

Skont il-Kummissjoni[2], id-Direttiva tippermetti li jkunu meqjusa l-effetti tad-diversifikazzjoni fi grupp sħiħ, u mhux biss fl-UE, meta jkun ikkalkulat l-SCR fuq bażi konsolidata. Din il-premessa tenfasizza li m'għandux ikun hemm l-ebda esklużjoni arbitrarja tal-benefiċċji ta' diversifikazzjoni minn operazzjonijiet tal-assigurazzjoni li mhumiex fl-UE.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 69 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(69a) Kontrolluri ewlenin għandhom joperaw mingħajr diskriminazzjoni fil-livell tal-Komunità. B'mod partikolari, fir-rigward tal-likwidazzjoni ta' talbiet u sitwazzjonijiet ta' stralċ fejn kien hemm fis-seħħ arranġamenti ta' appoġġ tal-grupp, l-attivi għandhom jitqassmu fuq bażi ġusta lit-titolari kollha tal-poloz rilevanti, irrispettivament min-nazzjonalità jew id-domiċilju.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li jkun żgurat li t-titolari tal-poloz fl-Istati Membri kollha jkollhom drittijiet ġusti u ugwali f'każ ta' falliment tal-kumpanija ta' assigurazzjoni.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70) Dan huwa meħtieġ biex ikun żgurat li l-fondi proprji huma distribwiti kif suppost fi ħdan il-grupp u huma disponibbli biex iħarsu, fejn meħtieġ, it-titolari tal-poloz u l-benefiċjarji. Għal dan il-għan l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u r-rijassigurazzjoni fil-grupp, għandu jkollhom fondi proprji suffiċjenti biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, sakemm l-għan tal-ħarsien tat-titolari tal-poloz u tal-benefiċjarji ma jistax jintlaħaq mod ieħor. L-impriżi ta' l-assigurazzjoni u r-rijassigurazzjoni fi grupp għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħhom bis-sostenn tal-grupp, kif determinat mill-impriża prinċipali tagħhom, f'ċirkostanzi definiti. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar ir-regoli ta' l-Istati Membri u l-prattiċi ta' l-awtoritajiet superviżorji f'dan il-qasam, biex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-ħtieġa għal u tat-tħejjija għal reviżjoni potenzjali tal-grupp għall-ġejjieni.

(70) Dan huwa meħtieġ biex ikun żgurat li l-fondi proprji huma distribwiti kif suppost fi ħdan il-grupp u huma disponibbli biex iħarsu, fejn meħtieġ, it-titolari tal-poloz u l-benefiċjarji. Għal dan il-għan l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u r-rijassigurazzjoni fil-grupp, għandu jkollhom fondi proprji suffiċjenti biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, sakemm l-għan tal-ħarsien tat-titolari tal-poloz u tal-benefiċjarji ma jistax jintlaħaq mod ieħor. L-impriżi ta' l-assigurazzjoni u r-rijassigurazzjoni fi grupp għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħhom bis-sostenn tal-grupp, kif determinat mill-impriża prinċipali tagħhom, f'ċirkostanzi definiti. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar ir-regoli ta' l-Istati Membri u l-prattiki ta' l-awtoritajiet superviżorji f'dan il-qasam, biex tkun tista' ssir evalwazzjoni tal-ħtieġa għal u tat-tħejjija għal reviżjoni potenzjali tal-grupp għall-ġejjieni.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li l-Parlament bħala koleġiżlatur ikun infurmat sew bl-iżviluppi li jirrigwardaw l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti ta' din id-Direttiva.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 70 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità supervizorja taġixxi bħala superviżur tal-grupp hi tkun rikonoxxuta li qed tagħmel hekk b'mod mhux diskriminatorju. Azzjonijiet leġittimi meħuda minn grupp superviżorju, inklużi imma mhux limitati biss għal trasferimenti ta' kapital, m'għandhomx għalhekk jitqiesu, fuq il-bażi tal-mandat nazzjonali ta' dak is-superviżur, bħala kuntrarju għall-interessi tal-Istat Membru jew tat-titolari tal-poloz f'dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun ikkunsidrat is-settur tal-assigurazzjoni captive.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 70 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70b) Is-superviżuri kollha involuti fis-superviżjoni tal-grupp għandhom ikunu kapaċi jifhmu d-deċiżjonijiet meħuda, b'mod partikolari meta dawn id-deċiżjonijiet jittieħdu mis-superviżur tal-grupp. Meta l-informazzjoni relevanti ssir disponibbli għal wieħed/waħda mis-superviżuri, din għandha għalhekk immedjatament tkun disponibbli wkoll għas-superviżuri l-oħra, sabiex is-superviżuri kollha jkunu jistgħu jistabbilixxu opinjoni bbażata fuq l-istess informazzjoni relevanti. Fil-każ li s-superviżuri kkonċernati ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim, għandu jintalab parir ikkwalifikat mis-CEIOPS biex is-sitwazzjoni tiġi riżolta.

Ġustifikazzjoni

Il-mekkaniżmu ta’ appoġġ tal-grupp huwa bbażat fuq fiduċja reċiproka. Madankollu, għandu jikber l-involviment tal-awtoritajiet ta' superviżjoni konċernati, li mhumiex il-grupp ta' superviżjoni. Is-superviżuri kollha involuti għandhom ikunu jistgħu jagħtu ġudizzju fuq is-sitwazzjoni bbażat fuq l-istess ammont ta' informazzjoni relevanti. Meta s-superviżuri konċernati ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim, ikun siewi li jinkiseb parir ikkwalifikat minn parti terza li tipprovdi fehma indipendenti.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 70 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70c) Fil-kuntest tal-approvazzjoni ta' mudelli interni u t-tħaddim tas-sistema tal-appoġġ tal-grupp, din id-Direttiva tagħti rwol konsultattiv lis-CEIOPS. F'dak il-qafas, il-parir tas-CEIOPS għandu jiġi kkunsidrat b'mod sħiħ mill-awtorità superviżorja li jkollha s-setgħa li tieħu d-deċiżjoni finali, sabiex jiġi implimentat mekkaniżmu ta' "kkonforma jew spjega".

Ġustifikazzjoni

Mekkaniżmu ta' "kkonforma jew spjega" għandu jkun il-prinċipju l-aktar importanti li jmexxi l-operat tar-reġim tal-"grupp ta' appoġġ".

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 74

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(74) Il-gruppi kollha ta' l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni li huma soġġetti għas-superviżjoni tal-grupp, għandu jkollhom superviżur appuntat minn fost l-awtoritajiet superviżorju involuti. Id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tas-superviżur tal-grupp għandhom jinkludu s-setgħat meħtieġa għal koordinazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet. L-awtoritajiet involuti fis-superviżjoni ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni li jappartjenu lill-istess grupp, għandhom jistabbilixxu ftehimiet ta' koordinazzjoni.

(74) Il-gruppi kollha ta' l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni li huma soġġetti għas-superviżjoni tal-grupp, għandu jkollhom superviżur appuntat minn fost l-awtoritajiet superviżorju involuti. Id-drittijiet u l-obbligi tas-superviżur tal-grupp għandhom jinkludu s-setgħat meħtieġa għal koordinazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet. L-awtoritajiet involuti fis-superviżjoni ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni li jappartjenu lill-istess grupp, għandhom jistabbilixxu kulleġġi ta' superviżuri bħala l-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Biex jissaħħaħ l-involviment tal-awtoritajiet superviżorji kollha fis-superviżjoni tal-gruppi tal-assigurazzjoni transkonfinali, jeħtieġ jitwaqqfu kulleġġi ta' superviżuri. Dawn jipprovdu għal struttura permanenti imma flessibbli għall-koperazzjoni u l-koordinazzjoni. Huma jiltaqgħu regolarment, bil-għan li jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni, jippermettu lis-superviżuri jiżviluppaw fehim komuni tal-profil tar-riskju tal-gruppi, jilħqu koordinazzjoni u jikkoordinaw deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet individwali.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 75

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(75) L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari. Għandha tiġi stabbilita kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u r-rijassigurazzjoni kif ukoll bejn dawk l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' l-impriżi, attivi f'setturi oħta finanzjarji.

(75) Is-superviżuri mill-Istati Membri kollha li fihom hemm stabbilita impriża fil-grupp għandhom ikunu involuti fis-superviżjoni tal-grupp permezz ta' kulleġġ ta' superviżuri. Ilkoll kemm huma għandu jkollhom aċċess għad-dokumentazzjoni b'mod regolari u għandhom ikunu involuti b'mod dinamiku fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Għandha tiġi stabbilita kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u r-rijassigurazzjoni kif ukoll bejn dawk l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' l-impriżi, attivi f'setturi oħra finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Is-superviżuri jiffurmaw Kulleġġ.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 75 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(75a) Il-parir tas-CEIOPS lis-superviżur tal-grupp ma jorbotx lil dak is-superviżur meta jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu. Meta jiddelibera, is-superviżur tal-grupp għandu jqis sew dak il-parir u għandu jispjega kull devjazzjoni sinifikanti minnu. Hu parir li s-superviżuri jagħmlu tajjeb li ma jinjorawhx.

Ġustifikazzjoni

Kriżijiet finanzjarji jistgħu jitolbu metodi superviżorji flessibbli mfassla għal żviluppi speċifiċi, b’hekk jiddevjaw mill-metodu ġenerali tad-direttiva. Iżda l-interventi għandhom japplikaw biss fi żminijiet ta’ kriżijiet finanzjarji u jidhru bħala temporanji.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 93 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(93a) L-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali1 jirreferi għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi attwali dwar il-marġni tas-solvenza. Dawk ir-referenzi għandhom jinżammu sabiex jibqa' l-istatus quo. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-reviżjoni tagħha tad-Direttiva 2003/41/KE skont l-artikolu 21(4) tiegħu, malajr kemm jista' jkun. Il-Kummissjoni, appoġġjata mis-CEIOPS, għandha tiżviluppa sistema xierqa ta' regoli ta' solvenza għall-fondi tal-pensjoni, waqt li tirrifletti b'mod sħiħ il-karattru distintiv u essenzjali tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni.

 

_______________

ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li l-qafas legali għall-IORPs jibqa' l-istess, meta tqis li se ssir reviżjoni ta' dik id-Direttiva mill-Kummissjoni.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 95 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(95a) Minħabba li qed tiżdied in-natura transkonfinali tan-negozju tal-assigurazzjoni, għandu jsir aktar xogħol fuq skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni fl-Unjoni Ewropea u d-diverġenzi bejn ir-reġimi tal-Istati Membri għandhom jonqsu kemm hu possibbli, waqt li jitqiesu l-istrutturi ta' superviżjoni. Għalkemm dan ix-xogħol li għadu għaddej se jsir barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jeħtieġ li jsir aktar minn dak li hu ssuġġerit fl-istudji li saru mill-Kummissjoni, u li jkun propost, malajr kemm jista' jkun, mekkaniżmu ta' garanzija tal-assigurazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea, partikolarment għall-assigurazzjoni tal-ħajja. L-għan ta' dan il-mekkaniżmu għandu jkun li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni armonizzata għat-titolari kollha tal-poloz.

Ġustifikazzjoni

Skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni huma vitali għall-protezzjoni tat-titolari tal-poloz f'każ ta' stralċ ta' impriża tal-assigurazzjoni. Attwalment hemm nuqqas ta' armonizzazzjoni f'dan il-qasam u jeħtieġ li jsir aktar biex jintlaħaq l-istess livell ta' protezzjoni fl-Istati Membri kollha.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bla ħsara għall-Artikolu 5 sa 10, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi ta' l-assigurazzjoni li d-dħul primjum annwali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 5 miljuni.

1. Bla ħsara għall-Artikoli 3 u 5 sa 10, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi ta' l-assigurazzjoni fejn:

 

(a) id-dħul primjum annwali tal-impriża ma jaqbiżx il-EUR 5 miljun;

 

(b) it-total tad-dispożizzjonijiet tekniċi tal-ammonti irkuprabbli minn kuntratti ta' riassigurazzjoni u Vetturi bi Skop Speċjali kif imsemmi fl-Artikolu 75, ma jaqbiżx il-EUR 25 miljun,

 

(c) it-total tad-dispożizzjonijiet tekniċi tal-grupp, l-ammonti gross irkuprabbli minn kuntratti ta' riassigurazzjoni u Vetturi bi Skop Speċjali ma jaqbżux il-EUR 25 miljun;

 

(d) in-negozju tal-impriża ma jinkludix attivitajiet ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li jkopru responsabilità, kreditu u assigurazzjoni ta' garanzija għar-riskji, sakemm ma jkunux riskji anċillari fis-sens tal-Artikolu 16(1);

 

 

(e) l-obbligi ta' riassigurazzjoni tal-impriża ma jeċċedux l-EUR 0.5 miljuni jew aktar minn 10% tad-dħul gross mill-primjum iddikjarat jew 10% tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom.

2. Jekk l-ammont stipulat fil-paragrafu 1 jinqabeż għal tliet snin konsekuttivi din id-Direttiva għandha tapplika b’effett mir-raba’ sena.

2. Jekk l-ammonti stipulati fil-paragrafu 1 jinqabżu għal tliet snin konsekuttivi din id-Direttiva għandha tapplika b’effett mir-raba’ sena.

 

2a. F'każ li d-dħul annwali mill-primjums ta' impriża tal-assigurazzjoni jonqos b'mod konsistenti fi tliet snin konsekuttivi għal livell inqas mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1(a), l-impriża tal-assigurazzjoni m'għandhiex tibqa' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

 

2b. Il-paragrafi  1 u 2 m’għandhomx iwaqqfu impriża  milli tapplika biex tiġi awtorizzata jew tkompli tkun awtorizzata taħt din id-Direttiva.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – punt 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'impriża tal-assigurazzjoni captive' tfisser impriża tal-assigurazzjoni li tappartjeni jew lil impriża finanzjarja li mhix impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew lil grupp ta' impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jaqgħu taħt it-Titolu III ta' din id-Direttiva, jew li tappartjeni lil impriża mhux finanzjarja, u li l-iskop tagħha hu li tipprovdi kopertura assigurattiva esklussivament fir-rigward tar-riskji tal-impriża jew l-impriżi li hi tagħmel parti minnhom jew fir-rigward ta' impriża jew impriżi tal-grupp li l-impriża tal-assigurazzjoni 'captive' hi membru tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li jkun hemm definizzjoni għal impriżi ta' assigurazzjoni captive li tispeċifika li dawn huma impriżi tal-assigurazzjoni u li huma l-bażi ta' din id-Direttiva.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – punt 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) 'riassiguratur dedikat' tfisser assiguratur:

 

(a) li n-negozju tal-assigurazzjoni tiegħu huwa limitat għar-riassigurazzjoni ta' ċessjonarja (grupp ta' impriżi jew impriża li jittrasferixxu r-riskju lir-riassiguratur iddedikat) u tas-sussidjarji taċ-ċessjonarja b'kundizzjonijiet li jippermettu liċ-ċessjonarja fi kwalunkwe ħin li tikkanċella l-arranġamenti tar-riassigurazzjoni u li ma' kull kanċellazzjoni bħal din tittrasferixxi immedjatament l-attivi u l-passivi tar-riassiguratur liċ-ċessjonarja; kif ukoll

 

(b) li, direttament jew indirettament:

 

(i) jappartjeni b'mod sħiħ liċ-ċessjonarja jew lill-membri taċ-ċessjonarja; jew

 

(ii) iċ-ċessjonarja tappartjeni b'mod sħiħ lilu;

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – punt 10 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) 'Stat Membru fejn ikun jinstab ir-riskju tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin  mid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt ta' l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja:

(10) 'Stat Membru fejn ikun jinstab ir-riskju' tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha tevita implikazzjonijiet mhux intenzjonali ta' taxxa.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – punt 11 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) 'l-Istat Membru ta’ l-impenn tfisser l-Istat Membru li fih jinsab kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin  mid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt ta' l-assigurazzjoni tal-ħajja:

(11) 'l-Istat Membru ta’ l-impenn' tfisser l-Istat Membru li fih jinsab kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha tevita implikazzjonijiet mhux intenzjonali ta' taxxa.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – punt 15 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) 'tranżazzjoni fil-grupp' tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li permezz tagħha impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tiddependi direttament jew indirettament fuq impriżi oħra fl-istess grupp jew fuq persuna fiżika jew ġuridika konnessa mal-impriżi f'dak il-grupp b'konnessjonijiet mill-qrib, biex jitwettqu l-obbligu, kemm jekk kuntrattwali jew le, u kemm jekk bi ħlas jew le. Dawk it-tranżazzjonijiet jikkonċernaw b'mod partikolari:

 

(a) self;

 

(b) garanziji u tranżazzjonijiet li ma jkunux fil-karta tal-bilanċ;

 

(c) elementi eliġibbli biex ikopru l-marġni tas-solvenza;

 

(d) investimenti;

 

(e) operazzjonijiet ta' riassigurazzjoni; kif ukoll

 

(f) ftehimiet biex jinqasmu l-ispejjeż;

Ġustifikazzjoni

Id-dixxiplina tat-Tranżazzjoni fil-Grupp hi qasam importanti ta' superviżjoni minħabba ċ-ċiklu ta' produzzjoni tipikament invertit tan-negozju tal-assigurazzjoni, li jista' joħloq raġuni għal konflitt ta' interess fir-relazzjoni tal-entità li tkun sorveljata bil-partijiet relatati tagħha. Minħabba li l-proposta tal-Kummissjoni mhix kompluta f'dan ir-rigward jeħtieġ tkun iserita definizzjoni ta' Tranżazzjoni fil-Grupp.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Artikolu  4  m’għandhux jipprevjeni impriża  milli tapplika, jew tkompli, biex tiġi awtorizzata  taħt din id-Direttiva.

imħassar

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għan ewlieni tas-superviżjoni

Għan ewlieni tas-superviżjoni skont din id-Direttiva

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jingħataw il-mezzi meħtieġa biex iwettqu l-għan ewlieni ta' superviżjoni, jiġifieri l-ħarsien tat-titolari ta' poloz u l-benefiċjarji.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jingħataw il-mezzi meħtieġa, u jkollhom il-kompetenza u l-kapaċità relevanti, kif ukoll il-mandat biex iwettqu l-għan ewlieni ta' superviżjoni, jiġifieri l-ħarsien tat-titolari ta' poloz u l-benefiċjarji bi qbil mal-liġi Komunitarja u nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti superviżorji stabbiliti skont it-Tieni u t-Tielet Pilastru, bħall-approvazzjoni tal-mudelli interni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni regolari tagħhom, kif ukoll il-koperazzjoni aktar mill-qrib u l-impenn konsegwenti ma' superviżuri u kumpaniji oħra, x'aktarx jitolbu li s-superviżuri nazzjonali jkunu jeħtieġu aktar riżorsi biex iwettqu r-responsabilitajiet akbar tagħhom kif xieraq.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva jiġu applikati b'mod xieraq li jkun proporzjonat għan-nautra, il-kumplessità u l-iskala tar-riskji inerenti fin-negozji ta' impriża ta' l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva jiġu applikati b'mod xieraq li jkun proporzjonat għan-natura, il-kumplessità u l-iskala tar-riskji inerenti fin-negozji ta' impriża ta' l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni kif ukoll bil-għan li tinżamm stabilità finanzjarja fil-Komunità kollha, partikolarment fi żmenijiet ta' diffikultà finanzjarja.

Ġustifikazzjoni

In-negozji kollha għandhom ikunu regolati - mingħajr distinzjoni ta' daqs, għaliex l-impatt ta' negliġenza mhuwiex dejjem koerenti mad-daqs, imma jiddependi mit-tip ta' assigurazzjoni li kumpanija jkollha u mill-ġeografija tal-attivitajiet tagħha.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri implimentattivi relatati mal-paragrafu 3, li jispeċifikaw l-applikazzjoni proporzjonali tad-Direttiva, partikolarment għal impriżi tal-assigurazzjoni żgħar ħafna. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 304(3).

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta' proporzjonalità jitlob aktar kjarifika permezz ta' miżuri implimentattivi.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is- superviżjoni  finanzjarja skond il-paragrafu 1 għandha tinkludi verifika, rigward il-kummerċ kollu ta’ l-impriża ta' l-assigurazzjoni jew  tar-rijassigurazzjoni, dwar l-istat ta’ solvenza  tagħha, it-twaqqif ta’ dispożizzjonijiet tekniċi u fondi proprji eliġibbli  , skond ir-regoli mwaqqfa jew il-prattiki segwiti fl-Istat Membru tal-pajjiż  skond id-  dispożizzjonijiet adottati fuq livell Komunitarju.

Is- superviżjoni  finanzjarja skond il-paragrafu 1 għandha tinkludi verifika, rigward il-kummerċ kollu ta’ l-impriża ta' l-assigurazzjoni jew  tar-rijassigurazzjoni, dwar l-istat ta’ solvenza  tagħha, it-twaqqif ta’ dispożizzjonijiet tekniċi tal-attivi tagħha u fondi proprji eliġibbli  , skond ir-regoli mwaqqfa jew il-prattiki segwiti fl-Istat Membru tal-pajjiż  skond id-  dispożizzjonijiet adottati fuq livell Komunitarju.

Ġustifikazzjoni

Supervision of investments is an essential piece of solvency assessment. There is no rationale to omit a reference to the supervision of assets, since they are an essential part of insurance activity. Since this article corresponds to recasting and the reference to assets is in the current directives, such a reference should be maintained due its importance Supervision of assets is fully compatible with the freedom of investments and the prudent person principle stated in he proposal of Solvency 2 directive. Furthermore such supervision becomes more crucial when Solvency 2 come into force, having in mind the maximum degree of freedom provided to insurers regarding this point.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) kwalunkwe għodda kwantitattiva żviluppata skont il-proċess ta' analiżi tas-superviżjoni.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 34 jippermetti lis-superviżuri li jiżviluppaw 'għodod kwantitattivi taħt il-proċess ta' analiżi tas-superviżjoni għall-evalwazzjoni tal-abbiltà tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni biex jindirizzaw iċ-ċirkostanzi possibbli jew il-bidliet ġejjiena tal-kundizzjonijiet ekonomiċi li jista' jkollhom effett ħażin fuq il-qagħda finanzjarja globali', imma ma jagħtix dettalji dwar x'fihom dawn l-istrumenti; dan jista' jwassal għal nuqqas ta' armonizzazzjoni tal-prattiki ta' superviżjoni u distorjoni tar-rekwiżiti kapitali mitluba jew tal-livelli u l-grad ta' intervent.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-segħta li jiżviluppaw, barra mill-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u fejn xieraq, għodod kwantitattivi taħt il-proċess ta' analiżi tas-superviżjoni għall-valutazzjoni ta' l-abbiltà ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni biex jindirizzaw iċ-ċirkostanzi possibbli jew il-bidliet ġejjiena tal-kundizzjonijiet ekonomiċi li jista' jkollhom effett ħażin fuq il-qagħda finanzjarja globali. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jeżiġu li dawn it-testijiet jitwettqu mill-impriża.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'każi eċċezzjonali, l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-segħta li jiżviluppaw, barra mill-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u fejn meħtieġ, għodod kwantitattivi taħt il-proċess ta' analiżi tas-superviżjoni għall-evalwazzjoni ta' l-abbiltà ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni biex jindirizzaw iċ-ċirkostanzi possibbli jew il-bidliet ġejjiena tal-kundizzjonijiet ekonomiċi li jista' jkollhom effett ħażin fuq il-qagħda finanzjarja globali. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jeżiġu li dawn it-testijiet jitwettqu mill-impriża.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet superviżorji m'għandhomx, per se, ikollhom id-dritt li jimponu miżuri kwantitattivi minbarra l-kalkoli tal-SCR fuq kumpaniji tal-assigurazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom ikunu applikati biss f'każi eċċezzjonali, u jekk meqjus meħtieġ.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Is-setgħat superviżorji għandhom jiġu applikati f’waqthom u b’mod proporzjonat.

6. Is-setgħat superviżorji għandhom jiġu applikati f’waqthom u b’mod proporzjonat. Is-superviżuri għandhom iqisu l-azzjonijiet li jistgħu jkunu proċikliċi fi żminijiet ta' pressjoni fis-suq kollu, filwaqt li l-ħin kollu jikkunsidraw sew l-interessi tat-titolari tal-polza.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. Is-superviżuri jistgħu jikkunsidraw l-effetti fuq l-immaniġġjar tar-riskji u tal-attivi li għandhom kodiċi ta' kondotta u ta' trasparenza volontarji li magħhom jikkonformaw l-istituzzjonijiet rilevanti li jinnegozjaw fi strumenti ta' investiment li mhumiex regolati jew li huma alternattivi.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istat Membru fejn ikun jinsab il-fornitur tas-servizz għandhu jippermetti l-awtoritajiet superviżorji ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni biex iwettqu huma stess, jew permezz ta’ persuni intermedjarji li jaħtru għal dak il-għan, spezzjonijiet fuq il-post fil-binjiet tal-fornitur tas-servizzi, wara li l-ewwel ikun nfurma l-awtoritajiet proprji tiegħu. Fil-każ ta’ entità mhux supervizzata, l-awtorità xierqa għandha tkun l-awtorità superviżorja.

2. L-Istat Membru fejn ikun jinsab il-fornitur tas-servizz għandu jippermetti l-awtoritajiet superviżorji ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni biex iwettqu huma stess, jew permezz ta’ persuni intermedjarji li jaħtru għal dak il-għan, spezzjonijiet fuq il-post fil-binjiet tal-fornitur tas-servizzi, wara li l-ewwel ikun nfurma lill-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni u l-awtoritajiet proprji tiegħu. Fil-każ ta’ entità mhux taħt superviżjoni, l-awtorità xierqa għandha tkun l-awtorità superviżorja.

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-frażi miżjuda hu biex tissalvagwardja d-dritt tal-kumpanija għall-informazzjoni fi proċess ta' spezzjoni u biex tinżamm it-trasparenza superviżorja.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. L-għoti ta' kuntratti 'l barra lil fornituri ta' servizzi li jinsabu f'pajjiżi terzi għandu jkun permess f'konformità mal-kundizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu l-ġdid hu meħtieġ u għandu l-għan li jiċċara li l-għoti tal-kuntratti ta' servizzi 'l barra lill-pajjiżi terzi mhux se jkun fl-ebda każ ristrett, anke jekk il-paragrafi preċedenti 1 u 2 ikunu interpretati b'mod strett.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-funzjoni hija kapaċità interna għat-twettiq ta' kompiti prattiċi. Il-mod li bih l-impriżi tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni jimplimentaw il-funzjonijiet ta' tmexxija stabbiliti fl-Artikoli 43, 45, 46 u 47 jitħalla għad-diskrezzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Fit-test m'hemmx kjarifika li l-funzjonijiet imsemmija jirrapreżentaw biss oqsma ta' responsabilità u mhux unitajiet organizzattivi. Dan tal-aħħar ikun ifisser intervent fil-fond fl-istrutturi organizzattivi speċifiċi tal-kumpanija u għalhekk jista' biss ikun implimentat bi sforz kbir ħafna minn kumpaniji żgħar tal-assigurazzjoni, b'mod partikolari. Id-dħul ta' definizzjoni ta' funzjoni hi essenzjali għall-SMEs. Inkella l-ispejjeż għal dipartimenti ġodda jkunu jridu jitħallsu permezz ta' primjums ogħla mit-titolari tal-polza.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikoku 42 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kwalifiki, l-għarfien u l-esperjenza professjonali tagħha jkunu biżżejjed sabiex ikun hemm ġestjoni soda u prudenti (adatta);

(a) il-kwalifiki, l-għarfien u l-esperjenza professjonali tagħha jkunu biżżejjed sabiex ikun hemm ġestjoni soda u prudenti (adatta); sabiex jiġi evalwat il-livell meħtieġ ta' kompetenza, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala fatturi addizzjonali l-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tal-membri għolja tal-amministrazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda għandha l-għan li ssaħħaħ u tippreċiża r-rekwiżiti professjonali meħtieġa biex titmexxa impriża tal-assigurazzjoni.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni għandhom ikollhom fis-seħħ sistema effettiva ta’ ġestjoni tar-riskju li tkun tinkludi l-istrateġiji, proċessi u proċeduri ta' rappurtar meħtieġa għas-superviżjoni, l-ġestjoni u r-rappurtar, fuq bażi kontinwa, f'livell individwali jew aggregat, tar-riskji li huma esposti għalihom jew li jistgħu jkunu esposti għalihom, u l-interdipendenzi fost dawn ir-riskji.

1. L-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni għandhom ikollhom fis-seħħ sistema effettiva ta’ ġestjoni tar-riskju li tkun tinkludi l-istrateġiji, proċessi u proċeduri ta' rappurtar meħtieġa għall-identifikazzjoni, il-kejl, is-superviżjoni, l-ġestjoni u r-rappurtar, fuq bażi permanenti, f'livell individwali jew aggregat, tar-riskji li huma esposti għalihom jew li jistgħu jkunu esposti għalihom, u l-interdipendenzi fost dawn ir-riskji.

Ġustifikazzjoni

Qabel ma jkun possibbli kejl tar-riskju, ir-riskju jeħtieġ li jkun identifikat. Il-ħames azzjonijiet 'identifikazzjoni', 'superviżjoni', 'ġestjoni', 'monitoraġġ' u 'rappurtar', huma rrakkomandati f'din il-ġabra ta' pariri tal-ewwel fażi ta' CEIOPS.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din is-sistema ta' ġestjoni tar-riskju għandha tkun integrata sewwa fl-istruttura organizzattiva ta' l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni. Għandha tinkludi pjanijiet ta' kontinġenza.

