RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, 96/61/KE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006
16.10.2008 - (COM(2008)0018 – C6‑0040/2008 – 2008/0015(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Chris Davies
Rapporteur għal opinjoni (*):
Françoise Grossetête, Kumitat għall-Industrija,ir-Riċerka u l-Enerġija
(*) Kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, 96/61/KE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006
(COM(2008)0018 – C6‑0040/2008 – 2008/0015(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0018),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0040/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6‑0414/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Jannar 2007 "Il-limitazzjoni tal-bidla klimatika globali għal żewġ gradi Celsius – It-triq ‘il quddiem għal 2020 u wara" tikkjarifika li fil-kuntest ta’ fit-tnaqqis globali previst ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ 50% sa l-2050, huwa meħtieġ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ 30% fid-dinja żviluppata sa l-2020, li jiżdied għal 60-80% sa l-2050, li dan it-tnaqqis huwa teknikament vijabbli u l-benefiċċji jaqbżu bil-kbir l-ispejjeż, imma li, biex jinkiseb, l-alternattivi ta’ mitigazzjoni għandhom jiġu użati. |
imħassra | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Peress li s-sitwazzjoni tal-bidla fil-klima hija aktar serja minn kif kien maħsub qabel, għandna nieħdu l-konsegwenzi ta' dan il-fehim xjentifiku ġdid u nistabbilixxu objettivi aktar ambizzjużi fir-rigward tal-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima. Ara l-bidla proposta fil-premessa 3 a (ġdida) mressqa minn Wijkman. Sa ftit ilu, il-konsensus xjentifiku kien stabbilixxa l-marġni sikuri biex jiġu evitati l-agħar effetti tal-bidla fil-klima bħala 450 ppm, filwaqt li t-tagħrif il-ġdid issa juri li l-livell kritiku jibda diġà meta jkun 350 ppm. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 3 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3a) (3a) Skoperti xjentifiċi riċenti juru li l-konċentrazzjoni atmosferika tad-dijossidu tal-karbonju għandha titnaqqas għal inqas minn 350 parti għal kull miljun. L-għan aħħari tal-UE għandu jkun l-eliminazzjoni gradwali ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra mill-użu ta’ fjuwils fossili fl-Unjoni Ewropea sal-1 ta’ Jannar 2050, li jimplika tnaqqis ta’ emissjonijiet b’60% sal-2035 u 80-90% sal-2050. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Peress li s-sitwazzjoni klimatika hija iktar serja milli kien maħsub qabel, il-forum riċenti li sar f’Tällberg, l-Iżvezja, bil-parteċipazzjoni ta’ xjentisti min-NASA u l-Istitut għall-Ambjent ta’ Stokkolma, jissuġġerixxi li hemm bżonn innaqqsu s-CO2 fl-atmosfera għal livelli ta’ inqas minn 350 ppm (parti għal kull miljun) biex jiġu evitati effetti katastrofiċi. Sa ftit ilu, il-konsensus xjentifiku kien stabbilixxa l-marġni sikuri biex jiġu evitati l-agħar effetti tal-bidla fil-klima bħala 450 ppm, filwaqt li t-tagħrif il-ġdid issa juri li l-livell kritiku jibda diġà meta jkun 350 ppm. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(4) Il-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (CCS) huwa mezz biex jittaffa t-tibdil fil-klima. Tikkonsisti fil-ġbir tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) mill-impjanti industrijali, it-trasport tiegħu għal sit tal-ħżin u l-injezzjoni tiegħu f’formazzjoni ġeoloġika xierqa għall-iskopijiet ta’ ħżin permanenti. |
(4) Il-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (CCS) huwa wieħed mill-mezzi biex jittaffa t-tibdil fil-klima. Tikkonsisti fil-qbid tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) mill-impjanti industrijali, it-trasport tiegħu għal sit tal-ħżin u l-injezzjoni tiegħu f’formazzjoni ġeoloġika xierqa taħt l-art għall-iskopijiet ta’ ħżin permanenti. Sabiex ma jintilfux il-benefiċċji antiċipati tat-teknoloġija CCS f'termini ta' emissjonijiet imnaqqsa ta' CO2, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li din it-teknoloġija ma sservix ta' inċentiv biex jiżdied in-numru ta' impjanti li jiġġeneraw l-enerġija li jitħaddmu bi fjuwils konvenzjonali. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (CCS) mhuwiex l-uniku mezz biex tittaffa l-bidla fil-klima. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Fl-Artikolu 3 tad-dokument, hemm issottolineat li l-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (CCS) huwa proċess li qiegħed iseħħ f’formazzjonijiet tal-blat li jinsabu taħt l-art. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 4 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4a) Skont estimi magħmula bil-ħsieb li jiġi evalwat l-impatt tad-direttiva proposta, jekk is-CCS ikun appoġġjat mill-Iskema ta' Skambju tal-Emissjonijiet tal-UE, u jekk wieħed jissupponi tnaqqis ta' 20% fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra sal-2020, seba' tunnellati ta' CO2 jistgħu ikunu maħżuna sal-2020, u sa 160 miljun tunnellata sal-2030. L-emissjonijiet ta' CO2 evitati fl-2030 ikun responsabbli għal madwar 15% tat-tnaqqis meħtieġ fl-Ewropa. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 5 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5a) Is-CCS hija biss waħda mill-miżuri li qed jiġu żviluppati biex tiġi miġġielda l-bidla fil-klima, flimkien mal-użu ta’ enerġiji rinnovabbli u ż-żieda fl-iffrankar u l-effiċjenza tal-enerġija. L-Istati Membri għalhekk m’għandhomx jittraskuraw miżuri ta’ ffinanzjar u appoġġ ieħor li jirrigwarda l-politika tal-iffrankar tal-enerġija u tal-enerġiji rinnovabbli li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. F’dan il-kuntest, l-iżvilupp tas-CCS taħt l-ebda ċirkostanza m’għandu jwassal għal tnaqqis f’dawn l-isforzi la f’termini ta’ riċerka u lanqas f’dawk finanzjarji. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Meta fl-10 ta’ Jannar 2008 l-Kummissjoni ħabbret lill-PE l-adozzjoni fil-futur qarib fit-23.1.2008 tal-proposti għal direttivi li jikkonċernaw il-miżuri li jiġġieldu l-bidla fil-klima, li jinkludu s-CCS, saħqet fuq il-bżonn tal-implimentazzjoni tal-miżuri kollha li għandhom l-għan li jiffrankaw l-enerġija u li jagħmlu użu iżjed effiċjenti minnha u li jappoġġjaw żvilupp ekonomiku sostenibbli tal-UE prinċiparjament billi jinvestu f’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2: is-CCS huwa wieħed minn dawn l-istrumenti iżda mhux l-uniku wieħed. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(7) Il-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007 ħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jaħdmu lejn it-tisħiħ tar-riċerka u l-iżvilupp u lejn l-iżvilupp ta’ qafas tekniku, ekonomiku u regolatorju meħtieġ sabiex jitneħħew l-ostakli legali eżistenti u biex jibda jintuża s-CCS li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent b’impjanti ta’ l-enerġija ġodda li jużaw il-karburanti fossili, jekk ikun possibbli sa l-2020. |
(7) Il-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007 ħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jaħdmu lejn it-tisħiħ tar-riċerka u l-iżvilupp u lejn l-iżvilupp ta’ qafas tekniku, ekonomiku u regolatorju meħtieġ sabiex jitneħħew l-ostakli legali eżistenti u jiġi promoss l-iżvilupp ta' faċilitajiet infrastrutturali biex jibda jintuża s-CCS li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent b’impjanti ta’ l-enerġija ġodda li jużaw il-karburanti fossili, jekk ikun possibbli sa l-2020. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Fil-verżjoni oriġinali, l-enfasi tpoġġiet fuq it-twaqqif ta’ qafas regolatorju sabiex jitneħħew l-ostakli legali eżistenti. Madankollu, l-oqfsa tekniċi u ekonomiċi kienu indirizzati b’mod periferiku biss. Ma jagħmilx sens li jiġi stabbilit qafas tekniku u ekonomiku mingħajr ma jiġu żviluppati faċilitajiet infrastrutturali. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 7a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7a) Il-partijiet varji tal-qbid, tat-trasport u tal-ħżin tas-CO2 kienu s-suġġett ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni fuq skala iżgħar minn dik rikjesta għall-applikazzjoni industrijali tagħhom. Madankollu, huma xorta waħda jeħtieġ li jiġu integrati fi proċess komplet tas-CCS, u l-ispejjeż tat-teknoloġija jeħtieġ li jitnaqqsu. Il-proġetti ewlenin tal-ħżin tas-CO2 li fihom jipparteċipaw impriżi tal-UE huma l-proġett Sleipner fil-Baħar tat-Tramuntana u l-proġett ta' In Salah fl-Alġerija (Statoil, BP u Sonatrach). Proġetti pilota kbar oħra li għaddejjin bħalissa huma l-proġett Schwartze Pumpe fil-Ġermanja (Vattenfall), il-proġett tas-CCS fil-baċin ta’ Lacq ġewwa Franza (Total) u l-proġett ta’ El Bierzo fi Spanja (CIUDEN). | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 7 b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7b) Huwa importanti ħafna li l-isforzi tal-UE fil-qasam tad-dimostrazzjoni tas-CCS f'qafas ta' politika integrat jibdew mill-aktar fis possibbli, inkluż b'mod partikolari sforzi ffukati ta' riċerka u żvilupp permezz ta' proġetti pilota u miżuri ta' sensibilizzazzjoni u aċċettazzjoni pubblika. Jekk l-Unjoni Ewropea żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala mexxejja dinjija fl-iżvilupp ta' teknoloġiji tas-CCS, u jekk dawn it-teknoloġiji jibdew jintużaw malajr b'mod kummerċjali, l-impriżi tal-UE se jibbenefikaw minn żbokki kummerċjali ġodda f'pajjiżi terzi bħaċ-Ċina u l-Indja. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 13 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13a) Minbarra qafas leġiżlattiv għas-siti tal-ħżin, għandhom jibdew jitħaddmu mill-iktar fis possibbli inċentivi għal iktar żvilupp tat-teknoloġija, appoġġ għall-installazzjoni ta’ impjanti ta’ dimostrazzjoni kif ukoll qafas legali maħluq mill-Istati Membri biex jiżguraw it-trasport biex b’hekk javvanza b'suċċess l-użu tat-teknoloġiji tas-CCS. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Kjarifika li huma meħtieġa iktar deċiżjonijiet legali biex jingħata appoġġ finanzjarju lit-teknoloġiji tas-CCS u lill-impjanti ta’ dimostrazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 14 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(14) Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 ġewwa t-territorju ta’ l-Istati Membri, iż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom u fuq il-pjattaformi kontinentali tagħhom. Id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-proġetti ta’ riċerka. Għandha, madankollu, tapplika għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni b’ħżin totali intenzjonata ta’ 100 kilo tunnellata jew aktar. Dan il-limitu jidher xieraq ukoll għall-iskopijiet ta’ leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Komunità. Il-ħżin tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi li jestendu lil hinn mill-ambitu territorjali ta’ din id-Direttiva u l-ħżin tas-CO2 fil-kolonna ta’ l-ilma m’għandux ikun permess. |
(14) Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 ġewwa t-territorju ta’ l-Istati Membri, iż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom u fuq il-pjattaformi kontinentali tagħhom. Id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-proġetti ta’ riċerka. Għandha, madankollu, tapplika għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni. Il-ħżin tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi li jestendu lil hinn mill-ambitu territorjali ta’ din id-Direttiva u l-ħżin tas-CO2 fil-kolonna ta’ l-ilma m’għandux ikun permess. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-limitu għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni li mhumiex fl-ambitu tad-Direttiva huwa baxx wisq u jagħmilha impossibbli li jsiru proġetti ta’ dimostrazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 14 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(14a) L-irkupru mtejjeb tal-idrokarburi (l-irkupru tal-idrokarburi minbarra dak prodott b’mod naturali bl-injezzjoni tal-fluwidu jew b’mezzi oħra) għandu jiġi eskluż mill-ambitu ta’ din id-Direttiva.
| ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-irkupru mtejjeb tal-idrokarburi diġà qed iseħħ u huwa attività ekonomikament vijabbli. Barra minn hekk, l-irkupru mtejjeb tal-idrokarburi ma jwassalx għal tnaqqis nett tal-emissjonijiet. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 15 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(15) L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jiddeterminaw iż-żoni ġewwa t-territorju tagħhom li minnhom jistgħu jiġu magħżula siti tal-ħżin. L-għażla tas-sit tal-ħżin xieraq hija kruċjali biex jiġi żgurat li s-CO2 maħżun ikun miġbur kompletament għall-futur indefinit. Sit għandu għalhekk jiġi magħżul bħala sit tal-ħżin biss, jekk ma jkun hemm l-ebda riskju sinifikanti ta’ tnixxija, u jekk fi kwalunkwe każ l-ebda impatti ambjentali jew għas-saħħa ma jkun probabbli li jiġru. Dan għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ karatterizzazzjoni u valutazzjoni ta’ kumpless tal-ħżin potenzjali skond rekwiżiti speċifiċi. |
(15) Meta jkunu qed jiddeterminaw jekk formazzjoni ġeoloġika għandhiex tiġi użata bħala sit tal-ħżin, minbarra l-kriterji ambjentali u tas-sikurezza indirizzati f’din id-Direttiva, se jkunu involuti wkoll interessi essenzjali oħra tal-Istati Membri, partikolarment interessi ekonomiċi u finanzjarji relatati mal-protezzjoni tar-riżervi tal-idrokarburi, l-interess ta’ Stat Membru fl-awtosuffiċjenza ta’ livell għoli tal-idrokarburi u l-interessi ta’ Stat Membru bħala sid ta’ riżervi tal-idrokarburi. Dawn l-interessi essenzjali mhumiex affettwati minn din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jiddeterminaw iż-żoni li minnhom jistgħu jiġu magħżula siti tal-ħżin. Dan jinkludi d-dritt tal-Istati Membri li ma jippermettu ebda ħżin f’partijiet tat-territorju tagħhom jew fit-territorju kollu. L-għażla tas-sit tal-ħżin xieraq hija kruċjali biex jiġi żgurat li s-CO2 maħżun ikun miġbur kompletament għall-futur indefinit. L-Istati Membri għandhom għalhekk jitħallew jikkunsidraw il-karatteristiċi ġeoloġiċi tagħhom, pereżempju s-sismiċità, bl-aktar mod oġġettiv u effikaċi possibbli fl-għażla tas-siti ta' ħżin. Sit għandu jiġi magħżul bħala sit tal-ħżin biss, jekk bil-kundizzjonijiet tal-użu li huma proposti ma jkun antiċipat l-ebda riskju ta’ tnixxija li jista' jkollu impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. . Dan għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ karatterizzazzjoni u valutazzjoni ta’ kumpless tal-ħżin potenzjali skond rekwiżiti speċifiċi. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
The proposal refers to environment and health risks in connection with the selection of storage sites only. However, there will be also other essential interests in Member States, (in particular economic and financial interests) which are related to the selection of hydrocarbon reservoirs. It is necessary to clarify that those interests are not affected by the Directive. | |||||||||||||||||||||||||||||||
This sentence has to be included for the purpose of clarifying the rights of Member States. | |||||||||||||||||||||||||||||||
The word 'significant' leaves room for uncertainty. It would be wholly unacceptable for a commercial storage permit to be granted if a leakage was anticipated (Oxford English Dictionary definition – “regarded as probable”) that could have a detrimental effect upon human health or the environment. | |||||||||||||||||||||||||||||||
The Member States should be allowed to select storage sites since they are best informed about specific local geological characteristics and, in the light of this information, are best able to decide whether the necessary investment can be made. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 15 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(15a) L-Istati Membri għandhom jagħmlu evalwazzjoni realistika tal-kapaċità ta' ħżin disponibbli fit-territorju tagħhom u jibagħtu dawn l-evalwazzjonijiet lill-Kummissjoni qabel l-2012. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
S’issa ma nafux sew kemm hawn kapaċità ta' ħzin disponibbli fl-Ewropa. Hemm ħafna stimi differenti imma dawk mhumiex verament preċiżi. Madankollu, huwa importanti li jiġi kkjarifikat kemm huwa l-ammont ta’ CO2 li nistgħu verament naħżnu. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 16 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(16) L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw f’liema każijiet tkun meħtieġa esplorazzjoni biex tiġi ġġenerata l-informazzjoni meħtieġa għall-għażla tas-sit. Din it-tip ta’ esplorazzjoni għandha ssir suġġetta għal rekwiżit ta’ permess. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-esplorazzjoni jkunu miftuħa għall-entijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jiġu mogħtija fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi ppubblikati. Sabiex jiġu protetti u inkoraġġati l-investimenti fl-esplorazzjoni, il-permessi għall-esplorazzjoni għandhom jingħataw għal żona u volum limitat u għal żmien limitat, li matulu d-detentur tal-permess għandu jkollu l-uniku dritt li jesplora l-kumpless tal-ħżin tas-CO2 potenzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jiġu permessi l-ebda użijiet konfliġġenti tal-kumpless matul dan iż-żmien. |
(16) L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw f’liema każijiet tkun meħtieġa esplorazzjoni biex tiġi ġġenerata l-informazzjoni meħtieġa għall-għażla tas-sit. Dan it-tip ta’ esplorazzjoni għandu jsir suġġett għal rekwiżit ta’ permess. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-esplorazzjoni jkunu miftuħa għall-entitajiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jiġu mogħtija fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi, ppubblikati u mhux diskriminatorji. Sabiex jiġu protetti u inkoraġġati l-investimenti fl-esplorazzjoni, il-permessi għall-esplorazzjoni għandhom jingħataw għal żona ta' volum limitat u għal perjodu massimu ta' tliet snin, li jkun jista' jiġġedded għal perjodi oħra ta' massimu ta' tliet snin, sakemm ikun meħtieġ biex jitwettqu l-attivitajiet li għalihom ikun ingħata l-permess għall-esplorazzjoni, li matulu d-detentur tal-permess għandu jkollu l-uniku dritt li jesplora l-kumpless tal-ħżin tas-CO2 potenzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jiġu permessi l-ebda użijiet konfliġġenti tal-kumpless matul dan iż-żmien. Fil-każ li l-ebda attività ma titwettaq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-permess għall-esplorazzjoni jiġi rtirat u jkun jista' jingħata lil entitajiet oħra. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 17 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(17) Is-siti tal-ħżin m’għandhomx jiġu mħaddma mingħajr permess għall-ħżin. Il-permess għall-ħżin għandu jkun l-istrument prinċipali biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti sostanzjali tad-Direttiva jintlaħqu u li l-ħżin ġeoloġiku għalhekk iseħħ b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. |