Din is-sistema ta' ġestjoni tar-riskju għandha tkun effettiva u integrata sewwa fl-istruttura organizzattiva ta' l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni b'kunsiderazzjoni xierqa f'livell għoli eżekuttiv. Għandha tinkludi pjanijiet ta' kontinġenza.

Ġustifikazzjoni

Il-ġestjoni tar-riskju għandu jkun effettiv u jkollu l-komprensjoni u l-kunsiderazzjoni xierqa tal-amministrazzjoni għolja.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-konformità, fuq bażi kontinwa, mar-rekwiżiti tal-kapital, kif stabbiliti fit-Taqsimiet 4 u 5 tal-Kapitolu VI u mar-rekwiżiti dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi, kif stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI;

(b) il-konformità, fuq bażi permanenti, mar-rekwiżiti tal-kapital, kif stabbiliti fit-Taqsimiet 4 u 5 tal-Kapitolu VI u mar-rekwiżiti dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi, kif stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI;

Ġustifikazzjoni

Koerenti mal-emenda dwar l-Artikolu 43.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-punt safejn il-profil tar-riskju ta' l-impriża kkonċernat jiddevja konsiderevolment mill-assunzjonijiet li fuqhom huwa bbażat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kif stabbilit fl-Artikolu 101(3), ikkolkolat permezz tal-formula standard skond is-Subtaqsima 2, tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI jew permezz tal-mudell parzjali jew sħiħ skond is-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitalu VI.

(C) l-importanza li biha l-profil tar-riskju ta' l-impriża kkonċernat jiddevja mill-assunzjonijiet li fuqhom huwa bbażat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kif stabbilit fl-Artikolu 101(3), ikkolkolat permezz tal-formula standard skond is-Subtaqsima 2, tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI jew permezz tal-mudell parzjali jew sħiħ skond is-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitalu VI.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun garantita l-protezzjoni tat-titolari tal-polza, hu importanti ferm li jkunu evalwati d-devjazzjonijiet possibbli mill-formula standard. Il-kelma 'safejn' fis-subparagrafu c) timplika rekwiżiti kwantitattivi addizzjonali, li mhumiex konformi mal-punt fokali kwalitattiv tal-evalwazzjoni tar-riskju proprju u tal-solvenza.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), l-impriża kkonċernata għandu jkollha stabbiliti proċessi li jippermettulha tidentifika u tkejjel kif inhu xieraq ir-riskji li taffaċċja fi żmien qasir u fit-tul u wkoll tidentifika ġrajjiet possibbli jew bidliet futuri fil-kundizzjonijiet ekonomiċi li jista' jkollhom effetti sfavorevoli fuq il-qagħda finanzjarja globali tagħha. L-impriża għandha turi l-metodi użati sabiex tistabbilixxi l-ħtiġijiet globali ta' solvenza tagħha.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kejl kwantitattiv tar-rekwiżiti kapitali tas-solvenza hu suġġett għall-formula standard jew għal mudell intern. ORSA mhix se tkun mezz biex iddgħajjef dawn ir-riżultati u ma tiġġenerax rekiżiti tal-kapital addizzjonali. Fil-fatt, azzjoni proattiva b'riskji potenzjali u trattament konxju ta' tolleranza tar-riskju se jkun il-punt fokali ta' ORSA.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. Bla ħsara għal dak imsemmi hawn fuq, l-uniċi livelli ta' solvenza li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jridu jikkonformaw magħhom għandhom ikunu dawk iddeterminati b'konformità mal-formula standard jew, fejn ikun xieraq, mal-mudell intern użat, bla ħsara għar-riżervi kapitali, bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Como se menciona en la presente Directiva (artículos 74 a 129), el requerimiento de capital de solvencia (SCR) y el requerimiento mínimo de capital (MCR) según fórmula estándar, deben ser considerados como los únicos requerimientos de capital necesarios y/o exigidos por las autoridades de supervisión. En ningún caso, los supervisores pueden acogerse a su poder para exigir una valoración individualizada u ORSA (Own Risk Solvency Assesment), conforme a lo dispuesto en este artículo, que obligue alas empresaes a desarrollar un modelo interno de capital económico que desvirtúe la necesaria separación entre el Pilar I y el Pilar II de esta Directiva.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 47 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-funzjoni attwarja għandha titwettaq minn persuni b'għarfien biżżejjed tal-matematika attwarja u finanzjarja u li huma kapaċi, fejn ikun xieraq, juru l-esperjenza u l-ħila esperta rilevanti tagħhom skond l-istandards professjonali u standards oħra applikabbli.

2. Il-funzjoni attwarja għandha titwettaq minn persuni b'għarfien tal-matematika attwarja u finanzjarja, li jkollhom il-kapaċità proporzjonata għall-kumplessità u l-istruttura tar-riskju tal-impriża kkonċernata u li huma kapaċi juru l-esperjenza rilevanti tagħhom .

Ġustifikazzjoni

Biex ikunu żgurati riżorsi u għarfien xierqa.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 49 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) l-elementi tas-sistemi msemmija fl-Artikoli 41, 43, 45 u 46, u partikolarment l-oqsma koperti mill-ġestjoni ta' l-attiv u tal-passiv u mill-politika ta' investiment, kif imsemmija fl-Artikolu 43(2), ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni;

(1) l-elementi tas-sistemi msemmija fl-Artikoli 41, 43, 44, 45 u 46, u partikolarment l-oqsma koperti mill-ġestjoni ta' l-attiv u tal-passiv u mill-politika ta' investiment, kif imsemmija fl-Artikolu 43(2), ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni;

Ġustifikazzjoni

La Directiva debe garantizar una armonización máxima en las prácticas y procedimientos de los distintos supervisores europeos, con el fin de evitar tratamientos desiguales, al mismo operador, en los diferentes Estados Miembros. En este sentido se propone que sea en la Comisión Europea mediante medidas de desarrollo (Nivel 2 Lamfalussy) donde se establezcan los principios generales armonizados que deben tener en cuenta los supervisores nacionales. En consecuencia y dado que el ORSA tal y como viene definido por el artículo 44, es un elemento clave en el Pilar II, se hace imprescindible contar con una definición armonizada a escala europea del alcance y la metodología a utilizar.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 49 – punt 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) l-ambitu u l-metodi tal-evalwazzjoni interna tar-riskji u tas-solvenza kif stipulati fl-Artikolu 44.

Ġustifikazzjoni

Level 2 implementing measures are needed in this field since it could comprise a major part of the changes that companies need to develop in order to get ready for Solvency II. A harmonised definition of the scope and methodology used for the assessments on a European level will create consistency and avoid the use of different supervisory practices. Implementing measures should, among other things, clarify that ORSA (Own Risk and Solvency Assessment) must not be used to undermine the principle that the SCR and the MCR, as calculated under Article. 101, are the only relevant solvency levels.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 51 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kumitat tas-Sorveljaturi Ewropej ta' l-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni, flimkien ma' rapport li jindika l-ammont ta' konverġenza superviżorja fl-użu taż-żidiet kapitali bejn l-awtoritajiet superviżorji ta' l-Istati Membri differenti.

3. Il-Kumitat tas-Sorveljaturi Ewropej ta' l-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, flimkien ma' rapport li jindika l-ammont ta' konverġenza superviżorja fl-użu taż-żidiet kapitali bejn l-awtoritajiet superviżorji ta' l-Istati Membri differenti.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill, bħala koleġiżlaturi, li jkunu infurmati sew bl-iżviluppi li jirrigwardaw l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti ta' din id-Direttiva.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 51 a(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 51a

 

Teħid ta' deċiżjonijiet mis-CEIOPS

 

Id-deċiżjonijiet kollha meħuda mis-CEIOPS għall-għanijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati permezz ta' maġġoranza kwalifikata.

Ġustifikazzjoni

Biex id-deċiżjoni tittieħed malajr u bl-aktar mod kostruttiv, hi meħtieġa votazzjoni kwalifikata.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikoku 52 – paragrafu 1 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) meta, bl-iżvelar tat-tali informazzjoni, il-kompetituri ta' l-impriża jiksbu vantaġġ sinifikanti u skorrett;

 

(a) meta, bl-iżvelar tat-tali informazzjoni, l-impriża ssofri ħsara kummerċjali eċċessiva;

Ġustifikazzjoni

It-test għandu jkun dwar 'ħsara' għall-impriża. Din tista' ssir minħabba kompetizzjoni inġusta jew b'xi mod ieħor.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 53 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jitolbu lill-impriża kkonċernata biex tiżvela immedjatament l-ammont ta' nuqqas ta' konformità, flimkien ma' spjegazzjoni ta' l-oriġini u konsegwenzi tiegħu, inkluż kwalunkwe miżura ta' rimedju meħuda. Meta, minkejja pjan ta' rkupru li inizjalment ikun tqies bħala vijabbli, u xahrejn wara li jkun ġie osservat, in-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jkun għadu mhux riżolt, dan għandu jiġi żvelat fi tmiem il-perjodu, flimkien ma' spjegazzjoni ta' l-oriġini u konsegwenzi tiegħu, inkluż kwalunkwe miżura ta' rimedju meħuda.

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jitolbu lill-impriża kkonċernata biex tiżvela immedjatament l-ammont ta' nuqqas ta' konformità, flimkien ma' spjegazzjoni ta' l-oriġini u konsegwenzi tiegħu, inkluż kwalunkwe miżura ta' rimedju meħuda. Meta, minkejja pjan ta' rkupru li inizjalment ikun tqies bħala vijabbli, u tliet xhur wara li jkun ġie osservat, in-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jkun għadu mhux riżolt, dan għandu jiġi żvelat fi tmiem il-perjodu, flimkien ma' spjegazzjoni ta' l-oriġini u konsegwenzi tiegħu, inkluż kwalunkwe miżura oħra ta' rimedju.

Ġustifikazzjoni

Biex tkun adattata mal-iskeda ta' żmien stabbilita fl-Artikolu 136.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 53 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jitolbu lill-impriża kkonċernata biex tiżvela immedjatament l-ammont ta' nuqqas ta' konformità, flimkien ma' spjegazzjoni ta' l-oriġini u konsegwenzi tiegħu, inkluż kwalunkwe miżura ta' rimedju meħuda. Meta, minkejja l-pjan ta' rkupru li inizjalment ikun tqies bħala vijabbli, u erba' xhur wara li jkun ġie osservat, parti sinifikanti min-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jkun għadu mhux riżolt, dan għandu jiġi żvelat fi tmiem il-perjodu, flimkien ma' spjegazzjoni ta' l-oriġini u konsegwenzi tiegħu, inkluż kwalunkwe miżura ta' rimedju meħuda.

Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jitolbu lill-impriża kkonċernata biex tiżvela immedjatament l-ammont ta' nuqqas ta' konformità, flimkien ma' spjegazzjoni ta' l-oriġini u konsegwenzi tiegħu, inkluż kwalunkwe miżura ta' rimedju meħuda. Meta, minkejja l-pjan ta' rkupru li inizjalment ikun tqies bħala vijabbli, u sitt xhur wara li jkun ġie osservat, parti sinifikanti min-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu jkun għadu mhux riżolt, dan għandu jiġi żvelat fi tmiem il-perjodu, flimkien ma' spjegazzjoni ta' l-oriġini u konsegwenzi tiegħu, inkluż kwalunkwe miżura oħra ta' rimedju.

Ġustifikazzjoni

Biex tkun adattata mal-iskeda ta' żmien stabbilita fl-Artikolu 135.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Kumitat tas-Sorveljaturi ta' l-Assigurazzjoniet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Kumitat tas-Sorveljaturi ta' l-Assigurazzjoniet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE, u li l-mandati nazzjonali mogħtija lis-superviżuri ma jwaqqfuhomx milli jaqdu dmirhom bħala membri ta’ dak il-Kumitat jew skont din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-parir tas-CEIOPS għandu jkun ġust u onest u għandu jkun politikament korrett. Għaldaqstant is-superviżuri nazzjonali jridu jkunu f’pożizzjoni li jikkomunikaw u jaħdmu bis-sħiħ flimkien. Hi konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar l-Equitable Life.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 70 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-CEIOPS għandha, fejn meħtieġ, tipprovdi għal interpretazzjoni konġunta tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tal-miżuri implimentattivi tagħha sabiex issaħħaħ il-konverġenza tal-prattiki superviżorji. Is-CEIOPS għandha tirraporta b'mod regolari dwar il-progress tal-konverġenza superviżorja fil-Komunità.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li telabora definizzjoni tal-mandat nazzjonali tas-superviżuri u tal-irwol mogħti lis-CEIOPS.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi għandu jkun ibbażat fuq il-valur kurrenti.

2. Id-dispożizzjonijiet tekniċi għandhom ikunu kkalkulati b'mod li jkun oġġettiv, affidabbli u konsistenti mas-suq.

Ġustifikazzjoni

It-terminu 'valur kurrenti' li mhux definit fid-Direttiva, jista' joħloq konfużjoni u implimentazzjoni mhux adegwata.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi għandu jagħmel użu minn u jkun konsistenti ma' l-informazzjoni pprovduta mis-swieq finanzjarji u dejta ġeneralment disponibbli dwar ir-riskji tekniċi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni (il-konsistenza tas-suq).

3. Il-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi għandu jagħmel użu minn u jkun konsistenti ma' l-informazzjoni pprovduta mis-swieq finanzjarji u dejta ġeneralment disponibbli dwar ir-riskji tas-sottoskrizzjoni (il-konsistenza tas-suq).

Ġustifikazzjoni

Kjarifika teknika biex issir inqas ambigwa.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-dispożizzjonijiet tekniċi għandhom jiġu kkolkolati b'mod prudenti, affidabbli u oġġettiv.

imħassar

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-aħjar stima għandha tkun ugwali għall-medja bil-koeffiċjent tal-probabbiltà ta' likwidità futura, filwaqt li jitqies il-valur fiż-żmien tal-flus (il-valur preżenti mistenni tal-likwidità futura), billi tintuża l-istruttura tat-terminu rilevanti tar-rata ta' l-imgħax bla riskju.

2. L-aħjar stima għandha tkun konsistenti mal-medja bil-koeffiċjent tal-probabbiltà ta' likwidità futura, filwaqt li jitqies il-valur fiż-żmien tal-flus (il-valur preżenti mistenni tal-likwidità futura), billi tintuża l-istruttura tat-terminu rilevanti tar-rata ta' l-imgħax bla riskju sabiex ir-rata ta' skont tkun konsistenti mal-prezzijiet tas-suq għal-likwidità li tista' tiġi osservata u li l-karatteristiċi tagħha jkunu simili għal dawk tal-passivi f'termini, inter alia, ta' tul ta' żmien, valuta, likwidità.

Ġustifikazzjoni

La expresión propuesta coincide con la recogida en el párrafo 63 del DP Fase II IFRS4 del IASB y por tanto, proporciona la necesaria convergencia con los principios contables internacionales. Además daría una mayor cabida al inciso ii) de la letra b) del apartado 1 del artículo de la Directiva 2002/83/CE, sobre el seguro de vida, que se desarrolló en algunos Estados miembros. En aquellos países en los que se ha hecho uso de la opción prevista en la anteriormente mencionada Directiva, la utilización de un tipo de descuento más acorde con la realidad económica ha permitido dotar al seguro de vida de un alto grado de avance, especialización y competitividad a nivel internacional.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kalkolu ta' l-aħjar stima għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni kurrenti kredibbli u assunzjonijiet realistiċi u għandu jitwettaq bl-użu ta' metodi attwarji u tekniki statistiċi xierqa.

Il-kalkolu ta' l-aħjar stima għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni kurrenti kredibbli u assunzjonijiet realistiċi u għandu jitwettaq bl-użu ta' metodi attwarji u tekniki statistiċi xierqa, applikabbli u relevanti.

Ġustifikazzjoni

Xierqa mhux biżżejjed ladarba “applikabbli u relevanti” jidhru fl-Artikolu 83.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-marġni tar-riskju għandu jkun tali li jiżgura li l-valur tad-dispożizzjoni teknika jkun ekwivalenti għall-ammont li l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni jkunu mistennija jkollhom sabiex jidħlu għall-obbligazzjonijiet ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni u jonorawhom.

3. Il-marġni tar-riskju għandu jkun tali li jiżgura li l-valur tad-dispożizzjoni teknika jkun ekwivalenti għall-ammont li l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni jkunu mistennija jkollhom sabiex jidħlu għall-obbligazzjonijiet ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni u jonorawhom waqt li jitqiesu sew l-effetti ta' diversifikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Effetti ta' diversifikazzjoni fil-kalkolu tal-marġni tar-riskju għandhom ikunu permessi. Dawn ir-riskji x'aktarx imorru fuq kumpaniji li huma diversifikati sew jew li jistgħu jakkwistaw il-benefiċċju ta' diversifikazzjoni meta jaċċettaw dawn il-passivi.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, meta likwidità futura assoċjata ma' obbligazzjonijiet ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni tista’ tiġi rreplikata bl-użu ta' strumenti finanzjarji li għalihom huwa direttament osservabbli valur tas-suq, il-valur tad-dispożizzjonijiet tekniċi għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-valur tas-suq ta' dawk l-istrumenti finanzjarji. F'dan il-każ, ma għandhomx ikunu meħtieġa kalkoli separati ta' l-aħjar stima u tal-marġni tar-riskju.

Madankollu, meta likwidità futura assoċjata ma' obbligazzjonijiet ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni tista’ tiġi stmata b'mod affidabbli bl-użu ta' strumenti finanzjarji li għalihom huwa direttament osservabbli valur tas-suq, il-valur tad-dispożizzjonijiet tekniċi għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-valur tas-suq ta' dawk l-istrumenti finanzjarji anke fejn mhux possibbli ssir replika preċiża. F'dan il-każ, ma għandhomx ikunu meħtieġa kalkoli separati ta' l-aħjar stima u tal-marġni tar-riskju. Interpolazzjonijiet u estrapolazzjonijiet raġonevoli li jsiru minn valuri tas-suq direttament osservabbli jistgħu jiġu applikati wkoll għall-finijiet ta' dik l-evalwazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li tittieħed l-aħjar referenza tas-suq disponibbli (l-eqreb lejn il-valur ekonomiku tas-suq) bħala gwida.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rata użata fid-determinazzjoni ta' kemm jiswa li jiġi pprovdut ammont ta' fondi proprji eliġibbli (ir-rata tal-Kost tal-Kapital) għandha tkun l-istess għall-impriżi kollha ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni.

Ir-rata użata fid-determinazzjoni ta' kemm jiswa li jiġi pprovdut ammont ta' fondi proprji eliġibbli (ir-rata tal-Ispejjeż tal-Kapital) għandha tkun l-istess għall-impriżi kollha ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni u għandha tkun reveduta perjodikament biex tirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq.

Ġustifikazzjoni

Din il-miżura għandha tkopri l-ispejjeż tal-kapital li jirrapreżentaw riskji mhux protetti, u mhux l-ispejjeż totali tal-kapital tal-kumpanija. L-emenda tiffoka fuq l-obbligi li għandha l-ħsieb li tkopri.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 5 –subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rata tal-Kost tal-Kapital użata għandu tkun ugwali għar-rata addizzjonali, 'il fuq mir-rata ta' l-imgħax bla riskju, li impriża ta' l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni li żżomm ammont ta' fondi proprji eliġibbli, kif stipulat fit-Taqsima 3, ugwali għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ġġarrab kieku żżomm dawk il-fondi.

Ir-rata tal-Kost tal-Kapital użata għandu tkun ugwali għar-rata addizzjonali, 'il fuq mir-rata ta' l-imgħax bla riskju, li impriża ta' l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni tista' ġġarrab meta żżomm ammont ta' fondi proprji eliġibbli, kif stipulat fit-Taqsima 3, ugwali għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza meħtieġ biex jappoġġja l-obbligu tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni matul iż-żmien li fih ikun jeżisti dak l-obbligu.

Ġustifikazzjoni

Din il-miżura għandha tkopri l-ispejjeż tal-kapital li jirrapreżentaw riskji mhux protetti, u mhux l-ispejjeż totali tal-kapital tal-kumpanija. L-emenda tiffoka fuq l-obbligi li għandha l-ħsieb li tkopri.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 80 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Waqt li jiġu kkalkolati d-dispożizzjonijiet tekniċi ta' kumpanija assigurata mill-ġdid minn riassiguratur iddedikat, l-attivi u l-passivi ta' riassiguratur iddedikat għandhom jiġu ttrattati bħala l-attivi u l-passivi tal-kumpanija assigurata mill-ġdid, u l-ebda aġġustament m'għandu jsir għad-differenzi fiż-żmien bejn l-irkupri u l-ħlasijiet diretti jew it-telf mistenni minħabba nuqqas ta' osservanza mill-kontroparti tal-obbligi kuntrattwali tar-riassiguratur iddedikat lejn il-kumpanija assigurata mill-ġdid.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikoku 85 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) fejn meħtieġ, metodi u tekniċi simplifikati biex jiġu kkolkolati d-dispożizzjonijiet tekniċi, sabiex jiġi żgurat li l-metodi attwarji u t-tekniċi statistiċi msemmija fil-punt (a) huma proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji sostnuti mill-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni.

(h) fejn meħtieġ, metodi u tekniċi simplifikati biex jiġu kkolkolati d-dispożizzjonijiet tekniċi, sabiex jiġi żgurat li l-metodi attwarji u t-tekniċi statistiċi msemmija fil-punt (a) huma proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji sostnuti mill-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni inklużi impriżi tal-assigurazzjoni u riassigurazzjoni captive.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġu simplifikazzjonijiet speċifiċi biex ikunu applikati fil-kalkolu tar-riservi tekniċi fil-każ tal-captives. Dan hu konformi mal-metodu ġenerali adottat għal impriżi oħra żgħar u ta' daqs medju tal-assigurazzjoni u riassigurazzjoni. QIS 4 se jiddetermina liema impatt se jkollhom dawn is-simplifikazzjonijiet. L-emenda proposta tipprovdi d-Direttiva bi pjattaforma għad-dispożizzjoni ta' dawn is-simplifikazzjonijiet speċifiċi fejn meħtieġ.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 90

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1. Fondi żejda ta' bilanċ pożittiv se jitqiesu bħala profitti akkumulati, li huma allokati għat-titolari tal-polza u l-benefiċjarji fil-forma ta' bonusijiet diskrezzjonarji futuri.

Sa fejn awtorizzat mil-liġi nazzjonali, profitti magħmula li jidhru bħala fondi żejda ta’ bilanċ pożittiv fil-kontijiet statutorji annwali għandhom jitqiesu bħala passivi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni, sakemm dawn il-fondi żejda ta’ bilanċ pożittiv ikunu jistgħu jintużaw biex ikopru kull telf li jista’ jirriżulta u meta dawn ma jkunux saru disponibbli għat-tqassim lit-titolari tal-poloz jew lill-benefiċarji.

2. Sa fejn awtorizzat mil-liġi nazzjonali, u meta ma jkunux ġew assenjati individwalment lit-titolari u l-benefiċjarji u ma jkunux saru disponibbli għad-distribuzzjoni lit-titolari u l-benfiċjarji, fondi żejda ta’ bilanċ pożittiv għandhom jitqiesu bħala passivi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni, sakemm dawn jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 94(1). Fondi żejda ta' bilanċ posittiv għandhom ikunu suġġetti għar-restrizzjoni stabilita fl-Artikolu 237(1).

Ġustifikazzjoni

Id-dħul ta' definizzjoni ta' fondi żejda ta' bilanċ pożittiv għall-fini ta' din id-Direttiva kif ukoll għall-fini tal-użu tagħhom biex ikopru kwalunkwe telf li jista' jkun hemm.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 96 – punt 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) mill-inqas nofs it-talbiet futuri li assoċjazzjoni mutwa jew tat-tip mutwu b'kontribuzzjonijiet varjabbli jista' jkollha kontra l-membri tagħha permezz ta' sejħa għal kontribuzzjonijiet supplimentari, fis-sena finanzjarja kkonċernata għandha tiġi kklassifikata fil-Livell 2;

Ġustifikazzjoni

F'xi pajjiżi, il-gruppi tal-assigurazzjoni huma mfassla b'mod li entità ġuridika tmexxi grupp ta' impriżi marbuta flimkien f'relazzjonijiet finanzjarji fit-tul. Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara li nofs il-fondi proprji tagħhom se jkunu kklassifikati fil-Livell 2.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 96 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) fondi minn bilanċ pożittiv skond l-Artikolu 90 għandhom jiġu kklassifikati fil-Livell 1;

(1) fondi minn bilanċ pożittiv skond l-Artikolu 90(2) għandhom jiġu kklassifikati fil-Livell 1;

Ġustifikazzjoni

Ladarba l-fondi minn bilanċ pożittiv ma jipprovdux għal assimilazzjoni sħiħa ta' kwalunkwe telf f'ebda ċirkostanza, jidher meħtieġ li r-rikonoxximent tagħhom ikun limitat għal skopijiet ta' superviżjoni.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 96 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) kwalunkwe talba futura li l-Assoċjazzjonijiet tal-Protezzjoni u l-Indennità jista’ jkollhom kontra l-membri tagħhom permezz ta’ sejħa għal kontribuzzjonijiet supplementari, fis-sena finanzjarja, għandha tiġi kklasifikata fil-Livell 2.

(3) kwalunkwe talba futura li assoċjazzjoni mutwa jew tat-tip mutwu b'kontribuzzjonijiet varjabbli jista’ jkollhom kontra l-membri tagħhom permezz ta’ sejħa għal kontribuzzjonijiet supplementari, fit-tnax-il xahar ta' wara, għandha tiġi kklasifikata fil-Livell 2.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ ikun iċċarat li t-talba li din l-impriża jista' jkollha kontra l-membri tagħha tista' tkun mistennija fis-sena ta' wara, b'mod partikolari meta d-data tal-evalwazzjoni tkun qrib it-tmiem tas-sena finanzjarja attwali.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 97

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistipulaw dan li ġej:

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistipulaw dan li ġej:

(a) fejn ikun meħtieġ li tiġi żgurata l-kwalità globali tal-fondi proprji u tal-konsistenza transettorjali, il-qsim tal-livelli f'sublivelli;

 

(b) il-kriterji użati għall-klassifikazzjoni ta' elementi ta' fondi proprji fis-sublivelli msemmija fil-punt (a) ibbażata fuq il-karatteristiċi stipulati fl-Artikolu 93;

 

(c) lista ta' elementi ta' fondi proprji biex jintlaħqu l-kriterji, stipulati fl-Artikolu 94 u fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu, li fih għal kull element ta' fond proprju deskrizzjoni preċiża tal-karatteristiċi li ddeterminaw il-klassifikazzjoni tiegħu;

(a) lista ta' elementi ta' fondi proprji, flimkien ma' dawk imsemmija fl-Artikolu 96, biex jintlaħqu l-kriterji, stipulati fl-Artikolu 94, li fih għal kull element ta' fond proprju deskrizzjoni preċiża tal-karatteristiċi li ddeterminaw il-klassifikazzjoni tiegħu;

(d) il-metodi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet superviżorji, meta japprovaw il-valutazzjoni u l-klassifika ta' elementi ta' fond proprju li mhumiex koperti mil-lista msemmija fil-punt (c).

(b) il-metodi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet superviżorji, meta japprovaw il-valutazzjoni u l-klassifika ta' elementi ta' fond proprju li mhumiex koperti mil-lista msemmija fil-punt (a).

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 304(3).

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 304(3).

2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment u, fejn xieraq, taġġorna l-lista msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 fid-dawl ta' l-iżviluppi tas-suq.

2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment u, fejn xieraq, taġġorna l-lista msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 fid-dawl ta' l-iżviluppi tas-suq.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 98

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa fejn għandu x'jaqsam ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-ammonti ta' l-elementi tal-Livell 2 u l-Livell 3 għandhom ikunu suġġetti għal-limiti li ġejjin:

imħassar

(a) sabiex jiġi żgurat li l-proporzjoni ta' l-elementi tal-Livell 1 fil-fondi proprji eliġibbli jkun ogħla minn terz tal-fondi proprji eliġibbli totali, l-ammont eliġibbli tal-Livell 2 flimkien ma' ammont eliġibbli tal-Livell 3 għandu jkun limitat għal darbtejn l-ammont ta' l-elementi tal-Livell 1;

 

(b) sabiex jiġi żgurat li l-proporzjoni ta' l-elementi tal-Livell 3 fil-fondi proprji eliġibbli jkun ogħla minn terz tal-fondi proprji eliġibbli totali, l-ammont eliġibbli tal-Livell 3 flimkien ma' ammont eliġibbli tal-Livell 1 għandu jkun limitat għal darbtejn l-ammont ta' l-elementi tal-Livell 2;

 

2. Sa fejn huwa kkonċernat ir-Rekwiżit tal-Kapital Minimu, sabiex jiġi żgurat li l-proporzjon ta' l-elementi tal-Livell 1 fil-fondi proprji bażiċi eliġibbli jkunu ogħla minn nofs il-fondi proprji bażiċi eliġibbli totali, l-ammont ta' l-elementi tal-fondi proprji bażiċi eliġibbli biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali Minimu li huma kklassifikati fil-Livell 2 għandhom ikunu limitati għall-ammont totali ta' elementi tal-Livell 1.

 

3. Meta jkunu ġew introdotti sublivelli, skond il-punt (a) ta' l-Artikolu 97(1), limiti speċifiċi għandhom japplikaw għal-ammont ta' elementi ta' fondi proprji klassifikati f'dawk is-sublivelli.