(17) Is-siti tal-ħżin m’għandhomx jiġu mħaddma mingħajr permess għall-ħżin. Il-permess għall-ħżin għandu jkun l-istrument prinċipali biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti sostanzjali tad-Direttiva jintlaħqu u li l-ħżin ġeoloġiku għalhekk iseħħ b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. L-esploratur, li ġeneralment ikun għamel investimenti sostanzjali, għandu jiġi ppreferut meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu meta jingħata l-permess għall-ħżin. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Toħloq inċentivi biex issir l-esplorazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Dan iżid iktar ċarezza u jneħħi kwalunkwe possibilità ta’ sit tal-ħżin li jaħdem mingħajr permess għall-ħżin. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 18 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(18) L-abbozzi kollha tal-permessi għall-ħżin għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni, biex tkun tista' toħroġ opinjoni fuq l-abbozzi tal-permessi fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu din l-opinjoni meta jieħdu deċiżjoni dwar il-permess u għandhom jiġġustifikaw kull tbegħid mill-opinjoni tal-Kummissjoni. Ir-reviżjoni fil-livell tal-Komunità għandha tgħin biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tad-Direttiva madwar il-Komunità u wkoll ittejjeb il-fiduċja pubblika fis-CCS, speċjalment fil-fażi bikrija ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva. |
(18) L-Istati Membri għandhom iressqu abbozzi ta' permessi għall-ħżin lill-Kummissjoni, li għandha tagħti opinjoni konsultattiva fi żmien tliet xhur. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu opinjoni bħal din meta jieħdu deċiżjoni dwar il-permess u għandhom jiġġustifikaw kull tbegħid mill-opinjoni tal-Kummissjoni. Ir-reviżjoni fil-livell tal-Komunità għandha tgħin biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tad-Direttiva madwar il-Komunità u wkoll ittejjeb il-fiduċja pubblika fis-CCS, speċjalment fil-fażi bikrija ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 19 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(19) L-awtorità kompetenti għandha tirreviżjona u fejn meħtieġ taġġorna jew tirtira l-permess għall-ħżin inter alia jekk tkun ġiet notifikata b’irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet, jekk ir-rapporti sottomessi mill-operaturi jew l-ispezzjonijiet imwettqa juru nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess jew jekk issir konxja b’xi nuqqas ieħor mill-operatur milli jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-permess. Wara l-irtirar ta’ permess, l-awtorità kompetenti għandha jew toħroġ permess ġdid jew tagħlaq is-sit tal-ħżin. Sadanittant, l-awtorità kompetenti għandha tieħu r-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin inkluż l-obbligazzjonijiet legali kollha li jirriżultaw. Safejn huwa possibbli, l-ispejjeż magħmula għandhom jiġu rkuprati mingħand l-operatur preċedenti. |
(19) L-awtorità kompetenti għandha tirrevedi u fejn meħtieġ taġġorna jew tirtira l-permess għall-ħżin inter alia jekk tkun ġiet notifikata b’irregolaritajiet jew tnixxijiet li jista' jkollhom impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, jekk ir-rapporti sottomessi mill-operaturi jew l-ispezzjonijiet imwettqa juru nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess jew jekk issir konxja b’xi nuqqas ieħor mill-operatur milli jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-permess. Wara l-irtirar ta’ permess, l-awtorità kompetenti għandha jew toħroġ permess ġdid jew tagħlaq is-sit tal-ħżin. Sadanittant, l-awtorità kompetenti għandha tieħu r-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin inklużi l-obbligi legali kollha li jirriżultaw. L-ispejjeż involuti għandhom jiġu rkuprati mingħand l-operatur preċedenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-kelma "sinifikanti" tagħti lok għal inċertezza. | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-awtorità kompetenti għandha tirkupra kwalunkwe ispejjeż mill-operatur preċedenti. Naturalment, il-kundizzjonijiet ta’ tali rkupru għandhom jiġu ddeterminati mis-sistema legali nazzjonali. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 21 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(21) Il-monitoraġġ huwa essenzjali biex jiġi valutat jekk is-CO2 injettat qiegħedx iġib ruħu kif mistenni, jekk ikunx hemm xi migrazzjoni jew tnixxija, u jekk xi tnixxija identifikata tkunx qiegħda tagħmel ħsara lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li matul il-fażi operazzjonali, l-operatur jimmonitorja l-kumpless tal-ħżin u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni fuq il-bażi ta’ pjan ta’ monitoraġġ iddisinjat skond rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ. Il-pjan għandu jiġi sottomess lill- u jiġi approvat mill-awtorità kompetenti. |
(21) Il-monitoraġġ huwa essenzjali biex jiġi valutat jekk is-CO2 injettat qiegħedx iġib ruħu kif mistenni, jekk ikunx hemm xi migrazzjoni jew tnixxija, u jekk xi tnixxija identifikata tkunx qiegħda tagħmel ħsara lill-ambjent jew lil kwalunkwe forma ta' ħajja. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz ta' verifika u validazzjoni, li matul il-fażi operazzjonali, l-operatur jimmonitorja l-kumpless tal-ħżin u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni fuq il-bażi ta’ pjan ta’ monitoraġġ imfassal skond rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ. Il-pjan għandu jiġi sottomess lill-awtorità kompetenti u jiġi approvat minnha. Fil-każ tal-ħżin ġeoloġiku taħt qiegħ il-baħar, il-monitoraġġ għandu jkun adattat aktar għall-inċertezza u d-diffikultajiet ta’ operazzjoni assoċjati mal-ġestjoni tat-teknoloġija tas-CCS fl-ambjent tal-baħar. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-pjan ta' monitoraġġ għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Member States should control the quality of monitoring performed by the operator. Further, all necessary measures to avoid that CO2 storage causes harm to the marine environment, should be taken. | |||||||||||||||||||||||||||||||
In order to avoid any health implications a possible leakage might have not only on humans but also on a variety of ecosystem agents, monitoring should incorporate impacts on all life-forms. For example it is important to also monitor the impacts on local marine ecosystems as any negative impacts could have direct implications for the health of these ecosystems and indirect impacts on humans. Therefore it is essential to review all life-forms. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 26 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(26) Ir-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin, inklużi l-obbligazzjonijiet legali kollha li jirriżultaw, għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtorità kompetenti, jekk u meta l-evidenza kollha disponibbli tindika li s-CO2 maħżun se jkun miġbur kompletament għall-futur indefinit. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jipprepara rapport li jiddokumenta li l-kriterju ġie ssodisfat u jissottomettih lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tat-trasferiment. L-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni kollha għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni, biex tkun tista' toħroġ opinjoni dwar l-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu din l-opinjoni meta jieħdu deċiżjoni dwar l-approvazzjoni u għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe tbegħid mill-opinjoni tal-Kummissjoni. Bħar-reviżjoni ta’ abbozzi ta’ permessi tal-ħżin fil-livell tal-Komunità, ir-reviżjoni ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni għandha tgħin biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tad-Direttiva madwar il-Komunità u wkoll ittejjeb il-fiduċja pubblika fis-CCS, speċjalment fil-fażi bikrija ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva. |
(26) Ir-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin, inklużi l-obbligi legali kollha li jirriżultaw, għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtorità kompetenti, jekk u meta l-evidenza kollha disponibbli tindika li s-CO2 maħżun se jkun iżolat kompletament għall-futur indefinit u li r-rekwiżiti kollha li jinsabu fil-permess tal-ħżin jiġu ssodisfati. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jipprepara rapport li jiddokumenta li l-kriterju ġie ssodisfat u jissottomettih lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tat-trasferiment. L-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni kollha għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni, li għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċeviehom, tagħti opinjoni konsultattiva dwar l-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu opinjoni bħal din meta jieħdu deċiżjoni dwar l-approvazzjoni u għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe tbegħid mill-opinjoni tal-Kummissjoni. Bħar-reviżjoni ta’ abbozzi ta’ permessi tal-ħżin fil-livell tal-Komunità, ir-reviżjoni ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni għandha tgħin biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tad-Direttiva madwar il-Komunità u wkoll ittejjeb il-fiduċja pubblika fis-CCS, speċjalment fil-fażi bikrija ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
| ||||||||||||||||||||||||||||||
|
| ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 27 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(27) Wara t-trasferiment tar-responsabbiltà, il-monitoraġġ għandu jitħalla jieqaf, iżda għandu jiġi attivat mill-ġdid jekk instabu tnixxigħat jew irregolaritajiet sinifikanti. Ma għandu jkun hemm l-ebda rkupru ta’ ispejjeż imġarrba mill-awtorità kompetenti mill-operatur ta’ qabal wara li r-responsabbiltà tkun ġiet ittrasferita. |
(27) Wara t-trasferiment tar-responsabbiltà, l-ispezzjonijiet regolari jistgħu jitħallew jieqfu u l-monitoraġġ jista’ jitnaqqas għal livell minimu li jippermetti l-identifikazzjoni ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti. Jekk xi tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti jiġu identifikati, il-miżuri korrettivi neċessarji għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti. Ma għandu jkun hemm l-ebda rkupru ta’ spejjeż imġarrba mill-awtorità kompetenti mill-operatur ta’ qabel wara li r-responsabbiltà tkun ġiet ittrasferita. Fl-eventwalità li l-għeluq tas-sit tal-ħżin u/jew it-trasferiment tar-responsabilità kienu bbażati fuq informazzjoni mhux preċiża jew falza jew traskuraġni min-naħa tal-operatur, ir-responsabilità għall-ispejjeż tal-miżuri korrettivi u kwalunkwe ħsara kkawżata lis-saħħa tal-bniedem jew lill-ambjent għandha tkun tal-operatur. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
| ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 28 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(28) Għandha ssir dispożizzjoni finanzjarja sabiex tiżdied il-fiduċja li l-obbligazzjonijiet ta’ l-għeluq u ta’ wara l-għeluq, l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-inklużjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE, u l-obbligazzjonijiet taħt din id-Direttiva li jittieħdu miżuri korrettivi f’każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet, ikunu jistgħu jiġu ssodisfati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet finanzjarji, f’forma ta’ garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor, isiru mill-applikant qabel is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-permess. |
(28) Għandha ssir dispożizzjoni finanzjarja sabiex tiżdied il-fiduċja li l-obbligi ta’ l-għeluq u ta’ wara l-għeluq, l-obbligi li jirriżultaw mill-inklużjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE, u l-obbligi taħt din id-Direttiva li jittieħdu miżuri korrettivi f’każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet, ikunu jistgħu jiġu ssodisfati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet finanzjarji, f’forma ta’ garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor, isiru mill-applikant qabel ma jinħareġ il-permess. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 29 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(29) L-aċċess għan-netwerks tat-trasport tas-CO2 u għas-siti tal-ħżin jista’ jsir kundizzjoni għad-dħul fi jew għat-tħaddim kompetittiv ġewwa s-suq intern ta’ l-elettriku u tas-sħana, skond il-prezzijiet relattivi tal-karbonju u s-CCS. Huwa għalhekk xieraq li jsiru arranġamenti għall-utenti potenzjali biex jiksbu dan it-tip ta’ aċċess. Dan għandu jsir b’mod li għandu jiġi ddeterminat minn kull Stat Membru, b’applikazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ aċċess ġust u miftuħ u billi jitqiesu inter alia l-kapaċità tat-trasport u tal-ħżin li hija disponibbli jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli kif ukoll il-proporzjon ta’ l-obbligazzjonijiet tagħha ta’ tnaqqis tas-CO2 skond strumenti legali internazzjonali u leġiżlazzjoni tal-Komunità intenzjonata li tikseb il-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2. L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni tat-tilwim li jippermettu riżoluzzjoni rapida ta’ tilwim dwar l-aċċess għan-netwerks tat-trasport u s-siti tal-ħżin tas-CO2. |
(29) L-aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju għan-netwerks tat-trasport tas-CO2 u għas-siti tal-ħżin, irrispettivament mil-lokalità ġeografika tal-utenti potenzjali fl-Unjoni Ewropea, għandu jkun kundizzjoni għad-dħul fis-suq intern ta’ l-elettriku u tas-sħana jew għat-tħaddim kompetittiv ġewwa fih, skond il-prezzijiet relattivi tal-karbonju u s-CCS. Huwa għalhekk xieraq li jsiru arranġamenti għall-utenti potenzjali biex jiksbu dan it-tip ta’ aċċess fuq bażi li ma tkunx diskriminatorja. Dan għandu jsir b’mod li għandu jiġi ddeterminat minn kull Stat Membru b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, b’applikazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ aċċess ġust u miftuħ u billi jitqiesu inter alia l-kapaċità tat-trasport u tal-ħżin li hija disponibbli jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli, u d-domanda għall-flussi tat-trażmissjoni transkonfinali tas-CO2. L-aċċess irregolat għall-infrastrutturi tat-trasport għandu jitqies bħala għażla għaqlija għall-operaturi matul l-ewwel ftit snin tal-iżvilupp kummerċjali tas-CCS. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li jiġi żgurat li l-operaturi fi Stati Membri bħal Greċja ma jkunux żvantaġġati żżejjed minħabba l-lokalità ġeografika tagħhom jew minħabba limitazzjonijiet potenzjali fuq l-iżvilupp ta’ siti tal-ħżin. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Kriterji oġġettivi u ppubblikati mhumiex biżżejjed biex jiżguraw nuqqas ta’ diskriminazzjoni, li madankollu hija kriterju importanti li għandha tiġi ggarantita fis-suq intern. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 30 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(30) Huma meħtieġa dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li f’każijiet ta’ transport transkonfinali tas-CO2, siti tal-ħżin transkonfinali jew kumplessi tal-ħżin transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tal-leġiżlazzjoni l-oħra kollha tal-Komunità b’mod konġunt. |
(30) Huma meħtieġa dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li f’każijiet ta’ trasport transkonfinali tas-CO2, siti tal-ħżin transkonfinali jew kumplessi tal-ħżin transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tal-leġiżlazzjoni l-oħra kollha tal-Komunità b’mod konġunt, kif ukoll il-ftehimiet internazzjonali kollha li l-Istati Membri u/jew il-Komunità huma partijiet tagħhom. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Fil-każ tat-trasport u s-siti tal-ħżin transkonfinali, l-Istati Membri kollha, u l-pubbliku nazzjonali, għandhom ikunu involuti b'mod effettiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet rilevanti. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 31 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(31) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tas-siti tal-ħżin magħluqa kollha u tal-kumplessi tal-ħżin tal-madwar, inklużi mapep li juru safejn dawn iwasslu li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-proċeduri ta’ ppjanar u ta’ approvazzjoni rilevanti. Ir-reġistru għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni wkoll. |
(31) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tas-siti tal-ħżin operattivi u magħluqa kollha u tal-kumplessi tal-ħżin tal-madwar, inklużi mapep li juru safejn dawn iwasslu li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-proċeduri ta’ ppjanar u ta’ approvazzjoni rilevanti. Ir-reġistru għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni wkoll. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
It-tħaddim ta' sit tal-ħżin jista' jdum għaddej għal żmien twil. Ir-reġistri li jintużaw bħala sorsi ta' referenza għal bosta skopijiet oħra għandhom ikunu komprensivi u jinkludu kemm is-siti tal-ħżin miftuħa kif ukoll dawk magħluqa. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 35 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(35) Id-Direttiva 85/337/KEE għandha tiġi emendata biex tkopri l-ġbir u t-trasport tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-iskopijiet tal-ħżin ġeoloġiku kif ukoll is-siti tal-ħżin skond din id-Direttiva. Id-Direttiva 96/61/KE għandha tiġi emendata biex tkopri l-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-iskopijiet tal-ħżin ġeoloġiku mill-impjanti koperti minn dik id-Direttiva. Id-Direttiva 2004/35/KE għandha tiġi emendata biex tkopri t-tħaddim tas-siti tal-ħżin skond din id-Direttiva. |
(35) Id-Direttiva 85/337/KEE għandha tiġi emendata biex tkopri l-qbid u t-trasport tal-flussi tas-CO2 għall-iskopijiet tal-ħżin ġeoloġiku kif ukoll is-siti tal-ħżin skond din id-Direttiva. Id-Direttiva 96/61/KE għandha tiġi emendata biex tkopri l-qbid tal-flussi tas-CO2 għall-iskopijiet tal-ħżin ġeoloġiku mill-impjanti koperti minn dik id-Direttiva. Id-Direttiva 2004/35/KE għandha tiġi emendata biex tkopri t-trasport tas-CO2 għall-iskopijiet tal-ħżin ġeoloġiku u t-tħaddim tas-siti tal-ħżin skond din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
It-trasport tas-CO2 għandu wkoll ikun fl-ambitu tad-Direttiva dwar ir-responsabilità ambjentali (2004/35/KE). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 37 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(37) It-tranżizzjoni għal ġenerazzjoni ta’ l-elettriku b’ammont baxx ta’ karbonju teħtieġ li jsiru investimenti ġodda fil-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku mill-karburanti fossili b’mod li jiffaċilita tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet. Għal dan il-għan, id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni għandha tiġi emendata biex tirrikjedi li l-impjanti kollha tal-kombustjoni, li għalihom il-liċenzja tal-kostruzzjoni oriġinali jew il-liċenzja oriġinali biex joperaw tkun ingħatat wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, ikollhom spazju xieraq fis-sit ta’ l-istallazzjoni għat-tagħmir neċessarju biex jinġabar u jiġi kkompressat is-CO2 u li d-disponibbiltà ta’ siti tal-ħżin u networks tat-trasport xierqa, kif ukoll il-vijabbiltà teknika tal-konverżjoni għall-ġbir tas-CO2, ikunu ġew valutati. |
(37) It-tranżizzjoni għal ġenerazzjoni ta’ l-elettriku b’ammont baxx ta’ karbonju teħtieġ li jsiru investimenti ġodda l-ewwel u qabel kollox, f'forom alternattivi tal-enerġija bħall-enerġija rinnovabbli, u t-tieni nett, fil-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku mill-karburanti fossili b’mod li jiffaċilita tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet. Għal dan il-għan, id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni għandha tiġi emendata biex tirrikjedi li l-impjanti kollha tal-kombustjoni, li għalihom il-liċenzja tal-kostruzzjoni oriġinali jew il-liċenzja oriġinali biex joperaw tkun ingħatat wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, ikollhom spazju xieraq fis-sit ta’ l-istallazzjoni għat-tagħmir neċessarju biex jinqabad u jiġi kkompressat is-CO2 u li d-disponibbiltà ta’ siti tal-ħżin u networks tat-trasport xierqa, kif ukoll il-vijabbiltà teknika tal-konverżjoni għall-qbid tas-CO2, ikunu ġew valutati. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas legali għall-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (minn hawn 'il quddiem "CO2"). |
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas legali għat-trasport u għall-ħżin ġeoloġiku li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tad-dijossidu tal-karbonju (minn hawn 'il quddiem "CO2") biex jingħata kontribut għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-iskop tal-ħżin ġeoloġiku huwa l-ġbir permanenti tas-CO2 b’mod li jipprevjeni jew inaqqas kemm jista’ jkun l-effetti negattivi fuq l-ambjent u kwalunkwe riskju li jirriżulta għas-saħħa tal-bniedem. |
2. L-iskop tal-ħżin ġeoloġiku huwa li jipprovdi alternattiva għar-rilaxx tas-CO2 fl-atmosfera billi jinżamm b'mod permanenti u sikur taħt l-art b'mod li jipprevjeni, jew meta dan ma jkunx fattibbli, jelimina kemm jista' jkun kwalunkwe impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 - paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fit-territorju ta’ l-Istati Membri, fiż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom u fil-pjattaformi kontinentali tagħhom skond it-tifsira tal-Konvenzjoni tal-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS). |
1. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fit-territorju ta’ l-Istati Membri, fiż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom u fil-pjattaformi kontinentali tagħhom skond it-tifsira tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS). L-irkuprar imtejjeb tal-idrokarburi għandu jkun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-irkupru mtejjeb tal-idrokarburi diġà qed iseħħ u huwa attività ekonomikament vijabbli. Barra minn hekk, l-irkuprar imtejjeb tal-idrokarburi ma jwassalx neċċessarjament għal tnaqqis nett tal-emissjonijiet. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 - paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
2. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 li jsir għar-riċerka, għall-iżvilupp jew għall-ittestjar ta’ prodotti jew proċessi ġodda. |
2. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 li jsir għar-riċerka, għall-iżvilupp jew għall-ittestjar ta’ prodotti jew proċessi ġodda, u lanqas għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 jew ta' taħlitiet ta' gassijiet li jkun fihom is-CO2 u li jkunu qed jiġu injettati sabiex ikun hemm użu tal-idrokarburi fis-sit tal-ħżin u bħala miżura biex jiżdied dan l-użu. Għandha, madankollu, tapplika għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni u dawk kummerċjali bi ħżin intenzjonat totali ta’ 100 kilo tunnellata jew aktar. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Ma ġiex iċċarat b'mod li ma jħalli l-ebda lok għall-ambigwità jekk meta jiġi injettat is-CO2 sabiex jiżdied l-użu tal-idrokarburi (l-irkuprar imtejjeb taż-żejt jew tal-gass), dan ikunx eskluż mill-ambitu tad-Direttiva jew jekk id-Direttiva tħallix li dan eventwalment jiġi interpretat mill-Istati Membri. Hemm bżonn ta’ kjarifika. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Intenzjonata li ma teskludix l-applikazzjoni tad-Direttiva għall-proġetti kummerċjali tal-ħżin tas-CO2. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 - paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
3. Il-ħżin tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi li jestendu lil hinn miż-żona msemmija f’paragrafu 1 m’għandhiex tkun permessa. |
3. Il-ħżin tas-CO2 f'sit tal-ħżin b'kumpless tal-ħżin li jestendi lil hinn miż-żona msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tkun permessa. Dan m’għandux japplika fejn livell ta’ protezzjoni kumparabbli ma’ dak ipprovdut minn din id-Direttiva huwa garantit għall-kumpless tal-ħżin kollu kemm hu. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Formazzjonijiet ġeoloġiċi jistgħu jestendu għal eluf ta’ kilometri. Għalhekk, ma jkunx utli li jkun hemm projbizzjoni tal-ħżin f’formazzjoni ġeoloġika li tmur lil hinn mill-fruntieri tal-UE. Madankollu, f’dawk il-postijiet fejn is-CO2 jinħażen f'sit b’kumpless ta’ ħżin li jmur lil hinn mill-fruntieri tal-UE, jeħtieġ li jiġi żgurat li s-CO2 maħżun ma jkunx jista’ joħroġ min-naħa l-oħra tal-fruntiera b’impunità. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
4. Il-ħżin tas-CO2 fil-kolonna ta’ l-ilma m’għandux ikun permess. |
4. Il-ħżin tas-CO2 fil-kolonna ta’ l-ilma jew f'qiegħ il-baħar m’għandux ikun permess. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 - punt 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(1) 'ħżin ġeoloġiku tas-CO2' tfisser l-injezzjoni u l-ħżin tan-nixxiegħat tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi taħt l-art; |
(1) 'ħżin ġeoloġiku tas-CO2' tfisser l-injezzjoni u l-ħżin li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-flussi tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi taħt l-art; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 1, paragrafu 1. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 - punt 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1a) ‘irkupru mtejjeb tal-idrokarburi’ tfisser l-irkupru tal-idrokarburi minbarra dak li jseħħ b’mod naturali permezz tal-injezzjoni ta’ likwidu jew mezzi oħra; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Definizzjoni ta’ rkupru mtejjeb tal-idrokarburi. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 – punt 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(3) 'sit tal-ħżin' tfisser formazzjoni ġeoloġika speċifika użata għall-ħżin ġeoloġiku tas- CO2; |
(3) 'sit tal-ħżin' tfisser żona definita f'formazzjoni ġeoloġika użata għall-ħżin ġeoloġiku tas- CO2; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 – punt 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(5) 'tnixxija' tfisser kwalunkwe rilaxx ta’ CO2 mill-kumpless tal-ħżin; |
(5) 'tnixxija' tfisser kwalunkwe rilaxx ta’ CO2 mill-kumpless tal-ħżin li jista' jitkejjel; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 - punt 6 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6a) "unità idrawlika" tfisser spazju poruż b’konnessjoni idrawlika fejn il-komunikazzjoni tal-pressa tista’ titkejjel permezz ta’ mezzi tekniċi u li huwa mdawwar minn ostakli għall-flussi (imperfezzjonijiet, depożiti tal-melħ, limiti litoloġiċi) jew minn postijiet fejn il-formazzjoni hija mtella' jew esposta fil-wiċċ tal-art; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Diversi unitajiet ta’ ħżin ikunu jistgħu jinsabu fi struttura magħrufa bħala unità idrawlika. Unità idrawlika testendi lil hinn miz-żona koperta minn ‘kumpless ta’ ħżin’ kif definit fl-Artikolu 3(6). Fi struttura bħal din, operazzjonijiet paralleli ta’ injezzjoni jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq xulxin, u għal din ir-raġuni għandhom jinħarġu permessi tal-ħżin biss lil operatur wieħed fi kwalunkwe mument. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 – punt 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(7) 'esplorazzjoni' tfisser il-valutazzjoni ta’ kumplessi tal-ħżin potenzjali permezz ta’ proċedura speċifika inklużi attivitajiet bħat-twettiq ta’ stħarriġ ġeoloġiku b’mezzi fiżiċi jew kimiċi u t-tħaffir biex tinkiseb informazzjoni ġeoloġika dwar l-istrata fil-kumpless tal-ħżin potenzjali. |
(7) 'esplorazzjoni' tfisser il-valutazzjoni ta’ kumplessi tal-ħżin potenzjali permezz ta’ proċedura speċifika inklużi attivitajiet bħat-twettiq ta’ stħarriġ ġeoloġiku b’mezzi fiżiċi jew kimiċi u t-tħaffir biex tinkiseb informazzjoni ġeoloġika dwar l-istrata fil-kumpless tal-ħżin potenzjali, u testijiet tal-injezzjoni biex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi tas-sit tal-ħżin. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 - punt 8 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(8) 'permess għall-esplorazzjoni' tfisser deċiżjoni bil-miktub u motivata li tawtorizza l-esplorazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva; |
(8) ‘permess għall-esplorazzjoni’ tfisser deċiżjoni bil-miktub u motivata li tawtorizza l-esplorazzjoni f’formazzjoni ġeoloġika li nstabet li hija adegwata skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4, maħruġa mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skond ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali u ta’ din id-Direttiva; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda tagħti definizzjoni iktar preċiża tal-awtorità li toħroġ il-permess ta’ esplorazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
M’għandhom jingħataw l-ebda permessi għall-esplorazzjoni tas-siti sakemm is-sit ma jkunx assolutament sikur. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 - punt 9 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9a) 'operatur tat-trasport' tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali, privata jew pubblika, li topera jew tikkontrolla t-trasport tas-CO2 lejn is-sit tal-ħżin jew li jkun ġie ddelegat lilha l-poter ekonomiku deċiżiv dwar il-funzjonament tekniku tan-netwerk tat-trasport skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-operatur tat-trasport huwa definit u għandu jkun kompletament separat mill-operatur tas-sit tal-ħżin u l-ġeneratur tal-enerġija. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 - punt 10 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(10) 'il-permess għall-ħżin' tfisser deċiżjoni bil-miktub u motivata li tawtorizza l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 f’sit tal-ħżin, maħruġ mill-awtorità kompetenti skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva; |
(10) 'il-permess għall-ħżin' tfisser deċiżjoni bil-miktub u motivata li tawtorizza l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 f’sit tal-ħżin, li jkun fiha l-elementi kollha meħtieġa skont l-Artikolu 9 u li tispeċifika l-kundizzjonijiet li fihom jista' jsir ħżin bħal dan, maħruġ mill-awtorità kompetenti skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Permess għall-ħżin għandu jinkludi l-elementi kollha stipulati fl-Artikolu 9. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 – punt 11 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(11) 'bidla sostanzjali' tfisser bidla li jista’ jkollha effetti sinifikanti fuq l-ambjent; |
(11) 'bidla sostanzjali' tfisser bidla li mhix kompatibbli mal-permess għall-ħżin jew li tista' tirriżulta f'riskju akbar ta' tnixxija jew li jista’ jkollha effetti sinifikanti fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 – paragrafu 16 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(16) 'irregolarità sinifikanti' tfisser kwalunkwe irregolarità fl-operazzjonijiet ta’ l-injezzjoni jew tal-ħżin jew fil-kundizzjoni tas-sit innifsu, li timplika r-riskju ta’ tnixxija; |
(16) 'irregolarità sinifikanti' tfisser kwalunkwe irregolarità fl-operazzjonijiet ta’ l-injezzjoni jew tal-ħżin, jew fil-prestazzjoni tal-kumpless tal-ħżin, li jżid b'mod sostanzjali r-riskju ta’ tnixxija jew ir-riskji għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-għan ewlieni huwa li jiġi żgurat li l-ħżin tas-CO2 ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u jkun sikur għas-saħħa tal-bniedem. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Id-definizzjoni ta' "irregolarità sinifikanti" għandha tkun marbuta b'mod speċifiku mal-possibilità li tkun ġrat xi ħaġa taħt il-wiċċ tal-art li turi bżonn reali ta' miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu biex ikun evitat ir-riskju tal-possibilità ta' tnixxija fil-ġejjieni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 – punt 17 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(17) 'miżuri korrettivi' tfisser kwalunkwe miżuri meħuda biex jiġu korretti irregolaritajiet sinifikanti jew biex jingħalqu tnixxijiet sabiex jiġi mwaqqaf jew imminimizzat ir-rilaxx tas-CO2 mill-kumpless tal-ħżin; |
(17) 'miżuri korrettivi' tfisser kwalunkwe miżuri meħuda biex jiġu korretti irregolaritajiet sinifikanti jew biex jingħalqu tnixxijiet sabiex jiġi evitat jew imwaqqaf ir-rilaxx tas-CO2 mill-kumpless tal-ħżin; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 - punt 18 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(18) 'għeluq' ta’ sit tal-ħżin tas-CO2 tfisser it-tmiem definit ta’ l-injezzjoni tas-CO2 f’dak is-sit tal-ħżin; |
(18) 'għeluq' ta’ sit tal-ħżin tas-CO2 tfisser it-tmiem definit ta’ l-injezzjoni tas-CO2 f’dak is-sit tal-ħżin li jinkludi l-miżuri ta’ waqfien mill-użu bħal pereżempju t-tneħħija tal-faċilitajiet tal-injezzjoni u l-issiġillar tas-sit tal-ħżin; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Fil-kuntest tal-minjieri, it-terminu ‘għeluq’ jinkludi l-attivitajiet ta’ rtirar u għalhekk għandu jintuża f’dak is-sens hawnhekk ukoll. It-terminu mhuwiex qed jintuża b’mod uniformi fit-test sussegwenti, fejn f’ċerti każijiet, bħal pereżempju hawnhekk fil-punt 18, qed ifisser biss ‘it-tmiem tal-operazzjonijiet tal-injezzjoni tas-CO2’ u f’kuntesti oħra qed jinkludi l-attivitajiet ta’ rtirar. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 - punt 20 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(20a) ‘impjant lest għall-qbid tfisser impjant ta’ kombustjoni [b’kapaċità ta’ 300 megawatt (termali) jew aktar] li jkollu l-ispazju xieraq fis-sit tal-istallazzjoni għat-tagħmir neċessarju biex jinqabad u jiġi kkompressat is-CO2 u fejn id-disponibilità ta’ siti adegwati tal-ħżin u faċilitajiet adegwati ta’ trasport ġiet evalwata kif suppost. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Id-definizzjoni tkun meħtieġa għall-proposta Pollakka biex isir tibdil fit-test tal-Artikolu 35a u biex jitħassar l-Artikolu 32. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 - punt 20 b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(20b) ‘monitoraġġ’ tfisser il-ġbir tad-data u l-obbligi tar-rappurtar, permezz tal-modi kollha possibbli deskritti fl-Anness I, biex jiġi żgurat li s-CO2 jinħażen b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent fi tliet fażijiet: | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) id-data ta' qabel l-injezzjoni jew tal-isfond, | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) waqt l-injezzjoni, jew waqt l-operazzjoni tas-sit tal-ħżin, u | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) l-obbligi ta' waqt l-għeluq, u ta' wara l-għeluq jew tal-monitoraġġ permanenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-fażijiet kollha tal-monitoraġġ għandhom jiġu soġġetti għal verifika adegwata u separata u għal proċeduri ta’ validazzjoni, skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-monitoraġġ huwa l-proċess ta’ verifika biex jiġi żgurat li: | |||||||||||||||||||||||||||||||
a. jintlaħaq “limitu stabbilit”, | |||||||||||||||||||||||||||||||
b. jiġi rreġistrat li din l-attività ta’ monitoraġġ seħħet, u | |||||||||||||||||||||||||||||||
c. jiġu rrapportati r-riżultati. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 - punt 20 c (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(20c) ‘verifika’ tfisser il- proċess biex jiġi żgurat li l-proċeduri ta’ monitoraġġ - skont l-għarfien xjentifiku - qegħdin jiġu implimentati; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-monitoraġġ għandu jkun akkumpanjat minn verifika u validazzjoni, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tas-sit. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 - punt 20 d (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(20d) ‘proġetti ta’ dimostrazzjoni’ tfisser proġetti maħsuba biex sal-2015 juru l-applikazzjoni fit-tul taż-żmien tal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-proġetti ta’ dimostrazzjoni msemmija fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tar-Rebbiegħa 2007 u 2008 se jipprovdu l-esperjenza prattika meħtieġa fir-rigward tal-użu tat-teknoloġija tas-CCS fil-livell industrijali. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 4 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri jżommu d-dritt li jiddeterminaw iż-żoni li minnhom jistgħu jintgħażlu siti tal-ħżin skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. |
1. L-Istati Membri jżommu d-dritt li jiddeterminaw u jimmonitoraw iż-żoni li minnhom jistgħu jintgħażlu siti tal-ħżin skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u fuq il-bażi ta' servej ġeoloġiku sħiħ. Dan jinkludi d-dritt tal-Istati Membri li ma jippermettu l-ebda ħżin f'partijiet tat-territorju jew fit-territorju kollu tagħhom. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda żżid l-element importanti ta' servej ġeoloġiku sħiħ. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Din is-sentenza għandha tiġi inkluża biex tikkjarifika d-drittijiet tal-Istati Membri. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a. L-Istati Membri għandhom jagħmlu evalwazzjoni realistika tal-kapaċità ta' ħżin li hija disponibbli fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri għandhom jibgħatu dawn l-evalwazzjonijiet lill-Kummissjoni qabel l-2012. Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
S'issa ma nafux x'kapaċità ta' ħżin hija disponibbli fl-Ewropa. Hemm stimi differenti iżda dawn mhumiex verament preċiżi. Huwa importanti li nkunu nafu kemm verament nistgħu naħżnu CO2. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 4 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
2. Formazzjoni ġeoloġika għandha tiġi magħżula bħala sit tal-ħżin biss, jekk taħt il-kundizzjonijiet ta’ l-użu proposti ma jkun hemm l-ebda riskju sinifikanti ta’ tnixxija, u jekk l-ebda impatti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa ma jkunu probabbli li jiġru. |
2. Formazzjoni ġeoloġika għandha tiġi magħżula bħala sit tal-ħżin biss, jekk l-applikazzjoni tal-kriterji speċifikati fl-Anness I turi li taħt il-kundizzjonijiet ta’ l-użu proposti ma ġie identifikat l-ebda riskju. Is-sit tal-ħżin magħżul m'għandux jipperikola għażliet oħra tal-enerġija bħas-sorsi rinnovabbli jew is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-UE. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 4 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-adegwatezza ta’ formazzjoni ġeoloġika għall-użu bħala sit tal-ħżin għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ karatterizzazzjoni u valutazzjoni tal-kumpless tal-ħżin potenzjali u tal-madwar skond il-kriterji speċifikati fl-Anness I. |
3. L-adegwatezza ta’ formazzjoni ġeoloġika għall-użu bħala sit tal-ħżin għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ karatterizzazzjoni u valutazzjoni tal-kumpless tal-ħżin potenzjali u tal-madwar skond il-kriterji speċifikati fl-Anness I u billi jiġu segwiti l-aħjar prattika u l-linji gwida li għandhom jiġu żviluppati mill-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-annessi jipprovdu l-qafas bażiku meħtieġ biex jiġi evalwat sit ta' ħżin potenzjali imma l-proċess ta' implimentazzjoni għandu jittejjeb, u jaf ikun hemm aktar fiduċja mill-pubbliku jekk jiddaħħal ir-rekwiżit li għandha tkun segwita l-aħjar prattika u li jsiru linji ta' gwida biex ikunu ta' għajnuna għall-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 4 – paragrafu 3 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