 

4. L-ammont eliġibbli ta' fondi proprji biex jiġi kopert ir-Rekwiżit Kapitali tas' Solvenza stipulat fl-Artikolu 100 għandu jkun ugwali għall-ammont tal-Livell 1, l-ammont eliġibbli tal-Livell 2 u l-ammont eliġibli tal-Livell 3.

 

5. L-ammont eliġibbli ta' fondi proprji bażiċi biex jiġi kopert ir-Rekwiżit Kapitali tas' Solvenza stipulat fl-Artikolu 126 għandu jkun ugwali għall-ammont tal-Livell 1 u l-ammont eliġibbli ta' l-elementi tal-fondi proprji bażiċi kklassifikati fil-Livell 2.

 

Ġustifikazzjoni

Hu xieraq li jkun hemm xi tip ta' livelli u restrizzjonijiet biex jevitaw li kumpaniji jkollhom kapital inadegwat b'kapital relattivament baxx fil-kwalità. Madankollu, il-limiti tal-eliġibilità, kif propost fl-Artikolu 98, huma eċċessivi, arbitrarji u mhumiex ibbażati fuq raġunament ekonomiku. Fondi żejda ta' bilanċ skont l-Artikolu 90 (paragrafu 2) jistgħu jintużaw biss biex ikopru telf fil-każ ta' ksur tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriżi, iżda mhux fil-każ ta' ksur tar-Rekwiżit Minimu tas-Solvenza. Indipendentement mill-klassifikazzjoni tal-livell.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 99 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-limiti speċifiċi applikabbli għas-sublivelli, meta jkunu ġew introdotti s-sublivelli.

Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jillimitaw il-kapital tal-Livell 2 u l-Livell 3 għall-ammonti li jistgħu jintwerew li huma neċessarji biex jiġi pprovdut livell xieraq ta' protezzjoni għat-titolari tal-polza.

Ġustifikazzjoni

Kif spjegat f'aktar dettal fl-emenda għall-Artikolu 98, kull limitu addizzjonali għall-fondi proprji li jista' jintuża biex ikopri l-MCR u l-SCR jista' jkun ittrattat permezz tal-miżuri implimentattivi tal-Livell 2. Jekk se jsiru xi limiti għal-livell 2 tal-kapital dawn għandhom jirrispettaw l-għan ġenerali tal-Artikolu 98. Mhuwiex meħtieġ għas-sublivelli.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 104 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn xieraq, l-effetti ta' diversifikazzjoni għandhom jitqiesu fit-tfassil ta' kull modulu ta' riskju.

Fejn xieraq, l-effetti ta' diversifikazzjoni jew ta' speċjalizzazzjoni għandhom jitqiesu fit-tfassil ta' kull modulu ta' riskju.

Ġustifikazzjoni

Se jkun hemm effetti ta' speċjalizzazzjoni li jistħoqqilhom kunsiderazzjoni flimkien mad-diversifikazzjoni.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 105 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. L-attivi u l-passivi ta’ persuna ta’ riassigurazzjoni dedikata għandhom ikunu trattati bħala l-attivi u l-passivi tal-kumpanija li hija tkun riassigurat, biex fil-kalkolu tas-solvenza tal-kumpanija riassigurata, ma jitwettaq l-ebda aġġustament għal riskju ta’ inadempjenza ta’ kontroparti jew konċentrazzjonijiet ta’ riskju tas-suq fir-rigward tal-obbligi ta’ riassigurazzjoni dedikati kuntrattwali lill-kumpanija riassigurata. Ir-riskji stipulati fl-Artikolu 101(4) li jaffettwaw il-persuna ta’ riassigurazzjoni dedikata għandhom, iżda, jitqiesu fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-kumpanija riassigurata.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 107 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 103(1)(c) għal kapaċità ta’ l-assorbiment tat-telf tad-dispożizzjonijiet tekniċi u tat-taxxi differiti għandu jirrifletti l-kumpens potenzjali għat-telf mhux mistenni permezz ta’ tnaqqis simultanju fid-dispożizzjonijiet tekniċi u t-taxxi differiti.

L-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 103(1)(c) għal kapaċità ta’ l-assorbiment tat-telf tad-dispożizzjonijiet tekniċi u tat-taxxi differiti għandu jirrifletti l-kumpens potenzjali għat-telf mhux mistenni permezz ta’ tnaqqis fid-dispożizzjonijiet tekniċi jew fit-taxxi differiti jew ġabra tat-tnejn, sakemm ma jkunux rikonoxxuti bħala fondi żejda ta' bilanċ pożittiv bi qbil mal-Artikolu 90(2).

Ġustifikazzjoni

Adattament mat-tibdil għall-Artikolu 90.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 108 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni jistgħu jużaw kalkolu ssimplifikat għal submodulu speċifiku jew modulu tar-riskju meta n-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji li jiffaċċjar tiġġustifikawh u meta jkun sproporzjonat li l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni jkunu meħtiega japplikaw l-kalkolu standardizzat.

L-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni jistgħu jużaw kalkolu ssimplifikat għal submodulu speċifiku jew modulu tar-riskju meta n-natura, l-iskala, il-kumplessità jew l-ispeċjalizzazzjoni tar-riskji li jiffaċċjaw jiġġustifikawh u meta jkun sproporzjonat li l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni jkunu meħtiega japplikaw il-kalkolu standardizzat.

Ġustifikazzjoni

Se jkun hemm effetti ta' speċjalizzazzjoni li jistħoqqilhom kunsiderazzjoni.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 109 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-parametri tal-korrelazzjoni;

(c) il-parametri tal-korrelazzjoni u l-proċeduri biex ikunu aġġornati dawk il-parametri;

Ġustifikazzjoni

Kif intwera mit-taqlib finanzjarju reċenti, il-parametri ta’ korrelazzjoni jista' jkun hemm il-ħtieġa li jkunu aġġustati malajr.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 109 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt j a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ja) il-kalkoli simplifikati pprovduti għal submoduli speċifiċi u moduli tar-riskju, kif ukoll il-kriterji li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni captive huma meħtieġa li jissodisfaw sabiex ikunu intitolati li jużaw kull waħda minn dawn is-simplifikazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 108.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġu simplifikazzjonijiet speċifiċi biex ikunu applikati għall-kalkolu tar-Rekwiżiti Kapitali tas-Solvenza fil-każ tal-captives. Dan hu konformi mal-metodu ġenerali adottat għal impriżi oħra żgħar u ta' daqs medju tal-assigurazzjoni u riassigurazzjoni. QIS 4 se jiddetermina liema impatt se jkollhom dawn is-simplifikazzjonijiet. L-emenda proposta tipprovdi d-Direttiva bi pjattaforma għad-dispożizzjoni ta' dawn is-simplifikazzjonijiet speċifiċi fejn meħtieġ.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 110 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtoritajiet superviżorji għandhom japprovaw l-applikazzjoni biss jekk ikunu sodisfatti li s-sistemi ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni kkonċernata għall-monitoraġġ u l-ġestjoni tar-riskju huma adegwati u partikolarment li l-mudell intern jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3.

5. L-awtoritajiet superviżorji għandhom japprovaw l-applikazzjoni biss jekk ikunu sodisfatti li s-sistemi ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni kkonċernata għall-identifikazzjoni, il-kejl, il-monitoraġġ, il-ġestjoni u r-rappurtar tar-riskju huma adegwati u partikolarment li l-mudell intern jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu jistgħu jimmoniterjaw, imexxu jew jirrapurtaw dwar riskji, hu meħtieġ li jidentifikawhom u jkejluhom qabel jirrapurtawhom.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 110 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Għal perjodu ta’ sentejn wara li jkunu rċevew l-approvazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji dwar l-użu ta’ mudell intern, l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet superviżorji stima tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza determinat skond il-formula standard, kif stipulat fis-Subtaqsima 2.

7. Għal perjodu sa sentejn wara li jkunu rċevew l-approvazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji dwar l-użu ta’ mudell intern, l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni jistgħu jintalbu li jipprovdu lill-awtoritajiet superviżorji stima tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza determinat skond il-formula standard, kif stipulat fis-Subtaqsima 2.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun evitat kalkolu parallel mhux definit tal-SCR, bl-użu kemm tal-approċċ standard kif ukoll tal-mudell intern. Il-kontrolluri għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu dan, iżda m’għandhomx ikunu sfurzati li jużawh. Metodu aktar realistiku jikkonsisti fl-għoti tal-flessibilità lill-kontrolluri biex ikunu jistgħu jitolbu rappurtar parallel.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 111 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta jivvalutaw applikazzjoni għall-użu ta’ mudell intern parzjali li jkun ikopri biss ċerti submoduli ta’ modulu speċifiku tar-riskju, jew xi unitajiet tan-negozju ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew rijassigurazzjoni fir-rigward ta’ modulu speċifiku tar-riskju jew partijiet mit-tnejn, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jeħtieġu lill-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni kkonċernati jissottomettu pjan tranżizzjonali realistiku biex jestendu l-ambitu tal-mudell.

imħassar

Il-pjan tranżizzjonali għandu jistipula l-mod li bih l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni jippjanaw li jestendu l-ambitu tal-mudell għall-submoduli jew unitajiet tan-negozju oħrajn, sabiex jiġi żgurat li l-mudell ikopri parti predominanti ta’ l-operazzjonijiet tagħhom ta’ l-assigurazzjoni fir-rigward ta’ dak il-modulu speċifiku tar-riskju.

 

Ġustifikazzjoni

Għal bosta kumpaniji mudell parzjali, użat flimkien mal-Metodu Standard, jista’ jkun soluzzjoni effettiva f’sens ta’ nefqa aktar milli mudell intern sħiħ, peress li huwa jikkonċentra r-riżorsi fuq ir-riskji l-aktar sinifikattivi. Din l-alternattiva hija partikolarment importanti għat-trattament proporzjonat ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni żgħar u ta’ daqs medju.

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 117

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ li ma jkunx xieraq li jiġi kkalkolat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skond il-formula standard, kif stabbilit mis-Subtaqsima 2, minħabba li l-profil tar-riskju ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni kkonċernati jiddevja konsiderevolment mill-assunzjonijiet sottostanti tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jiddeċiedu, billi jindikaw ir-raġunijiet tagħhom, li jimponu lill-impriżi kkonċernati jużaw mudell intern għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew il-moduli tar-riskju rilevanti ta' dan ta' l-aħħar.

F'każ li ma jkunx xieraq li jiġi kkalkolat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skond il-formula standard, kif stabbilit mis-Subtaqsima 2, minħabba li l-profil tar-riskju ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni kkonċernati jiddevja konsiderevolment mill-assunzjonijiet sottostanti tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jiddeċiedu, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, billi jindikaw ir-raġunijiet tagħhom, li jimponu lill-impriżi kkonċernati jużaw mudell intern għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew il-moduli tar-riskju rilevanti ta' dan ta' l-aħħar.

Ġustifikazzjoni

Is-setgħat tal kontrollur li bihom jitlob lill-kumpaniji li jiżviluppaw mudell intern, fejn il-profil ta’ riskju tagħhom “jiddevja b’mod sinifikattiv mill-opinjonijiet li jistabbilixxi l-metodu standard”, għandhom japplikaw biss f’każijiet ta’ eċċezzjoni, kif rikonoxxut fl-Artikolu 37.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 119 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-metodi użati għall-kalkolu tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà tal-previżjoni għandhom ikunu bbażati fuq tekniki attwarji u statistiċi xierqa u għandhom ikunu koerenti mal-metodi użati għall-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi.

2. Il-metodi użati għall-kalkolu tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà tal-previżjoni għandhom ikunu bbażati fuq tekniki attwarji u statistiċi xierqa, applikabbli u relevanti u għandhom ikunu koerenti mal-metodi użati għall-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi.

Ġustifikazzjoni

Xierqa mhix biżżejjed ladarba “applikabbli u relevanti” jidhru fl-Artikolu 83.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 119 – paragrafu 3 –subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-dejta użata għall-mudell intern għandhom ikunu preċiżi, kompluti u xierqa.

3. Id-dejta użata għall-mudell intern għandhom ikunu adegwatament u suffiċjentement preċiżi u komprensivi biex jiġġustifikaw l-użu tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit li d-dejta użata hija “kompleta” jista’ jirriżulta f’ostakolu mhux xieraq għal mudelli interni u minflok għandhom ikunu ċċarati l-istandards meħtieġa minn dejta użata f’mudell intern.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 127

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Rekwiżit Kapitali Minimu għandu jiġi kkalkolat skond il-prinċipji li ġejjin:

1. Ir-Rekwiżit Kapitali Minimu għandu jiġi kkalkolat skond il-prinċipji li ġejjin:

(a) għandu jiġi kkalkolat b'mod ċar u sempliċi, b'mod li jiggarantixxi li l-kalkolu jkun jista' jiġi sottopost għal verifika;

(a) għandu jiġi kkalkolat b'mod ċar u sempliċi, b'mod li jiggarantixxi li l-kalkolu jkun jista' jiġi sottopost għal verifika;

(b) ir-Rekwiżit Kapitali Minimu għandu jikkorrispondi ma' l-ammont ta' fondi proprji ta' bażi eliġibbli li taħtu t-titolari ta' polza u l-benefiċjarji jkunu esposti għal livell inaċċettabbli ta' riskju jekk l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni jkunu awtorizzati li jkomplu l-operazzjonijiet tagħhom;

(b) ir-Rekwiżit Kapitali Minimu għandu jikkorrispondi ma' l-ammont ta' fondi proprji ta' bażi eliġibbli li taħtu t-titolari ta' polza u l-benefiċjarji jkunu esposti għal livell inaċċettabbli ta' riskju jekk l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni jkunu awtorizzati li jkomplu l-operazzjonijiet tagħhom;

 

(ba) għandu jkun ikkalkulat bħala funzjoni lineari ta' sett jew subset tal-varjabbli li ġejjin: id-dispożizzjonijiet tekniċi, il-primjums sottoskritti, il-kaptial b'riskju, it-taxxa differita u l-ispejjeż amministrattivi tal-impriża. Il-varjabbli użati għandhom ikunu mkejla bħala netti mir-riassigurazzjoni;

(c) il-livell tar-Rekwiżit Kapitali Minimu huwa kkalibrat mal-Valur mar-Riskju tal-fondi proprji ta' bażi ta' impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni suġġett għal livell ta' fiduċja bejn it-80% u d-90% matul perjod ta' sena;

(c) huwa għandu jkun suġġett għal “floor” u “cap” ikkalkulati bħala perċentwali tar-Rekwiżit Kapitali ta’ Solvenza kkalibrat mal-Valur mar-Riskju tal-fondi proprji ta' bażi ta' impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni suġġett għal livell medju ta' fiduċja bejn it-80% u d-90% matul perjod ta' sena;

(d) il-livell minimu assolut għandu jammonta għal EUR 1,000,000 għall-impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u tar-rijassigurazzjoni u għal EUR 2,000,000 għall-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja.

(d) il-livell minimu assolut għandu jammonta għal:

 

(i) EUR 2,200,000 għal kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, inklużi kumpaniji ta’ assigurazzjoni captive, minbarra fil-każ li xi riskju jew ir-riskji kollha inklużi f’waħda mill-klassijiet 10 sa 15 elenkati fil-punt A tal-Anness I, li f'dal każ m'għandux ikun inqas minn EUR 3,200,000;

 

(ii) EUR 3,200,000 għall-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja, inklużi impriżi tal-assigurazzjoni captive;

 

(iii) EUR 3,000,000 għal kumpaniji ta’ riassigurazzjoni, minbarra fil-każ ta’ kumpaniji ta’ riassigurazzjoni captive, li f’dan il-każ ir-Rekwiżit Kapitali Minimu m’għandux ikun ta’ inqas minn EUR 1,200,000;

 

(iv) is-somma tal-ammonti stipulati fil-punti (i) u (ii) għal kumpaniji tal-assigurazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 72(2) u (5);

 

(da) għandu jkun konsistenti b'mod sħiħ mal-metodu bbażat fuq ir-riskju tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza sabiex tkun tista' ssir żieda gradwali tal-intervent superviżorju;

 

1a. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1 (d), ir-Rekwiżit Kapitali Minimu m'għandux ikun inqas minn 25% u lanqas jaqbeż il-45% tar-Rekwiżit Kapital tas-Solvenza tal-impriża, ikkalkolat skont il-Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsimiet 2 jew 3, kif ukoll kwalunkwe żieda ta' kapital impost skont l-Artikolu 37.

2. L-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni għandhom jikkalkolaw ir-Rekwiżit Kapitali Minimu talanqas kull trimestru u jirrappurtaw ir-riżultati ta' dak il-kalkolu lill-awtoritajiet superviżorji.

2. L-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni għandhom jikkalkolaw ir-Rekwiżit Kapitali Minimu talanqas kull trimestru u jirrappurtaw ir-riżultati ta' dak il-kalkolu lill-awtoritajiet superviżorji.

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lis-CEIOPS, ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 310(1), rapport dwar ir-regoli u l-prattiki tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri adottati skont il-paragrafi 1, 1a u 2. Dak ir-rapport għandu jindirizza, partikolarment, l-użu u l-livell tal-'cap' u 'floor' fil-paragrafu 1a u kwalunkwe problema ffaċċjata mill-awtoritajiet superviżorji u mill-impriżi fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva ta’ Riassigurazzjoni bħalissa tirrikonoxxi l-istruttura ta’ riskju speċifiku ta’ negozju captive u tipprovdi li biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ kumpaniji ta’ riassigurazzjoni captive, għandhom jitwaqqfu dispożizzjonijiet biex jippermettu l-Istat Membru li jospita biex jistabbilixxi l-fond ta’ garanzija minimu meħtieġ għal kumpaniji ta’ riassigurazzjoni captive f’ammont aktar baxx minn miljun euro. Ir-raġunijiet li ftit snin ilu wasslu biex l-Istati Membri jadottaw reġim speċifiku għal captives fid-Direttiva ta’ Riassigurazzjoni għadhom validi sal-lum.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 130 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fir-rigward tal-portafoll ta' l-attivi kollu, l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni għandhom jinvestu biss f'attivi u strumenti li r-riskji tagħhom jistgħu jiġu mmonitorjati, ġestiti u kkontrollati kif xieraq.

2. Fir-rigward tal-portafoll tal-attivi kollu, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni għandhom jinvestu biss f'attivi u strumenti li r-riskji tagħhom jistgħu jiġu identifikati, imkejla, immonitorjati, ġestiti, ikkontrollati u rrapportati kif xieraq.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun possibbli l-immonitorjar, l-immaniggjar jew rappurtar ta’ riskji, huwa mehtieg li jkunu identifikati u mkejla qabel ma jkunu rappurtati.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 130 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anki l-attivi miżmuma biex ikopru d-dispożizzjonijiet tekniċi għandhom ikunu investiti b'mod xieraq man-natura u t-tul ta' żmien tal-passivi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni. Dawk l-attivi għandhom ikunu investiti fl-aħjar interess tat-titolari ta' polza u tal-benefiċjarji.

Anki l-attivi miżmuma biex ikopru d-dispożizzjonijiet tekniċi għandhom ikunu investiti b'mod xieraq man-natura u t-tul ta' żmien tal-passivi tal-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni. Dawk l-attivi għandhom ikunu investiti għal ġid ġenerali tat-titolari u ta’ polza u tal-benefiċjarji filwaqt li jitqies kwalunkwe objettiv politiku kompletament stabbilit, bħall-investiment etiku jew ambjentali.

Ġustifikazzjoni

Ir-riskji ma jistgħux ikunu kkontrollati. Jistgħu jkunu mmaniggjati u l-effetti tagħhom jistgħu jittaffew permezz tal-immaniggjar. L-aqwa interess huwa difficli jkun definit. Il-punt huwa li għandu jkun għall-ġid ġenerali ta' titolari ta’ poloz u tal-benefiċjarji li jitħallew ikunu firmatarji ta’ investimenti partikulari.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 131 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel subparagrafu għandu jkun bla ħsara għar-rekwiżiti li jistgħu jkunu stabbiliti mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri dwar l-impenn fir-rigward ta’ investituri bl-imnut b'relazzjoni ma' attivi jew valuri ta’ referenza li magħhom jistgħu jkunu marbuta l-benefiċċji ta’ politika fejn ir-riskju ta’ investiment jinġarr mit-titolari tal-polza.

Ġustifikazzjoni

Dan huwa punt dwar il-ħarsien tal-konsumatur. Bħalissa skont id-Direttiva tal-Ħajja Konsolidata l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jistabbilixxu regoli dwar liema attivi jistgħu jingħaqdu ma’ kuntratti tal-assigurazzjoni ‘unit-linked’ (ie. prodotti tat-tip UCITS). Huwa importanti li din il-ħolqa tibqa’ biex ikunu evitati implikazzjonijiet transettorjali fejn, pereżempju, ikun hemm regoli aktar stretti li japplikaw għall-UCITS milli għal skemi ta’ investiment mhux tal-UCITS dwar għal liema fattur dawn l-unitajiet jistgħu jingħaqdu.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 132 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fir-rigward tar-riskji ta’ l-assigurazzjoni li jinsabu fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li l-attivi miżmuma biex ikopru d-dispożizzjonijiet tekniċi relatati ma' dawn ir-riskji jkunu lokalizzati fi ħdan il-Komunità. L-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu lill-impriżi ta' l-assigurazzjoni li jillokalizzaw l-attivi tagħhom fi kwalunkwe Stat Membru partikolari.

1. Fir-rigward tar-riskji tal-assigurazzjoni li jinsabu fil-Komunità, l-Istati Membri m'għandhomx jirrikjedu li l-attivi miżmuma biex ikopru d-dispożizzjonijiet tekniċi relatati ma' dawn ir-riskji jkunu lokalizzati fi ħdan il-Komunità jew fi kwalunkwe Stat Membru partikolari.

Madankollu, fir-rigward ta' l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn kuntratti tar-rijassigurazzjoni konklużi ma' impriżi awtorizzati skond din id-Direttiva jew impriżi li jkollhom l-uffiċċju ewlieni f'pajjiż terz li għandu reġim ta' solvenza meqjus ekwivalenti skond l-Artikolu 170, l-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu l-lokalizzazzjoni fi ħdan il-Komunità ta' l-attivi rappreżentattivi ta' dawn l-ammonti.

Fir-rigward tal-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn kuntratti tar-rijassigurazzjoni konklużi ma' impriżi awtorizzati skont din id-Direttiva jew impriżi li jkollhom l-uffiċċju ewlieni f'pajjiż terz li għandu reġim ta' solvenza meqjus ekwivalenti skont l-Artikolu 170, l-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu l-lokalizzazzjoni fi ħdan il-Komunità tal-attivi rappreżentattivi ta' dawn l-ammonti.

Ir-rekwiżit dwar il-lokalizzazzjoni ta’ l-attivi kif imsemmi fl-ewwel paragrafu  m’għandhux jitqies li jinvolvi ħtieġa li proprjetà mobbli tiġi depożitata jew li proprjetà immobbli tkun suġġetta għal miżuri restrittivi bħar-reġistrazzjoni ta’ ipoteki. Attivi rrappreżentati minn talbiet kontra debituri għandhom jitqiesu bħala li jkunu jinstabu fl-Istat Membru ta’ fejn għandhom jiġu likwidati.

 

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit biex jiġu lokalizzati l-attivi fl-UE jikkontradixxi l-prinċipju tal-bonus paterfamilias, u fi żmien ta' diffikultà jista' saħansitra jkun ta' detriment għall-interessi tat-titolari tal-polza. Sal punt li dan jaf iżid l-espożizzjoni għar-riskju, u l-SCR tieħu kont ta' dan.

Emenda 95

Proposta għal direttiva

Artikolu 136

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni għandhom jinfurmaw lill-awtorità superviżorja hekk kif jaraw li r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ma jkunx għadu qed jitħares, jew meta jkun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ konformità fit-tliet xhur sussegwenti.

1. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni għandhom jinfurmaw immedjatament lill-awtorità superviżorja hekk kif jaraw li r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ma jkunx għadu qed jitħares, jew meta jkun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ konformità fit-tliet xhur sussegwenti.

2. Fi żmien xahrejn mill-osservazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza l-impriża ta' l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni kkonċernata għandha tissottometti pjan realitiku ta' rkupru għall-approvazzjoni ta’ l-awtorità superviżorja.

2. Fi żmien xahrejn mill-osservazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità sinifikanti mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni kkonċernata għandha tippreżenta pjan realistiku ta' rkupru għall-approvazzjoni tal-awtorità superviżorja.

3. L-awtorità superviżorja għandha teħtieġ li l-impriża kkonċernata ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni tieħu l-miżuri neċessarji biex tilħaq, fi żmien sitt xhur mill-osservazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-istabbiliment mill-ġdid tal-livell ta’ fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju tagħha biex tiġi żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

3. L-awtorità superviżorja għandha teħtieġ li l-impriża kkonċernata tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni tieħu l-miżuri neċessarji biex tilħaq, fi żmien sitt xhur mill-osservazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità sinifikanti mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, it-twaqqif mill-ġdid tal-livell ta’ fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju tagħha biex tiġi żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

L-awtorità superviżorja tista’, fejn xieraq, testendi dak il-perjodu bi tliet xhur.

L-awtorità superviżorja tista’, fejn xieraq, testendi dak il-perjodu bi tliet xhur.

 

3a. Sabiex jiġu evitati effetti proċikliċi u sabiex jiġi evitat li s-swieq finanzjarji jiġu destabbilizzati minħabba li l-intrapriżi jiġu mitluba li jikkonformaw mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fi żmien disa' xhur minn meta jiġi osservat in-nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jestendu l-perjodu stipulat fit-tieni subparagrafu għal tliet darbiet bi tliet xhur addizzjonali.

4. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk l-awtorità superviżorja  hija tal-fehma li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-impriża kkonċernata  se tmur aktar għall-agħar, tista’ wkoll tirrestrinġi jew tipprojbixxi t-trasferiment ħieles ta’ l-attivi ta’ dik  l-impriża. Dik l-awtorità superviżorja  għandha tgħarraf lill-awtoritajiet superviżorji  ta’ l-Istati Membri ospitanti  dwar kwalunkwe miżuri li tkun ħadet. Dawn l-awtoritajiet  għandhom, fuq it-talba ta’ l-awtorità superviżorja ta' l-Istat Membru tal-pajjiż ta' l-impriża  , jieħdu l-istess miżuri. L-awtorità superviżorja ta' l-Istat Membru tal-pajjiż ta’ l-impriża għandha tagħżel l-attivi li jkunu koperti b'tali miżuri.

4. L-estensjoni tal-perjodi stipulati fil-paragrafu 3 hija suġġetta għal mill-inqas dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

 

(a) li jiġi ppreżentat rapport dwar il-progress lill-awtorità superviżorja kull tliet xhur; u

 

(b) li jkun inkiseb titjib sinifikanti fil-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fit-tliet xhur ta' qabel l-estenjoni proposta.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex tipprovdi għal miżuri ta' implimentazzjoni biex jiġi żgurat li s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji, u l-miżuri li jieħdu, ikunu proporzjonati mar-riskju ta’ espożizzjoni, sabiex jiġu protetti t-titolari tal-polza u l-benefiċjarji koperti mill-kumpaniji kkonċernati.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 139 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk il-miżuri għandhom jirriflettu l-livell u tul tad-deterjorament tal-pożizzjoni tas-solvenza ta’ l-impriża kkonċernata ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni.

Dawk il-miżuri għandhom jirriflettu l-livell u tul tad-deterjorament tal-pożizzjoni tas-solvenza tal-impriża kkonċernata tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni u għandhom ikunu proporzjonati mar-riskju ppreżentat għall-ħarsien tat-titolari tal-polza u l-benefiċjarji.

Ġustifikazzjoni

Hija tagħti lill-kontrolluri s-setgħa li “jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jissalvagwardaw l-interessi tat-titolari tal-polza”. Din is-setgħa mingħajr limitu tidher wisq miftuha u b’implikazzjonijiet wiesgħa. Is-setgħat superviżorji għandhom ikunu bbażati fuq prinċipju, proporzjonati u jeskalaw skont il-livell tal-ksur ta’ kapital. Huma għandhom iqisu l-potenzjal li l-pożizzjoni ta’ kapital tal-kumpanija tista' teħżien fil-futur u kwalunkwe azzjoni li l-kumpanija tkun ħadet jew bi ħsiebha tieħu fil-futur qrib biex ittaffi s-sitwazzjoni.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 141 – subparagrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri implimentattivi li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għal intervent fil-forom imsemmija fl-Artikolu 136(3) u (4) u li jiċċaraw l-applikazzjoni tal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 139.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li d-direttiva għandha, sakemm ikun possibbli, isservi biex tarmonizza l-proċeduri u l-prattiki tas-superviżuri varji Ewropej biex tevita li operatur wieħed jiġi ttrattat differenti minn Stati Membri differenti. Għalhekk qed jiġi propost li l-Kummissjoni, skont miżuri ta' żvilupp (Lamfalussy livell 2), għandha tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali armonizzati li s-superviżuri nazzjonali jridu jqisu.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 164 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Għal dawn l-iskopijiet, l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni għandhom jitqiesu li se jinżammu fl-Istat Membru fejn jitwettqu l-attivitajiet sakemm ikunu ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni minn wieħed minn dawn li ġejjin:

 

(a) impriżi awtorizzati b'konformità ma’ din id-Direttiva;

 

(b) impriżi ta’ riassigurazzjoni dedikati; jew

 

(c) impriżi bil-kwartieri ġenerali f’pajjiż terz fejn is-sistema ta’ solvenza tkun meqjusa bħala ekwivalenti b'konformità mal-Artikolu 170.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 170 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċeduri konsultattivi msemmija fl-Artikolu 304(2), tadotta deċiżjonijiet, dwar jekk ir-reġim ta’ solvenza ta’ pajjiż terz, applikati għall-attivitajiet tar-rijassigurazzjoni ta’ impriżi li jkollhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom fil-pajjiż terz, humiex ekwivalenti għal dawk stipulati f’din id-Direttiva.

1. Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjonijiet, dwar jekk is-sistema ta’ solvenza ta’ pajjiż terz, applikata għall-attivitajiet tar-rijassigurazzjoni ta’ impriżi li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fil-pajjiż terz, humiex ekwivalenti għal dawk stipulati fit-Titolu 1, Kapitolu VI.

Dawn id-Deċiżjonijiet għandhom jiġu riveduti regolarment.

Dawn id-Deċiżjonijiet, imfassla biex jiġu emendati elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 304(3). Dawn għandhom jiġu riveduti regolarment biex jitqies kwalunkwe tibdil fis-sistema ta' solvenza stipulata fit-Titolu I, Kapitolu VI, u fis-sistema ta' solvenza tal-pajjiż terz ikkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards ta' pajjiż terz hija deċiżjoni politika fejn il-koleġiżlaturi għandhom jiġu trattati b’mod ugwali. Għaldaqstant, il-proċedura ta’ konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 304(2) taqa'.

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 170 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Deċiżjoni bħal dik imsemmija fil-paragrafu 1 tista’ tidħol fis-seħħ biss wara li l-pajjiż terz ikkonċernat ikun irrikonoxxa s-sistema ta’ solvenza stipulata f’din id-Direttiva bħala ekwivalenti għal tagħhom (rikonoxximent reċiproku).

Ġustifikazzjoni

L-inkorporazzjoni ta’ dan il-paragrafu hija xierqa minħabba l-analiżi ta’ ekwivalenza tal-Artikoli 263 u 170. B’mod speċjali fil-firxa tal-aċċetazzjoni ta’ sistemi ta’ sorveljanza għal riassigurazzjoni, sa minn snin ilu hemm negozjati ma’ ġurisdizzjonijiet differenti biex ikunu żviluppati standards. Jekk xi pajjiżi jaħsbu biex jintroduċu sistemi kollaterali, l-UE m’għandhiex tagħmel stima tagħhom mingħajr rekwiżiti addizzjonali.

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 183 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Barra minn hekk, għandha tingħata informazzjoni speċifika biex jiġi pprovdut fehim xieraq tar-riskji involuti fil-kuntratt assunti mit-titolari tal-polza.

Ġustifikazzjoni

Flimkien mal-Artikoli 180 u 181, din l-emenda għandha l-għan li ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet tal-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-informazzjoni u l-ħarsien tat-titolari tal-polza.

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 183 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 183a

 

Informazzjoni għat-titolari tal-polza fondi żejda minn bilanċ pożittiv

 

Barra mill-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 183, l-użu ta' fondi żejda minn bilanċ pożittiv skont l-Artikolu 90(2) għandu jiġi kkomunikat lit-titolari tal-polza għal skopijiet ta' rekwiżit ta' solvenza qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt tal-assigurazzjoni tal-ħajja.

Ġustifikazzjoni

L-użu ta' profitti magħmula assenjati kollettivmament għal kwalunkwe ksur tar-Rekwiżit ta' Kapital Standard għandu jiġi kkomunikat lit-titolari tal-polza bħala parti mill-informazzjoni qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt. L-importanza ta' dan intweriet ukoll fil-każ tal-inkjesta tal-Equitable Life.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 208 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni li jikkonkludu kuntratti tar-rijassigurazzjoni finite jew iwettqu attivitajiet tar-rijassigurazzjoni finite huma kapaċi li jimmonitorjaw, jiġġestixxu, jikkontrollaw u jirrappurtaw kif xieraq ir-risjki li joriġinaw minn dawk il-kuntratti u l-attivitajiet.

1. L-Istat Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni li jikkonkludu kuntratti tar-rijassigurazzjoni finite jew iwettqu attivitajiet tar-rijassigurazzjoni finite jkunu kapaċi li jidentifikaw, ikejlu, jimmonitorjaw, jiġġestixxu, jikkontrollaw u jirrappurtaw kif xieraq ir-risjki li joriġinaw minn dawk il-kuntratti u l-attivitajiet.

Ġustifikazzjoni

Ir-riskju għandu jiġi identifikat qabel ma jkun possibbli li jitkejjel. Il-ħames azzjonijiet għal skopijiet ta' identifikazzjoni, evalwazzjoni, immaniġġjar u rrapportar huma rakkomandati b'dan il-mod fl-ewwel fażi ta' parir tas-CEIOP.

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 210 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) “grupp” tfisser grupp ta’ impriżi, li jkun magħmul minn impriża parteċipanti, is-sussidjarji tagħha u l-entitajiet li fihom l-impriża parteċipanti jew is-sussidjarji tagħha jkollhom sehem, kif ukoll impriżi marbuta bejniethom b’relazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(c) “grupp” tfisser grupp ta’ impriżi:

 

(i) li jkun magħmul minn impriża parteċipanti, l-impriżi sussidjarji tagħha u l-entitajiet li fihom l-impriża parteċipanti jew l-impriżi sussidjarji tagħha jkollhom sehem, kif ukoll impriżi marbuta bejniethom b' relazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE; jew

 

(ii) li jkun ibbażat fuq rikonoxximent kuntrattwali jew ta’ materja oħra ta’ rabtiet finanzjarji b’saħħithom u sostenibbli bejn dawk l-impriżi kollha u li jista' jinkludi wkoll assoċjazzjonijiet reċiproċi jew tat-tip reċiproku, sakemm:

 

- il-koordinazzjoni ċentralizzata jkollha influwenza dominanti fuq id-deċiżjonijiet, inklużi dawk finanzjarji, tal-impriżi kollha li jiffurmaw parti mill-grupp; u

 

- it-twaqqif u x-xoljiment ta’ dawn ir-relazzjonijiet għall-finijiet ta' dan it-Titolu jkunu suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel mill-grupp ta' superviżjoni.

 

L-impriża li tkun qed twettaq il-koordinazzjoni ċentralizzata għandha titqies bħala l-impriża parteċipatorja jew, fejn ikun xieraq, bħala l-impriża prinċipali filwaqt li l-impriżi l-oħra kollha għandhom jitqiesu bħala impriżi relatati jew, fejn ikun xieraq, bħala impriżi sussidjarji;

Ġustifikazzjoni

Fit-test propost mill-Kummissjoni, id-drittijiet u d-dmirijiet superviżorji ta’ grupp huma limitati għal dawk il-gruppi li għandhom kostellazzjoni prinċipali/sussidjarja. Madankollu, jeżistu gruppi ta’ assigurazzjoni u/jew kumpaniji ta’ assigurazzjoni (holding) b’attivitajiet imħallta bbażati fuq relazzjonijiet kuntrattwali, fejn teżisti sitwazzjoni simili. Dawn il-gruppi wkoll għandhom jibbenefikaw mis-superviżjoni tal-grupp.

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 210 – paragrafu 1 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) "kulleġġ ta’ superviżuri” tfisser struttura permanenti iżda flessibbli għall-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kkonċernati;

Ġustifikazzjoni

Sabiex l-introduzzjoni tal-kulleġġi tas-superviżuri tiġi żgurata bħala rekwiżit legali għas-superviżjoni tal-grupp ta' impriżi tal-assigurazzjoni transkonfinali, jeħtieġ li tiġi introdotta definizzjoni fid-Direttiva Qafas.

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 212 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta s-superviżur tal-grupp ma jinkludix impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni fis-superviżjoni tal-grupp taħt wieħed mill-każijiet previsti fil-punti (b) u (c) ta’ l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet superviżorji ta’ l-Istat Membru li fih tkun tinsab dik l-impriża jistgħu jitolbu l-impriża li tkun fit-tmexxija tal-grupp għal kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni kkonċernata.

Meta s-superviżur tal-grupp ikun tal-fehma li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni m’għandhiex tkun inkluża fis-superviżjoni tal-grupp skont wieħed mill-każijiet previsti fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, huwa għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih tkun tinsab dik l-impriża qabel ma jieħu deċiżjoni. L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih tkun tinsab l-impriża jistgħu jitolbu l-impriża li tkun fit-tmexxija tal-grupp għal kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni kkonċernata.

Ġustifikazzjoni

Il-mekkaniżmu tal-appoġġ għall-grupp huwa bbażat fuq fiduċja reċiproka. Madankollu, l-involviment tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni kkonċernati, li mhumiex il-grupp ta’ superviżjoni, għandu jitjieb. Is-superviżuri kollha involuti għandhom ikunu fil-qagħda li jiġġudikaw is-sitwazzjoni fuq il-bażi tal-istess ammont ta' tagħrif. Fejn is-superviżuri kkonċernati ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, ikun utli li jinkiseb parir kwalifikat minn parti terza li tipprovdi opinjoni indipendenti. Il-problema tal-aġenzija/governanza li tfaċċat fil-proposta oriġinali ġiet b’hekk eliminata.

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 220 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, is-segwenti jista’ biss jiġi inkluż fil-kalkolu sa fejn huwa eliġibbli biex ikun kopert r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta’ l-impriża relatata kkonċernata:

2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas ta’ impriża ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni relatata tal-impriża ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni parteċipanti li jiġi kkalkulat is-solvenza tal-grupp tagħha, jista’ jiġi inkluż fil-kalkolu biss jekk ikun eliġibbli biex ikun kopert ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża relatata kkonċernata.

(a) ir-riservi tal-profitt u profitti futuri li jiġu minn impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni relatata ta’ l-impriża parteċipanti ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni li għaliha tiġi kkalkolata s-solvenza tal-grupp;

 

(b) kwalunkwe kapital sottoskritt imma mhux imħallas ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni relatata ta’ l-impriża parteċipanti ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni li għaliha tiġi kkalkolata s-solvenza tal-grupp;

 

(c) kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni relatata li jirrappreżenta obbligu potenzjali minn naħa ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni relatata oħra ta’ l-istess impriża parteċipanti ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Ir-riżervi tal-profitti u l-profitti futuri huma kunċetti tal-kontabilità li mhumiex konformi mal-prinċipji ta’ evalwazzjoni realistika li l-impriżi huma suġġetti għalihom skont din id-Direttiva. Għaldaqstant jeħtieġ li jitneħħew.

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 220 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk l-awtoritajiet superviżorji jqisu li ċerti fondi proprji eliġibbli għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni relatata barra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux jistgħu jsiru effettivament disponibbli biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta’ l-impriża parteċipanti ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni li għaliha tkun qed tiġi kkalkolata s-solvenza tal-grupp, dawk il-fondi proprji jistgħu jiġu inklużi fil-kalkolu biss sa fejn huma eliġibbli biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta’ l-impriża relatata.

3. Meta ċerti fondi proprji eliġibbli għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni relatata barra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux jistgħu jsiru effettivament disponibbli biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni li għaliha tkun qed tiġi kkalkolata s-solvenza tal-grupp, dawk il-fondi proprji jistgħu jiġu inklużi fil-kalkolu biss sa fejn huma eliġibbli biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża relatata.

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 225 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta tiġi kalkolata s-solvenza tal-grupp ta xi impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni li hija impriża parteċipanti f'xi impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni f'pajjiż terz, din ta' l-aħħar għandha, għall-fini tal-kalkolu biss, titqies bħala impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni relatata.

1. Meta tiġi kalkolata s-solvenza, skont l-Artikolu 231, tal-grupp ta' xi impriża tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni li hija impriża parteċipanti f'xi impriża tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni f'pajjiż terz, din tal-aħħar għandha, għall-fini tal-kalkolu biss, titqies bħala impriża tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni relatata.

Ġustifikazzjoni

Skont il-Kummissjoni1, id-Direttiva tippermetti li l-effetti ta’ diversifikazzjoni jiġu kkunsidrati fuq grupp sħiħ, u mhux biss ġewwa l-UE, meta jkun qed jiġi kkalkulat l-SCR fuq bażi konsolidata. Mill-banda l-oħra, il-metodu ta’ tnaqqis u aggregazzjoni biex jiġi kkalkulat l-SCR jirrikjiedi pajjiż terz li jkun ekwivalenti qabel il-benefiċċji ta’ diversifikazzjoni jiġu kkunsidrati. Din l-emenda tiddistingwi bejn żewġ metodi ta’ kalkulazzjoni, il-kjarifikazzjoni tal-limitu arbitrarju ma tistax titpoġġa fuq il-benefiċċji ta’ diversifikazzjoni meta jkun qed jintuża l-metodu kkonsolidat.

1 Ittra minn Jorgen Holmquist, Direttur-Ġenerali, DG Markt, lil Thomas Steffen, ċermen tas-CEIOPS, datata t-23 ta’ Jannar 2008

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 225 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-superviżur tal-grupp għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u lill-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol, qabel ma jieħu deċiżjoni dwar l-ekwivalenza.

Meta jkun qed jagħmel dan, is-superviżur tal-grupp għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u lis-CEIOPS.

Ġustifikazzjoni

Paragrafu 2 jgħid li s-superviżur tal-grupp jiddeċiedi dwar l-ekwivalenza, filwaqt li f’paragrafu 3 din is-setgħa tingħata lill-Kummissjoni. Paragrafu 2 jeħtieġ li jinbidel sabiex jiġi ċċarat li din is-setgħa hi tal-Kummissjoni.

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 225 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol u b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 304(2), deċiżjoni dwar jekk ir-reġim ta' solvenza ta' pajjiż terz ikunx ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, il-Kapitolu VI.

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni dwar jekk is-sistema ta’ solvenza ta’ pajjiż terz tkunx ekwivalenti għal dik stipulata fit-Titolu I, Kapitolu VI, b'konformità mal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku.

Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu riveduti spiss biex jitqies kwalunkwe tibdil fir-reġim ta' solvenza stipulat fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, u fir-reġim ta' solvenza ta' pajjiż terz.

Dawk id-deċiżjonijiet imfassla biex jiġu emendati elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 304(3). Dawn għandhom jiġu riveduti spiss biex jitqies kwalunkwe tibdil fis-sistema ta' solvenza stipulata fit-Titolu I, Kapitolu VI, u fis-sistema ta' solvenza ta' pajjiż terz.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards ta' pajjiż terz hija deċiżjoni politika fejn il-koleġiżlaturi għandhom jiġu trattati b’mod ugwali. Għaldaqstant, il-proċedura ta’ konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 304(2) taqa'.

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 225 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fejn il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 3, is-sistema ta’ pajjiż terz titqies li mhijiex ekwivalenti għas-sistema stipulata f'din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi tagħha. Din il-presuppożizzjoni għandha tkun konfutabbli.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissuġġerixxi li hemm presuppożizzjoni konfutabbli dwar in-nuqqas ta’ ekwivalenza tas-sistema ta’ pajjiż terz.

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 225 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta deċiżjoni li tkun ġiet adottata mill-Kummissjoni b'konformità mal-paragrafu 3 tikkonferma l-ekwivalenza tar-reġim ta' solvenza ta' pajjiż terz, il-paragrafu 2 ma japplikax.

imhassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda proposta mis-Sur Sánchez Presedo għall-Artikolu 225 paragrafu 2 subparagrafu 2.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Artikolu 228 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) is-sehem proporzjonali tar-Rekwiżit Minimu tal-Kapital Kapitali ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni relatati.

(b) is-sehem proporzjonali tar-Rekwiżit Kapitali Minimu tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni relatati.

Ġustifikazzjoni

Adattament tekniku li jirrifletti l-fatt li jridu jiżdiedu l-ishma proporzjonali f’impriżi ta’ assikurazzjoni u f’impriżi ta’ riassikurazzjoni, u li mhemmx għażla, liema għażla setgħet tiġi implikata bl-użu tal-kelma "jew".

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Artikolu 229 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn ikun ġie kkonsultat is-CEIOPS, l-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom jikkunsidraw tali parir kif xieraq qabel ma jieħdu d-deċiżjoni konġunta tagħhom.

4. Jekk fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun waslet l-applikazzjoni sħiħa magħmula mis-superviżur tal-grupp, ma tkunx ittieħdet deċiżjoni konġunta tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, is-superviżur tal-grupp għandu jitlob lis-CEIOPS, biex fi żmien għaxar ġimgħat ulterjuri, jibgħat il-parir mhux vinkolanti tiegħu, adottat permezz ta' maġġoranza kkwalifikata tal-membri tiegħu, lill-awtoritajiet superviżorji kollha kkonċernati.

Is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi lill-applikant id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 2 f'dokument li jkun fih id-deċiżjoni bir-raġunament sħiħ tagħha u tifsira dwar kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti mill-pożizzjonijiet adottati mill-Kumitat tas-Sorveljaturi Ewropej ta' l-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.

Is-superviżur tal-grupp għandu jieħu deċiżjoni fi żmien tliet ġimgħat mit-trażmissjoni tal-parir tas-CEIOPS, filwaqt li jikkunsidrah b'mod sħiħ. Id-deċiżjoni tas-superviżur tal-grupp għandha tkun stipulata f’dokument li jkun jinkludi r-raġunijiet kollha għad-deċiżjoni u għandha tqis il-fehmiet tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi rrikonoxxuta bħala determinanti u għandha tkun applikata mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.

Is-superviżur tal-grupp għandu jittrażmetti d-deċiżjoni lill-applikant u lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati. L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jikkonformaw mad-deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

L-involviment tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni konċernati, li mhumiex il-grupp ta' superviżjoni, għandu jitjieb. Is-superviżuri kollha involuti għandhom ikunu kapaċi jiġġudikaw sitwazzjoni bbażata fuq l-istess informazzjonijiet relevanti. Fejn is-superviżuri konċernati ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, hemm bżonn li jinkiseb parir kwalifikat minn parti terza li tipprovdi opinjoni indipendenti.

Il-parir tas-CEIOPS għandu jittieħed fi proċess ta’ votazzjoni b’maġġoranza kkwalifikata, għax is-superviżur tal-lokalità u dak ospitanti, it-tnejn huma membri tas-CEIOPS.

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Titolu III – Kapitolu II – Taqsima 1 – Subtaqsima 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Subtaqsima 6 – appoġġ għall-grupp

TAQSIMA 1aAPPOĠĠ TAL-GRUPP

Ġustifikazzjoni

L-appoġġ għall-grupp hu kunċett li jista' jiġi applikat b'mod indipendenti mill-applikazzjoni ta' metodi biex ikun evitat intervent doppju minn grupp.

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Artikolu 234

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li r-regoli stabbiliti fl-Artikoli 236 sa 241 japplikaw għal kwalunkwe impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni li huma sussidjarji ta' impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni, fuq talba ta' dawn ta' l-aħħar, meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li r-regoli stabbiliti fl-Artikoli 236 sa 241 għandhom japplikaw għal kwalunkwe impriża tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni li tkun impriża sussidjarji ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni, meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) l-impriża sussidjarja, li fir-rigward tagħha s-superviżur tal-grupp ma jkun għamel l-ebda deċiżjoni skond l-Artikolu 212(2), tkun inkluża fis-superviżjoni tal-grupp imwettqa mis-superviżur tal-grupp fuq il-livell ta' l-impriża prinċipali skond dan it-Titolu;

(a) l-impriża sussidjarja ma tkunx ġiet eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 212(2) u tkun inkluża fis-superviżjoni tal-grupp imwettqa mis-superviżur tal-grupp fil-livell tal-impriża prinċipali skont dan it-Titolu;

(b) il-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni ta' l-impriża prinċipali jkopru lill-impriża sussidjarja u l-impriża prinċipali tissodisfa lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati rigward il-ġestjoni prudenti ta' l-impriża sussidjarja;

(b) il-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni tal-impriża prinċipali jkopru lill-impriża sussidjarja u l-impriża prinċipali tissodisfa lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati rigward il-ġestjoni prudenti tal-impriża sussidjarja;

(c) l-impriża prinċipali tkun iddikjarat, bil-miktub u f'dokument li jkun jorbot legalment u li jkun aċċettat mis-superviżur tal-grupp skond l-Artikolu 237, li tiggarantixxi li fondi proprji eliġibbli skond l-Artikolu 98(5) jkunu ttrasferiti meta jkun meħtieġ u sal-limitu li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 237;

(c) l-impriża prinċipali tkun iddikjarat, bil-miktub u f’dokument li jkun jorbot legalment u li jkun aċċettat mis-superviżur tal-grupp u mill-awtorità superviżorja l-oħra kkonċernata, skont l-Artikolu 237, li tiggarantixxi li se jkunu ttrasferiti fondi proprji bażiċi xierqa mingħajr kundizzjonijiet u minnufih meta jkun mitlub, fil-forma ta’ attivi xierqa fuq it-talba jew tas-superviżur tal-grupp jew tal-awtorità superviżorja l-oħra kkonċernata u sal-limitu li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 237.

 

(ca) l-impriża prinċipali tkun tissodisfa l-awtorità kompetenti fir-rigward tal-ġestjoni prudenti tal-impriża sussidjarja u tkun iddikjarat, bil-kunsens tal-awtorità superviżorja, li tiggarantixxi l-impenji li daħlet għalihom l-impriża sussidjarja;

 

(cb) il-fondi l-proprji ttrasferiti mill-impriża prinċipali lill-impriża sussidjarja tagħha jkunu s-sors ewlieni ta' appoġġ tal-grupp u l-kuntratti li jistgħu jiġu infurzati legalment ikunu fis-seħħ sabiex ikun jista' jsir it-trasferiment tal-fondi proprji eleġibbli fil-każ li l-appoġġ tal-grupp ikun ipprovdut minn riżorsi disponibbli f'impriża sussidjarja; u

(d) Applikazzjoni għall-permess li tkun suġġett għall-Artikoli 236 sa 241 jkun ġiet introdotta mill-impriża prinċipali u jkun ittieħdet deċiżjoni favorevoli dwar din l-applikazzjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 235.

(d) l-applikazzjoni għall-permess li tkun suġġetta għall-Artikoli 236 sa 241 tkun ġiet ippreżentata b'mod konġunt mill-impriża prinċipali u l-impriża sussidjarja kkonċernata u tkun ittieħdet deċiżjoni favorevoli dwar din l-applikazzjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 235.

Ġustifikazzjoni

Il-kliem li tħassar joħloq konfużjoni fil-konfront ta’ paragrafu d) ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ min jitlob l-appoġġ għall-grupp.

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Artikolu 235 – paragrafi 2 u 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' meta s-superviżur tal-grupp ikun irċieva l-applikazzjoni sħiħa.

2. L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni fi żmien tliet xhur mid-data ta' meta s-superviżur tal-grupp ikun irċieva l-applikazzjoni sħiħa.

Is-superviżur tal-grupp għandu jgħaddi l-applikazzjoni sħiħa lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati mingħajr dewmien.

Is-superviżur tal-grupp għandu jgħaddi l-applikazzjoni sħiħa lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati mingħajr dewmien.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi stabbilita f'dokument li jkun fih id-deċiżjoni bir-raġunament sħiħ tagħha, li għandu jintbagħat lill-applikant mis-superviżur tal-grupp. Id-deċiżjoni konġunta msemmija hawn fuq għandha tiġi rrikonoxxuta bħala determinanti u għandha tkun applikata mill-awtoritajiet superviżorji fl-Istati Membri kkonċernati.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi stipulata f'dokument li jkun fih id-deċiżjoni bir-raġunament sħiħ tagħha, li għandu jintbagħat lill-applikant mis-superviżur tal-grupp. L-awtoritajiet superviżorji fl-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkonformaw mad-deċizjoni konġunta msemmija hawn fuq.

3. F'każ li ma tintlaħaqx deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet superviżorji fi żmien sitt xhur, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi stabbilita f'dokument li jkun fih id-deċiżjoni bir-raġunament sħiħ tagħha u sa żmien sitt xhur għandha tikkunsidra l-fehmiet u r-riżervi mistqarra mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħra. Id-deċiżjoni għandha tingħata lill-applikant u lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati mis-superviżur tal-grupp. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rrikonoxxuta bħala determinanti u għandha tkun applikata mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.

3. F’każ li ma tintlaħaqx deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet superviżorji fi żmien tliet xhur mid-data tal-wasla tal-applikazzjoni kompluta mis-superviżur tal-grupp, dan tal-aħħar għandu jitlob lis-CEIOPS sabiex, fi żmien xahrejn oħra, jagħti l-parir tiegħu adottat permezz ta' maġġoranza kkwalifikata tal-membri tiegħu, lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati kollha.

 

Is-superviżur tal-grupp għandu jieħu deċiżjoni fi żmien ġimgħa mit-trażmissjoni tal-parir tas-CEIOPS, filwaqt li jqis bis-sħiħ dan il-parir u l-fehmiet tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħra.

 

Id-deċiżjoni tas-superviżur tal-grupp għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni, inkluża spjegazzjoni dwar kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti mill-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħra jew mill-parir tas-CEIOPS.

 

Is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi d-deċiżjoni tiegħu lill-applikant u lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħra, li mbagħad jistgħu jipprovdu din l-informazzjoni lill-impriżi l-oħra li jkunu jiffurmaw parti mill-grupp u suġġetti għas-superviżjoni tagħhom. L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati kollha għandhom jikkonformaw mad-deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-mekkaniżmu tal-appoġġ għall-grupp huwa bbażat fuq fiduċja reċiproka. Madankollu, l-involviment tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni kkonċernati, li mhumiex il-grupp ta’ superviżjoni, għandu jitjieb. Is-superviżuri kollha involuti għandhom ikunu fil-qagħda li jiġġudikaw is-sitwazzjoni fuq il-bażi tal-istess ammont ta' tagħrif. Meta s-superviżuri konċernati ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim, ikun siewi li jinkiseb parir kwalifikat minn parti terzi li tipprovdi fehma indipendenti. Il-problema tal-aġenzija/governanza li tfaċċat fil-proposta oriġinali ġiet b’hekk eliminata.

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Artikolu 236 paragrafi 2 sa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' l-impriża ssussidjarja jkun ikkolkolat fuq il-bażi ta' mudell intern fuq livell ta' grupp skond l-Artikolu 229 u l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lill-impriza sussidjarja jidhrilha li l-profil tar-riskju tagħha jiddevja bil-kbir minn dan il-mudell intern, u sakemm din l-impriża ma tindirizzax it-tħassib ta' l-awtorità superviżorja kif suppost, din l-awtorità tista', fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 37, tipproponi lis-superviżur tal-grupp biex jimponi żieda kapitali fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' dik l-impriża sussidjarja mill-applikazzjoni ta' dan il-mudell, jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali meta din iż-żieda kapitali ma tkunx xierqa, biex jitlob lil dik l-impriża tikkolkola r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħha fuq il-bażi tal-formola standard. L-awtorità superviżorja għandha tikkomunika l-bażi għal dawn il-proposti kemm lill-impriża sussidjarja kif ukoll lis-superviżur tal-grupp.

2. Meta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża ssussidjarja jkun ikkolkolat fuq il-bażi ta' mudell intern fuq livell ta' grupp skont l-Artikolu 229 u l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lill-impriza sussidjarja jidhrilha li l-profil tar-riskju tagħha jiddevja bil-kbir minn dan il-mudell intern, u sakemm din l-impriża ma tindirizzax it-tħassib tal-awtorità superviżorja kif suppost, din l-awtorità tista', fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 37, tipproponi lis-superviżur ta' dak il-grupp biex jimponi żieda kapitali fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' dik l-impriża sussidjarja mill-applikazzjoni ta' dan il-mudell, jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali meta din iż-żieda kapitali ma tkunx xierqa, tista' tipproponi li s-superviżur tal-grupp jitlob lil dik l-impriża tikkalkola r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħha fuq il-bażi tal-formola standard. L-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja għandha tikkomunika l-bażi għal dawn il-proposti kemm lill-impriża sussidjarja kif ukoll lis-superviżur tal-grupp. Fil-każ li s-supervizur tal-grupp jaqbel, l-awtorità superviżorja li tipproponi għandha tiddeċiedi b'mod konġunt mas-superviżur tal-grupp jew li tistabbilixxi ż-żieda kapitali għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża sussidjarja skont l-Artiklu 37(2) sa (5) jew, f'ċikostanzi eċċezzjonali, titlob lil dik l-impriza biex tikkalkula r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħha fuq il-bażi tal-formula standard.

3. Meta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' l-impriża sussidjarja jkun ikkolkolat fuq il-bażi tal-formola standard u l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lill-impriża sussidjarja jidhrilha li l-profil tar-riskju tagħha jiddevja bil-kbir mill-assunzjonijiet sottostanti l-formola standard, u sakemm din l-impriża ma tindirizzax it-tħassib ta' l-awtorità superviżorja kif suppost, din l-awtorità tista', fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 37, tipproponi lis-superviżur tal-grupp biex jimponi żieda kapitali fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' dik l-impriża sussidjarja.

3. Meta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża sussidjarja jkun ikkalkolat fuq il-bażi tal-formola standard u l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lill-impriża sussidjarja jidhrilha li l-profil tar-riskju tagħha jiddevja bil-kbir mill-assunzjonijiet sottostanti l-formola standard, u sakemm din l-impriża ma tindirizzax it-tħassib tal-awtorità superviżorja kif suppost, din l-awtorità tista', fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 37, tipproponi lis-superviżur tal-grupp biex jimponi żieda kapitali fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' dik l-impriża sussidjarja.