3a. Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-interessi ekonomiċi essenzjali tal-Istati Membri marbuta mad-depożiti tal-idrokarburi. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Dan il-paragrafu jeħtieġ li jiddaħħal biex ikunu ċċarati d-drittijiet tal-Istati Membri. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 5 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-esplorazzjoni jkunu miftuħa għall-entijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi ppubblikati. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-esplorazzjoni jkunu miftuħa għall-entitajiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi, ippubblikati u mhux diskriminatorji. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-proċeduri għandhom iqisu l-fatt li d-data miksuba waqt l-esplorazzjoni se tkun il-proprjetà tad-detenturi tal-permessi tal-esplorazzjoni u dawn se jkollhom il-prijorità jekk japplikaw għal permess tal-ħżin qabel jagħlaq il-permess tal-esplorazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jdaħħlu rekwiżiti għall-bejgħ sussegwenti jew għat-trasferiment tad-data miksuba fil-perjodu tal-validità tal-permess tal-esplorazzjoni sabiex tkun iffaċilitata kull kompetizzjoni sussegwenti għal permess tal-ħżin, jekk id-detentur tal-permess tal-esplorazzjoni ma jkunx jixtieq japplika għal permess tal-ħżin jew jekk ma jkunx jissodisfa xi kundizzjonijiet oħra. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għandha tinstab soluzzjoni għall-potenzjal ta' kontradizzjoni fil-proċeduri proposti mill-Kummissjoni. Filwaqt li l-proċess biex jingħataw il-permessi kemm għall-esplorazzjoni kif ukoll għall-ħżin sussegwenti m'għandux ikun diskriminatorju, mhux se jkun hemm inċentiv biex l-esplorazzjoni ssir fuq bażi kummerċjali, sakemm ma jkunx il-każ li dawk li jagħmluha jkunu jistgħu jidħlu wkoll għall-ħżin tas-CO2 jew jingħatalhom kumpens għall-investiment tagħhom. Il-proċedura għall-għoti tal-permessi tal-esplorazzjoni għandha għalhekk tqis il-fatt li din hija marbuta b'mod dirett mal-proċedura għall-għoti sussegwenti tal-permessi tal-ħżin. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 5 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
3. Il-permessi għall-esplorazzjoni għandhom jingħataw għal żona u volum limitat u għal massimu ta’ sentejn, li jkunu jistgħu jiġġeddu darba għal massimu ta’ sentejn. |
3. Il-permessi għall-esplorazzjoni għandhom jingħataw għal żona ta' volum limitat u għal perjodu massimu ta' tliet snin, biex jagħmluha possibbli li jitwettqu l-attivitajiet li nħareġ għalihom il-permess għall-esplorazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-perjodu ta' validità ta' permess għall-esplorazzjoni m'għandux ikun iktar miż-żmien stmat li hu meħtieġ biex titwettaq l-attività li għaliha kien maħruġ. Awtorità kompetenti tista' testendi l-permess għall-esplorazzjoni jekk il-perjodu ta' validità tiegħu ma jkunx biżżejjed biex titlesta l-attività kkonċernata u l-attività twettqet f'konformità mal-permess għall-esplorazzjoni. F'dan il-każ, l-estensjoni għandha tkun għal perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 5 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
4. Id-detentur ta’ permess għall-esplorazzjoni għandu jkollu l-uniku dritt li jesplora il-kumpless ta’ ħżin tas-CO2 potenzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda użijiet konfliġġenti tal-kumpless ma jiġu permessi matul il-perjodu ta’ validità tal-permess. |
4. Id-detentur ta’ permess għall-esplorazzjoni għandu jkollu l-uniku dritt li jesplora il-kumpless ta’ ħżin tas-CO2 potenzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda użu konfliġġenti tal-kumpless ma jiġi permess matul il-perjodu ta’ validità tal-permess u li l-interessi u d-drittijiet tal-proprjetà ta' partijiet terzi li diġà kellhom liċenzji għall-produzzjoni ta' idrokarburi, faħam jew minerali oħra se jkunu rispettati u ssalvagwardjati meta jingħataw il-permessi għall-esplorazzjoni ta' siti ta' ħżin tas-CO2. Fejn id-detentur tal-permess għall-esplorazzjoni, mat-tlestija ta' esplorazzjoni li kellha suċċess, japplika għal permess għall-ħżin, l-applikazzjoni tiegħu għandha tingħata trattament preferenzjali. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tenfasizza d-drittijiet ta' intrapriżi oħra li joperaw fl-istess żona ġeografika. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Id-ditti tal-esplorazzjoni jinvestu riżorsi sustanzjali fl-esplorazzjoni tal-ħamrija ta' taħt il-wiċċ u jgħaddu mir-riskju ta' falliment. Din l-emenda għandha l-għan li tinkoraġġixxi r-rieda li ssir l-esplorazzjoni tal-ħamrija ta' taħt il-wiċċ bl-għan li jiġi ddeterminat jekk hix xierqa għall-ħżin tas-CO2. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 5 – paragrafu 4 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
4a. Il-permess għall-esplorazzjoni ma jibqax validu mid-data ta' meta jagħlaq sakemm qabel din id-data d-detentur tiegħu ma japplikax għal permess għall-ħżin fl-istess zona skont l-Artikolu 6. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Id-detentur tal-permess għall-esplorazzjoni għandu jkollu d-dritt uniku li japplika għal permess għall-ħżin skont l-Artikoli 6 u 7 sad-data ta' meta jagħlaq il-permess. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-monitoraġġ qabel l-injezzjoni għandu jkun propost u inkluż fil-permess għall-esplorazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
The potential for contradiction in the procedures proposed by the Commission must be resolved. While the process of awarding both exploration and subsequent storage permits should ideally be non-discriminatory there will be no incentive for carrying out exploration work on a commercial basis unless the likelihood exists that those who do it will also be able to undertake CO2 storage or be recompensed for their investment. It must also be assumed that holders of exploration permits will retain the intellectual and commercial rights to the data they gather, and that it will be impossible for others to operate a storage site unless they purchase the rights to this data. The holders of an exploration permit must therefore be given preference when the procedure for the award of a storage permit commences. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Pre-injection monitoring is very important to ensure that there is relevant data available, and thus proper monitoring later. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 6 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda sit tal-ħżin ma jiġi mħaddem mingħajr permess għall-ħżin. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda sit tal-ħżin ma jiġi mħaddem mingħajr permess għall-ħżin, li għandu jkun hemm operatur wieħed biss għal kull sit ta' ħżin, u li ma jitħalla jsir l-ebda użu konfliġġenti tal-kumpless tal-ħżin waqt il-perjodu ta' validità tal-permess. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Biex ikun żgurat li kollox ikun ċar fir-rigward tar-responsabilitajiet, għandu jkun hemm operatur wieħed biss għal kull sit ta' ħżin; għandha ssir enfasi dwar dan biex ikunu evitati kunflitti li jista' jkun hemm ma' detenturi tad-drittijiet taż-żejt fil-każ ta' ħżin offshore. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 6 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-ħżin jkunu miftuħa għall-entijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi ppubblikati. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-ħżin ikunu miftuħa għall-entitajiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi, ippubblikati u mhux diskriminatorji. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Kriterji oġġettivi u ppubblikati mhumiex biżżejjed biex jiżguraw nuqqas ta’ diskriminazzjoni, li madankollu huwa kriterju importanti li għandu jiġi ggarantit fis-suq intern. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
2α. L-Istati Membri għandhom ikollhom id-dritt li jirrifjutaw permessi ta' ħżin minħabba raġunijiet serji. Rifjut bħal dan għandu jkun issostanzjat kif suppost. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li ma joħorġux permessi tal-ħżin jekk jeżistu raġunijiet serji għal dan, bħan-nuqqas tal-applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji jew in-nuqqas ta' sodisfazzjon tal-kriterji oġġettivi li jkunu saru magħrufa. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 62 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
L-applikazzjonijiet lill-awtorità kompetenti għall-permessi għall-ħżin għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja: |
L-applikazzjonijiet lill-awtorità kompetenti għall-permessi għall-ħżin għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Din iż-żieda hija bbażata fuq it-test tad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali: hija tiżgura li d-direttiva sempliċiment tistipula r-rekwiżiti minimi għall-applikazzjonijiet għall-permessi u li l-Istati Membri, jekk ikun hemm bżonn, jistgħu jitolbu iktar dokumentazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 63 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 – punt 3 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3a) evalwazzjoni finanzjarja tal-ispiża tal-qbid u l-ħżin sikur tas-CO2. Din se tqis mezzi alternattivi tal-forniment tal-enerġija meħtieġa permezz ta' miżuri bħat-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija min-naħa tad-domanda u kif ukoll l-enerġija li tiġġedded; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Evalwazzjoni finanzjarja tal-qbid u l-ħażna tal-karbonju hija meħtieġa għall-impjanti l-ġodda kollha, sabiex jingħataw indikazzjonijiet ċari lill-investituri dwar l-ispiża reali tal-enerġija mill-impjanti tal-fjuwils fossili bis-CO2. Din għandha titqabbel ma' mezzi oħra li bihom tista' tkun issodisfata l-ħtieġa tal-enerġija min-naħa tad-domanda b'titjib fl-effiċjenza tal-enerġija u/jew provvista ta' enerġija rinnovabbli. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 64 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(4) il-kwantità totali tas-CO2 li għandha tiġi injettata u maħżuna kif ukoll is-sorsi prospettivi, il-kompożizzjoni tan-nixxiegħat tas-CO2 u r-rati ta’ l-injezzjoni; |
(4) il-kwantità totali tas-CO2 li tista' tiġi injettata u maħżuna, skont il-karatteristiċi taż-żona tal-ħżin, kif ukoll is-sorsi prospettivi, il-kompożizzjoni tal-flussi tas-CO2, ir-rati u l-pressa ta’ l-injezzjoni, is-sit tal-faċilitajiet tal-injezzjoni u l-metodi tat-trasport; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Dan it-tagħrif essenzjali huwa meħtieġ sabiex issir evalwazzjoni xierqa. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 65 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 – punt 4 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4a) Deskrizzjoni tal-miżuri għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet sinifikanti; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Id-dokumenti li l-applikant bħalissa mitlub jipprovdi ma jinkludux dettalji dwar miżuri li jittieħdu bil-quddiem biex ikunu evitati irregolaritajiet sinifikanti fl-operazzjoni normali. Fl-interess ta' standards uniformi fl-Ewropa kollha, u biex it-test isir konformi mad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali, l-Artikolu 7 għandu jkun estiż biex jinkludi dawn id-dettalji. Grazzi għad-definizzjoni l-ġdida ta' 'irregolaritajiet sinifikanti', din iż-żieda tkopri kemm it-tnixxijiet u kemm riskji oħra għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 66 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 - punt 4 b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4b) id-disponibilità ta' trasport li jgħaqqad is-sit ma' postijiet ta' qbid prospettivi, kif ukoll il-vijabilità ekonomika tiegħu, filwaqt li titqies id-distanza tas-sit tal-ħżin minn postijiet bħal dawn; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jafu fejn il-ħżin jista' fil-fatt isir. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 67 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 – punt 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(6) pjan ta’ miżuri korrettivi propost skond l-Artikolu 16(2); |
(6) pjan ta’ miżuri korrettivi propost skond l-Artikolu 16(2), inklużi miżuri ta' evakwazzjoni f'emerġenzi; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Hemm bżonn li jkun hemm pjan tajjeb għall-evakwazzjoni f'każijiet ta' emerġenza. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 68 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(9) prova tal-garanzija finanzjarja jew mezz ieħor ekwivalenti kif meħtieġ taħt l-Artikolu 19. |
(9) prova tal-pożizzjoni finanzjarja tal-applikant u tal-kapaċità tiegħu li jistabbilixxi l-garanzija adegwata jew mezz ieħor ekwivalenti kif meħtieġ skont l-Artikolu 19 qabel il-bidu tal-proċess tal-injezzjoni tas-CO2; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għall-iskop tad-Direttiva, prova tal-pożizzjoni finanzjarja tal-intrapriża, jew tal-kumpanija prinċipali tagħha, għandha tkun biżżejjed fil-waqt li ssir l-applikazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Is-sigurtà finanzjarja hija għodda importanti biex jiġi żgurat li l-operaturi jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva, u għaldaqstant għandha tiġi stabbilita f'livell adegwat. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 69 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 9 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9a) pjan propost ta'informazzjoni u konsultazzjoni pubblika skont id-Direttiva 2003/4/KE li għandu jipprova jiżgura li l-akbar ammont ta' tagħrif tekniku u dak dwar it-teħid ta' deċiżjonijiet isir disponibbli għall-pubbliku meta ssir l-applikazzjoni għall-ewwel darba u meta jsiru xi reviżjonijiet, u li l-pubbliku jkollu opportunità formali li jibgħat il-kummenti tiegħu lill-awtorità kompetenti; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Dan ikompli jsaħħaħ ir-rekwiżiti legali eżistenti rigward l-għoti ta' tagħrif dwar l-ambjent. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 70 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 8 – punt 1 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(1) l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li: |
(1) l-awtorità kompetenti, fuq il-bażi tal-applikazzjoni mressqa skont l-Artikolu 7, tkun sodisfatta li: | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-proċess tar-reviżjoni tal-abbozzi ta' permessi tal-ħżin iwassal għal dewmien u kumplessità fil-proċess tal-applikazzjoni. Nissuġġerixxu li r-regolamenti nazzjonali għandhom jirrikjedu li l-Kummissjoni tkun infurmata meta jinħarġu permessi ġodda. L-Istati Membri fl-istess ħin għandu jkollhom l-għażla li jieħdu opinjoni oħra mill-Kummissjoni, li ma tkunx torbot, dwar abbozz ta' permess, bħala għajnuna globali fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 71 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 8 – punt 1 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(a) ir-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ din id-Direttiva jkunu ntlaħqu; |
(a) ir-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ din id-Direttiva u tal-liġi Komunitarja rilevanti jkunu ntlaħqu; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Din ir-referenza tagħmilha ċara li tapplika l-liġi Komunitarja. | |||||||||||||||||||||||||||||||
It-test tal-Artikolu 8 kollu kemm hu huwa pjuttost vag rigward jekk jiggarantixxix li r-rifjut ta' permess għall-ħżin hix se tkun obbligatorja jekk ma jkunux issodisfati rekwiżiti partikolari. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 72 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 8 – punt 1 – punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(b) il-ġestjoni tas-sit tal-ħżin tkun se tkun f’idejn persuna naturali li hija teknikament kompetenti u affidabbli biex tmexxi s-sit; żvilupp u taħriġ professjonali u tekniku ta’ din il-persuna u ta’ l-istaff kollu jkun ipprovdut; |
(b) il-ġestjoni tas-sit tal-ħżin tkun f’idejn operatur finanzjarjament sod u teknikament kompetenti; wieħed għandu jaħseb għat-taħriġ, l-iżvilupp professjonali u tekniku tal-persunal kollu; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 73 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ba) fil-każ li aktar minn operatur wieħed ikunu qegħdin jinjettaw fl-istess sistema konnessa b'mod idrostatiku, l-interazzjonijiet potenzjali tal-pressjoni ikunu tali li ż-żewġ siti ikunu jistgħu jissodisfaw fl-istess ħin ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-awtorità kompetenti għandha tieħu ħsieb li ma toħroġx permessi lil żewġ operaturi li jistgħu jużaw kumpless ta' ħżin li jkun konness b'mod idrostatiku, l-aktar minħabba li jekk ikun hemm operazzjonijiet ta' injezzjoni paralleli, ikun diffiċli li wieħed jaċċerta ruħu dwar kif ikunu allokati r-responsabilitajiet. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 74 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 9 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
Il-permess għandu jkun fih dan li ġej: |
Il-permess għandu jkun fih mill-inqas dan li ġej: | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
B'analoġija mad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali, din iż-żieda għandha l-għan li tiżgura li d-direttiva sempliċiment tistipula r-rekwiżiti minimi rigward il-kontenut tal-permess u li l-Istati Membri, jekk ikun hemm bżonn, jistgħu jimponu kundizzjonijiet ulterjuri. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 75 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 9 – punt 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(2) il-lokalizzazzjoni u d-delimitazzjoni preċiża tas-sit tal-ħżin u tal-kumpless tal-ħżin; |
(2) il-lokalizzazzjoni u d-delimitazzjoni preċiża tas-sit tal-ħżin, tal-kumpless tal-ħżin u tas-sistema idrawlika; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Aġġustament f'konformità mal-emendi li joħolqu l-Artikolu ġdid 3(6a) u l-Artikolu ġdid 8(1). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 76 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 9 – punt 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(3) il-kwantità totali ta’ CO2 awtorizzata li tiġi maħżuna ġeoloġikament u r-rati massimi ta’ injezzjoni; |
(3) regoli li jirregolaw il-bidu u l-operazzjoni tas-sit tal-ħżin, il-kwantità totali ta’ CO2 awtorizzata li tiġi maħżuna ġeoloġikament u r-rati u l-pressa massimi ta’ injezzjoni; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-ewwel żieda sservi biex tarmonizza t-test mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tat-terraferma artifiċjali; l-inklużjoni tal-pressa tal-injezzjoni tirriżulta miż-żieda għall-Artikolu 7(4). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 77 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 9 – punt 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(4) ir-rekwiżiti għall-kompożizzjoni tan-nixxiegħa tas-CO2 u l-proċedura ta’ aċċettazzjoni tas-CO2 skond l-Artikolu 12, u, jekk ikun meħtieġ, rekwiżiti oħra għall-injezzjoni u l-ħżin; |
(4) ir-rekwiżiti għall-kompożizzjoni tal-fluss tas-CO2 u l-proċedura ta’ aċċettazzjoni tas-CO2 skond l-Artikolu 12, u, jekk ikun meħtieġ, rekwiżiti oħra għall-injezzjoni u l-ħżin, b'mod partikulari biex ikunu evitati irregolaritajiet sinifikanti; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Tkompli mal-emenda għall-Artikolu 7(4). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 78 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 9 – punt 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(5) il-pjan ta’ monitoraġġ approvat, l-obbligazzjoni li jiġi implimentat il-pjan u r-rekwiżiti għall-aġġornament tiegħu skond l-Artikolu 13 kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ rrappurtar skond l-Artikolu 14; |
(5) il-pjanijiet ta’ monitoraġġ u emerġenza approvati, l-obbligu li jiġu implimentati l-pjanijiet u r-rekwiżiti għall-aġġornament tagħhom skond l-Artikolu 13 kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ rrappurtar skond l-Artikolu 14; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex tiżdied il-fiduċja tal-pubbliku fis-sikurezza tas-CCS. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 79 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 10 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-reviżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-abbozzi tal-permessi għall-ħżin |
Ir-reviżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-abbozzi tal-permessi għall-ħżin | ||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozzi tal-permessi għall-ħżin kollha, l-applikazzjonijiet għall-permessi u kwalunkwe materjal ieħor meqjus mill-awtorità kompetenti meta tadotta l-abbozz tad-deċiżjoni tagħha. Fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħhom lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni dwar l-abbozzi tal-permessi. |
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu l-proċedura li ġejja: | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) L-applikanti għall-permessi tal-ħżin għandhom jgħaddu lill-awtorità kompetenti żewġ kopji tad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) L-awtorità kompetenti għandha, meta tirċievi d-dokumentazzjoni mingħand l-applikant, tgħaddi lill-Kummissjoni d-dettalji ta' kull applikazzjoni għal permess u l-materjal l-ieħor kollu li għandu jitqies mill-awtorità kompetenti meta tiġi biex tieħu deċiżjoni dwar l-għoti tal-permess għall-ħżin. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) Il-Kummissjoni għandha tikkonferma mal-awtorità kompetenti li tkun irċeviet id-dokumentazzjoni meħtieġa malli din tasal. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(d) L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe abbozz ta' deċiżjoni dwar permess tal-ħżin. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur mid-data tat-tressiq, tagħti opinjoni konsultattiva dwar l-abbozz ta' permess. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(e) Deċiżjoni minn Stat Membru li joħroġ permess għall-ħżin għandha ssir pubblika, l-istess bħal kwalunkwe opinjoni konsultattiva mogħtija mill-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni d-deċiżjoni finali tagħha, filwaqt li tistqarr ir-raġunijiet tagħha jekk tiddevja mill-opinjoni tal-Kummissjoni. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni d-deċiżjoni finali tagħha, filwaqt li tistqarr ir-raġunijiet tagħha jekk tiddevja mill-opinjoni tal-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 80 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 11 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda bidla sostanzjali ma tiġi implimentata mingħajr permess għall-ħżin ġdid maħruġ f’konformità ma’ din id-Direttiva. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda bidla sostanzjali ma tiġi implimentata mingħajr permess għall-ħżin ġdid maħruġ f’konformità ma’ din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 85/337/KEE għandhom japplikaw ukoll f'dan il-każ. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi indikaturi ambjentali speċifiċi kwalitattivi u kwantitattivi, flimkien ma' prezzijiet, li jekk jinqabżu jkun ifisser li tkun seħħet bidla sostanzjali. L-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(2). | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
F'każ ta' trasport u/jew ħżin transkonfinali tas-CO2, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti kollha ta' din id-Direttiva rigward l-evalwazzjoni tal-effetti ambjentali. | |||||||||||||||||||||||||||||||
It-terminu 'bidla sostanzjali' huwa kemmxejn vag, u għaldaqstant għandhom jiddaħħlu indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi mill-Kummissjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 81 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 11 – paragrafu 3 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-awtorità kompetenti għandha tirreviżjona u fejn meħtieġ taġġorna jew tirtira l-permess għall-ħżin: |
3. L-awtorità kompetenti għandha tirrevedi u fejn meħtieġ taġġorna jew tirtira l-permess mingħajr ma tagħti kumpens lid-detentur, jew tesiġi lid-detentur tal-permess li jieħu miżuri korrettivi: | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Kienu miżjuda l-kliem 'mingħajr kumpens' sabiex tkun evitata sitwazzjoni fejn l-awtoritajiet kompetenti, kif mitlub mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jsegwu u li għandhom l-għan li jħarsu l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, ikollhom iħallsu kumpens lill-operaturi minħabba emendi neċessarji li jiddaħħlu fil-permessi rilevanti li dawn għandhom. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 11, paragrafu 2. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 82 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(a) jekk tkun ġiet innotifikata b’irregolaritajiet sinifikanti jew bi tnixxijiet skond l-Artikolu 16(1); |
(a) jekk tkun ġiet innotifikata jew saret taf b’irregolaritajiet sinifikanti jew bi kwalunkwe tnixxijiet skond l-Artikolu 16(1); | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 83 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 11 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
4. Wara li permess ikun ġie rtirat skond il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha jew toħroġ permess għall-ħżin ġdid jew tagħlaq is-sit tal-ħżin skond il-punt (c) ta’ l-Artikolu 17(1). Sakemm ma jinħariġx permess għall-ħżin ġdid, l-awtorità kompetenti għandha tieħu r-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin, inkluż l-obbligazzjonijiet legali riżultanti kollha. Sakemm ikun possibbli, l-awtorità kompetenti għandha tirkupra kwalunkwe spejjeż magħmula mingħand l-operatur preċedenti. |
4. Wara li l-awtorità kompetenti tkun irrevediet, aġġornat jew irtirat permess għall-ħżin skond il-paragrafu 3, u fl-eventwalità li s-CO2 ġie maħżun, l-operatur għandu jżomm ir-responsabilità għas-sit tal-ħżin, inklużi l-obbligi legali kollha li jirriżultaw. Fejn l-operatur ma jissodisfax l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 17(1), u sakemm jinħareġ permess għall-ħżin ġdid, l-awtorità kompetenti għandha tieħu r-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin, inklużi l-obbligi legali kollha li jirriżultaw. L-awtorità kompetenti għandha tirkupra kwalunkwe ispejjeż magħmula mingħand l-operatur preċedenti. Fejn da ma jkunx possibbli, wieħed għandu jirrikorri għall-garanzija finanzjarja skont l-Artikolu 19(2). | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 84 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 12 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
1. Nixxiegħa tas-CO2 għandha tikkonsisti kważi kompletament f’dijossidu tal-karbonju. Għal dan il-għan, l-ebda skart jew ħaġa oħra ma jistgħu jiġu miżjuda sabiex dak l-iskart jew ħaġa oħra jiġu mormija. Madankollu, nixxiegħa tas-CO2 jista’ jkun fiha sustanzi assoċjati inċidentali mis-sors, mill-ġbir jew mill-proċess ta’ l-injezzjoni. Il-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi għandhom ikunu anqas minn livelli li jaffetwaw b’mod ħażin l-integrità tas-sit tal-ħżin u l-infrastruttura tat-trasport rilevanti u jpoġġu riskju sinifikanti għall-ambjent jew jiksru r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità applikabbli. |
1. Fluss tas-CO2 għandu jikkonsisti f'mhux inqas minn 95% f'dijossidu tal-karbonju u m'għandux ikun fih sustanzi korrożivi bħall-H2S u l-SO2. Dan il-livell jista' jkun rivedut skont il-proċedura ta' reviżjoni prevista fl-Artikolu 36a fid-dawl ta' provi xjentifiċi futuri. L-ebda skart jew ħaġa oħra ma jistgħu jiġu miżjuda sabiex dak l-iskart jew ħaġa oħra jiġu mormija. Fluss tas-CO2 jista’ jkun fih sustanzi assoċjati inċidentali mis-sors, mill-qbid jew mill-proċess ta’ l-injezzjoni, u elementi ta' traċċa miżjuda biex jgħinu fil-monitoraġġ u fl-ivverifikar tal-migrazzjoni tas-CO2. Il-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi għandhom ikunu anqas minn livelli li jaffettwaw b’mod ħażin l-integrità tas-sit tal-ħżin u l-infrastruttura tat-trasport rilevanti u jpoġġu riskju għall-ambjent jew jiksru r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità applikabbli. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 85 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur iwettaq monitoraġġ tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni, tal-kumpless tal-ħżin (inkluż fejn possibbli tal-formazzjoni tas-CO2), u fejn xieraq ta’ l-ambjent tal-madwar għall-iskop ta’: |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur iwettaq monitoraġġ tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni, tal-kumpless tal-ħżin (inkluż tal-formazzjoni tas-CO2), u fejn xieraq ta’ l-ambjent tal-madwar għall-iskop ta’: | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-aktar parti importanti ta' kull pjan ta' monitoraġġ hi li jiġi ddeterminat jekk ikunx sar tibdil sinifikanti fl-istrutturi tal-ħżin tas-CO2 (b'mod partikulari jekk ikunx hemm xi migrazzjoni li tista' twassal għal tnixxija) u jekk ikunx meħtieġ li tittieħed azzjoni biex tindirizzah. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-monitoraġġ tal-formazzjoni tas-CO2 huwa essenzjali biex tkun antiċipata tnixxija potenzjali, u għalhekk il-kliem "fejn possibbli" għandu jitħassar. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 86 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(a) tqabbil bejn l-imġiba attwali u dik immuddellata tas-CO2 fis-sit tal-ħżin; |
(a) tqabbil bejn l-imġiba attwali u dik immuddellata tas-CO2 u tal-ilma tal-formazzjoni fis-sit tal-ħżin; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Flimkien mal-mod kif jaġixxi s-CO2 , kwalunkwe bidla fl-ilma tal-formazzjoni fis-sit tal-ħżin għandha tkun immonitorata, anke sabiex ikunu osservati kwalunkwe effetti ta' spustament. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 87 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(aa) il-verifika tal-ammont ta' CO2 maħżun; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 13, paragrafu 1, parti introduttorja. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 88 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(c) l-identifikar ta’ tnixxija tas-CO2; |
(c) l-identifikar ta’ tnixxija tas-CO2 f'konformità mad-Direttiva 2003/87/KE u ta' sustanzi mmobilizzati minnha; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-identifikazzjoni ta' sustanzi mmobilizzati f’qiegħ il-baħar minn tnixxijiet ta' CO2 hija waħda mill-obbligi ta' monitoraġġ u superviżjoni skont l-Anness 4 tal-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Baħar mir-Rimi ta’ Skart u Materja Oħra (Protokoll ta’ Londra). Ladarba d-Direttiva se tapplika wkoll f'oqsma koperti mill-Protokoll ta' Londra, il-liġi internazzjonali tirrikjedi l-estensjoni tal-obbligu ta' monitoraġġ biex ikunu koperti tali sustanzi. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 89 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt d | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(d) l-identifikar ta’ effetti ta’ ħsara sinifikanti għall-ambjent tal-madwar, għall-popolazzjonijiet tal-bnedmin, jew għall-utenti tal-biosfera tal-madwar; |
(d) l-identifikar ta’ effetti ta’ ħsara għall-ambjent tal-madwar, għall-ilma li huwa parti miċ-ċiklu idroloġiku, għall-popolazzjonijiet tal-bnedmin, jew għall-utenti tal-biosfera tal-madwar; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
It-test eżistenti tal-punt (d) huwa ġenerali wisq. It-test il-ġdid huwa aktar preċiż u jinkludi l-ilma li jagħmel parti miċ-ċiklu idroloġiku fl-ambitu ta' din id-direttiva. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 90 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt (f) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(f) il-valutazzjoni dwar jekk is-CO2 maħżun huwiex se jkun kompletament miġbur għall-futur indefinit. |
(f) l-aġġornament tal-evalwazzjoni tas-sikurezza u l-integrità tas-sit tal-ħżin fil-futur qarib u f'dak imbiegħed, inkluża l-evalwazzjoni ta' jekk is-CO2 maħżun huwiex se jkun kompletament miġbur għall-futur indefinit. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 13, paragrafu 1, parti introduttorja. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 91 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 13 – paragrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a. Fil-każ ta' ħżin ġeoloġiku taħt qiegħ il-baħar, il-ħtiġijiet ta' monitoraġġ stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ikomplu jiġu adattati għall-inċertezza u d-diffikultajiet operazzjonali assoċjati mal-immaniġġjar tat-teknoloġija CCS fl-ambjent tal-baħar. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għandhom jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun evitat li l-ħżin tas-CO2 jagħmel ħsara lill-ambjent tal-baħar. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 92 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 13 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
2. Il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq pjan ta’ monitoraġġ iddisinjat mill-operatur skond ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, sottomess lill- u approvat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikoli 7(5) u 9(5). Il-pjan għandu jiġi aġġornat skond ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II u f’kull każ kull ħames snin biex iqis żviluppi tekniċi. Pjanijiet aġġornati għandhom jiġu sottomessi mill-ġdid għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti. |
2. Il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq pjan ta’ monitoraġġ iddisinjat mill-operatur skond ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, inklużi dettalji dwar il-monitoraġġ f'konformità mal-linji gwida stabbiliti skont l-Artikoli 14 u 23(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, sottomess lill-awtorità kompetenti u approvat minnha skond l-Artikoli 7(5) u 9(5). Il-pjan għandu jiġi aġġornat skond ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II u f’kull każ kull ħames snin biex iqis it-tibdil fir-riskju evalwat tat-tnixxija, l-għerf xjentifiku ġdid, u t-titjib fl-aqwa teknoloġija disponibbli. Pjanijiet aġġornati għandhom jiġu sottomessi mill-ġdid għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti. Il-pjan ta' monitoraġġ u kull pjan aġġornat ieħor għandhom ikunu disponibbli għall-ispezzjoni pubblika. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ u tar-rappurtar jeħtieġ li jkunu allinjati ma' dawk tad-Direttiva dwar l-Iskema għall-Iskambju tal-Emissjonijiet. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-proċess regolatorju jeħtieġ li jkun aġġornat biex jitqiesu l-lezzjonijiet li jkunu ttieħdu bl-esperjenza u bit-tagħrif tekniku ġdid. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Biex tinżamm il-fiduċja għandu jkun enfasizzat li l-pjanijiet ta' monitoraġġ għandhom jixxandru. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 93 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 14 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
Bi frekwenza li għandha tiġi ddeterminata mill-awtorità kompetenti, u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba f’sena, l-operatur għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti: |
Bi frekwenza li għandha tiġi ddeterminata mill-awtorità kompetenti, u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba f’sena, l-operatur għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti, f'format ta' rrappurtar armonizzat sabiex tkun żgurata l-konsistenza u t-trasparenza tal-informazzjoni rrapurtata: | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Format ta' rappurtar komuni huwa meħtieġ sabiex tkun żgurata l-konsistenza u t-trasparenza. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 94 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 14 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(3) prova taż-żamma tal-garanzija finanzjarja skond l-Artikoli 19 u 9(9); |
(3) prova li ġiet implimentata u miżmuma l-garanzija finanzjarja skond l-Artikoli 19 u 9(9); | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda tipprevedi li jkun hemm flessibilità fl-għoti tal-garanzija finanzjarja, sabiex tkun tista' titqies il-pożizzjoni finanzjarja tal-kumpanija prinċipali. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 95 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 15 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-ispezzjonijiet ta’ rutina għandhom jitwettqu mill-inqas kull sena. Għandhom jeżaminaw il-faċilitajiet ta’ injezzjoni u ta’ monitoraġġ rilevanti kif ukoll il-firxa sħiħa ta’ l-effetti ambjentali rilevanti mill-kumpless tal-ħżin. |
3. L-ispezzjonijiet ta’ rutina għandhom jitwettqu kull sena fl-ewwel ħames snin wara li tkun bdiet l-injezzjoni u mbagħad kull meta l-awtorità kompetenti jidhrilha li jkun meħtieġ. Għandhom jeżaminaw il-faċilitajiet ta’ injezzjoni u ta’ monitoraġġ rilevanti kif ukoll il-firxa sħiħa ta’ l-effetti ambjentali rilevanti mill-kumpless tal-ħżin. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Jekk ikun hemm xi problema, din x'aktarx li tibda tidher ftit wara l-bidu tal-proċess ta' injezzjoni, u għalhekk huwa xieraq li jsiru spezzjonijiet regolari. Madankollu, hemm differenzi fil-ġeoloġija ta' kull sit tal-ħżin u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaraw liema sistema ta' spezzjonijiet fit-tul tkun adattata l-aktar fiċ-ċirkustanzi. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 96 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 16 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet, l-operatur jinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti u jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet li jista' jkollhom impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, kif definit mill-kriterji li għandhom ikunu ddeterminati mil-linji gwida msemmija fl-Artikolu 4(3), l-operatur jinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti u jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Huma meħtieġa kriterji kwantifikabbli u linji gwida ta' referenza konkreti. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 97 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 16 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
2. Il-miżuri korrettivi msemmija f’paragrafu 1 għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta’ pjan ta’ miżuri korrettivi sottomess lill- u approvat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikoli 7(6) u 9(6); |