4. L-awtorità superviżorja għandha tikkomunika l-bażi għal din il-proposta kemm lill-impriża sussidjarja kif ukoll lis-superviżur tal-grupp.

L-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja għandha tikkomunika l-bażi għal din il-proposta kemm lill-impriża sussidjarja kif ukoll lis-superviżur tal-grupp. Fil-każ li s-supervizur tal-grupp jaqbel, l-awtorita superviżorja li tipproponi għandha tiddeċiedi b'mod konġunt mas-superviżur tal-grupp li tistabbilixxi ż-żieda kapitali għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża sussidjarja skont l-Artiklu 37(2) sa (5).

Meta l-awtorità superviżorja u s-superviżur tal-grupp ma jiftehmux, jew meta ma jkunx hemm deċiżjoni mis-superviżur tal-grupp fi żmien xahar mill-proposta ta' l-awtorità superviżorja, il-kwistjoni għandha tiġi nnotifikata għall-konsultazzjoni lill-Kumitat tas-Sorveljaturi Ewropej għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, li għandu jagħti l-parir tiegħu fi żmien xahrejn.

4. Fil-każ li ma tintlaħaqx deċiżjoni konġunta mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati fi żmien tliet xhur, is-superviżur tal-grupp għandu jitlob lis-CEIOPS sabiex, jagħti l-parir tiegħu adottat permezz ta' maġġoranza kkwalifikata tal-membri tiegħu, lill-awtoritajiet superviżorji konċernati kollha fi żmien xahrejn oħra.

Is-superviżur tal-grupp għandu jikkunsidra dan il-parir kif jixraq qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu. Id-deċiżjoni għandha tkun sottomessa lill-impriża sussidjarja u lill-awtorità superviżorja mis-superviżur tal-grupp.

Is-superviżur tal-grupp għandu jieħu deċiżjoni fi żmien ġimgħa mit-trażmissjoni tal-parir tas-CEIOPS, filwaqt li jqis bis-sħiħ dan il-parir u l-fehmiet tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħra.

F'każ li ma tintlaħaqx deċiżjoni finali mis-superviżur tal-grupp fi żmien xahar mid-data ta' meta jkun ingħata l-parir tal-Kumitat tas-Sorveljaturi Ewropej għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, il-proposta ta' l-awtorità superviżorja għandha titqies li tkun ġiet aċċettata.

Id-deċiżjoni tas-superviżur tal-grupp għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni, inkluża spjegazzjoni dwar kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti mill-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħra jew mill-parir tas-CEIOPS.

 

Is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi d-deċiżjoni tiegħu lill-applikant u lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħra, li mbagħad jistgħu jipprovdu din l-informazzjoni lill-impriżi l-oħra li jkunu jiffurmaw parti mill-grupp u suġġetti għas-superviżjoni tagħhom. L-awtoritajiet superviżuri kkonċernati kollha għandhom jikkonformaw mad-deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

Legalment is-superviżur tal-grupp m’għandux awtorità fl-Istati Membri tal-impriża sussidjarja. Għalhekk, huwa addattat għaċ-ċertezza legali li ż-żjieda kapitali għall-impriża sussidjarja ssir mis-superviżur waħdu jew, rispettivament, l-impriża sussidjarja hija mitluba mis-superviżur waħdu biex tuża l-formula li hija standard. Fiż-żewġ każijiet il-ftehim tas-superviżur tal-grupp huwa meħtieġ bħala kundizzjoni minn qabel.

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Artikolu 237

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Permezz tad-degora mill-Artikolu 98(4), kwalunkwe differenza bejn ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u r-rekwiżit kapitali minimu ta' l-impriża sussidjarja għandha tkun koperta minn jew mill-fondi proprji eliġibbli skond l-Artikolu 98(4) jew mis-sostenn tal-grupp, jew minn kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom.

1. Permezz tad-degora mill-Artikolu 98(4), kwalunkwe differenza bejn ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u r-Rekwiżit Kapitali Minimu tal-impriża sussidjarja għandha tkun koperta minn jew mill-fondi proprji eliġibbli skont l-Artikolu 98(4) jew mis-sostenn tal-grupp, jew minn kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom.

Għall-finijiet ta' klassifikazzjoni tal-fondi proprji f'livelli differenti skond l-Artikoli 93 sa 96, is-sostenn tal-grupp għandu jkun ittrattat bħala fondi proprji awżiljari.

Għall-finijiet ta' klassifikazzjoni tal-fondi proprji f'livelli differenti skont l-Artikoli 93 sa 96, is-sostenn tal-grupp għandu jkun ittrattat bħala kapital tal-Livell 2.

 

Il-fondi żejda minn bilanċ pożittiv li jaqgħu taħt l-Artikolu 90 m'għandhomx ikunu trasferibbli fis-sistema tal-appoġġ tal-grupp.

2. Is-sostenn tal-grupp għandu jieħu l-forma ta' dikjarazzjoni lis-superviżur tal-grupp, mistqarra f'dokument li jkun jorbot legalment, li jkun sar impenn biex jiġu ttrasferiti fondi proprji eliġibbli skond l-Artikolu 98(5).

2. L-appoġġ tal-grupp għandu jieħu l-forma ta' dikjarazzjoni mill-impriża prinċipali lill-impriża sussidjarja, li tkun aċċettata mis-superviżur tal-grupp, u mistqarra f'dokument li jkun jorbot legalment li, minkejja kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi tal-kumpaniji rilevanti, tikkostitwixxi impenn biex jiġu ttrasferiti fondi proprji eliġibbli skont l-Artikolu 98(5) sa limitu ddikjarat lill-impriża sussidjarja kkonċernata.

 

2a. L-appoġġ tal-grupp għandu jkun ipprovdut mill-fondi proprji eliġibbli fl-impriża prinċipali jew f’impriża sussidjarja oħra meta jkun hemm evidenza ċara li mhu se jkun hemm l-ebda ostakolu legali għat-trasferiment tal-fondi proprji minn din l-impriża sussidjarja, anke f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

3. Qabel jaċċetta d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, is-superviżur tal-grupp għandu jivverifika dan li ġej:

3. Qabel jaċċettaw id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, is-superviżur tal-grupp u l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lill-impriża sussidjarja għandhom jaħdmu flimkien biex jivverifikaw dan li ġej:

(a) li l-grupp għandu fondi proprji eliġibbli biżżejjed biex ikopri r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat;

(a) li l-grupp għandu fondi proprji eliġibbli biżżejjed biex ikopri r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat;

 

(aa) li l-grupp iżomm sistema ta’ mmaniġġjar ta’ likwidità xierqa biex jiżgura l-bżonnijiet potenzjali għat-trasferiment ta' fondi;

(b) li ma jeżisti l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji eliġibbli msemmija fil-paragrafu 2;

(b) li ma jeżisti l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji eliġibbli msemmija fil-paragrafu 2;

(c) li d-dokument li fih id-dikjarazzjoni tas-sostenn tal-grupp jissodisfa r-rekwiżiti eżistenti skond il-liġi ta' l-impriża prinċipali biex ikun jista' jiġi rrikonoxxut bħala impenn legali, u li kwalunkwe rikors quddiem korp legali jew amministrattiva ma jkollu ebda effett suspensiv.

c) li d-dokument li jkun fih id-dikjarazzjoni tal-appoġġ tal-grupp u kwalunkwe strument relattiv ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti eżistenti kollha skont liġi infurzabbli fl-Istat Membru tal-impriża li tkun qed tipprovdi l-appoġġ tal-grupp, u li kwalunkwe rikors quddiem korp legali jew amministrattiva ma jkollu ebda effett suspensiv, inkluż it-twaqqif ta' appoġġ tal-grupp sal-limitu tad-dikjarazzjoni l-aktar riċenti, jew kif previst skont l-Artikolu 244(1) meta dan ikun rilevanti, u jkun ekwivalenti għat-talbiet tat-titolari tal-polza anke f'ċirkustanzi ta' organizzazzjoni mill-ġdid, kompożizzjoni, allokament, teħid ta' kontroll jew kwalunkwe proċediment amministrattiv ieħor.

 

3a. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati fi żmien tliet xhur mid-data tal-wasla tal-applikazzjoni kompluta mis-superviżur tal-grupp, dan tal-aħħar għandu jitlob lis-CEIOPS sabiex, fi żmien xahrejn oħra, jagħti l-parir tiegħu adottat permezz ta' maġġoranza kkwalifikata tal-membri tiegħu, lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati kollha.

 

Is-superviżur tal-grupp għandu jieħu deċiżjoni fi żmien ġimgħa mit-trażmissjoni tal-parir tas-CEIOPS, filwaqt li jqis bis-sħiħ dan il-parir u l-fehmiet tal-awtoritajiet supervizorji kkoncernati l-ohra.

 

Id-deċiżjoni tas-superviżur tal-grupp għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni, inkluża spjegazzjoni dwar kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti mill-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħra jew mill-parir tas-CEIOPS.

 

Is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi d-deċiżjoni tiegħu lill-applikant u lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħra, li mbagħad jistgħu jipprovdu din l-informazzjoni lill-impriżi l-oħra li jkunu jiffurmaw parti mill-grupp u suġġetti għas-superviżjoni tagħhom. L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati kollha għandhom jikkonformaw mad-deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

‘Fondi proprji anċillari’ jista’ jfisser kemm ta’ Livell 2 u kemm ta’ Livell 3, u għaldaqstant huwa inqas preċiż minn ‘kapital ta’ Livell 2’.

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Artikolu 238

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Permezz tad-degora mill-Artikolu 136, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja ma tkunx responsabbli għall-infurzar tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza bit-teħid ta' miżuri fuq il-livell ta' l-impriża sussidjarja.

1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 136(2) u (3), f’każijiet ta’ nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fil-paragrafi 2 sa 4a.

Din l-awtorità superviżorja għandha madankollu tkompli tissupervizza r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' l-impriża sussidjarja kif stabbilit fil-paragrafi 2 u 3.

 

2. Meta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ma jibqax kopert kompletament mill-kombinazzjoni tal-fondi proprji eliġibbli skond l-Artikolu 98(4) u l-ammont ta' sostenn tal-grupp iddikjarat skond l-Artikolu 237, imma l-fondi proprji eliġibbli skond l-Artikolu 98(5) huma biżżejjed biex ikopru r-rekwiżit kapitali minimu, l-awtorità superviżorja tista' titlob lill-impriża prinċipali biex tipprovdi dikjarazzjoni ġdida li ttella' s-sostenn tal-grupp għall-ammont meħtieġ biex ikun żgurat li r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jerġa' jkun kopert kompletament.

2. Fi żmien xahrejn minn meta jiġi osservat li r-Rekwizit Kapitali tas-Solvenza ma jibqax kopert kompletament mill-ammont totali tal-fondi proprji eligibbli skont l-Artikolu 98(4) u l-ammont ta' sostenn tal-grupp iddikjarat skont l-Artikolu 237, l-impriża sussidjarja għandha tippreżenta pjan għat-twaqqif mill-ġdid tal-kopertura tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza lill-awtorità superviżorja għal approvazzjoni fi żmien tliet xhur mill-osservazzjoni tan-nuqqas ta' konformità, kemm biż-żieda tal-livell ta' fondi proprji eliġibbli jew bil-provvediment ta’ dikjarazzjoni ġdida tal-appoġġ tal-grupp jew billi jitnaqqas l-esponiment tagħha għar-riskju.

 

L-awtorità superviżorja għandha tinforma u tgħaddi l-pjan lis-superviżur tal-grupp bla dewmien.

3. Meta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ma jibqax kopert kompletament mill-kombinazzjoni tal-fondi proprji eliġibbli skond l-Artikolu 98(4) u l-ammont ta' sostenn tal-grupp iddikjarat skond l-Artikolu 237, u l-fondi proprji eliġibbli skond l-Artikolu 98(5) ma jkunux biżżejjed biex ikopru r-rekwiżit kapitali, l-awtorità superviżorja tista' titlob lill-impriża prinċipali biex tittrasferixxi fondi proprji eliġibbli skond l-Artikolu 98(5) sal-limitu meħtieġ biex ikun żgurat li r-rekwiżit kapitali minimu jerġa' jkun kopert, u biex tipprovdi dikjarazzjoni ġdida li ttella' s-sostenn tal-grupp għall-ammont meħtieġ biex ikun żgurat li r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jerġa' jkun kopert kompletament.

3. Qabel ma tapprova l-pjan, l-awtorità superviżjorja għandha tiżgura li kwalunkwe ammont ta' appoġġ tal-grupp li jista' jkun stipulat fil-pjan ikun iddikjarat skont l-Artikolu 237.

4. Qabel ma jaċċetta kwalunkwe dikjarazzjoni ġdida msemmija fil-paragrafi 2 jew 3, is-superviżur tal-grupp għandu jivverifika li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artrikolu 237 ikunu ssodisfati. Meta l-impriża prinċipali ma tipprovdix id-dikjarazzjoni l-ġdida mitluba, jew meta d-dikjarazzjoni l-ġdida pprovduta ma tiġix aċċettata, id-derogi previsti fl-Artikoli 236 u 237 u f'paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jibqgħux japplikaw.

4. Meta l-pjan ma jkunx approvat u l-livell tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża sussidjarja ma jiġix stabbilit mill-ġdid fi żmien l-iskeda stipulata fil-paragrafu 2, id-derogi previsti fl-Artikoli 236 u 237 u fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jibqgħu japplikaw u l-impriża prinċipali għandha titrasferixxi, fi żmien xahar, il-fondi proprji li jirriżultaw mid-dikjarazzjoni l-aktar riċenti aċċettata fil-forma ta' elementi skont l-Artikolu 98(4).

L-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lis-sussidjarja għandha terġa' tikseb ir-responsabbiltà sħiħa għall-iffissar tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' l-impriża sussidjarja u għat-teħid tal-miżuri xierqa biex tiżgura li din qed tkun issodisfata b'mod xieraq permezz tar-riżorsi proprji eliġibbli skond l-Artikolu 98(4). L-impriża prinċipali m'għandiex, madankollu, tinħall mill-impenn li jirriżulta mill-aktar dikjarazzjoni riċenti aċċettata.

L-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lis-sussidjarja għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza qed ikun issodisfat b'mod xieraq permezz tar-riżorsi proprji eliġibbli skont l-Artikolu 98(4). Madankollu, l-impriża prinċipali m'għandhiex tinħall mill-impenn li jirriżulta mill-aktar dikjarazzjoni riċenti aċċettata.

 

4a. Meta r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ma jibqax kopert kompletament mill-ammont tal-fondi proprji eliġibbli skont l-Artikolu 98(4) u l-ammont ta' appoġġ tal-grupp iddikjarat skont l-Artikolu 237, u l-fondi proprji eliġibbli skont l-Artikolu 98(5) ma jkunux biżżejjed biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali Minimu, l-awtorità superviżorja, minbarra s-setgħat stipulati fl-Artikolu 137, tista' titlob lill-impriża prinċipali biex tittrasferixxi fondi proprji eliġibbli skont l-Artikolu 98(5) sal-limitu meħtieġ biex ikun żgurat li r-Rekwiżit Kapitali Minimu jerġa' jkun kopert u sal-limitu tal-appoġġ tal-grupp li jirriżulta mid-dikjarazzjoni l-aktar reċenti aċċettata.

Ġustifikazzjoni

This paragraph is inconsistent with the responsibilities as laid down in Article 262(1), where it is said that the group supervisor is not responsible enforcement of compliance by insurance and reinsurance undertakings. Splitting monitoring and enforcement for supervision does not improve the effective supervision. By deleting this paragraph is sufficient clear that the monitoring and enforcement of subsidiary insurance or reinsurance undertakings is the task and responsibility of the local supervisory This also enables the local supervisory authority to uphold its accountability towards national parliaments in case of a bankruptcy.

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Artikolu 239

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Waqt l-istralċ ta' l-impriża sussidjarja u jinstab li din tkun insolventi, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lill-imriża sussidjarja għandha, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta kwalunkwe awtorità kompetenti oħra għall-proċedura ta' stralċ permezz ta' l-applikazzjoni ta' Titolu IV, titlob lill-impriża prinċipali tittrasferixxi fondi proprji eliġibbli lill-impriża sussidjarja sal-limitu meħtieġ biex ipaċu l-obbligazzjonijiet ta' titolari ta' polza, sal-limitu tas-sostenn tal-grupp li jirriżulta mid-dikjarazzjoni l-aktar riċenti aċċettata.

Meta jirriżulta li impriża sussidjarja tkun insolventi, u tkun qed tiġi stralċjata, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lill-impriża sussidjarja għandha, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta kwalunkwe awtorità kompetenti oħra għall-proċedura ta' stralċ permezz tal-applikazzjoni ta' Titolu IV, titlob lill-impriża prinċipali tittrasferixxi fondi proprji eliġibbli lill-impriża sussidjarja sal-limitu meħtieġ biex ipaċu l-obbligazzjonijiet kollha, sal-limitu tas-sostenn tal-grupp li jirriżulta mid-dikjarazzjoni l-aktar riċenti aċċettata.

Ġustifikazzjoni

Ebda tibdil sustanzjali: kjarifika.

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Artikolu 240 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 238 u 239, l-awtorità superviżorja għandha tindirizza t-talba tagħha lill-impriża prinċipali u tinforma immedjatament lis-superviżur tal-grupp.

1. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 238 u 239, l-awtorità superviżorja għandha tindirizza t-talba tagħha lill-impriża prinċipali u tinforma immedjatament lis-superviżur tal-grupp.

Meta l-impriża prinċipali ma tittrasferix b'ħeffa l-fondi proprji eliġibbli lill-impriża sussidjarja, is-superviżur tal-grupp għandu juża s-setgħat kollha disponibbli lilu, inkluża s-setgħa disponibbli skond l-Artikolu 142, biex jiżgura li l-grupp jipprovdi t-trasferiment mitlub hekk kif ikun prattikabbli li dan isir.

Meta l-impriża prinċipali ma tittrasferix fil-pront u, fi kwalunkwe każ, fi żmien xahar minn meta tkun saret l-ewwel talba, il-fondi proprji eliġibbli lill-impriża sussidjarja, is-superviżur tal-grupp għandu juża s-setgħat kollha disponibbli lilu, inkluża s-setgħa disponibbli skont l-Artikolu 142, biex jiżgura li l-impriża prinċipali tipprovdi t-trasferiment mitlub hekk kif ikun prattikabbli li dan isir, iżda fi kwalunkwe każ fi żmien xahrejn minn meta tkun saret l-ewwel talba.

2. Is-sostenn tal-grupp jista' jiġi pprovdut minn fondi proprji eliġibbli preżenti fl-impriża prinċipali jew f'impriża sussidjarja, sakemm din l-impriża sussidjarja, meta hija impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni, jkollha fondi proprji eliġibbli aktar mir-rekwiżit kapitali minimu tagħha. L-awtorità superviżorja li awtorizzat lil dik l-impriża sussidjarja ma għandhiex iżżomm it-trasferiment ta' eċċess ta' fondi proprji eliġibbli bħal dan.

2. L-appoġġ tal-grupp għandu jiġi pprovdut primarjament minn fondi proprji eliġibbli preżenti fl-impriża prinċipali. Dan jista' jiġi pprovdut minn fondi proprji eliġibbli preżenti fi kwalunkwe impriża sussidjarja fis-sistema tal-appoġġ tal-grupp, sakemm din l-impriża sussidjarja, meta tkun impriża tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni, jkollha fondi proprji eliġibbli aktar mir-rekwiżit kapitali minimu tagħha. L-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lil dik l-impriża sussidjarja ma għandhiex twaqqaf dan it-trasferiment ta' eċċess ta' fondi proprji eliġibbli.

Madankollu, meta dan it-trasferiment ikun wassal biex ma jibqax aktar kompatibbiltà mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' dik l-impriża sussidjarja, dan għandu jkun suġġett għal dikjarazzjoni mill-impriża prinċipali tal-livell ta' sostenn ta' grupp meħtieġ u aċċettazzjoni mis-superviżur tal-grupp.

Madankollu, meta dan it-trasferiment ikun wassal biex ma jibqax aktar kompatibbiltà mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' dik l-impriża sussidjarja, il-fondi proprji jistgħu jkunu trasferiti biss jekk tiġi pprovduta dikjarazzjoni mill-impriża prinċipali tal-livell ta' appoġġ tal-grupp meħtieġ u din id-dikjarazzjoni tiġi aċċettata mis-superviżur tal-grupp u mill-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lill-impriża sussidjarja kkonċernata skont l-Artikolu 237.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm skadenzi ċari stipulati fid-Direttiva għat-trasferiment tal-appoġġ tal-grupp. Din iċ-ċertezza legali hija importanti wkoll għall-protezzjoni tal-konsumatur u għad-dritt ta’ smigħ quddiem il-qorti.

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Artikolu 241

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eżistenza ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ ta' grupp, u kwalunkwe użu tiegħu, għandu jiġi żvelat pubblikament kemm lill-intrapiża prinċipali u s-sussidjarju kkonċernati.

L-eżistenza u l-prinċipji ewlenin ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ ta' grupp, u kwalunkwe użu tiegħu, inklużi l-ammonti, għandhom jiġu żvelati pubblikament kemm mill-impriża prinċipali kif ukoll mill-impriża sussidjarja kkonċernata.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġu żgurati t-trasparenza u l-aċċessibilità tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għall-konsumaturi.

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Artikolu 242 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta d-derogi previsti fl-Artikoli 236, 237 u 238 ma jibqgħux japplikaw, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lis-sussidjarja għandha terġa' tikseb ir-responsabbiltà sħiħa mill-formulazzjoni tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tas-sussidjarja filwaqt li tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li dan ikun qed isir permezz tar-riżorsi proprji eliġibbli taħt l-Artikolu 98(4). Madanakollu l-impriża prinċipali mhux ser jitneħħewlha l-impenji li jirriżultaw mill-aktar dikjarazzjonijiet riċenti aċċettati skond l-Artikoli 237, 238 u 240.

2. Meta d-derogi previsti fl-Artikoli 236, 237 u 238 ma jibqgħux japplikaw, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lill-impriża sussidjarja għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tas-sussidjarja filwaqt li tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li dan ikun qed isir permezz tar-riżorsi proprji eliġibbli taħt l-Artikolu 98(4). Madanakollu l-impriża prinċipali mhux ser jitneħħewlha l-impenji li jirriżultaw mill-aktar dikjarazzjonijiet riċenti aċċettati skont l-Artikoli 237, 238 u 240.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mal-kjarifika skont l-Artikolu 238, fir-rigward tal-irwol u r-responsabilitajiet tas-superviżur tal-grupp u l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja.

Emenda  126

Proposta għal direttiva

Artikolu 243 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta d-derogi previsti fl-Artikoli 236, 237 u 238 ma jibqgħux japplikaw, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lis-sussidjarja li għaliha japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 236 sa 241 għandha terġa' tikseb ir-responsabbiltà sħiħa mill-formulazzjoni tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tas-sussidjarji filwaqt li tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li dan ikun qed isir permezz tar-riżorsi proprji eliġibbli taħt l-Artikolu 98(4). Madanakollu l-impriża prinċipali mhux ser jitneħħewlha l-impenji li jirriżultaw mill-aktar dikjarazzjonijiet riċenti aċċettati skond l-Artikoli 237, 238 u 240.

3. Meta d-derogi previsti fl-Artikoli 236, 237 u 238 ma jibqgħux japplikaw, l-awtoritajiet superviżorji li jkunu awtorizzaw kwalunkwe impriża sussidjarja li għaliha japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 236 sa 241 għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriżi sussidjarji filwaqt li jieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat li dan ikun qed isir permezz tar-riżorsi proprji eliġibbli taħt l-Artikolu 98(4). Madanakollu l-impriża prinċipali mhux ser jitneħħewlha l-impenji li jirriżultaw mill-aktar dikjarazzjonijiet riċenti aċċettati skont l-Artikoli 237, 238 u 240.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mal-kjarifika skont l-Artikolu 238, fir-rigward tal-irwol u r-responsabilitajiet tas-superviżur tal-grupp u l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja.

Emenda  127

Proposta għal direttiva

Artikolu 244

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn diversi talbiet għat-trasferiment ta' fondi proprji eliġibbli jiġi indirizzati lill-impriża prinċipali u lis-superviżur tal-grupp skond l-Artikoli 238 u 239, u l-grupp ma jkollux fondi proprji eliġibbli biżżejjed biex jissodisfa t-talbiet kollha flimkien, l-ammonti li jirriżultaw mill-aktar dikjarazzjonijiet riċenti aċċettati għandhom jitnaqqsu kull fejn ikun meħtieġ.

1. Fejn diversi talbiet għat-trasferiment ta' fondi proprji eliġibbli jiġu indirizzati lill-impriża prinċipali u lis-superviżur tal-grupp skont l-Artikoli 238 u 239, u l-grupp ma jkollux fondi proprji eliġibbli biżżejjed biex jissodisfa t-talbiet kollha flimkien, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

 

(a) l-impriżi sussidjarji kollha tal-kumpanija prinċipali għandhom jinżammu responsabbli, flimkien mal-impriża prinċipali, sa massimu tal-ammonti li jirriżultaw mill-aktar dikjarazzjonijiet riċenti aċċettati fir-rigward ta’ kull impriża sussidjarja li tkun suġġetta għar-regoli stipulati fl-Artikoli 236 sa 241;

It-tnaqqis għandu jinħadem għal kull sussidjarja bil-għan li jkun żgurat li kull sussidjarja hija suġġetta għall-istess proporzjon bejn it-total ta' l-attivi disponibbli tagħha u kwalunkwe trasferiment mill-grupp, fuq in-naħa l-waħda, u t-total tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħha u r-rekwiżit kapitali minimu fuq in-naħa l-oħra.

(b) l-ammonti msemmija fil-punt (a) għandhom jitnaqqsu kull fejn ikun meħtieġ bl-assigurazzjoni diretta tieħu preċedenza fuq ir-riassigurazzjoni. It-tnaqqis għandu jinħadem għal kull impriża sussidjarja bil-għan li jkun żgurat li kull impriża sussidjarja u l-impriża prinċipali jkunu suġġetti għall-istess proporzjon bejn it-total tal-attivi disponibbli tagħhom u kwalunkwe trasferiment mill-grupp jew għalih, fuq in-naħa l-waħda, u t-total tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom u r-rekwiżit kapitali minimu fuq in-naħa l-oħra.

 

Madankollu, l-impriża prinċipali m'għandhiex tiġi lliberata mill-impenji li tittrasferixxi l-ammonti kollha li jirriżultaw mill-aktar dikjarazzjonijiet riċenti aċċettati, sakemm ma tkunx qed isseħħ insolvenza fil-livell tal-grupp.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti ta’ l-assigurazzjoni ta' l-impriża prinċipali ma jiġux trattati b'mod aktar preferenzjali meta mqabbla ma’ l-obbligazzjonijiet minn kuntratti ta’ l-assigurazzjoni ta' kwalunkwe sussidjarja li tkun suġġetta għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 236 sa 241.

2. Minkejja l-Artikolu 277, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti tal-assigurazzjoni tal-impriża prinċipali ma jiġux trattati b'mod aktar jew inqas preferenzjali meta mqabbla mal-obbligazzjonijiet minn kuntratti tal-assigurazzjoni ta' kwalunkwe impriża sussidjarja li tkun suġġetta għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 236 sa 241. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri implimentattivi li jispeċifikaw proċeduri, u skont dawn il-proċeduri għandha tintlaħaq distribuzzjoni ordnata u ġusta tal-appoġġ tal-grupp tul iż-żmien fil-każ ta' insolvenza fil-livell tal-grupp u filwaqt li titqies il-prijorità ta' klejms ta' assigurazzjoni stipulata fl-Artikolu 277 biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi fil-Komunità. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 304(3).

Ġustifikazzjoni

Dan huwa neċessarju biex jiġi żgurat trattament ugwali tat-titolari tal-polza u biex jiġu evitati effetti suspensivi fuq it-trasferiment ta' fondi fil-każ ta' stralċ (Artikolu 277). Il-fondi żjeda huma kapital ta' solvenza fl-impriża rilevanti u m'humiex funġibbli u għalhekk għandhom jitqiesu qabel kwalunkwe distribuzzjoni mill-ġdid. Industriji oħrajn jew skemi ta’ garanzija statutorji ffinanzjati bit-taxxi mhumiex ittrattati bħala kapital u ma jistgħux jintużaw qabel id-distribuzzjoni tal-fondi. Fil-każ ta' insolvenza fil-livell tal-grupp jeħtieġ li jkun hemm ċerta koordinazzjoni dwar id-distribuzzjoni tal-attivi.

Emenda  128

Proposta għal direttiva

Artikolu 245 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-ispeċifikazzjoni tal-mezzi li ser jintużaw meta tiġi żvelata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 241;

(c) l-ispeċifikazzjoni tal-prinċipji u l-mezzi li għandhom jintużaw meta tiġi żvelata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 241;

Ġustifikazzjoni

Id-deroga fir-rigward tad-deċiżjoni finali dwar iż-żieda kapitali għandha tiġi ristretta u definita iktar fil-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-livell 2.

Emenda  129

Proposta għal direttiva

Artikolu 246

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn 5 snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 310(1), il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol fir-rigward tar-regoli u l-prattiċi ta' l-awtoritajiet superviżorji ta' l-Istati Membri adottati skond din is-Subtaqsima.

Sa mhux aktar tard minn 5 snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 310(1), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol fir-rigward tar-regoli u l-prattiki tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri adottati skont din is-Subtaqsima.