2. Il-miżuri korrettivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta’ pjan ta’ miżuri korrettivi sottomess lill-awtorità kompetenti u lill-Kummissjoni u approvat minnhom skond l-Artikoli 7(6) u 9(6). Dawn il-miżuri għandhom ikunu ppubblikati. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-reviżjoni li torbot fil-livell Komunitarju hija meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti. Iċ-ċittadini għandu jkollhom aċċess sħiħ għal din l-informazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 98 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 16 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-awtorità kompetenti tista’ f’kull ħin titlob lill-operatur biex jieħu miżuri korrettivi addizzjonali jew differenti minn dawk stabbiliti fil-pjan ta’ miżuri korrettivi. Tista’ wkoll f’kull ħin tieħu miżuri korrettivi hija nnifisha u għandha mbagħad tirkupra l-ispejjeż mingħand l-operatur. |
3. L-awtorità kompetenti tista’ f’kull ħin tirrikjedi lill-operatur biex jieħu miżuri korrettivi addizzjonali jew differenti minn dawk stabbiliti fil-pjan ta’ miżuri korrettivi, u b'mod partikolari biex jaħseb għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' evakwazzjoni fl-emerġenzi f'każ li jkun hemm riskju sinifikanti ta' tnixxija. Tista’ wkoll f’kull ħin tieħu miżuri korrettivi hija nnifisha u għandha mbagħad tirkupra l-ispejjeż mingħand l-operatur. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Hemm differenza sinifikattiva bejn titlob u tirrikjedi. Il-kelma 'tirrikjedi' se ssaħħaħ il-possibilità tal-awtorità kompetenti li taġixxi. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 99 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(b) fuq talba ta’ l-operatur, wara awtorizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti; |
(b) fuq talba ta’ l-operatur, wara awtorizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti; jew | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 100 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 17 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
2. Wara li sit tal-ħżin jkun ingħalaq skond paragrafu 1 punti (a) jew (b), l-operatur jibqa’ responsabbli għall-manutenzjoni, għall-monitoraġġ, għall-kontroll, għar-rappurtar, u għall-miżuri korrettivi skond ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, kif ukoll għall-obbligazzjonijiet kollha riżultanti taħt dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, sakemm ir-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin tiġi ttrasferita lill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 18(1) sa (4). L-operatur għandu wkoll ikun responsabbli għall-issiġillar tas-sit tal-ħżin u t-tneħħija tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni. |
2. Wara li sit tal-ħżin ikun ingħalaq skond il-paragrafu 1 punti (a) jew (b), l-operatur jibqa’ responsabbli għall-manutenzjoni, għall-monitoraġġ, għall-kontroll, għar-rappurtar, u għall-miżuri korrettivi skond ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, kif ukoll għall-obbligi kollha li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, sakemm ir-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin tiġi ttrasferita lill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 18(1) sa (4). L-għeluq ma jkunx komplet sakemm l-operatur ma jkunx issiġilla s-sit tal-ħżin u neħħa l-faċilitajiet ta’ injezzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda hija meħtieġa sabiex minn naħa waħda tippermetti l-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1), u min-naħa l-oħra tevita li r-responsabilità għas-sit tal-ħżin magħluq tingħadda lill-awtorità kompetenti qabel is-sit tal-ħżin ikun ġie ssiġillat għal kollox u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni kollha jkunu tneħħew skont l-Artikolu 18(1). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 101 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 17 – paragrafu 3 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-obbligazzjonijiet imsemmija f’paragrafu 2 għandhom jiġu ssodisfati fuq il-bażi ta’ pjan ta’ wara l-għeluq iddisinjat mill-operatur ibbażat fuq l-aħjar prattika u f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II 2. Pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq għandu jiġi sottomess lill- u approvat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikoli 7(7) u 9(7). Qabel l-għeluq ta’ sit tal-ħżin skond punti (a) jew (b) ta’ paragrafu 1, il-pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq għandu jkun: |
3. L-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ssodisfati fuq il-bażi ta’ pjan ta’ wara l-għeluq iddisinjat mill-operatur ibbażat fuq l-aħjar prattika u linji gwida li għandhom jiġu żviluppati mill-Kummissjoni f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II 2. Pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq għandu jiġi sottomess lill-awtorità kompetenti u approvat minnha skond l-Artikoli 7(7) u 9(7). Qabel l-għeluq ta’ sit tal-ħżin skond il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, il-pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq għandu jkun: | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 102 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(a) aġġornat kif meħtieġ, b’mod partikolari minħabba l-aħjar prattika; |
(a) aġġornat kif meħtieġ, billi jitqiesu l-analiżi tar-riskju, l-aħjar prattika u t-titjib teknoloġiku, filwaqt li ma jkunux imposti rekwiżiti ġodda ta' natura mhix raġonevoli; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 103 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 17 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
4. Wara li sit tal-ħżin jkun ingħalaq skond paragrafu 1 punt (c), l-awtorità kompetenti għandha tibqa’ responsabbli għall-manutenzjoni, għall-monitoraġġ, għall-kontroll, u għall-miżuri korrettivi skond ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva kif ukoll għall-obbligazzjonijiet kollha riżultanti taħt dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Ir-rekwiżiti ta’ wara l-għeluq skond din id-Direttiva għandhom jiġu ssodisfati fuq il-bażi tal-pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq sottomess lill- u approvat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikoli 7(7) u 9(7), li għandu jkun aġġornat kif meħtieġ. |
4. Wara li sit tal-ħżin ikun ingħalaq skond il-paragrafu 1 punt (c), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tibqa’ responsabbli għall-manutenzjoni, għall-monitoraġġ, għall-kontroll, u għall-miżuri korrettivi skond ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva kif ukoll għall-obbligi kollha li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Ir-rekwiżiti ta’ wara l-għeluq skond din id-Direttiva għandhom jiġu ssodisfati fuq il-bażi tal-pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq sottomess lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u approvat minnha skond l-Artikoli 7(7) u 9(7), li għandu jkun aġġornat kif meħtieġ. Fejn l-awtorità kompetenti tieħu dawn il-miżuri hi stess, din għandha tirkupra l-ispejjeż mingħand l-operatur. Fejn da ma jkunx possibbli, wieħed għandu jirrikorri għall-garanzija finanzjarja skont l-Artikolu 19(2). | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 104 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 18 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
1. Fejn sit tal-ħżin jkun ingħalaq skond il-punti (a) jew (b) ta’ l-Artikolu 17(1), ir-responsabbiltà għas-sit magħluq, inkluż l-obbligazzjonijiet legali riżultanti kollha, għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtorità kompetenti fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-operatur, jekk u meta l-evidenza kollha disponibbli tkun tindika li s-CO2 maħżun se jkun miġbur kompletament għall-futur indefinit. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jipprepara rapport li jiddokumenta li dan il-kriterju jkun intlaħaq u jissottomettih lill-awtorità kompetenti sabiex din ta’ l-aħħar tapprova t-trasferiment tar-responsabbiltà. |
1. Fejn sit tal-ħżin ikun ingħalaq skond il-punti (a) jew (b) ta’ l-Artikolu 17(1), ir-responsabbiltà għas-sit magħluq, inklużi l-obbligi legali kollha li jirriżultaw, għandhom jibqgħu tal-operatur għal perjodu interim ta' wara l-għeluq ta’ mill-anqas 50 sena. It-trasferiment lill-awtorità kompetenti għandu jsir biss fi tmiem dan il-perjodu, jekk u meta l-evidenza kollha disponibbli tkun tindika li s-CO2 maħżun se jkun miġbur kompletament għall-futur indefinit u l-kriterji stipulati fil-permess tal-ħżin għat-trasferiment tar-responsabilità jkunu ġew issodisfati. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jipprepara rapport li jiddokumenta li l-kriterji jkunu ntlaħqu u jissottomettih lill-awtorità kompetenti sabiex din ta’ l-aħħar tapprova t-trasferiment tar-responsabbiltà. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 105 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 18 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni kollha mħejjija mill-awtorità kompetenti skond il-paragrafu 1, inklużi r-rapporti sottomessi mill-operatur u kwalunkwe materjal ieħor meqjus mill-awtorità kompetenti biex tasal għall-konklużjoni tagħha. Fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħhom lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni fuq l-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni. |
2. . L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni kollha mħejjija mill-awtorità kompetenti skond il-paragrafu 1, inklużi r-rapporti sottomessi mill-operatur u kwalunkwe materjal ieħor meqjus mill-awtorità kompetenti biex tasal għall-konklużjoni tagħha. Fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tagħhom lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni konsultattiva dwar l-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 106 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 18 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
4. Flimkien mad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni msemmija f’paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’ tikkomunika rekwiżiti aġġornati għall-issiġillar tas-sit tal-ħżin u t-tneħħija tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni skond l-Artikolu 17(2) u (3) lill-operatur. It-trasferiment tar-responsabbiltà għandu jseħħ wara li s-sit ikun ġie ssiġillat u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni jkunu ġew imneħħija. |
4. Flimkien mad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’ tikkomunika rekwiżiti aġġornati u raġonevoli għall-issiġillar tas-sit tal-ħżin u t-tneħħija tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni skond l-Artikolu 17(2) u (3) lill-operatur. It-trasferiment tar-responsabbiltà għandu jseħħ wara li s-sit ikun ġie ssiġillat u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni jkunu ġew imneħħija. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-operatur m'għandux iġorr ir-riskju tal-inċertezza li awtorità kompetenti tista' timponi fuqu rekwiżiti li legalment ma jkunux raġonevoli biex din tevita li taċċetta r-responsabilità fit-tul għas-sit, xi ħaġa li hija fundamentali għad-Direttiva. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 107 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 18 – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
5. Wara t-trasferiment tar-responsabbiltà skond paragrafi 1 sa 4, il-monitoraġġ jista’ jieqaf. Madankollu, jekk jiġu identifikati kwalunkwe tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti, il-monitoraġġ għandu jiġi attivat mill-ġdid kif meħtieġ biex jevalwa l-kobor tal-problema u l-effettività ta’ miżuri korrettivi. |
5. Wara t-trasferiment tar-responsabbiltà skond il-paragrafi 1 sa 4, il-monitoraġġ jista’ jitnaqqas għal-livell minimu meħtieġ biex jiġu identifikati tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti. Madankollu, jekk jiġu identifikati kwalunkwe tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti riżultat tal-monitoraġġ u proċeduri oħra jew riżultat ta' informazzjoni miksuba għal kwalunkwe skop ieħor, il-monitoraġġ għandu jitwettaq kif meħtieġ biex jevalwa l-kobor tal-problema u l-effettività tal-miżuri korrettivi | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 108 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 18 – paragrafu 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
6. M’għandu jkun hemm l-ebda rkupru ta’ l-ispejjeż magħmula mingħand l-operatur preċedenti wara t-trasferiment tar-responsabbiltà lill-awtorità kompetenti skond paragrafi 1 sa 4. |
6. M’għandu jkun hemm l-ebda rkupru ta’ l-ispejjeż magħmula mingħand l-operatur preċedenti wara t-trasferiment tar-responsabbiltà lill-awtorità kompetenti skond il-paragrafi 1 sa 4. Dan m'għandux japplika f'każijiet fejn jiġi stabbilit li, minħabba t-tort jew it-traskuraġni tal-operatur, jew minħabba xi att ta' falsifikazzjoni intenzjonata jew magħmula bil-ħsieb, l-evidenza mogħtija għall-iskopijiet tal-paragrafu 1 tkun ibbażata fuq tagħrif mhux preċiż jew mhux komplut. F’dan il-każ l-operatur għandu jibqa’ responsabbli għall-ispejjeż tal-miżuri korrettivi biex tkun irrimedjata kull ħsara lis-saħħa tal-bniedem jew lill-ambjent. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Fil-każijiet l-oħra, l-ispejjeż jistgħu jkunu koperti mill-fond stabbilit skont l-Artikolu 19a, iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-operaturi u mmaniġġjat mill-awtorità kompetenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 109 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 19 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mezzi xierqa, bħala garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor, fuq il-bażi ta’ modalitajiet li għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri, isiru mill-applikant qabel is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-permess għall-ħżin biex jiġi żgurat li l-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw taħt il-permess maħruġ skond din id-Direttiva, inkluż proċeduri ta’ l-għeluq u dispożizzjonijiet ta’ wara l-għeluq, kif ukoll kwalunkwe obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-inklużjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE jistgħu jintlaħqu. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mezzi xierqa, bħala garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor, fuq il-bażi ta’ modalitajiet li għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri, isiru mill-applikant qabel ma jinħareġ permess biex jiġi żgurat li l-obbligi kollha li jirriżultaw taħt il-permess maħruġ skond din id-Direttiva, inkluż proċeduri ta’ l-għeluq u dispożizzjonijiet ta’ wara l-għeluq, kif ukoll kwalunkwe obbligi li jirriżultaw mill-inklużjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE jistgħu jintlaħqu. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu f'konformità magħhom l-ammont meħtieġ ta' garanzija finanzjarja. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 110 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 19 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 19 a | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Mekkaniżmu finanzjarju | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Fl-Istati Membri li jippermettu l-ħżin fit-territorju tagħhom, għandu jiġi stabbilit strument finanzjarju li għandu jiġi ffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet annwali mħallsa mill-operaturi tas-siti tal-ħżin minn meta tibda l-injezzjoni tas-CO2 u sakemm jingħalaq is-sit tal-ħżin. Dan il-fond għandu jinżamm u jkun amministrat mill-awtorità kompetenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-kontribuzzjonijiet tal-operaturi għandhom ikunu fi proporzjon mal-kapaċità tas-sit għall-ħżin f'unitajiet ta' volum ta' CO2, mal-prestazzjoni operattiva fil-passat rigward il-ħżin tas-CO2 u mal-profil tar-riskju tas-sit skont il-parametri stabbiliti fl-Anness I. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikomplu sa ma jitlesta t-trasferiment tar-responsabilità lill-awtorità kompetenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-fond għandu jintuża biex ikopri l-ispejjeż tal-monitoraġġ, tas-sorveljanza u tar-rimedji li l-awtorità kompetenti teħel wara t-trasferiment tar-responsabilità. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-ħolqien ta’ strument finanzjarju jipprovdi garanzija finanzjarja addizzjonali lill-Istati Membri biex ikopru l-ispejjeż tal-monitoraġġ, ta’ sorveljanza u tar-rimedji ladarba r-responsabilità għas-siti tal-ħżin tkun ittrasferita mill-operaturi. Jipprovdi wkoll sors ta' dħul supplimentari għall-Istati Membri f'każijiet ta' insolvenza finanzjarja min-naħa tal-operaturi. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 111 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 20 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li utenti potenzjali jkunu jistgħu jiksbu aċċess għan-netwerks tat-trasport u għas-siti tal-ħżin tas-CO2 għall-iskopijiet ta’ ħżin ġeoloġiku tas-CO2 prodott u miġbur, f’konformità ma’ paragrafi 2 sa 4. |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li utenti potenzjali jkunu jistgħu jiksbu aċċess għan-netwerks tat-trasport u għas-siti tal-ħżin tas-CO2 għall-iskopijiet ta’ ħżin ġeoloġiku tas-CO2 prodott u maqbud, f’konformità mal-paragrafi 2 sa 4. Madankollu, l-utenti għandhom ikopru l-ispejjeż kollha ta' aċċess għal netwerks u siti bħal dawn. Għal dan il-għan, sistemi ta’ pajpijiet li għalihom jinħarġu permessi ġodda għandhom b'mod ġenerali jitfasslu b’tali mod li jkunu adattati biex minnhom ikun jista’ jgħaddi kull fluss ta’ CO2 ta’ kwalità minima partikolari, li għandha tkun iddeterminata skont il-proċedura ta’ komitoloġija. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tagħmilha possibbli li ma jkunx hemm restrizzjoni ta’ aċċess u diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ allegata inkompatibilità teknika. Tagħti wkoll garanzija lil kull min jibni l-impjanti fl-Ewropa li s-CO2 tagħhom stess – sakemm jippreparawh b’ċertu standard ta’ kwalità – mhux se jkun eskluż min-netwerk tat-trasport għal raġunijiet ta’ inkompatibilità teknika. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Min jipproduċi l-enerġija għandu jkopri l-ispejjeż għat-trasport (u mbagħad għall-ħżin) tal-emissjonijiet tagħhom ta’ CO2. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 112 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 20 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-aċċess imsemmi f’paragrafu 1 għandu jiġi pprovdut b’mod iddeterminat mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu japplika l-għanijiet ta’ aċċess ġust u miftuħ, u jqies: |
2. L-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprovdut b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju ddeterminat mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jiżgura l-għanijiet ta’ aċċess ġust u miftuħ, filwaqt li jqis: | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 113 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(a) il-kapaċità tal-ħżin li hija jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli ġewwa ż-żoni ddeterminati taħt l-Artikolu 4, u l-kapaċità ta’ transport li hija jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli; |