Dan ir-rapport għandu jindirizza partikolarment il-livell xieraq ta' riżorsi proporji li sussidjarja hi mitluba jkollha meta tkun parti minn grupp li jissodisfa l-kunidzzjoni ta' din is-Subtaqsima, is-sura li l-appoġġ tal-grupp hu meħtieġ jieħu, l-ammont permissibbli ta' l-apoġġ tal-grupp u l-livell ta' fondi proprji li ma l-ilħuq tiegħu, id-derogi previsti fl-Artikoli 236, 237 u 238 mhux ser jibqgħu japplikaw.

Dak ir-rapport għandu jindirizza partikolarment il-kwalità ta’ fondi proprji eliġibbli li l-grupp huwa meħtieġ li jkollu biex japplika r-regoli stipulati fl-Artikolu 236 sa 241, il-livell xieraq ta' riżorsi proporji li sussidjarja hi mitluba jkollha meta tkun parti minn grupp li jissodisfa l-kundizzjoni ta' din is-Subtaqsima, is-sura li l-appoġġ tal-grupp hu meħtieġ jieħu, l-ammont permissibbli tal-apoġġ tal-grupp u l-livell ta' fondi proprji li ma l-ilħuq tiegħu, id-derogi previsti fl-Artikoli 236, 237 u 238 mhux ser jibqgħu japplikaw.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li l-Parlament bħala koleġiżlatur ikun infurmat sew bl-iżviluppi li jirrigwardaw l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti ta' din id-Direttiva.

Emenda  130

Proposta għal direttiva

Artikolu 251 – paragrafi 3 sa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jistgħu jidderogaw mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 jekk l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx xierqa, b'kunsiderazzjoni ta' l-istruttura tal-grupp u ta' l-importanza relattiva ta' l-attivitajiet ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni f'pajjiżi differenti, u jaħtru awtorità superviżorja differenti bħala superviżur tal-grupp.

3. F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jistgħu, fuq it-talba ta' kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet, jieħdu deċiżjoni konġunta biex jidderogaw mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 jekk l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx xierqa, b'kunsiderazzjoni tal-istruttura tal-grupp u tal-importanza relattiva tal-attivitajiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni f'pajjiżi differenti, u jaħtru awtorità superviżorja differenti bħala superviżur tal-grupp.

F'dak l-ambitu, kwalunkwe awtorità superviżorja kkonċernata tista' titlob li tinfetaħ diskussjoni dwar jekk il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 humiex xierqa. Din id-diskussjoni ma għandhiex isseħħ aktar minn darba fis-sena.

 

L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jagħmlu dak kollu li hu fis-setgħa tagħhom sabiex tintlaħaq deċiżjoni konġunta fir-rigward ta' l-għażla tas-superviżur tal-grupp fi żmien tliet xhur mit-talba għal diskussjoni. Qabel jieħdu d-deċiżjoni tagħhom, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jagħtu l-opportunità lill-grupp sabiex ifisser il-fehma tiegħu.

L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jagħmlu dak kollu li hu fis-setgħa tagħhom sabiex tintlaħaq deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-għażla tas-superviżur tal-grupp fi żmien tliet xhur.

 

3a. Waqt il-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, kwalunkwe awtorità superviżorja kkonċernata tista’ titlob li jiġi kkonsultat is-CEIOPS. Fil-każ li s-CEIOPS jiġi kkonsultat, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun estiż b’xahrejn.

 

3b. Fil-każ li s-CEIOPS jiġi kkonsultat, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom iqisu b’mod xieraq il-parir tas-CEIOPS qabel ma’ jieħdu d-deċiżjoni konġunta tagħhom. Id-deċiżjoni konġunta għandha tkun raġunata b’mod sħiħ u għandu jkun fiha spjegazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti mill-pożizzjonijiet adottati mis-CEIOPS.

4. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fi żmien tliet xhur, il-ħidma tas-superviżur tal-grupp għandha titwettaq mill-awtorità superviżorja ta' l-Istat Membru fejn il-grupp ikollu l-aktar attivitajiet importanti ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni.

4. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta li tidderoga mill-kriterji stipulati fil-paragrafu 2, il-ħidma tas-superviżur tal-grupp għandha titwettaq mill-awtorità superviżorja identifikata b'konformità ma’ dak il-paragrafu.

Madanakollu, fejn il-maġġoranza ta' l-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati jopponu dak ir-riżultat, il-ħatra tas-superviżur tal-grupp għandha tiġi riferuta fi żmien xahar wara l-ħatra b'kontumaċja għad-deċiżjoni finali lill-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, li għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu sa xahar wara r-riferiment.

 

5. Il-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandu jgaħrraf lill-Kummissjoni, għallinqas darba fis-sena, dwar kwalunkwe diffukultà ewlenija fir-rigward ta' l-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3 u 4.

5. Is-CEIOPS għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għallinqas kull sena, dwar kwalunkwe diffukultà ewlenija fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterji stipulati fil-paragrafi 2 u 3.

 

Fil-każ li jinqalgħu dawn id-diffikulatajiet, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri implimentattivi li jispeċifikaw dawk il-kriterji.

 

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 304(3).

Emenda  131

Proposta għal direttiva

Artikolu 252 – paragrafu 1 – punti e u f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ippjanar u koordinazzjoni, permezz ta' laqgħat regolari jew mezzi xierqa oħra, ta' l-attivitajiet superviżorji ta’ l-avvjament kif ukoll ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza, b'koordinazzjoni ma' l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati;

(e) ippjanar u koordinazzjoni, permezz ta' laqgħat regolari li jsiru kull sena jew mezzi xierqa oħra, tal-attivitajiet superviżorji tal-avvjament kif ukoll ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza, b'koordinazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati;

ħidmiet oħra, miżuri u dieċiżjonijiet assenjati lis-superviżur tal-grupp minn din id-Direttiva jew deduċibbli mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, partikolarment it-tmexxija tal-proċess ta' validazzjoni ta' kwalunkwe mudell intern fil-livell ta' grupp kif stabbilit fl-Artikoli 229 u 231 u t-tmexxija tal-proċess li japprova sostenn tal-grupp kif stabbilit fl-Artikolu 235.

(f) ħidmiet, miżuri u deċiżjonijiet oħra assenjati lis-superviżur tal-grupp minn din id-Direttiva jew deduċibbli mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, partikolarment it-tmexxija tal-proċess għal:

(i) validazzjoni ta' kwalunkwe mudell intern fil-livell ta' grupp kif stipulat fl-Artikoli 229 u 231,

(ii) approvazzjoni tal-appoġġ tal-grupp kif stipulat fl-Artikolu 235, u

(iii) biex jiġi stabbilit ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fir-rigward tal-possibilità li tiġi imposta żieda kapitali kif stipulat fl-Artikolu 236.

Ġustifikazzjoni

Emenda  132

Proposta għal direttiva

Artikolu 252 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex tiġi ffaċilitata s-superviżjoni ta' grupp, is-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati għandhom idaħħlu fis-seħħ l-arranġamenti ta' koordinazzjoni.

2. Sabiex tiġi ffaċilitata s-superviżjoni ta' grupp, għandu jiġi stabbilit kulleġġ superviżorju ppresedut mis-superviżur tal-grupp, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-ħidmiet stipulati fl-Artikoli 253, 254 u 255.

 

Il-kulleġġ ta’ superviżuri għandu jiżgura li l-koperazzjoni, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-proċessi ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji tal-kulleġġ, ikunu applikati b’mod effettiv b'konformità mat-Titolu III ta’ din id-Direttiva. Dawk l-arranġamenti ta' koordinazzjoni għandhom jispeċifikaw, bla ħsara għal kwalunkwe miżura adottata skont din id-Direttiva, il-proċeduri għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fost l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati kif imsemmi fl-Artikolu 236, u għal koperazzjoni ma’ awtoritajiet superviżorji oħrajn.

 

Is-superviżuri għandhom jużaw il-kulleġġ biex jippromwovu l-konverġenza tad-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom u biex jikkoperaw mill-qrib biex iwettqu l-attivitajiet superviżorji tagħhom fil-grupp skont kriterji armonizzati.

 

Is-sħubija tal-kulleġġ għandha tinkludi l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kollha li fih jinsabu l-kwartieri ġenerali tal-impriżi sussidjarji.

 

Bla ħsara għal kwalunkwe miżura adottata skont din id-Direttiva, it-twaqqif u l-iffunzjonar tal-kulleġġi għandhom ikunu bbażati fuq ftehima konkluża mill-membri kollha tal-kulleġġ, li tirrifletti l-proċeduri meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu, inklużi l-proċessi relatati mal-approvazzjoni tal-mudell intern tal-grupp u l-iffunzjonar tas-sistema ta' appoġġ tal-grupp.

 

Dejjem jekk il-koperazzjoni, il-konverġenza u l-iskambju ta’ informazzjoni jkunu garantiti, il-proċeduri tal-kulleġġ għandhom jipprovdu flessibilità biex jippermettu arranġamenti fost l-awtoritajiet superviżorji, fil-każijiet fejn dan jirriżulta f’superviżjoni aktar effiċjenti tal-grupp, u ma jostakolax l-attivitajiet superviżorji tal-membri tal-kulleġġ fir-rigward tar-responsabilitajiet individwali tagħhom.

Dawn l-arranġamenti ta' koordinazzjoni jistgħu jafdaw ħidmiet addizzjonali lis-superviżur tal-grupp u jistgħu jispeċifikaw, bla ħsara għal kwalunkwe miżura adottata skond din id-Direttiva, il-proċeduri għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fost l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati kif imsemmi fl-Artikoli 211(3), 212(2), 213(2), 214, 215, 217, 218(2), 219(2), 225(2), 236, 248, 249, 251 (3) u (4), 254, 263 u 264 u għall-kooperazzjoni ma' awtoritajiet superviżorji oħra.

Il-kulleġġ ta’ superviżuri għandu jkun ikkonsultat qabel jiġi konkluż kwalunkwe arranġament fost il-membri tiegħu, b’mod partikulari meta dawn l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni jafdaw ħidmiet addizzjonali lis-superviżur tal-grupp jew lil awtoritajiet superviżorji oħrajn ikkonċernati, jew meta jkun jirreferi għall-applikazzjoni fil-prattika tal-Artikoli 211(3), 212(2), 213(2), l-Artikoli 214, 215 u 217, l-Artikoli 218(2), 219(2) u 225(2), l-Artikoli 248 u 249, l-Artikolu 251 (3) u (4), u l-Artikoli 254, 263 u 264.

 

Kull sena, is-superviżur tal-grupp għandu jgħaddi rapport lis-CEIOPS dwar l-iffunzjonar tal-kulleġġ ta' superviżuri, il-prattiki l-ġodda u d-diffikulatijiet li tfaċċaw.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-proposta oriġinali tal-Artikolu 252(2), it-tieni subparagrafu, ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi permessa d-delegazzjoni ta' ħidmiet lejn is-superviżur tal-grupp biss. Għandhom jiġu previsti delegazzjonijiet mis-superviżur tal-grupp lis-superviżuri sussidjarji minħabba li dan jaf ikun ta' għajnuna għal aktar effiċjenza u biex tikber il-fiduċja reċiproka. Jekk wieħed iżomm f'moħħu l-esperjenza prattika fis-settur bankarju, id-delegazzjoni tal-ħidmiet għandha tiġi permessa fiż-żewġ direzzjonijiet.

Emenda  133

Proposta għal direttiva

Artikolu 253 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni ta' l-impriżi individwali ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni fi grupp u s-superviżur ta' grupp għandhom jikkooperaw mill-qrib, inkluż f'każijiet fejn impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni tiffaċċja diffikultajiet ekonomiċi.

1. L-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tal-impriżi individwali tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni fi grupp u s-superviżur ta' grupp għandhom jikkooperaw mill-qrib, b'mod partikulari f'każijiet fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni tiffaċċja diffikultajiet ekonomiċi.

 

L-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tal-kumpaniji individwali tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp u s-superviżur tal-grupp għandhom jiltaqgħu regolarment. Il-frekwenza tal-laqgħat tagħhom għandha tiġi mifthiema bejn l-awtoritajiet superviżorji, fuq il-bażi tan-natura, il-kumplessità u l-iskala tar-riskji inerenti fin-negozju tal-impriżi kollha li jiffurmaw parti mill-grupp.

Bla ħsara għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, dawk l-awtoritajiet, kemm jekk stabbiliti fl-istess Stat Membru jew le, għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni essenzjali jew rilevanti li tkun tista' tippermetti jew tiffaċilita t-twettiq tal-ħidmiet superviżorji ta' l-awtoritajiet l-oħra taħt din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u s-superviżur tal-grupp għandhom jgħaddu, meta din tintalab, l-informazzjoni rilevanti kollha u għandhom jgħaddu, fuq inizjattiva tagħhom, l-informazzjoni kollha rilevanti.

Bl-objettiv li jiġi żgurat li l-awtoritajiet superviżorji, inkluż is-superviżur tal-grupp, ikollhom l-istess ammont ta' tagħrif disponibbli għalihom, bla ħsara għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, u kemm jekk stabbiliti fl-istess Stat Membru jew le, għandhom jipprovdu informazzjoni lil xulxin sabiex jiġi permess u ffaċilitat l-eżerċizzju tal-ħidmiet ta' superviżjoni tal-awtoritajiet l-oħra li jaqgħu taħt din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u s-superviżur tal-grupp għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni kollha lil xulxin immedjatament malli din tkun disponibbli. L-informazzjoni msemmija f'dan is-subparagrafu tinkludi, iżda mhijiex limitata għal, informazzjoni dwar azzjonijiet tal-grupp u tas-superviżuri, u informazzjoni pprovduta mill-grupp.

L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu għandha titqies bħala essenzjali jekk tkun tista' tinfluwenza b'mod materjali l-valutazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja ta' impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni.

 

 

1a. L-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tal-kumpaniji individwali tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp u s-superviżur tal-grupp għandhom isejħu kull wieħed immedjatament għal laqgħa tal-kontrolluri kollha involuti f’superviżjoni ta’ grupp f’mill-inqas dawn il-każi li ġejjin:

 

(a) meta jsiru konxji ta’ ksur tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew tar-Rekwiżit Kapitali Minimu ta’ impriża individwali tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni; jew

 

(b) meta jsiru konxji ta’ ksur tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fil-livell tal-grupp ikkalkulat fuq il-bażi ta’ data kkonsolidata jew ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta’ grupp aggregat, b'konformità ma’ dak il-metodu li jintuża skont it-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 1, Subtaqsima 4;

 

(c) meta jidhru jew ikunu dehru ċirkustanzi oħrajn ta’ eċċezzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-mekkaniżmu tal-appoġġ għall-grupp huwa bbażat fuq fiduċja reċiproka. Madankollu, l-involviment tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni kkonċernati, li mhumiex il-grupp ta’ superviżjoni, għandu jitjieb. Is-superviżuri kollha involuti għandhom ikunu fil-qagħda li jiġġudikaw is-sitwazzjoni fuq il-bażi tal-istess ammont ta' tagħrif essenzjali jew rilevanti. Meta s-superviżuri konċernati ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim, ikun siewi li jinkiseb parir kwalifikat minn parti terzi li tipprovdi fehma indipendenti. Il-problema tal-aġenzija/governanza li tfaċċat fil-proposta oriġinali ġiet b’hekk eliminata.

Emenda  134

Proposta għal direttiva

Artikolu 254 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta deċiżjoni tkun ta' importanza għall-kompiti superviżorji, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom, qabel ma tittieħed dik id-deċiżjoni, jikkonsultaw ma' xulxin fir-rigward ta' l-affarijiet li ġejjin:

1. Meta deċiżjoni tkun ta' importanza għall-kompiti superviżorji, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom, qabel ma tittieħed dik id-deċiżjoni, jikkonsultaw ma' xulxin fil-kulleġġ tas-superviżuri fir-rigward tal-affarijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Biex jikber l-involviment tal-awtoritajiet superviżorji kollha fis-superviżjoni tal-gruppi tal-assugurazzjoni transkonfinali, jeħtieġ li jitwaqqfu l-kulleġġi tas-superviżuri. Dawn jipprovdu struttura permanenti iżda flessibbli għall-koperazzjoni u l-koordinazzjoni. Huma jiltaqgħu regolarment, bil-għan li jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni, jippermettu lis-superviżuri jiżviluppaw fehim komuni tal-profil tar-riskju tal-gruppi, jilħqu koordinazzjoni u jikkoordinaw deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet individwali.

Emenda  135

Proposta għal direttiva

Artikolu 262 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 262a

 

Ir-rapporti tas-CEIOPS

 

Is-CEIOPS għandu jirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew dwar l-esperjenzi tal-attivitajiet superviżorji fil-qafas tat-Titolu III, b’mod partikulari:

 

(a) l-użu tal-appoġġ tal-grupp, inklużi l-frekwenza u l-ammonti ta’ dikjarazzjonijiet u l-frekwenza u l-ammonti ta’ talbiet għal trasferiment ta’ fondi;

 

(b) il-koperazzjoni bejn is-superviżuri, il-ħidma tal-kulleġġi tas-superviżuri, il-proċess tal-ħatra tas-superviżur ewlieni, in-numru ta’ superviżuri ewlenin u l-firxa ġeografika;

 

(c) l-involviment u l-impenn tas-superviżuri li ma jkunux is-superviżur ewlieni; u

 

(d) id-distribuzzjoni tal-attivi fi gruppi li jużaw l-appoġġ tal-grupp.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-appoġġ tal-grupp huwa kunċett ġdid, huwa importanti li l-esperjenza diretta tiġi kondiviża mal-leġiżlatur.

Emenda  136

Proposta għal direttiva

Artikolu 263 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-verifika għandha titwettaq mill-awtorità superviżorja li tkun is-superviżur tal-grupp, kieku kellhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 251(2), fuq it-talba ta' l-impriża prinċipali jew ta' kwalunkwe mill-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni awtorizzati fil-Komunità jew fuq inizjattiva tagħha stess. Dik l-awtorità superviżorja għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u lill-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol, qabel ma tieħu deċiżjoni.

Il-verifika għandha titwettaq mill-awtorità superviżorja li tkun is-superviżur tal-grupp, kieku kellhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 251(2), fuq it-talba tal-impriża prinċipali jew ta' kwalunkwe mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni awtorizzati fil-Komunità jew fuq inizjattiva tagħha stess. Meta tkun qed tagħmel dan, dik l-awtorità superviżorja għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u lis-CEIOPS.

Ġustifikazzjoni

Paragrafu 2 jgħid li s-superviżur tal-grupp jiddeċiedi dwar l-ekwivalenza, filwaqt li f’paragrafu 3din is-setgħa tingħata lill-Kummissjoni. Paragrafu 2 jeħtieġ li jinbidel sabiex jiġi ċċarat li din is-setgħa hi tal-Kummissjoni.

Emenda  137

Proposta għal direttiva

Artikolu 263 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 304(2), deċiżjoni dwar jekk ir-reġim prudenzjali f'pajjiż terz għas-superviżjoni ta' gruppi huwa ekwivalenti għal dak stipulat f'dan it-Titolu. Dawk id-deċiżjonijiet għandhom ikunu riveduti regolarment sabiex iqisu kwalunkwe tibdil fir-reġim prudenzali għas-superviżjoni ta' gruppi stipulati f'dan it-Titolu u fir-reġim prudenzjali fil-pajjiż terz għas-superviżjoni tal-gruppi.

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjonijiet dwar jekk is-sistema prudenzjali f’pajjiż terz għas-superviżjoni tal-gruppi hijiex ekwivalenti għal dik stipulata f'dan it-Titolu. Dawk id-deċiżjonijiet, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 304(3). Dawn għandhom ikunu riveduti regolarment sabiex iqisu kwalunkwe tibdil fis-sistema prudenzali għas-superviżjoni ta' gruppi stipulati f'dan it-Titolu u fis-sistema prudenzjali fil-pajjiż terz għas-superviżjoni tal-gruppi u kwalunkwe bidla oħra fir-Regolament li tista' taffettwa d-deċiżjoni ta' ekwivalenza.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards ta' pajjiż terz hija deċiżjoni politika fejn il-koleġiżlaturi għandhom jiġu trattati b’mod ugwali. Għaldaqstant, il-proċedura ta’ konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 304(2) taqa'.

Emenda  138

Proposta għal direttiva

Artikolu 263 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Id-deċiżjonijiet imsemmija f'paragrafu 2 ma jistgħux jiġu adottati ħlief jekk il-pajjiż terz konċernat jiggarantixxi l-libertà tat-trasferiment tal-fondi lill-Komunità fi kwalunkwe ċirkostanza.

Ġustifikazzjoni

Group supervision and in particular group support may work within the Community because of the whole legislative framework, including the Treaty, which has been built up during the last 50 years, some of the provisions which may not have any connection with a supervisory regime. Nonetheless, some of these provisions are vital in order for the whole system to work properly. This is particularly the case with the possibility to transfer funds, the liberalisation of which is laid down in the Treaty and became effectively enforceable in 1986. Such a provision may not be part of the verification by supervisors and therefore needs specific mentioning.

Emenda  139

Proposta għal direttiva

Artikolu 263 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jidħlu fis-seħħ biss wara li l-pajjiżi terzi kkonċernati jkunu rrikonoxxew is-sistema prudenzjali tal-Komunità bħala ekwivalenti għal tagħhom, b'konformità mal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku.

Ġustifikazzjoni

Huwa ġust li jiġi żgurat rikonoxximent reċiproku, li huwa wkoll il-bażi tar-regim ta’ supervizjoni intra-UE, li fil-fatt ikun definizzjoni ta’ ekwivalenza.

Emenda  140

Proposta għal direttiva

Artikolu 263 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 263a

 

L-impriżi prinċipali barra mill-Komunità: ekwivalenza

 

1. Fil-każ ta' superviżjoni ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 263, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikoli 216 sa 262 għall-impriżi ta’ assigurazzjoni u ta' riassigurazzjoni, b'analoġija.

 

2. Il-prinċipji u l-metodi ġenerali stipulati fl-Artikoli 216 sa 262 għandhom japplikaw fil-livell tal-kumpaniji holding tal-assigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni f'pajjiż terz jew l-impriżi tar-riassigurazzjoni f'pajjiż terz.

 

3. Għall-fini uniku tal-kalkolu tas-solvenza tal-grupp, l-impriża prinċipali għandha tiġi trattata daqs li kieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni suġġetta għall-istess kundizzjonijiet kif stipulat fit-Titolu I, Kapitolu VI, Taqsima 3, Subtaqsimiet 1, 2 u 3 fir-rigward tal-fondi proprji eliġibbli għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u għal kwalukwe minn dawn li ġejjin:

 

(a) Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza stabbilit skont il-prinċipji tal-Artikolu 224 fejn tkun kumpanija holding tal-assigurazzjoni; jew

 

(b) Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza stabbilit skont il-prinċipji tal-Artikolu 225, fejn tkun impriża tal-assigurazzjoni f'pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni f'pajjiż terz.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva ma tgħid xejn dwar is-sitwazzjoni fejn tiġi stabbilita ekwivalenza. Dan l-Artikolu l-ġdid jikkjrifika s-sitwazzjoni, b'mod partikulari fir-rigward tal-użu tal-appoġġ tal-grupp, li għandu jkun possibbli sakemm it-trasferiment effettiv ta' fondi mill-pajjiż terz ma jkunx jista' jiġi garantit f'kull sistwazzjoni.

Emenda  141

Proposta għal direttiva

Artikolu 284 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pretensjonijiet tal-kredituri kollha msemmija fil-paragrafu 1  għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod u mogħtija l-istess prijorità bħal pretensjonijiet ta' natura ekwivalenti li jistgħu jkunu ppreżentati  mill-kredituri li għandhom ir-residenza abitwali  tagħhom, id-domiċilju jew l-uffiċċju ewlieni fi Stat Membru tal-pajjiż .

2. Il-pretensjonijiet tal-kredituri kollha msemmija fil-paragrafu 1  għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod u mogħtija l-istess prijorità bħal pretensjonijiet ta' natura ekwivalenti li jistgħu jkunu ppreżentati  mill-kredituri li għandhom ir-residenza abitwali  tagħhom, id-domiċilju jew l-uffiċċju ewlieni fi Stat Membru tal-pajjiż tagħhom. Għalhekk, is-superviżuri ewlenin għandhom joperaw mingħajr diskriminazzjoni fil-livell tal-Komunità. B'mod partikulari, fir-rigward ta’ soluzzjoni ta’ klejms u sitwazzjonijiet ta’ stralċ fejn l-arranġamenti tal-appoġġ tal-grupp kienu fis-seħħ, l-attivi għandhom ikunu mqassmin fuq bażi ekwa lit-titolari tal-polza rilevanti kollha indipendentement min-nazzjonalità jew mid-domiċilju.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li jkun żgurat li t-titolari tal-polza fl-Istati Membri kollha jkollhom drittijiet ġusti u ugwali fil-każ li kumpanija ta' assigurazzjoni f'każ ta' falliment.

Emenda  142

Proposta għal direttiva

Artikolu 303

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Safejn għandha x’taqsam l-assigurazzjoni tal-ħajja, kull sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva  il-Kummissjoni, għandha tissotometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill analiżi ta'  l-ammonti espressi f’euro f’din id-Direttiva, b'kunsiderazzjoni għall-evoluzzjoni tas-  sitwazzjoni ekonomika u monetarja tal-Komunità, flimkien mal-proposti meħtieġa

Sa mill-1 ta' Jannar 2012, l-ammonti espressi f'euro f'din id-Direttiva għandhom ikunu adattati kull sena sabiex iqisu l-bidliet fl-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumaturi tal-Istati Membri kollha kif ippublikat mill-Eurostat. Dawk l-ammonti għandhom jiġu adattati awtomatikament, billi jiżdied l-ammont ta’ bażi f'euro bil-perċentwali tal-bidla f'dak l-indiċi tul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2012 u d-data ta' reviżjoni, u maqtugħ għad-dritt għal multiplu ta' EUR 100,000. Fil-każ li l-perċentwali ta’ bidla sa mill-aħħar adattament ikun ta’ inqas minn 5%, ma għandu jseħħ l-ebda adattament. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill annwalment bl-adattament u bl-ammonti adattati.

2. Safejn għandha x’taqsam l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja,  kull ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva , il-Kummissjoni, għandha tissotometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-analiżi  ta' l-  ammonti espressi f’ euro f’din id-Direttiva, billi tieħu kont ta’ bidliet fis-sitwazzjoni ekonomika u monetarja tal-Komunità, flimkien mal-proposti meħtieġa fejn xieraq  .

 

Ġustifikazzjoni

Diġà teżisti adattazzjoni awtomatika tal-ammonti fid-Direttivi preżenti u taħdem b'mod sodisfaċenti. Tevita li l-impriża f'daqqa waħda jkunu suġġetti għal ammonti minimi ogħla, minħabba li mill-esperjenza huwa magħruf sew li l-obbligi ta' reviżjoni mill-Kummissjoni mhux dejjem iseħħu. Il-mekkaniżmu awtomatiku jevita din il-problema.

Emenda  143

Proposta għal direttiva

Artikolu 304 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

imhassar

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards ta' pajjiż terz hija deċiżjoni politika fejn il-koleġiżlaturi għandhom jiġu trattati b’mod ugwali. Għaldaqstant, il-proċedura ta’ konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 304(2) taqa'.

Emenda  144

Proposta għal direttiva

Artikolu 311 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Artikoli 27 u 28 tad-Direttiva 2002/83/KE għandhom jibqgħu fis-seħħ fir-rigward ta' istituzzjonijiet li jipprovdu għal irtirar mix-xogħol f'konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/41/KE.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu l-ġdid jiċċara l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ma tapplikax Solvenza II lill-IORP f’dan l-istadju.

  • [1]       ĠU C 77, 28.3.2002, p.1.
  • [2]  Ittra minn Jorgen Holmquist, Direttur Ġenerali, DG Markt, lil Thomas Steffen, Chairperson CEIOPS, bid-data tat-23 ta' Jannar 2008

NOTA SPJEGATTIVA

L-isfond tal-proposta

B’dan il-qafas ta’ solvibiltà ġdid, kif spjegat fil-proposta għal Direttiva (“abbozz ta’ Direttiva”) dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ l-Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (COM(2008)0119 finali), imsejħa wkoll Solvenza II, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tintroduċi strateġija sensittiva rigward ir-riskji b’inċentivi għall-ġestjoni tar-riskji. Din l-istrateġija se twassal għal allokazżjoni aħjar (ottimali) tal-kapital, filwaqt li tintuża valutazzjoni tar-riżorsi u tal-passiv li tkun konsistenti mas-suq. Tallinja wkoll ir-regoli dwar is-solvenza ma’ valutazzjoni realistika skont l-evalwazzjoni attwali tas-suq tar-riżorsi u tal-passiv ta’ kumpanija.

Is-sura legali tikkonsisti f’riformulazzjoni u kodifikazzjoni fejn 80% tat-test l-antik qed ikun suġġett għal riformulazzjoni fil-lingwa l-“ġdida” (suġġett għar-reviżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali) u l-bqija huwa t-test il-ġdid, li jintroduċi r-regoli l-ġodda ta’ Solvenza II. It-test il-ġdid huwa strateġija msejsa fuq il-prinċipji u konformi ma’ Lamfalussy, bil-bażi għall-adozzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni fil-Livell 2 u bi struzzjonijiet għal xogħol ta’ superviżjoni fil-Livell 3 tal-proċess leġiżlattiv Lamfalussy.

L-istrateġija hi strutturata f’sura ta’ tliet pilastri. L-objettiv ewlieni tar-rekwiżiti ta’ pilastru I hu li jiżgura li l-kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni jkunu kapaċi jwettqu l-obbligi tagħhom fil-waqt opportun, bi probabilita ta’ falliment ta’ 0.5% fuq perjodu ta’ sena. Għaldaqstant il-qafas ta’ Solvenza II hu strutturat fuq “strateġija ta’ karta tal-bilanċ totali” olistika, li tibbilanċja l-passiv kollu mar-riżorsi kollha li l-kumpanija teħtieġ iżżomm u li ma tivvalutax l-elementi tal-karta tal-bilanċ b’mod iżolat.

Għaldaqstant il-kumpaniji jeħtieġ li jżommu biżżejjed riżorsi sabiex jissodisfaw dawn li ġejjin: rekwiżiti tal-kapital ta’ solvenza (SCR), rekwiżiti ta’ kapital minimu (MCR), u dispożizzjoniiet tekniċi (l-aħjar stima ta’ klejms futuri kif ukoll marġini ta’ riskju flimkien mar-riskji li jistgħu ikunu assigurati (riskji Suxxettibbli ta’ Kopertura).

Pilastru I

Rekwiżiti ta’ Kapital Minimu (MCR)

Attwalment jeżistu tliet strateġiji differenti għall-kalkolu tal-MCR, li huma l-istrateġija modulari, l-istrateġija kumpatta u l-istrateġija lineari.

· L-istrateġija modulari tikkalkula l-MCR billi tgħodd il-moduli differenti tar-riskju (riskju tas-suq u riskju tal-assigurazzjoni) sabiex wieħed jasal għal ċifra ġenerali. Essenzjalment hija verżjoni ssimplifikata b’mod sinjifikanti tal-SCR, iżda hija kalkolu indipendenti tar-rekwiżiti.

· L-istrateġija kompatta tieħu l-MCR bħala perċentwali tal-SCR, hi sempliċi, iżda m’għandhiex il-kriterji għal kalkolu indipendenti tal-MCR, għalkemm ma ġiex ippruvat li tali indipendenza hija meħtieġa biex tissodisfa l-kriterji kollha ddefiniti fl-abbozz tad- direttiva attwali.

· L-istrateġija lineari tikkalkula l-MCR bħala perċentwali fiss tad-dispożizzjonijiet teknici ta’ min jassigura. Din l-istrateġija qegħda x’imkien bejn iż-żewġ strateġiji l-oħra msemmija hawn fuq. Din l-istrateġija mhijiex sensittiva għar-riskji, u għaldaqstant hi inkonsistenti mal-objettiv ġenerali tad-Direttiva. Madankollu, xorta waħda se tkun ittestjata bħala parti mir-raba’ eżerċizzju ta’ Studju tal-Impatt Kwantitattiv (QIS4) li se jitwettaq mill-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet Okkupazzjonali (CEIOPS) fl-2008.

Rekwiżit ta’ Kapital ta’ Solvenza

Is-solvenza tal-grupp (iddefinita bħala d-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli u l-SCR (ir-Rekwiżit ta’ Kapital ta’ Solvenza)) tista’ tiġi kkalkulata bi 3 modi:

1. Il-metodu ta’ kontabilità bbażat fuq il-konsolidazzjoni (Metodu 1), meta l-fondi proprji eliġibbli u l-SCR ikkonsolidat huma msejsa fuq kontijiet ikkonsolidati;

2. Il-metodu ta’ tnaqqis u ta’ aggregazzjoni (Metodu 2), fejn l-SCR huwa s-somma tal-SCRs tal-kumpaniji kollha tal-grupp;

3. Kombinazzjoni tal-metodi 1 u 2, jekk l-applikazzjoni esklussiva ta’ metodu 1 ma tkunx xierqa.

Jekk is-superviżuri ma jiddeċidux mod ieħor, għandu jiġi applikat il-Metodu 1. Il-Metodu 2 ma jistax jipprovdi l-benefiċċji tad-diversifikazzjoni lill-gruppi. Il-metodi nfushom huma msejsa fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti (Solvenza I).

L-SCR ikkonsolidat (Metodu 1) u l-SCRs tal-kumpaniji tal-grupp (Metodu 2) jista’ jkun ikkalkulat kemm permezz tal-formula standard kif ukoll permezz ta’ mudell intern (parzjali) approvat. Żidiet tal-kapital huma possibbli meta l-profil tar-riskju tal-grupp ma jkunx rifless b’mod adegwat fil-formula standard jew fil-mudell intern (parzjali).

Fil-każ li l-grupp irid juża mudell intern (parzjali) sabiex jikkalkula l-SCR ikkonsolidat tal-grupp, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni kkonċernati għandhom jikkoperaw sabiex jiddeċiedu jekk jagħtux permess jew le. Deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien 6 xhur. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni kongunta f’dan il-perjodu, is-superviżur tal-grupp jagħmel id-deċiżjonijiet tieghu. Is-CEIOPS jista’ jkun ikkonsultat wara talba mill-grupp jew minn kwalunkwe wieħed mis-superviżuri involuti, u dan jestendi l-perjodu b’xahrejn.

Pilastru II

Pilastru II jiddefinixxi qafas ta’ kontroll superviżorju li jiffoka fuq il-proċessi interni u l-aspetti ta’ riskji operattivi li jinkludu sistema effettiva ta’ kontroll intern, sistemi ta’ ġestjoni tar-riskji, funzjoni attwarjali, verifika interna u regoli dwar l-esternalizzazzjoni tax-xogħol. Il-proposta sseddaq l-għodod tal-attivitajiet superviżorji, li jinkludu id-definizzjoni tas-setgħat superviżorji, id-dispożizzjonijiet dwar koperazzjoni bejn is-superviżuri kif ukoll dwar il-konverġenza superviżorja. Minħabba l-ħafna xogħol previst għal-livell superviżorju (Livell 3), ir-responsabbilizzazzjoni tas-superviżuri u t-trasparenza tal-mod ta’ kif jaħdmu jeħtieġ jiġu żgurati fil-Livell 1. Huwa importanti li dawn id-dispożizzjonijiet ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tas-settur tas-sigurtajiet u tas-settur bankarju, u b’hekk tinkiseb konsistenza u konverġenza fost is-setturi.

Pilastru III

L-objettiv ewlieni tal-Pilastru III huwa l-iżvelar ta’ tagħrif fl-interess tar-rekwiżiti tad-dixxiplina tas-suq, ir-rappurtaġġ superviżorju u t-trasparenza. Mil-lat superviżorju, il-Pilastru III jinkoraġġixxi l-koperazzjoni u l-konverġenza superviżorja, iseddaq l-irwol tas-CEIOPS, jintroduċi mekkaniżmu ta’ twissija bikrija u jippreżenta qafas għal superviżjoni aktar effettiva tal-Grupp. Jeħtieġ ikun hemm konverġenza tar-regoli dwar ir-rappurtar superviżorju sabiex jiġi pprovdut format u kontenut kumparabbli, u dan huwa importanti b’mod speċjali mil-lat ta’ superviżjoni tal-Grupp kif ukoll għar-rappurtar tal-obbligi lis-CEIOPS permezz tal-awtoritajiet nazzjonali. Il-proposta ma tindirizzax din il-kwistjoni fid-dettal, u wieħed għad irid jara jekk l-iggwidar uniku fil-Livell 3 huwiex għodda tajba biżżejjed biex tiggarantixxi dan it-tip ta’ konverġenza u forsi anke twassal għal bażi tad-dejta komuni ta’ rappurtaġġ superviżorju.

Superviżjoni tal-Grupp u appoġġ għall-Grupp

Is-Superviżjoni tal-Grupp u l-appoġġ għall-grupp huma l-aktar elementi importanti tal-abbozz ta’ Direttiva qafas. Is-superviżur lokali se jkollu rwol vitali fis-superviżjoni ta’ kuljum ta’ kumpanija jew sussidjarja mhux domestika. Is-superviżur tal-grupp se jkun ir-"regolatur nazzjonali" tal-grupp, li jissalvagwardja li l-grupp iżomm il-kapital u li jipprovdi appoġġ għall-grupp. Dan se jagħti lok għal strateġija ħafna aktar effiċjenti u ekonomika fl-użu tal-kapital. Dan huwa importanti b'mod partikulari għax jippermetti l-libertà li tiġi sfruttata d-diversifikazzjoni tar-riżorsi. L-impriża prinċipali se jkollha tagħmel disponibbli kwalunkwe kapital irrekwiżit kif mftiehem bejn is-superviżur lokali u s-superviżur tal-grupp, u ċ-ċertezza ta’ dan hija essenzjali. Barra minn hekk, il-proposta tipprevedi l-possibilità li jingħata appoġġ għall-grupp, lil impriża sussidjarja, permezz ta’ fondi preżenti f’impriża sussidjarja oħra. L-aspetti tal-liġi tal-kumpaniji jistgħu jimplikaw li t-trasferimenti ma jkunux jistgħu jsiru b’mod daqstant faċli, u anke li ma jkunux f’waqthom daqskemm ikun mitlub. Is-suerviżuri tal-assigurazzjoni mhumiex ikkwalifikati biex jagħmlu ġudizzju dwar il-valur rigward il-possibilità ġuridika ta’ trasferiment ta’ fondi bejn il-kumpaniji, li possibilment ikunu stabbiliti f’ġuriżdizzjonijiet differenti.

Il-fehma tar-rapporteur

Ir-rapporteur jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni bħala pass pożittiv favur iċ-ċarezza u ċ-ċertezza ġuridika bejn ir-regolaturi u l-industrija. Il-proposta se tagħti ħarsien ħafna aktar effettiv kontra l-possibilità ta’ fallimenti permezz tal-prinċipju tagħha u tal-istrateġija tagħha msejsa fuq l-ekonomija, li tpoġġi l-ġestjoni tar-riskji fuq nett fost l-għodod ewlenin li jintużaw mill-kumpaniji meta jsir in-negozju. Għaldaqstant, ir-rapporteur jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-proposti tal-Kummissjoni.

Madankollu, ir-rapporteur jixtieq jiġbed l-attenzjoni dwar numru ta’ punti, li fil-fehma tiegħu, jeħtieġ jiġu ċċarati aktar fil-proposta attwali:

· Il-konsumaturi ma jistgħux ikunu injorati fil-leġiżlazzjoni finanzjarja minħabba n-natura kumplessa tal-proċess. Madankollu, ir-rapporteur jirrikonoxxi li ħarsien tal-konsumatur b’mod sporadiku lanqas mhu siewi. Għaldaqstant, ikun aħjar għall-Kummissjoni li tagħmel proposta li sseddaq id-drittijiet eżistenti tal-konsumaturi fil-livell orizzontali. B’konsultazjoni xierqa u bl-iżvilupp ta’ prattika tajba huwa possibli li l-proċess ta’ għarfien, kuxjenza u teħid tad-decizjonjiet għall-konsumaturi jisseddaq.

· Wara li r-riżultati tat-testijiet QIS 3 tal-istrategija modulari tal-kalkolu tal-MCR ma kinux sodisfaċenti, il-proposta l-ġdida biex tittestja ‘l hekk imsejħa "srateġija lineari" bħala alternattiva, tħalliet għall-QIS 4. Skont ir-rapporteur, l-aktar objettiv importanti tal-MCR hu li tiżgura li nintroduċu valuri MCR li huma raġonevoli, li jipprovdu xibka ta’ sigurtà u relazzjoni xierqa ma’ l-SCR. Għaldaqstant, ir-rapporteur jemmen li l-istrateġija kompatta hija l-aktar metodu adattat sabiex jinkiseb dan l-għan. B’hekk, l-istrateġija kompatta s’issa hija l-uniku metodu ppruvat li hu għal kollox sensittiv għar-riskji. Din l-istrateġija tissodisfa wkoll l-objettivi tal-Kummissjoni li l-MCR ikun sod, sempliċi biex jiġi kkalkulat, u verifikabbli. L-istrateġija kompatta tista’ tintuża b’suċċess b’mod ġenerali u tadatta lilha nnifisha faċilment għall-entitajiet kollha ta’ kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni.

· Il-Fondi Proprji Eliġibbli jridu jkunu konsistenti għal raġunijiet ta’ kompetittività u ta’ assorbiment ta’ telf. L-artikoli rrelatati ma’ dan iridu jiġu adattati biex jirriflettu din il-prattika fejn huma nieqsa mit-test tal-Kumissjoni. B’mod partikulari hija meħtieġa definizzjoni ta’ Fondi Żejda, li tintuża biss fi ftit Stati Membri tal-UE.

· Il-kalkolu ta’ valur ġust għadu nieqes mid-definizzjoni ta’ valur konsistenti tas-suq, u r-rapporteur jemmen li tinħtieġ dispożizzjoni magħmula f’waqtha li tiżgura li dan huwa adegwat għall-kompitu ta’ strateġija msejsa fuq ir-riskji.

· Il-kunċett ta’ superviżur individwali, li jista’ jkun jeħtieġ aktar attenzjoni.

· Il-proposta se tintroduċi regoli dwar l-ekwivalenza tas-sistemi ta’ solvenza ta’ pajjiżi terzi, u dawn ir-regoli se jkollhom konsegwenzi għal gruppi b’sussidjarji fl-UE jew barra minnha. L-ekwivalenza tista’ tiġi miftehma biss ma’ Stati Nazzjonijiet sovrani, u mhux ma’ partijiet ta’ tali Pajjiżi. Meta s-sistema ta’ solvenza individwali ta’pajjiż terz tkun mill-inqas ekwivalenti għal dik tal-UE, il-kalkolu tas-solvenza tal-grupp għandha tqis, fir-rigward tas-sussidjarji tal-assikurazzjoni/rijassikurazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz, l-SCR u l-fondi proprji eleġibbli kif stipulati minn dan il-pajjiż terz. Is-superviżur tal-grupp għandu jwettaq il-verifika tal-ekwivalenza u għandu jikkonsulta lis-superviżuri l-oħra kkonċernati u lis-CEIOPS qabel ma jieħu deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk is-sistema ta’ solvenza ta’ pajjiż terz hijiex ekwivalenti jew le. Madankollu, dan jista’ jkun konkluż biss permezz ta’ proċedura regulatorja bi skrutinju li tinvolvi l-Parlament Ewropew.

Ir-rapporteur jipproponi li jiċċara dawn il-kwistjonijiet fit-test emendat, skont it-tħassib imsemmi hawn fuq.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (2.7.2008)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u s-segwitu tan-negozju ta’ l-Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (miktub mill-ġdid)
(COM(2008)0119 – C6‑0231/2007 – 2007/0143(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sharon Bowles

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Solvenza II hija direttiva li taġġorna 14-il direttiva eżistenti dwar l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. Il-format tagħha huwa riformulat sabiex il-partijiet ġodda biss jistgħu jkunu emendati.

L-għan ewlieni tad-direttiva huwa biex jagħmel il-kapital, jew ir-rekwiżiti ta’ solvenza, jiddependu fuq ir-riskju, analizzat fil-kuntest tan-negozju sħiħ ta’ l-impriża. Dan huwa kwalitattiv kif ukoll kwantitattiv. B’mod partikolari għandu jiġi innutat illi l-kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni huma esposti għar-riskju mhux biss tal-passivi imma anki ta’ l-attivi li jinżammu biex ikopru dawk il-passivi. Fil-fatt fallimenti ta’ kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni ħafna drabi kienu minħabba riżultat ta’ problemi attivi aktar milli problemi passivi.

L-analiżi tar-riskju ssir fuq bażi ta’ mudelli. Mudelli standard jistgħu jintużaw imma impriżi kbar ikunu jistgħu, fil-fatt mistennijin, jiżviluppaw il-mudelli tagħhom interni li jiġu approvati mis-superviżur. Gruppi jistgħu jitolbu biex jiġu sorveljati bħala grupp sħiħ sabiex ikollhom benefiċju minn diversifikazzjoni ikbar li ġġib fil-kalkulazzjoni tar-riskju, b’riżultat ta’ nuqqas fir-rekwiżiti ta’ kapital meta mqabbel mas-somma ta’ l-impriżi waħedhom.

Il-kapital huwa maqsum fir-rekwiżit minimu kapitali (MCR) li huwa dak il-livell li kull impriża jrid jkollha sabiex tkompli bl-awtorizzazzjoni sħiħa. Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza (SCR), huwa livell ikbar ta’ kapital li għandu jinżamm normalment u, jekk jinkiser, jintuża bħala sinjal bikri għal intervent superviżorju. L-attivi addizzjonali ta’ l-SCR, li huma ’l fuq mill-MCR, jistgħu jinżammu fuq livell ta’ Grupp (kumpanija prinċipali jew holding). Jekk xi sussidjarja taqa’ taħt il-livell ta’ l-MCR (u normalment qabel dan jintlaħaq) is-superviżuri jitolbu trasferiment tal-kapital lis-sussidjarja.

Dak li huwa fundamentali għall-operazzjoni tal-proċessi ta’ superviżjoni tal-grupp hija l-koperazzjoni bejn is-superviżuri nazzjonali fl-istati ospitanti fejn jinsabu s-sussidjarji u fl-istat fejn tinsab il-kumpanija prinċipali. Is-superviżur fil-pajjiż tal-kumpanija prinċipali għandu parti akbar bħala ‘superviżur tal-grupp'. Il-Kumitat tas-Sorveljaturi ta’ l-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (CEIOPS) għandu wkoll parti fil-ftehim ta’ kwistjonijiet bejn is-superviżuri u l-għan li tintlaħaq konverġenza regolatorja.

F’dan il-qafas hemm diversi oqsma li għandhom jiġbdu l-attenżjoni partikolari tal-kumitat għall-affarijiet legali:

Superviżjoni tal-Grupp

Huwa meħtieġ li jkun iktar ċar illi s-superviżuri kollha huma involuti fis-superviżjoni ta’ grupp, li kollha għandu jkollhom aċċess għad-dokumentazzjoni bħala ħaġa ta’ rutina u għandhom ikunu dinamikament involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

Trasferiment ta’ Fondi għall-Appoġġ tal-Grupp

Li tassigura li l-fondi huma mobbli bejn l-impriżi huwa ta’ importanza kbira. Fil-każ li l-fondi żejda qegħdin mal-kumpanija prinċipali jew holding allura jkun ħafna aktar faċli sabiex ikun hemm strutturi legali li jiffaċilitaw it-trasferiment, u dan forsi jista’ jkun l-aħjar għażla għall-ewwel. Madankollu huwa magħruf illi gruppi jċaqalqu l-fondi bejn is-sussidjarji u għaldaqstant mekkaniżmu infurzat legalment biex isir dan huwa wkoll previst. Jidher li dan ikun jeħtieġ bażi kuntrattwali bejn kull par ta’ sussidjarji rispettivi.

Riżorsi tas-Superviżuri Nazzjonali u r-Responsabilità

Is-sistema superviżorja ġdida għandha bżonn ta’ fehim fil-fond tar-riskju ta’ l-attiv kif ukoll ta’ dak passiv. Id-deċiżjonijiet huma kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi. Huwa essenzjali illi s-superviżuri jkollhom ir-riżorsi biex ikunu jistgħu jagħmlu dan bir-reqqa, fuq il-firxa ta’ l-impriżi kollha, u mhux fuq dawk li huwa maħsub li huma kruċjali għall-istabilità tas-suq.

Jeħtieġ ukoll li jiġi ċċarat illi meta s-superviżuri nazzjonali jaġixxu bħala superviżuri tal-grupp dawn ikollhom mandat li jmur lil hinn minn dak li huwa sempliċement nazzjonali u għandhom iħarsu l-interessi tat-titolari tal-poloz kollha. Miżuri xierqa meħuda bħala superviżuri tal-grupp m’għandhomx iwasslu għal proċeduri legali li l-istess miżuri jikkompromettu r-responsabiltajiet nazzjonali.

Entità Legali għal CEIOPS

Bħalissa CEIOPS m’għandhiex entità legali imma huwa kumitat ta’ konsultazzjoni għall-Kummissjoni. Minħabba n-natura speċalizzata ta’ wħud mill-pariri, din hija minnha nnifisha deċiżjoni, tkun kif tkun imfissra. Kieku CEIOPS kellu jkollha entità legali kienet tkun aktar responsabbli għal dak il-parir. Dan jista’ jsir permezz ta’ Regolament li jidħol fis-seħħ mhux aktar tard mill-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva kemm-il darba dan ma jkunx sar b’mezzi oħra, per eżempju bħala parti mill-proċess ta’ Lamfalussy. Il-Każ tal-ECJ Case C-217/04 tat-2 ta’ Mejju 2006 li juri li l-Artiklu 95 jista’ jkun il-bażi biex tinħoloq din l-entità jista’, f’sens wiesa’, japplika ukoll għall-Artiklu 47 li fuqu hija mibnija din id-direttiva.

Biex jintlaħaq approċċ aktar konsistenti ta’ l-UE għar-responsabbiltà superviżorja

Ġeneralment fl-UE wieħed iqis ir-responsbilità bħala ‘regolatur ħabib’ u kull klejm għal kumpens ġeneralment tista’ ssir biss f’każ ta’ negliġenza kbira jew qerq, għalkemm dan it-test ivarja f’pajjiżi differenti. L-ECJ qal illi dan l-approċċ ma jmurx kontra l-liġi ta’ l-UE. Fil-fatt l-ECJ fil-każ partikolari ta’ Peter Paul iddeċidiet illi Stat Membru jista’ (bħal ma għamlet il-Ġermanja) tilleġisla illi s-superviżuri jaqdu dmirhom biss fl-interess pubbliku u għaldaqstant ma jħallix individwi jagħmlu klejms għal kumpens għal superviżjoni diffettuża.

Għalhekk il-problema hija waħda politika jekk wieħed jixtieq jagħti xi dritt ta’ riparazzjoni kontra l- awtoritajiet superviżorji. Dan żgur huwa dak li kien qiegħed iqis biex jagħmel il-Parlament fil-vot fuq l-istħarriġ tal-Ħajja Ekwitattiva u ċertament jidher raġonevoli, fil-kuntest tal-funzjonijiet tas-superviżuri tal-grupp fuq il-fruntieri, sabiex ikun hemm armonizzazzjoni (u tabilħaqq dan aktarx jipprovdi l-bażi legali).

Madankollu, jidher ċar ukoll illi s-superviżuri m’għandhomx jiġu penalizzati minħabba deċiżjoni ħażina jew imwaqqfa mix-xogħol tagħhom, għalhekk huwa raġonevoli illi r-responsabbiltà tkun limitata għal dawk il-każijiet rari ta’ negliġenza kbira jew qerq. Mekkaniżmu għar-riparazzjoni jista’ jiġi inkluż fi skemi ta’ kumpens ta’ natura aktar ġenerali jew ta’ garanzija.

It-trattament tal-Qorti ta’ l-SCR u l-MCR

Hemm diversi proposti impressjonanti fil-kalkolu ta’ l-MCR. Uħud jippreferu li l-metodu tal-kalkolu jkun indipendenti mill-komputazzjoni ta’ l-SCR. Minħabba li ż-żewġ riskji ta’ l-attivi u l-passivi huma t-tnejn importanti u peress li l-metodu tal-kalkolu ta’ l-SCR ġie maħluq biex ikun l-aħjar kejl tiegħu, jidher li jkun aħjar jekk jintuża l-aħjar metodu tal-kalkolu. Jekk l-MCR huwa, jew jinkludi, perċentaġġ fiss ta’ l-SCR illi jassigura wkoll li jibqgħu bl-istess proporzjon wieħed ma’ l-ieħor biex jintlaħaq l-iskop tagħhom li jkun hemm interventi tas-superviżuri assoċjati wara avviż awtomatiku.

F’xi każijiet, bħal proċeduri ta’ stralċ, jista’ jkun meħtieġ għas-superviżuri li jmorru quddiem il-qorti inkella jistgħu jitfaċċaw sfidi legali oħra relatati mal-kapital. Fuq naħa waħda huwa meħtieġ illi l-kalkoli kollha tal-kapital u l-mudelli jkunu kemm jista’ jkun trasparanti u li kemm jista’ jkun jiftiehmu, imma jkunu dejjem l-esperti li jivverifikaw id-dettal fil-qrati. Għalhekk il-preżentazzjoni lill-qorti m’għandhiex għalfejn tkun ir-raġuni biex taċċetta komputazzjoni iżjed sempliċi u anqas relevanti. Ikun xieraq għall-Istati Membri biex jikkunsidraw miżuri sabiex il-qrati jaċċettaw il-kalkoli ta’ l-SCR u l-MCR li jkunu għaddew mill-proċeduri ta’ approvazzjoni tas-superviżuri, ladarba dan ikun involva lis-superviżuri ta’ l-Istati Membri tal-pajjiż tagħhom u dak ospitanti fil-każ ta’ superviżjoni tal-grupp.

Skemi ta’ Garanzija

Minħabba ż-żieda fin-natura transkonfinali tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni, u minħabba s-superviżjoni bejn il-fruntieri, ikun għaqli li jkun hemm skemi ta’ garanzija bejn il-pajjiżi li għall-inqas huma ekwivalenti u li jikkunsidraw l-istrutturi tas-superviżjoni. Hemm bżonn ta’ iktar xogħol f’dan il-qasam imma mhux biex jagħmel parti raġonevoli mid-direttiva.

It-teknika tar-riformulati

Skond il-Ftehim Inter-Istituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar l-użu iżjed strutturat tat-teknika riformulanti għall-atti legali, u partikolarment skond il-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiva, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, iltaqgħu fit-13 ta’ Marzu 2008 biex jeżaminaw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni.

Minn din l-eżaminazzjoni rriżulta li l-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiva stabilixxa bi ftehim komuni li l-proposta ma tikkompromettix xi emendi sostantivi minbarra dawk li ġew identifikati għal dan l-iskop. Il-Grupp ta’ Ħidma ikkonkluda ukoll, fejn tidħol il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ta’ l-att ta’ qabel ma’ dawk l-emendi sostantivi, li l-proposta fiha kodifikazzjoni ċara u diretta fuq dik eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħha.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora fir-rapport tiegħu l-emendi li jmiss:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Ċitazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 47(2) u 55 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 47(2), 55 u 95 tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla se tiżgura li l-Kummissjoni tkun tista’ tipproponi kemm direttiva ta’ implimentar tat-tieni livell kemm regolament ta’ implimentar tat-tieni livell fuq il-bażi ta' din id-direttiva ta' qafas.

Emenda  2

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Premessa A (ġdida)

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

A. billi, skond il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludix xi emenda sostantiva barra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta’ l-atti ta’ qabel flimkien ma’ dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi attwali mingħajr xi bidla fis-sustanza tagħhom,

Emenda  3

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata u kif allineata mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp konsultattiv tas-servizz ġuridiku tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni u kif emendata hawn;

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Ir-reġim ġdid ta’ solvenza se jirriżulta f’ħarsien aħjar ta’ dawk kollha kkonċernati; dan se jitlob lill-Istati Membri biex jipprovdu l-awtoritajiet responsabbli għal superviżjoni finanzjarja b’riżorsi adegwati.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) L-ibbażar tas-superviżjoni fuq prinċipji ta’ mmaniġġjar ta’ riskju kwalitattivi u kwantitattivi se jkun possibbli li jeħtieġ żieda fir-riżorsi superviżorji.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti superviżorji stabbiliti skond il-Pilastri 2 u 3, bħall-approvazzjoni ta’ mudelli interni, l-immonitorjar tagħhom u reviżjoni regolari, u l-koperazzjoni aktar mill-qrib konsegwenti u involviment ma' kumpaniji u kontrolluri oħrajn, se jkun possibbli li kontrolluri nazzjonali se jeħtieġu aktar riżorsi biex jilħqu r-responsabilitajiet imsaħħa tagħhom b'mod xieraq.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Dan huwa meħtieġ biex tiġi promossa l-konverġenza superviżorja mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għodda superviżorja iżda wkoll mal-prattiċi superviżorji. Il-Kumitat tas-Sorveljaturi ta' l-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE għandu jkollu rwol importanti f'dan ir-rigward u għandu jirrapporta regolarment fuq il-progress li jsir.

(23) Dan huwa meħtieġ biex tiġi promossa l-konverġenza superviżorja mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għodda superviżorja iżda wkoll mal-prattiċi superviżorji. Il-Kumitat tas-Sorveljaturi ta' l-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE għandu jkollu rwol importanti f'dan ir-rigward u għandu jirrapporta regolarment fuq il-progress li jsir. Dan il-Kumitat għandu jingħata bażi legali u personalità skond regolament ġdid biex jidħol fis-seħħ fl-istess waqt bħal din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Iċ-CEIOPS qed tingħata poteri ta’ teħid tad-deċiżjoni, pereżempju biex issolvi tilwim f’appoġġ ta’ grupp. Fil-każ li hemm sfida legali għal xi deċiżjoni bħal din huwa mixtieq, u aktar responsabbli, jekk iċ-CEIOPS tkun parti minn kull proċedura milli tkun rappreżentata biss fil-personalità tal-Kummissjoni. L-ECJ ħareġ sentenza li fil-Każ C-217/04 tat-2 ta’ Mejju 2003 li l-Artikolu 95 jista’ jkun bażi għat-twaqqif ta’ korp. B’estensjoni konklużjoni simili tista’ titwettaq għall-Artikolu 47.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Is-sistema superviżorja għandha tirrikjedi rekwiżit li jkun sensittiv għar-riskju, imsejjes fuq kalkolu prospettiv, biex l-intervent ta' l-awtoritajiet superviżorji jkun preċiż u f'waqtu (ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza), u livell minimu ta' sigurtà li taħtu m'għandhomx jaqgħu r-riżorsi finanzjarji. Iż-żewġ rekwiżiti kapitali għandhom ikunu armonizzati fil-Komunità kollha biex ikun hemm livell uniformi ta' protezzjoni tat-titolari kollha tal-poloz.