(a) il-kapaċità tal-ħżin li hija disponibbli ġewwa ż-żoni ddeterminati taħt l-Artikolu 4, u l-kapaċità ta’ trasport li hija disponibbli; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Tħassir tal-frażi proposta “li tista’ raġonevolment tkun disponibbli" – dan, skont il-parir tagħna, jimplika obbligu li jittawlu l-kuntratti. Minħabba l-vijabilità ekonomika u fid-dawl tal-ispejjeż għoljin ta’ investiment, għandu jkun possibbli li jsiru kuntratti għall-futur imbiegħed mal-klijenti dwar l-aċċess għat-trasport/għas-sit tal-ħżin. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 114 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt e a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ea) il-ħtieġa li jkun żgurat li jsiru dispożizzjonijiet xierqa biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-flussi transkonfinali u ta' tranżitu ta’ CO2 b’mod li jkunu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-pożizzjoni ġeografika tal-utenti potenzjali fl-UE. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li jiġi żgurat li l-operaturi fi Stati Membri bħall-Greċja ma jkunux żvantaġġati żżejjed minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom jew minħabba limitazzjonijiet potenzjali fuq l-iżvilupp ta’ siti tal-ħżin. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 115 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 21 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom arranġamenti ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim stabbiliti, inkluż awtorità indipendenti mill-partijiet b’aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha, sabiex tilwim relatat ma’ l-aċċess għan-netwerks tat-trasport tas-CO2 u għas-siti tal-ħżin jiġu riżolti malajr, filwaqt li jiġu meqjusa l-kriterji msemmija fl-Artikolu 20(2) u n-numru ta’ partijiet li jistgħu jkunu involuti fin-negozjar ta’ dan l-aċċess. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom arranġamenti ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim stabbiliti, inkluża awtorità indipendenti mill-partijiet b’aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-awtorità għandha tara li: | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) tilwim relatat mal-iżvilupp tal-infrastruttura tas-CO2 u l-aċċess għan-netwerks tat-trasport tas-CO2 u għas-siti tal-ħżin jiġu riżolti malajr, filwaqt li jiġu meqjusa l-kriterji msemmija fl-Artikolu 20(2) u n-numru ta’ partijiet li jistgħu jkunu involuti fin-negozjar ta’ dan l-aċċess; | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) tipprovdi medjazzjoni bejn l-awtorità kompetenti u d-detenturi tal-permessi ta' esplorazzjoni jew ta' ħżin fil-każ li jkun hemm differenzi li jistgħu f'ċirkostanzi oħra jirriżultaw f'tilwim legali. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim li tista' tipprovdi medjazzjoni biex tkun evitata l-ħtieġa ta' kontestazzjonijiet legali għaljin u li jieħdu ż-żmien tkun utli u m'għandhiex tkun riservata biss biex jiġu ttrattati kwistjonijiet li jinvolvu n-netwerk tat-trasport. Għandha tkun disponibbli wkoll għall-medjazzjoni ta' tilwim bejn l-awtorità kompetenti u l-operaturi jew l-applikanti għall-permessi. Għalhekk, għandha tiddaħħal verżjoni riveduta tad-dispożizzjoni dwar is-soluzzjoni tat-tilwim fl-Artikolu 23 a (ġdid) - Kapitolu 6 (Dispożizzjonijiet Ġenerali). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 116 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 21 – paragrafu 2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
2a. Is-soluzzjoni ta’ tilwim transkonfinali li jikkonċerna r-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi għandha tkun irregolata mil-liġi internazzjonali. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-parti tal-ġeosfera li tinkludi l-kumpless tal-ħżin jistgħu jkunu akbar milli kien maħsub sal-lum minn eżamijiet ġeoloġiċi u jistgħu jestendu lil hinn mill-fruntieri fit-territorju ta’ pajjiżi terzi. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 117 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 22 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jinnominaw l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jissodisfaw id-dmirijiet stabbiliti taħt din id-Direttiva. Fejn tiġi nnominata aktar minn awtorità kompetenti waħda, ix-xogħol ta’ dawn l-awtoritajiet magħmul skond din id-Direttiva għandu jiġi koordinat. |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jinnominaw l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jissodisfaw id-dmirijiet stabbiliti taħt din id-Direttiva. Fejn tiġi nnominata aktar minn awtorità kompetenti waħda, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti għall-koordinazzjoni ix-xogħol ta’ dawn l-awtoritajiet magħmul skond din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 118 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 22 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 22a | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kumitat għar-Reviżjoni Teknika | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kumitat għar-reviżjoni teknika biex jgħinha fit-tħejjija ta' linji gwida dwar l-aħjar prattiki għall-użu tal-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi. Il-proċeduri tal-kumitat għandhom ikunu miftuħa u trasparenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 119 Proposta għal direttiva – att li jemenda L-Artikolu 24 – titolu | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-reġistru ta’ siti tal-ħżin magħluqa |
Ir-reġistru tas-siti tal-ħżin | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
It-tħaddim ta' sit tal-ħżin jista' jdum għaddej għal żmien twil. Ir-reġistri li se jintużaw bħala sorsi ta' referenza għal bosta skopijiet oħra għandhom ikunu komprensivi u jinkludu kemm is-siti tal-ħżin miftuħa u kif ukoll dawk magħluqa. Madankollu, sabiex tkun evitata l-burokrazija żejda, m'hemmx bżonn li jintbagħtu Brussell id-dettalji ta' kull bidla aktar minn darba kull tliet snin. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 120 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 24 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tas-siti tal-ħżin magħluqa kollha u tal-kumplessi tal-ħżin tal-madwar, inklużi mapep li juru safejn dawn iwasslu. |
1. L-awtorità kompetenti għandha immedjatament tistabbilixxi u wara dan iżżomm reġistru tas-siti tal-ħżin miftuħa u magħluqa kollha u tal-kumplessi tal-ħżin tal-madwar, inklużi mapep li juru safejn dawn iwasslu kif ukoll informazzjoni oħra rilevanti biex jiġi ddeterminat li s-CO2 maħżun huwa miġbur għalkollox u b’mod permanenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 24, titolu. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-reġistru għandu jservi biex jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun possibbli li jkunu stmati u evalwati r-riskji mill-kumpless tal-ħżin u l-attivitajiet li jistgħu jipperikolawh. Il-mapep biss mhumiex biżżejjed għal dan il-għan. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 121 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 24 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
2. Ir-reġistru għandu jitqies mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-proċeduri ta’ ppjanar rilevanti u meta jippermettu xi attività li tista’ taffetwa lil jew tiġi affetwata mill-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fis-siti tal-ħżin magħluqa. |
2. Ir-reġistru għandu jitqies mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-proċeduri ta’ ppjanar rilevanti u meta jippermettu xi attività li tista’ taffettwa l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 jew tiġi affettwata minnu f'siti tal-ħżin miftuħa u magħluqa. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 24, titolu. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 122 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 24 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
3. Ir-reġistru għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni wara li jiġi stabbilit u kull meta jiġi aġġornat. |
3. Ir-reġistru għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni meta jiġi stabbilit. Għandhom jitressqu rapporti aġġornati kull tliet snin flimkien mar-rapporti previsti fl-Artikolu 25(1). | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 24, titolu. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 123 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 27 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni tista’ temenda l-annessi. Dawk il-miżuri, iddisinjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolamentarja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 28(2). |
Il-Kummissjoni tista’ tipproponi emendi għall-annessi. Dawk il-miżuri, iddisinjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 28(2). | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 124 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 30 – punt 1 (ġdid) Direttiva 96/61/KE Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafi 3 sa 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
| ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 96/61/KE, jitħassru t-tielet, ir-raba’, il-ħames u s-sitt subparagrafi. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Id-Direttiva tal-2003 dwar l-Iskema tal-Iskambju tal-Emissjonijiet ipprojbiet l-użu tad-Direttiva tal-1996 dwar l-IPPC biex jiġu rregolati l-emissjonijiet tas-CO2 minn stallazzjonijiet industrijali kbar, għajr f’ċerti ċirkustanzi speċifiċi. Bl-urġenza li qed tiżdied biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra u għalhekk bil-ħtieġa li jintużaw strumenti oħra minbarra l-Iskema tal-Iskambju tal-Emissjonijiet, pereżempju standards tal-prestazzjoni bbażati fuq il-produzzjoni ta’ emissjonijiet, din il-projbizzjoni ma tibqax xierqa u għalhekk għandha titneħħa. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 125 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 31 Direttiva 2000/60/KE Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt j – inċiż 3 a | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għall-benefiċċju tal-“prinċipju ta’ prekawzjoni”, l-Artikolu 31 tal-abbozz għandu jkun immodifikat. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 126 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 32 Direttiva 2001/80/KE Artikolu 9a | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
It-test ta' hawn fuq jissostitwixxi b'mod sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni fl-Artikolu 32 u l-emendi relatati, jiġifieri l-emendi 73-75, 240, 399-408 u ITRE 58. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 127 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 33 Direttiva 2004/35/KE Anness III – paragrafu 14 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
It-trasport tas-CO2 għandu jkun inkluż ukoll fid-Direttiva dwar ir-responsabilità ambjentali (id-Direttiva 2004/35/KE). | |||||||||||||||||||||||||||||||
It-test attwali, li japplika biss fir-rigward tal-operat tas-siti tal-ħżin, jista’ jfisser li l-ħsara ambjentali li ssir wara li jagħlaq is-sit ma tkunx koperta mill-iskema ta’ responsabilità skont id-Direttiva dwar ir-Responsabilità Ambjentali. L-emenda proposta tagħmilha ċara li l-operatur jibqa’ responsabbli mit-tneħħija tal-ħsara ambjentali sakemm ir-responsabilità tkun ġiet ittrasferita lill-awtorità kompetenti. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 128 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 35 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 35a | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-rappurtar tal-Kummissjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mill-qbid, is-sekwestru ġeoloġiku u t-trasport tal-karbonju u fid-dawl tal-bidliet fis-sitwazzjoni internazzjonali, il-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2012, għandha tippubblika rapport dwar il-progress fl-iżvilupp u t-tħaddim ta’ teknoloġija li tippermetti l-qbid u l-ħżin tas-CO2 prodott b'rabta mal-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi ta' fjuwils fossili. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Dan ir-rapport għandu jinkludi, iżda mhux biss, il-kunsiderazzjoni ta’ dan li ġej: | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
– il-progress fit-tħaddim, permezz ta' proġetti ta' dimostrazzjoni fuq skala kummerċjali, tat-teknoloġija fl-Istati Membri; | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
– il-progress fit-tħaddim tat-teknoloġija, inkluża l-effiċjenza enerġetika tal-proċess tal-qbid (il-"penali enerġetika"); u meta x’aktarx li tkun kummerċjalment disponibbli; | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
– l-estimi l-aktar riċenti tal-ispejjeż marbuta mal-bini u l-operat ta’ impjant tal-kombustjoni mgħammar b’teknoloġija bħal din; u | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
– l-estimi l-aktar riċenti tad-disponibilità u l-kapaċità ta’ infrastruttura xierqa għat-trasport u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fl-Istati Membri. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
3. Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport il-Kummissjoni, jekk meħtieġ, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva li temenda d-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
This amendment requires the Commission to review the directive and make a revised proposal by no later than 31 December 2012. This is in order to give some time for additional demonstration projects to come forward within Member States while also giving the Commission an early opportunity to re-consider the important issue of mandating CCS technology for new fossil-fuel power plant. This will be important not only to ensure that all possible measures to reach the 2020 targets are used but also to help maintain the industrial competitiveness of the EU in developing and deploying new technologies on a global scale. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 129 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 36 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 36a | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Analiżi u żviluppi oħra | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. Fuq il-bażi tal-esperjenza bl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi r-rapporti msemmija fl-Artikolu 25, u partikolarment fid-dawl tal-esperjenza bl-impjanti ta’ dimostrazzjoni tas-CCS, filwaqt li jitqiesu l-progress tekniku u l-għarfien xjentifiku l-aktar riċenti, il-Kummissjoni sal-2016 għandha tfassal rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tqis inter alia: | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) jekk il-qbid permanenti tas-CO2 b'dan il-mod waqqafx jew naqqasx kemm jista’ jkun kwalunkwe effetti negattivi fuq l-ambjent u jekk eskludiex xi periklu għas-saħħa tal-bniedem li seta' rriżulta; | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-impjanti tal-kombustjoni li jipproduċu l-enerġija bi produzzjoni stmata ta’ 300 MW jew aktar, b’referenza għall-Artikolu 32; | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess ta’ partijiet terzi fl-Artikoli 20 u 21. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Il-Kummissjoni għandha tressaq ir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti leġiżlattivi meta jkun meħtieġ. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Fid-dawl tal-progress tekniku u tat-tagħrif xjentifiku l-aktar riċenti, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tad-Direttiva. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 130 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-[sena wara l-pubblikazzjoni]. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bjen dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-[sentejn wara l-pubblikazzjoni]. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
It-tagħrif attwali dwar is-suġġett tal-ħżin ġeoloġiku tad-diossidju tal-karbonju mhuwiex tajjeb biżżejjed biex dan l-obbligu jiddaħħal issa. Nissuġġerixxu li titqies l-impożizzjoni ta’ obbligu “lest għall-qbid” iżda mhux qabel l-istadju tal-analiżi tad-Direttiva skont l-Artikolu 35a. Il-qasam tal-enerġija m’għandux jeħel l-ispejjeż marbuta mas-CCS sakemm it-teknoloġija tkun ittestjata kompletament fi proġetti ta’ dimostrazzjoni. Jidher li l-ispejjeż marbuta mar-riċerka u l-iżvilupp biss fir-rigward tal-qbid, it-trasport u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 huma ġġustifikati. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 131 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
Il-karatterizzazzjoni u l-valutazzjoni tas-siti tal-ħżin msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jitwettqu f’erba’ partijiet skond il-kriterji li ġejjin. Derogi minn wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji huma permessi sakemm il-kapaċità tal-karatterizzazzjoni u l-valutazzjoni li jippermettu d-determinazzjonijiet skond l-Artikolu 4 ma tiġiex affetwata. |
Il-karatterizzazzjoni u l-valutazzjoni tas-siti tal-ħżin imsemmija fl-Artikolu 4 għandhom jitwettqu f’erba’ partijiet skond l-aħjar tekniki disponibbli u l-kriterji li ġejjin. Derogi minn wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji jistgħu jiġu permessi mill-awtorità kompetenti sakemm il-kapaċità tal-karatterizzazzjoni u l-valutazzjoni li jippermettu d-determinazzjonijiet skond l-Artikolu 4 ma tiġix affettwata. Il-Kummissjoni għandha tfittex l-għajnuna tal-kumitat għar-reviżjoni teknika biex tipproduċi l-linji gwida previsti fl-Artikolu 4(3) għall-awtoritajiet kompetenti dwar l-użu effettiv tal-kriterji skont l-aħjar tekniki disponibbli. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-awtorità kompetenti trid tiddetermina liema tagħrif hu meħtieġ f'kull każ biex isiru ġudizzji xierqa biex jiġi evalwat bl-aħjar mod ir-riskju ta' tnixxija. Uħud mill-kriterji mhumiex ċari, u hemm differenzi kbar fl-importanza tagħhom, u għalhekk hu essenzjali li jsiru linji gwida dwar l-aħjar tekniki disponibbli. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 132 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – Parti 1 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
Għandha tiġi akkumulata biżżejjed data biex jinbena mudell ta’ l-art tridimensjonali (3-D) volumetriku u dinamiku għas-sit tal-ħżin u għall-kumpless tal-ħżin inkluża l-blata tal-wiċċ (caprock) u l-madwar, inklużi l-oqsma konnessi idrawlikament. Din id-data għandha tkopri mill-inqas il-karatteristiċi kumplessi intrinsiċi li ġejjin: |
Biex jiġi stabbilit ir-riskju ta' tnixxija, għandha tiġi akkumulata biżżejjed data biex jinbena mudell ta’ l-art tridimensjonali (3-D) volumetriku u dinamiku għas-sit tal-ħżin u għall-kumpless tal-ħżin inkluża l-blata tal-wiċċ (caprock) u l-madwar, inklużi ż-żoni konnessi idrawlikament. Din id-data għandha tkopri mill-inqas il-karatteristiċi intrinsiċi li ġejjin tal-kumpless tal-ħżin: | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 133 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – Parti 1 – punt (g) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(g) Il-preżenza u kundizzjoni ta’ passaġġi naturali jew magħmula mill-bniedem li jistgħu jipprovdu passaġġi għat-tnixxijiet; |