(35) Is-sistema superviżorja għandha tirrikjedi rekwiżit li jkun sensittiv għar-riskju, imsejjes fuq kalkolu prospettiv, biex l-intervent ta' l-awtoritajiet superviżorji jkun preċiż u f'waqtu (ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza), u livell minimu ta' sigurtà li taħtu m'għandhomx jaqgħu r-riżorsi finanzjarji. Ir-Rekwiżit ta’ Kapital Minimu għandu jkun ikkalkulat b’mod ċar u sempliċi, u b’mod li jiżgura li l-kalkolu jista’ jkun verifikat. Huwa għandu jikkorrispondi ma' l-ammont ta' fondi proprji ta' bażi eliġibbli li taħtu t-titolari ta' polza u l-benefiċjarji jkunu esposti għal livell inaċċettabbli ta' riskju jekk l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni jkunu awtorizzati li jkomplu l-operazzjonijiet tagħhom. Rigward ir-Rekwiżit ta’ Kapital Minimu u r-Rekwiżit ta’ Solvenza ta’ Kapital, il-livell ta’ fiduċja għandu jikkorrispondi ma' l-ammont ta' 80% sa 90% fuq perjodu ta' sena. Iż-żewġ rekwiżiti kapitali għandhom ikunu armonizzati fil-Komunità kollha biex ikun hemm livell uniformi ta' protezzjoni tat-titolari kollha tal-poloz.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70) Dan huwa meħtieġ biex ikun żgurat li l-fondi proprji huma distribwiti kif suppost fi ħdan il-grupp u huma disponibbli biex iħarsu, fejn meħtieġ, it-titolari tal-poloz u l-benefiċjarji. Għal dan il-għan l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u r-rijassigurazzjoni fil-grupp, għandu jkollhom fondi proprji suffiċjenti biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, sakemm l-għan tal-ħarsien tat-titolari tal-poloz u tal-benefiċjarji ma jistax jintlaħaq mod ieħor. L-impriżi ta' l-assigurazzjoni u r-rijassigurazzjoni fi grupp għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħhom bis-sostenn tal-grupp, kif determinat mill-impriża prinċipali tagħhom, f'ċirkostanzi definiti. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar ir-regoli ta' l-Istati Membri u l-prattiċi ta' l-awtoritajiet superviżorji f'dan il-qasam, biex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-ħtieġa għal u tat-tħejjija għal reviżjoni potenzjali tal-grupp għall-ġejjieni.

(70) Dan huwa meħtieġ biex ikun żgurat li l-fondi proprji huma distribwiti kif suppost fi ħdan il-grupp u huma disponibbli biex iħarsu, fejn meħtieġ, it-titolari tal-poloz u l-benefiċjarji. Għal dan il-għan l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u r-rijassigurazzjoni fil-grupp, għandu jkollhom fondi proprji suffiċjenti biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, sakemm l-għan tal-ħarsien tat-titolari tal-poloz u tal-benefiċjarji ma jistax jintlaħaq mod ieħor. L-impriżi ta' l-assigurazzjoni u r-rijassigurazzjoni fi grupp għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tagħhom bis-sostenn tal-grupp, kif determinat mill-impriża prinċipali tagħhom, f'ċirkostanzi definiti. Għall-ħarsien ugwali ta’ dawk kollha li għandhom sehem, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal moviment ħieles ta’ assi u responsabilitajiet biex jippermettu kapital ta’ solvenza u fondi proprji eliġibbli biex ikunu mfassla mill-ġdid fi ħdan grupp għall-iskopijiet ta’ appoġġ ta’ grupp u mingħajr riskju ta’ azzjonijiet ta’ sospensjoni. Għal dawk l-Istati Membri li moviment bħal dan għadu mhux garantit, l-appoġġ ta’ grupp għandu fil-perjodu interim b’mod addizzjonali jinkludi dawk l-istrumenti jew mekkaniżmi oħrajn meħtieġa biex jiżguraw li l-fondi huma trasferiti fil-waqt. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li klejms ġejjin minn impenji ta’ appoġġ ta’ grupp huma trattati bħala ekwivalenti għal klejms ta’ assigurazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar ir-regoli ta' l-Istati Membri u l-prattiċi ta' l-awtoritajiet superviżorji f'dan il-qasam, biex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-ħtieġa għal u tat-tħejjija għal reviżjoni potenzjali tal-grupp għall-ġejjieni.

Ġustifikazzjoni

Is-superviżjoni ta’ grupp u r-reġimi ta’ appoġġ għandhom joperaw fuq bażi ekonomika ġenerali li tippermetti trasferiment bejn il-grupp. Appoġġ ta’ grupp biex jerġa’ jipprovdi MCR jista’ jkun trasferiment ta’ fondi, pereżempju tnaqqis ta’ responsabilitajie, dak li huwa meħtieġ huwa l-abilità li tkun imfassla mill-ġdid solvenza ta’ kapital biex jintlaħqu ċ-ċirkustanzi. F’xi Stati Membri jista’ jkun hemm fil-preżent xi ostakolu legali jew inċertezza għal trasferimenti, li għalihom salvagwardji addizzjonali jistgħu jkunu implimentati fl-interim. Dan m’għandux jibqa’ il-metodu fuq perjodu ta’ żmien fit-tul ta’ l-operazzjoni. Fil-każ ta’ konklużjoni, jew ta’ proċeduri amministrattivi oħrajn, il-klassifikazzjoni ta’ appoġġ ta’ grupp kif ekwivalenti għal klejms tal-parti li għandha sehem għandha tkun stabbilita.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 75

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(75) L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari. Għandha tiġi stabbilita kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u r-rijassigurazzjoni kif ukoll bejn dawk l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' l-impriżi, attivi f'setturi oħta finanzjarji.

(75) Kontrolluri mill-Istati Membri kollha li fihom kumpanija fil-grupp tkun stabbilita għandha tkun involuta f’superviżjoni fi grupp. Huma għandu jkollhom aċċess kollha għad-dokumentazzjoni bħala kwistjoni ta’ rutina u għandhom ikunu involuti b’mod dinamiku fit-teħid tad-deċiżjoni. Għandha tiġi stabbilita kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u r-rijassigurazzjoni kif ukoll bejn dawk l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' l-impriżi, attivi f'setturi oħta finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Kontrolluri għandhom essenzjalment ikunu Kulleġġ.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 95 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(95a) Minħabba ż-żieda fin-natura tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni bejn il-pajjiżi, u minħabba s-superviżjoni transkonfinali, ikun għaqli li jkun hemm skemi ta’ garanzija bejn il-pajjiżi li tikkunsidra l-istrutturi tas-superviżjoni. Hemm bżonn ta’ iktar xogħol f’dan il-qasam imma li jmur lil hemm mill-iskop ta’ din id-direttiva.

Ġustifikazzjoni

Hija kwistjoni ta’ kjarifika. Huwa utli f’dan l-istadju li jkun hemm ħidma miftuħa dwar skemi ta’ garanzija ta’ assigurazzjoni fi ħdan l-Ewropa. Dawn l-iskemi huma kumplimentari għad-direttiva II ta’ solvenza, li diġà se tiżgura ħarsien għoli u armonizzat għal partijiet li għandhom sehem.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Bla ħsara għall-Artikolu 5 sa 10, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi ta' l-assigurazzjoni li d-dħul primjum annwali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 5 miljuni.

(1) Għall-ewwel tliet snin għall-Artikolu 5 sa 10, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi ta' l-assigurazzjoni li d-dħul primjum annwali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 5 miljuni.

(2) Jekk l-ammont stipulat fil-paragrafu 1 jinqabeż għal tliet snin konsekuttivi din id-Direttiva għandha tapplika b’effett mir-raba’ sena.

 

Ġustifikazzjoni

Huwa sensibbli li kumpaniji żgħar ikunu esklużi mill-iskop tad-direttiva għall-mument preżenti. Konċessjonijiet fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għad iridu jkunu stabbiliti u implimentati. Għalhekk, il-limitu għandu jinżamm għall-ewwel tliet snin. Wara regoli ta’ proporzjonalità se jkunu stabbiliti u l-kumpaniji se jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw għar-regoli ġodda. Fuq perjodu ta’ żmien fit-tul, kumpaniji ta’ assigurazzjoni iżgħar iridu wkoll standards ta’ kwalità Solvenza II.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jingħataw il-mezzi meħtieġa biex iwettqu l-għan ewlieni ta' superviżjoni, jiġifieri l-ħarsien tat-titolari ta' poloz u l-benefiċjarji.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jingħataw il-mezzi meħtieġa, u jkollhom l-esperienza u l-kapacità relevanti, biex iwettqu l-għan ewlieni ta’ superviżjoni, jiġifieri l-ħarsien tat-titolari ta’ poloz u l-benefiċjarji.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti superviżorji stabbiliti skond il-Pilastri 2 u 3, bħall-approvazzjoni ta’ mudelli interni, l-immonitorjar tagħhom u reviżjoni regolari, u l-koperazzjoni aktar mill-qrib konsegwenti u involviment ma' kumpaniji u kontrolluri oħrajn, se jkun possibbli li kontrolluri nazzjonali se jeħtieġu aktar riżorsi biex jilħqu r-responsabilitajiet imsaħħa tagħhom b'mod xieraq.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva jiġu applikati b'mod xieraq li jkun proporzjonat għan-nautra, il-kumplessità u l-iskala tar-riskji inerenti fin-negozji ta' impriża ta' l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva jiġu applikati b’mod xieraq li jkun proporzjonat għan-natura, il-kumplessità u l-iskala tar-riskji inerenti fin-negozji ta’ impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, anke jekk li l-impriża konċernata mhix vitali għall-istabilità finanzjarja ġenerali tas-suq.

Ġustifikazzjoni

In-negozji kollha għandhom ikunu regolati - indipendentement mid-daqs, peress li l-impatt ta’ falliment mhux dejjem lineari għad-daqs, iżda jiddependi mit-tip ta’ assigurazzjoni li kumpanija tistabbilixxi u l-ġeografija ta’ l-attivitajiet tagħhom.

Emenda          14

Proposta għal direttiva

Artikolu 47 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-funzjoni attwarja għandha titwettaq minn persuni b'għarfien biżżejjed tal-matematika attwarja u finanzjarja u li huma kapaċi, fejn ikun xieraq, juru l-esperjenza u l-ħila esperta rilevanti tagħhom skond l-istandards professjonali u standards oħra applikabbli.

2. Il-funzjoni attwarja għandha titwettaq minn persuni b’għarfien biżżejjed tal-matematika attwarja u finanzjarja, li għandhom il-kapaċità bi proporzjon mal-kumplessità u ma’ l-istruttura tar-riskju ta’ l-impriża ikkonċernata, u li huma kapaċi, fejn ikun xieraq, juru l-esperjenza u l-ħila esperta rilevanti tagħhom skond l-istandards professjonali u standards oħra applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Li tassikura r-riżorsi u l-għarfien xierqa.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) meta, bl-iżvelar tat-tali informazzjoni, il-kompetituri ta' l-impriża jiksbu vantaġġ sinifikanti u skorrett;

 

(a) jekk, bl-iżvelar tat-tali informazzjoni, l-impriża għandha ssofri ħsara kummerċjali mhux mixtieqa;

Ġustifikazzjoni

It-test għandu jkun ta’ ‘ħsara’ għall-impriża. Dan jista’ jsir permezz ta’ kompetizzjoni li mhix ġusta jew b’xi mod ieħor.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Kumitat tas-Sorveljaturi ta' l-Assigurazzjoniet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Kumitat tas-Sorveljaturi ta’ l-Assigurazzjoniet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE, u li l-mandati nazzjonali mogħtija lis-superviżuri ma jwaqqfuhomx milli jagħmlu dmirhom bħala membri ta’ dak il-Kumitat jew skond din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-parir ta’ CEIOPS għandu jkun ġust u onest sabiex ikun politikament korrett. Għaldaqstant is-superviżuri nazzjonali jridu jkunu f’pożizzjoni biex jikkomunikaw u jaħdmu bis-sħiħ flimkien.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kalkolu ta' l-aħjar stima għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni kurrenti kredibbli u assunzjonijiet realistiċi u għandu jitwettaq bl-użu ta' metodi attwarji u tekniki statistiċi xierqa.

Il-kalkolu ta' l-aħjar stima għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni kurrenti kredibbli u suppożizzjonijiet realistiċi u għandu jitwettaq bl-użu ta’ metodi attwarji u tekniki statistiċi xierqa, applikabbli u relevanti.

Ġustifikazzjoni

Xieraq mhux biżżejjed ladarba “applikabbli u relevanti” tidher f’Artikolu 83.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 109 – paragrafu 1 – punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-parametri tal-korrelazzjoni;

(c) il-parametri tal-korrelazzjoni u l-proċeduri biex taġġorna dawk il-parametri;

Ġustifikazzjoni

Hekk kif intwera fi kriżijiet finanzjarji reċenti l-parametri ta’ korrelazzjoni jista’ jkollhom jiġu rranġati malajr.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 119 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-metodi użati għall-kalkolu tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà tal-previżjoni għandhom ikunu bbażati fuq tekniki attwarji u statistiċi xierqa u għandhom ikunu koerenti mal-metodi użati għall-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi.

2. Il-metodi użati għall-kalkolu tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà tal-previżjoni għandhom ikunu bbażati fuq tekniki attwarji u statistiċi xierqa, applikabbli u relevanti u għandhom ikunu koerenti mal-metodi użati għall-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi.

Ġustifikazzjoni

Xieraq mhux biżżejjed ladarba “applikabbli u relevanti” tidher f’Artikolu 83.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 130 – paragrafu 4 – subparagrafu 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-kontrolluri jistgħu jqisu l-effetti fuq l-immaniġġjar ta’ l-assi ta’ kodiċi ta’ kondotta volontarji u trasparenza segwiti mill-istituzzjonijiet relevanti li huma responsabbli minn strumenti mhux regolati jew investiment alternattiv.

Ġustifikazzjoni

Hija kwistjoni ta’ kjarifika. Il-kontrolluri mhux se jqisu jekk l-istituzzjonijiet jużawx kodiċi iżda se jqisu l-kodiċi użati, jekk hu l-każ, u l-effett tagħhom fuq l-immaniġġjar ta’ l-assi mill-kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 142 – paragrafu 1 – parti tad-daħla

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtorità superviżorja  ta’ l-Istat Membru tal-pajjiż  tagħha għandha  tirtira awtorizzazzjoni mogħtija lil impriża ta' l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

1. L-awtorità superviżorja ta’ l-Istat Membru tagħha, fil-waqt li tibqa għaddejja bis-superviżjoni meħtieġa, għandha tirtira l-awtorizzazzjoni mogħtija lil impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Bl-għarfien tal-bżonn għall-intervent superviżorju b’saħħtu meta l-MCR jinkiser (għalhekk ir-rifolmular minn “jista’” għal “għandu”), huwa importanti li tikklarifika li l-irtirar sħiħ ta’ l-awtorizzazzjoni huwa relatat ma’ impriżi ġodda stabbiliti, u li l-awtoritajiet superviżorji għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji fuq impriżi oħra biex iħarsu l-interessi tat-titolari tal-poloz, u l-obbligazzjonijiet taħt kuntratti ta’ riassigurazzjoni, fil-proċeduri ta’ stralċ eċċ.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 142 – paragrafu 1 – punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-impriża ma tikkonformax mar-Rekwiżit Kapitali Minimu u l-awtorità superviżorja tikkunsidra li l-iskema finanzjarja sottomessa hija evidentement inadegwata jew, l-impriża kkonċernata tonqos milli tikkonforma ma’ l-iskema approvata fi żmien tliet xhur mill-osservazzjoni tan-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu.

(c) l-impriża ma tikkonformax mar-Rekwiżit Kapitali Minimu u l-awtorità superviżorja tikkunsidra li l-iskema finanzjarja sottomessa hija evidentement inadegwata jew, l-impriża kkonċernata tonqos milli tikkonforma ma’ l-iskema approvata fi żmien tliet xhur mill-osservazzjoni tan-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali Minimu; l-irtirar f’dawn iċ-ċirkustanzi ta’ l-awtorizzazzjoni ma tfissirx waqfien mis-superviżjoni minħabba tħaris ta’ l-interessi tat-titolari tal-poloz u tħaris ta’ xi stralċ, teħid jew proċeduri simili.

Ġustifikazzjoni

Bl-għarfien tal-bżonn għall-intervent superviżorju b’saħħtu meta l-MCR jinkiser (għalhekk ir-rifolmular minn “jista’” għal “għandu”), huwa importanti li tikklarifika li l-irtirar sħiħ ta’ l-awtorizzazzjoni huwa relatat ma’ impriżi ġodda stabbiliti, u li l-awtoritajiet superviżorji għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji fuq impriżi oħra biex iħarsu l-interessi tat-titolari tal-poloz, u l-obbligazzjonijiet taħt kuntratti ta’ riassigurazzjoni, fil-proċeduri ta’ stralċ eċċ.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 234 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) is-sors ewlieni għal appoġġ tal-grupp huwa l-fondi ta’ l-impriża li huma trasferiti mill-impriża ewlenija għas-sussidarja; fil-każ li appoġġ tal-grupp jista’ jkun provdut minn riżorsi disponibbli f’sussidjarja, kuntratti infurzati legalment jew mekkaniżmi oħrajn għandhom ikunu fis-seħħ biex jippermettu t-trasferiment ta’ fondi proprji eliġibbli;

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 237 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sostenn tal-grupp għandu jieħu l-forma ta' dikjarazzjoni lis-superviżur tal-grupp, mistqarra f'dokument li jkun jorbot legalment, li jkun sar impenn biex jiġu ttrasferiti fondi proprji eliġibbli skond l-Artikolu 98(5).

2. Is-sostenn tal-grupp għandu jieħu l-forma ta' dikjarazzjoni lill-kulleġġ ta’ superviżuri, permezz tas-superviżur tal-grupp inkluż fejn meħtieġ evidenza ta’ strumenti infurzati legalment, li jkun sar impenn biex jiġu ttrasferiti fondi proprji eliġibbli skond l-Artikolu 98(5).

Ġustifikazzjoni

Il-komunikazzjonijiet għal appoġġ ta’ grupp jinkludu l-grupp kollu, għalhekk għandhom ikunu komunikati lill-kulleġġ. Tnaqqis fir-responsabilitajiet huwa mod ieħor li l-appoġġ tal-grupp jista’ jkun eżerċitat.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 237 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li d-dokument li fih id-dikjarazzjoni tas-sostenn tal-grupp jissodisfa r-rekwiżiti eżistenti skond il-liġi ta' l-impriża prinċipali biex ikun jista' jiġi rrikonoxxut bħala impenn legali, u li kwalunkwe rikors quddiem korp legali jew amministrattiva ma jkollu ebda effett suspensiv.

(c) li d-dokument li fih id-dikjarazzjoni tas-sostenn tal-grupp u kull strument meħtieġ li jakkumpanja ieħor jissodisfa r-rekwiżiti eżistenti skond il-liġi infurzata fl-Istat Membru tal-kumpanija li tipprovdi appoġġ tal-grupp, u li kwalunkwe rikors quddiem korp legali jew amministrattiva ma jkollu ebda effett suspensiv, u l-inklużjoni tat-twaqqif ta’ appoġġ ta’ grupp sal-limitu ta’ l-aħħar dikjarazzjoni, jew kif provdut skond l-Artikolu 244(1) meta relevanti, u fi klassifikazzjoni ekwivalenti għal klejms tal-parti li għandha sehem inkluż f’ċirkustanzi ta’ organizzazzjoni mill-ġdid, kompożizzjoni, għoti ta’ ħidma, ‘take-over’ jew kull proċediment amministrattiv ieħor.

Ġustifikazzjoni

L-infurzar ta’ appoġġ tal-grupp li jkopri dispożizzjonijiet interim addizzjonali fil-każ ta’ inċertezzi legali (ara l-premessa 70) u t-twaqqif tal-klassifikazzjoni ta’ appoġġ ta’ grupp.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 244

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sussidjarji ta' impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni: it-tnaqqis fis-sostenn mill-grupp

Is-sussidjarji ta' impriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni: trattament ugwali

1. Fejn diversi talbiet għat-trasferiment ta' fondi proprji eliġibbli jiġi indirizzati lill-impriża prinċipali u lis-superviżur tal-grupp skond l-Artikoli 238 u 239, u l-grupp ma jkollux fondi proprji eliġibbli biżżejjed biex jissodisfa t-talbiet kollha flimkien, l-ammonti li jirriżultaw mill-aktar dikjarazzjonijiet riċenti aċċettati għandhom jitnaqqsu kull fejn ikun meħtieġ.

1. Fejn diversi talbiet għat-trasferiment ta' fondi proprji eliġibbli jiġi indirizzati lill-impriża prinċipali u lis-superviżur tal-grupp skond l-Artikoli 238 u 239, u l-impriża prinċipali ma jkollhiex fondi proprji eliġibbli biżżejjed biex tissodisfa t-talbiet kollha flimkien, ir-regoli li jmiss għandhom japplikaw:

 

(a) kull kumpanija ta’ assigurazzjoni u rijassigurazzjoni li huma sussidjarji tal-kumpanija ewlenija għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt, flimkien mal-kumpanija ewlenija, sa l-ammonti li jirriżultaw mill-aktar dikjarazzjonijiet riċenti aċċettati fir-rigward ta’ kull sussidjarja li hija suġġetta għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 236 sa 241;

It-tnaqqis għandu jinħadem għal kull sussidjarja bil-għan li jkun żgurat li kull sussidjarja hija suġġetta għall-istess proporzjon bejn it-total ta' l-attivi disponibbli tagħha u kwalunkwe trasferiment mill-grupp, fuq in-naħa l-waħda, u t-total tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħha u r-rekwiżit kapitali minimu fuq in-naħa l-oħra.

(b) l-ammonti stipulati fil-punt (a) għandhom jitnaqqsu kull fejn ikun meħtieġ. It-tnaqqis għandu jinħadem għal kull sussidjarja bil-għan li jkun żgurat li kull sussidjarja hija suġġetta għall-istess proporzjon bejn it-total ta' l-attivi disponibbli tagħha u kwalunkwe trasferiment mill-grupp, fuq in-naħa l-waħda, u t-total tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħha u r-rekwiżit kapitali minimu fuq in-naħa l-oħra.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti ta’ l-assigurazzjoni ta' l-impriża prinċipali ma jiġux trattati b'mod aktar preferenzjali meta mqabbla ma’ l-obbligazzjonijiet minn kuntratti ta’ l-assigurazzjoni ta' kwalunkwe sussidjarja li tkun suġġetta għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 236 sa 241.

2. Minkejja l-Artikolu 277, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti ta’ l-assigurazzjoni ta' l-impriża prinċipali ma jiġux trattati b'mod aktar preferenzjali meta mqabbla ma’ l-obbligazzjonijiet minn kuntratti ta’ l-assigurazzjoni ta' kwalunkwe sussidjarja li tkun suġġetta għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 236 sa 241.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 251 – paragrafu 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità superviżorja tkun qiegħda bħala superviżur tal-grupp għandha tiġi rikonoxxuta li tkun qiegħda tagħmlu mingħajr diskriminazzjoni; għaldaqstant, proċeduri leġittimi meħuda bħala superviżur tal-grupp, li jinkludu imma mhux limitati għat-trasferiment ta’ kapital, m’għandhomx jiġu meqjusa, fuq il-bażi tal-mandat nazzjonali tas-superviżur, kontra l-interessi ta’ l-Istat Membru jew tat-titolari tal-poloz f’dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Is-superviżur nazzjonali tal-pajjiż tagħhom bħala superviżur tal-Grupp għandu d-dover li jħares l-interess tal-group. Superviżuri nazzjonali m’għandhomx jinkwietaw li deċiżjonijiet meħuda fuq din il-bażi jagħtu lok għal proċeduri kontriehom mit-titolari tal-poloz mill-istat membru tal-pajjiż tagħhom li jemmnu li dan jista’ jkun ta’ detriment għalihom.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 262 – paragrafu 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Fil-każ li l-kumpanija holding jew kumpanija ewlenija ma tosservax il-bżonnijiet ta’ l-appoġġ tal-grupp, is-superviżur jista’ jiddeċidi li s-superviżjoni fuq bażi ta’ grupp tieqaf.

Ġustifikazzjoni

Sanżjoni li titlef il-vantaġġi kollha kapitali li tkun fi grupp fil-każ li ma tirrispettax l-obbligazzjonijiet ta’ l-appoġġ tal-grupp.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 304 – paragrafu 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Minkejja paragrafu 1 u billi l-proċedura tal-proċess ta’ deċiżjoni provdut bl-Artikolu 251(4), u d-doveri stipulati fil-premessa 23, il-Kumitat tas-Sorveljaturi ta’ l-Assigurazzjoni Ewropej u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol jingħataw personalità legali f’regolament li jidħol fis-seħħ fl-istess ħin ma’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Iċ-CEIOPS qed tingħata poteri ta’ teħid tad-deċiżjoni, pereżempju biex issolvi tilwim f’appoġġ ta’ grupp. Fil-każ li hemm sfida legali għal xi deċiżjoni bħal din huwa mixtieq, u aktar responsabbli, jekk iċ-CEIOPS tkun parti minn kull proċedura milli tkun rappreżentata biss fil-personalità tal-Kummissjoni. L-ECJ ħareġ sentenza li fil-Każ C-217/04 tat-2 ta’ Mejju 2003 li l-Artikolu 95 jista’ jkun bażi għat-twaqqif ta’ korp. B’estensjoni konklużjoni simili tista’ titwettaq għall-Artikolu 47.

PROĊEDURA

Titolu

Assigurazzjoni u rijassigurazzjoni - Solvenza II

Referenzi

COM(2008)0119 – C6-0231/2007 – COM(2007)03612007/0143(COD)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni mressqa minn

Data ta’ tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

24.9.2007

 

 

 

Rapporteur ta’ l-opinjoni

Data tal-ħatra

Sharon Bowles

19.11.2007

 

 

Analiżi fil-kumitat

19.12.2007

8.4.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

25.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlo Casini, Titus Corlăţean, Marek Aleksander Czarnecki, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Neena Gill, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Diana Wallis, Jaroslav Zvěřina

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali

Sharon Bowles, Georgios Papastamkos, Michel Rocard, Gabriele Stauner, József Szájer

ANNESS: OPINJONI TAL-Grupp ta’ Ħidma Konsultatttiv TAs-servizzi LEGALI tal-Parlament Ewropew, TAl-Kunsill u TAl-Kummissjoni

Brussell, 10 ta' April 2008

OPINJONI

           GĦALL-ATTENZJONI TA'    IL-PARLAMENT EWROPEW

                                                                 IL-KUNSILL

                                                                 IL-KUMMISSJONI

Proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-teħid u s-segwitu tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Rijassigurazzjoni (Solvenza II)

COM(2005)119 finali ta' 26.2.2008 – 2007/0143(COD)

Wara li ġiet ikkunsidrata l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni ta' atti legali, u b'mod partikolari l-punt 9 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa' fit-13 ta' Marzu 2008 biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq, ippreżentata mill-Kummissjoni.

F'dik il-laqgħa[1], saret eżaminazzjoni fir-rigward tal-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tirriformula l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE tal-24 ta' Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja, id-Direttiva tal-Kunsill 78/473/KEE tat-30 ta' Mejju 1978 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ koassigurazzjoni Komunitarja, id-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE tat-22 ta' Ġunju 1987 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, it-tieni Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta' Ġunju 1988 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta ta’ xorta oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja), id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni u ta’ grupp ta’ assugurazzjoni, id-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni, fid-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u d-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE.

Din l-eżaminazzjoni wasslet biex il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv stabilixxa bi qbil komuni li l-proposta ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva għajr dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta’ Ħidma kkonkluda wkoll, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-att preċedenti li ma nbidlux b'dawk l-emendi sostantivi, li l-proposta tinkludi kodifikazzjoni ċara tat-test eżistenti, mingħajr kwalunkwe bidla fis-sustanza tiegħu.

      C. PENNERA                           J.-C. PIRIS                           M. PETITE

      Jurisconsult                                 Konsulent Legali                                Direttur-Ġenerali

  • [1]  Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-verżjonijiet bil-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, li kienet il-verżjoni tal-lingwa ewlenija tat-test li kien qed jiġi diskuss.

PROĊEDURA

Titolu

Assikurazzjoni u riassikurazzjoni - Solvenza II (verżjoni riformulata)

Referenzi

COM(2008)0119 – C6-0231/2007 – COM(2007)03612007/0143(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

26.2.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

24.9.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

24.9.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Peter Skinner

4.7.2006

 

 

Eżami fil-kumitat

11.4.2007

2.10.2007

18.12.2007

26.2.2008

 

1.4.2008

15.7.2008

22.9.2008

 

Data ta’ l-adozzjoni

7.10.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

7

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mariela Velichkova Baeva, Paolo Bartolozzi, Pervenche Berès, Sebastian Valentin Bodu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Manuel António dos Santos, Christian Ehler, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Othmar Karas, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Andrea Losco, Astrid Lulling, Gay Mitchell, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Dariusz Rosati, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Salvador Domingo Sanz Palacio, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Cornelis Visser

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piia-Noora Kauppi, Werner Langen, Thomas Mann, Bilyana Ilieva Raeva, Karl von Wogau