(g) Il-preżenza u kundizzjoni ta’ passaġġi naturali jew magħmula mill-bniedem, inklużi bjar u 'boreholes', li jistgħu jipprovdu passaġġi għat-tnixxijiet; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 134 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – Parti 1 – punt (k) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(k) L-interazzjonijiet possibbli ma’ attivitajiet oħra (eż. l-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-ħżin ta’ l-idrokarboni, l-użu ġeotermali ta’ blat li jżomm fih ħafna ilma); |
(k) L-interazzjonijiet possibbli ma’ attivitajiet oħra (eż. l-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-ħżin ta’ l-idrokarburi), speċjalment il-kompetizzjoni ma' sorsi ta' enerġija li jiġġeddu (eż. l-użu ġeotermali ta’ blat li jżomm fih ħafna ilma) u r-riżervi tal-ilma ta’ taħt l-art; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Waqt l-evalwazzjoni tas-siti tal-ħżin għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kompetizzjoni bejn il-ħżin tas-CO2 u sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, bħall-użu ġeotermali tal-blat li jżomm fih ħafna ilma. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 135 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – Parti 1 – punt (l) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(l) Il-prossimità għas-sors(i) potenzjali ta’ CO2 (inklużi stimi tal-massa totali potenzjali tas-CO2 ekonomikament disponibbli għall-ħżin). |
(l) Il-prossimità għas-sors(i) potenzjali ta’ CO2 (inklużi stimi tal-massa totali potenzjali tas-CO2 ekonomikament disponibbli għall-ħżin, peress li t-trasport fuq distanzi twal jista' jsir ekonomikament mhux vijabbli), kif ukoll id-disponibilità ta' netwerk tat-trasport sikur u xieraq. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
It-trasport tas-CO2 fuq distanzi twal jista’ jsir għali ħafna u għalhekk jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jafu hemmx biżżejjed kapaċità ta’ ħżin disponibbli f’ċerta zona. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 136 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – Parti 3 – punt 3.1 (a) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(a) Ir-rati possibbli ta’ injezzjoni u l-proprjetajiet tas-CO2; |
(a) Ir-rati possibbli ta’ injezzjoni, il-proprjetajiet tas-CO2 u kif jinbidlu skont it-temperatura u l-pressjoni; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Bidla fil-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tas-CO2 skont it-temperatura u l-pressjoni tista’ taffettwa l-karatterizzazzjoni tas-sigurtà u r-riżultati tal-immudellar. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 137 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – Parti 3 – punt 3.1 (e) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(e) Is-simulazzjonijiet fil-qosor u fit-tul (biex jiġi stabbilit l-eżitu u l-imġiba tas-CO2 matul id-deċennji u l-millenja inkluż il-veloċità tax-xoljiment tas-CO2 fl-ilma). |
(e) Is-simulazzjonijiet fil-qosor u fit-tul (biex jiġi stabbilit l-eżitu u l-imġiba tas-CO2 matul id-deċennji u l-millenja inkluża r-rata ta' taħlil tas-CO2 fl-ilma). | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għal raġunijiet ta’ kjarifika teknika. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 138 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – Parti 3 – punt 3.1 (f) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(f) L-imġiba pressjoni/volum vs. iż-żmien tal-formazzjoni tal-ħżin; |
(f) L-imġiba tal-pressjoni u l-volum vs. iż-żmien tal-formazzjoni tal-ħżin; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għal raġunijiet ta’ kjarifika teknika. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 139 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – Parti 3 – punt 3.1 (o) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(o) Ir-rata tal-migrazzjoni (f’ġibjuni miftuħa); |
(o) Ir-rata tal-migrazzjoni (f’ġibjuni); | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-ġibjuni miftuħa m’għandhomx ikunu permessi għaliex jistgħu jkunu ta’ periklu għall-bniedem u għall-ambjent. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 140 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – Parti 3 – punt 3.3 (c) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(c) Il-parametri kritiċi li jaffetwaw it-tnixxija potenzjali (eż. l-pressjoni massima tal-ġibjun, ir-rata massima ta’ injezzjoni, is-sensittività għal assunzjonijiet varji fil- mudell(i) ta’ l-Art ġeoloġiku(ġeoloġiċi) statiku(statiċi) eċċ.); |
(c) Il-parametri kritiċi li jaffettwaw it-tnixxija potenzjali (eż. l-pressjoni massima tal-ġibjun, ir-rata massima ta’ injezzjoni, it-temperatura, is-sensittività għal suppożizzjonijiet varji fil-mudell(i) ta’ terrestri ġeoloġiku(ġeoloġiċi) statiku(statiċi) eċċ.); | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għal raġunijiet ta’ kjarifika teknika. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 141 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – Parti 4 – punt (a) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(a) Il-valutazzjoni ta’ l-esponiment – ibbażata fuq il-karatteristiċi ta’ l-ambjent u d-distribuzzjoni tal-popolazzjoni tal-bniedem fuq il-kumpless tal-ħżin, u l-imġiba u l-eżitu potenzjali tas-CO2 li jnixxi minn passaġġi potenzjali identifikati taħt Parti 3; |
(a) Il-valutazzjoni ta’ l-esponiment – ibbażata fuq il-karatteristiċi ta’ l-ambjent u d-distribuzzjoni u l-attivitajiet tal-popolazzjoni tal-bniedem fuq il-kumpless tal-ħżin, u l-imġiba u l-eżitu potenzjali tas-CO2 li jnixxi minn passaġġi potenzjali identifikati taħt il-Parti 3; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-evalwazzjoni m’għandhiex tkun ibbażata biss fuq l-ambjent u l-popolazzjoni iżda fuq l-attivitajiet tal-madwar ukoll. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 142 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – Parti 4 – punt (b) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(b) Il-valutazzjoni ta’ l-effetti – ibbażata fuq is-sensittività ta’ speċji, komunitajiet jew ambjenti naturali partikolari konnessa ma’ avvenimenti ta’ tnixxija potenzjali identifikati taħt Parti 3. Fejn ikun rilevanti għandha tinkludi l-effetti ta’ l-esponiment għal konċentrazzjonijiet għolja ta’ CO2 fil-biosfera (fgar; hypercapnia) u pH imnaqqas f’dawk l-ambjenti minħabba tnixxija ta’ CO2). Għandha tinkludi wkoll valutazzjoni ta’ l-effetti ta’ sustanzi oħra li jistgħu jkunu preżenti fi tnixxijiet minn nixxiegħat ta’ CO2 (jew impurezzi preżenti fin-nixxiegħa ta’ l-injezzjoni jew sustanzi ġodda ffurmati permezz tal-ħżin tas-CO2). Dawn l-effetti għandhom jitqiesu fuq firxa ta’ skali skond iż-żmien u l-post, u konnessi ma’ firxa ta’ kobor differenti ta’ avvenimenti ta’ tnixxija. |
(b) Il-valutazzjoni ta’ l-effetti – ibbażata fuq is-sensittività ta’ speċji, komunitajiet jew ambjenti naturali partikolari konnessa ma’ avvenimenti ta’ tnixxija potenzjali identifikati taħt il-Parti 3. Fejn ikun rilevanti għandha tinkludi l-effetti ta’ l-esponiment għal konċentrazzjonijiet għolja ta’ CO2 fil-biosfera (inklużi l-ħamrija, is-sedimenti tal-baħar u l-ilmijiet li fihom flora u fawna fil-qiegħ tagħhom (fgar; hypercapnia) u pH li jkun naqas f’dawk l-ambjenti minħabba tnixxija ta’ CO2). Għandha tinkludi wkoll valutazzjoni ta’ l-effetti ta’ sustanzi oħra li jistgħu jkunu preżenti fi tnixxijiet minn flussi ta’ CO2 (jew impurezzi preżenti fil-fluss ta’ l-injezzjoni jew sustanzi ġodda ffurmati permezz tal-ħżin tas-CO2). Dawn l-effetti għandhom jitqiesu fuq firxa ta’ skali skond iż-żmien u l-post, u konnessi ma’ firxa ta’ kobor differenti ta’ avvenimenti ta’ tnixxija. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għal raġunijiet ta’ kjarifika teknika. "Imnaqqas" għandha tifsira oħra fil-letteratura professjonali (reazzjoni kimika fejn speċje kimika taċċetta l-elettroni). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 143 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness II – paragrafu 1 – punt 1.1 – subparagrafu 3 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
L-għażla tat-teknoloġija tal-monitoraġġ għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar prattika disponibbli fiż-żmien tad-disinn. L-alternattivi li ġejjin għandhom jitqiesu u jiġu użati kif xieraq: |
L-għażla tat-teknoloġija tal-monitoraġġ għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar prattika disponibbli fiż-żmien tad-disinn, u tkun aġġornata skont l-iżvilupp tal-aqwa prattiki disponibbli. L-alternattivi li ġejjin għandhom jitqiesu u jiġu użati kif xieraq: | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-iżviluppi teknoloġiċi jseħħu malajr, għalhekk importanti li jintużaw l-aqwa prattiki disponibbli. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 144 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness II – paragrafu 1 – punt 1.1 (k) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(k) it-teknoloġiji li jipprovdu informazzjoni dwar l-imġiba tal-volum tal-pressjoni u d-distribuzzjoni tas-saturazzjoni fil-wisa’ u fl-għoli tal-formazzjoni tas-CO2 billi tiġi applikata s-simulazzjoni numerika 3-D għall-mudelli ġeoloġiċi 3-D tal-formazzjoni tal-ħżin stabbiliti skond l-Artikolu 4 u l-Anness I; |
(k) it-teknoloġiji li jipprovdu informazzjoni dwar l-imġiba fir-relazzjoni bejn il-volum u l-pressjoni u d-distribuzzjoni tas-saturazzjoni fil-wisa’ u fl-għoli tal-formazzjoni tas-CO2 billi tiġi applikata s-simulazzjoni numerika 3-D għall-mudelli ġeoloġiċi 3-D tal-formazzjoni tal-ħżin stabbiliti skond l-Artikolu 4 u l-Anness I; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għal raġunijiet ta’ kjarifika teknika. |
NOTA SPJEGATTIVA
Għall-ħafna għexieren ta' snin li ġejjin, id-dinja se tiddependi fuq l-użu tal-faħam biex tiġġenera proporzjon sinifikanti tal-elettriku tagħha. Mingħajr l-użu tat-teknoloġija tal-Qbid u l-Ħżin tal-Karbonju biex jiġi evitat li jkun hemm tnixxija ta' CO2 fl-atmosfera, se jkun impossibbli li jintlaħaq it-tnaqqis globali fl-emissjonijiet li hu meħtieġ biex jiġu evitati konsegwenzi serji ħafna ta' bidla fil-klima.
Id-Direttiva tistabbilixxi l-qafas u l-kundizzjonijiet għall-użu tat-teknoloġija CCS fl-Ewropa. Tintroduċi rekwiżiti għas-separazzjoni u l-qbid tas-CO2, u għat-trasport tiegħu permezz ta' sistemi ta' pajpijiet. Tispjega l-proċedura għall-identifikazzjoni u l-użu sikur ta' siti tal-ħżin fil-blat fil-fond taħt l-art. Il-leġiżlazzjoni tipprevedi li operatur privat jgħaddi r-responsabilità lil Stat Membru għall-ħżin tas-CO2 fuq perjodu twil ħafna ta' żmien, iżda biss wara li jkun hemm ċertezza kważi assoluta li l-possibilità ta' tnixxija ġiet imnaqqsa għal kważi xejn.
Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li l-impjanti ġodda kollha tal-elettriku jinbnew b'mod li jkunu 'lesti għall-qbid', kapaċi li jkunu mgħammra b'faċilitajiet tas-CCS matul il-perjodi li fihom ikunu jaħdmu.
Is-CCS mhux se tiġi meqjusa b'mod favorevoli minn kull ambjentalist; ix-xiri tas-CO2 ftit li xejn huwa soluzzjoni 'ħadra' ideali. Iżda tista' tkun teknoloġija intermedjarja, li tgħin liċ-ċiviltà industrijali tagħna tiggwadanja ftit żmien biex tiżviluppa alternattivi li jkunu fuq l-iskala neċessarja biex jippermettu bidla kważi totali mill-fjuwils fossili għal mezzi ta' produzzjoni tal-elettriku li ma jipproduċu l-ebda karbonju. Tista' tkun applikata għal impjanti tal-elettriku mħaddma bil-gass u tista' tgħin biex jiġu evitati emissjonijiet minn kumplessi industrijali kbar. Flimkien mal-użu tal-biomass fl-impjanti tal-elettriku tista' tgħin biex jintlaħqu emissjonijiet negattivi netti, billi tikkumplimenta l-enerġija rinnovabbli. Iżda l-prijorità għandha tkun li tintuża biex tiġi indirizzata l-problema tal-faħam.
Il-faħam huwa responsabbli għal 24% tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-Ewropa, iżda dawn huma insinjifikanti meta mqabbla mal-kwantitajiet prodotti f'postijiet oħra. L-Istati Uniti tuża l-faħam biex tiġġenera 50% tal-elettriku tagħha, fl-Indja ċ-ċifra hija 70% u fiċ-Ċina hija 80%. Xi 850 impjant tal-elettriku ġdid jew ta' sostituzzjoni li jaħdem bil-faħam huma ppjanati f'dawn it-tliet pajjiżi biss. Bid-domanda tikber b'rata mgħaġġla, l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija tbassar żieda ta' 70% fl-użu tal-faħam madwar id-dinja sal-2030, u dan minkejja dak kollu li se jsir biex tiġi mħeġġa l-produzzjoni tal-elettriku permezz ta' sorsi li jiġġeddu u biex jitnaqqas l-użu tal-enerġija.
L-importanza li jiġi żviluppat l-użu tas-CCS fl-Ewropa ma tistax tiġi ssottovalutata. Imħaddma sal-potenzjal sħiħ tagħha, tista' tiggarantixxi tnaqqis ta' 50% fl-emissjonijiet tagħna tas-CO2 sal-2050. Il-limitu massimu impost fis-settur tal-elettriku mis-sistema tal-iskambju tal-emissjonijiet se jkollha rwol ewlieni biex jiġi żgurat li t-tnaqqis tas-CO2 iseħħ, bil-prezz tal-konċessjonijiet jiskoraġġixxi l-bini ta' impjanti tal-elettriku mħaddma bil-faħam u li ma jkunux mgħammra għas-CCS, iżda hija l-istampa globali li hija daqshekk importanti.
It-tekniki tas-CCS mhux biss jirrikjedu infrastruttura estensiva, iżda jnaqqsu l-effiċjenza ġenerali tal-proċess tal-produzzjoni tal-elettriku b'livell li jista' jlaħħaq il-25 fil-mija. Dan inevitabbilment iżid il-prezz tal-elettriku prodott mill-faħam filwaqt li ma joffri bl-ebda benefiċċju ekonomiku fil-futur qarib. L-uniku skop tagħhom huwa li jevitaw li jkun hemm rilaxx ta' emissjonijiet tas-CO2 fl-atmosfera biex jgħinu fil-ġlieda kontra t-tisħin tad-dinja. Jekk l-Unjoni Ewropea ma tagħtix eżempju billi tinkoraġġixxi l-iżvilupp rapidu tat-teknoloġija, mhu se jkun hemm l-ebda tama li l-Indja u ċ-Ċina jiġu persważi jadottaw l-użu tagħha jew li dawn il-pajjiżi jiġu persważi li għandu jkun rekwiżit ta' ftehima internazzjonali futura biex tiġi indirizzata l-bidla fil-klima. Il-produzzjoni enormi tas-CO2 min-numru li qed jikber ta' impjanti mħaddma bil-faħam se tiżdied ma' kull sena ta' dewmien, u l-gass se jibqa' fl-atmosfera għall-ħafna, ħafna għexieren ta' snin li ġejjin.
It-tħassib pubbliku leġittimu dwar l-użu tat-teknoloġija jrid jiġi indirizzat, iżda jrid ukoll jitpoġġa fil-kuntest tiegħu. Ġiet espressa l-biża' li t-trasport u l-ħżin tas-CO2 inerti jinvolvi periklu, iżda madankollu ma tantx jista' jitqabbel mat-trasport u l-ħżin tal-metanu li regolarment iseħħ madwar l-Ewropa. Dan il-gass b'effett ta' serra tossiku, li jieħu n-nar malajr u li huwa splussiv mhux biss huwa maħżun f'ħafna postijiet taħt l-art iżda huwa anke mwassal f'miljuni ta' djar permezz tal-pajpijiet - fejn jingħata n-nar!
It-teknoloġija tal-qbid tas-CO2 għadha relattivament ma żviluppatx kompletament. Iridu jiġu żviluppati tekniki ġodda u dawk eżistenti jridu jissaħħu biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' impjant kbir tal-kombustjoni. Madankollu l-indikaturi huma li dawn l-ostakli jistgħu jingħelbu malajr u huwa inkoraġġanti li Alstom, f'Mejju 2008, saret l-ewwel produttur ewlieni li ddikjara li l-impjanti ta' produzzjoni mgħammra għas-CCS se jkunu disponibbli b'mod kummerċjali mill-2015 sakemm ix-xogħol jibda malajr fuq il-proġetti proposti ta' dimostrazzjoni li se jgħinuna "nitgħallmu billi nagħmlu", filwaqt li jittestjaw it-teknoloġiji u jnaqqsu l-ispejjeż.
Hemm tħassib li s-CO2 ma jistax jinħażen fil-fond taħt l-art b'mod sikur iżda li jista' jnixxi, b'mod li jispiċċa fl-atmosfera u jippreżenta periklu partikolari għas-saħħa u jġib fix-xejn il-veru skop li għalih kien oriġinarjament maħżun. Id-dijossidju tal-karbonju huwa komponent naturali tal-arja li nieħdu n-nifs minnha u huma biss konċentrazzjonijiet intensi ħafna f'post partikolari li jistgħu qatt jikkawżaw problema. L-IPCC tbassar rati ta' tnixxijiet ta' mhux aktar minn 1 fil-mija kull 1000 sena, perjodu erba' darbiet itwal mill-istorja taċ-ċiviltà industrijali kollha kemm hi. Minkejja dan, fl-opinjoni tar-Rapporteur, kwalunkwe tnixxija li tista' tiġi mbassra li se jkollha impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent hija inaċċettabbli.
L-esperjenza tagħna tal-ħżin tas-CO2 għadha limitata, u huwa importanti ħafna li l-postijiet fejn ikunu s-siti tal-ħżin jintgħażlu b'attenzjoni u wara studji intensivi biss, iżda l-ikbar riskju ta' tnixxija jseħħ meta l-injezzjoni tkun qed isseħħ u immedjatament wara. Dan m'għandux ikun problema li ngħaddu lill-ġenerazzjonijiet tal-futur mingħajr soluzzjoni. Il-Gvern Norveġiż jirrapporta li wara 10 snin ta' operazzjonijiet ta' injezzjoni fi Sleipner taħt il-Baħar tat-Tramuntana, mhux biss ma kien hemm l-ebda tnixxija iżda lanqas migrazzjoni barra l-limiti mbassra. Aktar ma jgħaddi żmien, is-CO2 maħżun isir aktar stabbli u t-tnixxijiet isiru aktar improbabbli.
Ir-Rapporteur japprezza l-pariri u r-rakkomandazzjonijiet li waslu mingħand numru ta' kumpaniji u organizzazzjonijiet fit-tħejjija ta' dan ir-rapport. B'mod partikolari jirringrazzja lill-Kummissjoni għall-għajnuna tagħha fit-tħejjija tal-emendi biex jiġi rrivedut, u mtejjeb, l-abbozz tal-leġiżlazzjoni. Madankollu, għad hemm differenzi fl-istrateġija u r-Rapporteur jaċċetta r-responsabilità unika għall-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
L-ispejjeż fuq perjodu twil ta' żmien tal-użu tas-sistemi tas-CCS huma mistennija li jkunu kumparabbli ma' dawk ta' teknoloġiji oħra tal-produzzjoni tal-elettriku ladarba jitqies l-iffrankar fil-konċessjonijiet tas-Sistema tal-Iskambju tal-Emissjonijiet tal-UE, iżda l-ewwel operaturi li se jidħlu għal din il-biċċa xogħol se jħallsu prezz għoli u se jkunu jeħtieġu xi forma ta' appoġġ pubbliku.
F'Marzu 2007 l-Kunsill Ewropew wiegħed l-appoġġ tiegħu għall-bini ta' massimu ta' 12-il impjant ta' dimostrazzjoni tas-CCS fuq skala kbira sal-2015. Wieħed jittama li l-finanzjament addizzjonali meħtieġ biex dawn isiru jista' jinkiseb qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (15.9.2008)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, 96/61/KE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006
(COM(2008)0018 – C6‑0040/2008 – 2008/0015(COD))
Rapporteur għal opinjoni (*): Françoise Grossetête
(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-illimitar tal-bidla dinjija fil-klima għal 2 gradi Celsius tispjega li, sabiex jinkiseb tnaqqis ta’ 50% fl-emissjonijiet dinjija ta’ CO2 sal-2050, l-emissjonijiet minn pajjiżi li qed jiżviluppaw jeħtieġ li jonqsu bi 30% sal-2020 u mbagħad b’60-80% sal-2050. Sabiex dawn l-objettivi jkunu fattibbli, jeħtieġ nisfruttaw il-possibilitjaiet kollha tat-tnaqqis tal-emissjonijiet, bħalma huma: inċentivi sabiex jiġi limitat il-konsum tagħna ta’ fjuwils fossili; il-fatt li sorsi oħra ta’ enerġija alternattiva jieħdu post il-fjuwils fossili; u l-ġbir u l-ħżin tas-CO2 (CCS).
Il-ħżin tas-CO2 jikkonsisti f’li l-emissjonijiet ta’ CO2 fl-atmosfera jiġu ristretti billi jinġabru fis-sors tal-produzzjoni tagħhom u jinħażnu fil-ħamrija ta’ taħt fejn ma jkunux jista’ jkollhom aktar impatt fuq it-tisħin dinji. Din is-soluzzjoni għandha l-benefiċċju li tindirizza l-problema tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’ras il-għajn. Madankollu, it-teknoloġija jeħtieġ tilħaq standards għolja għall-għażla u l-ġestjoni adegwata tas-siti biex tnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ tnixxija.
Il-qbid tal-karbonju se jkun siewi prniċipalment għall-impjanti industrijali ewlenin, bħall-impjanti tal-elettriku li jaħdmu bi fjuwils fossili likwidi, solidi jew f’forma ta’ gass (żejt, faħam u gass naturali rispettivament), raffinerji tal-gass, impjanti tal-fertilizzanti u siti oħra li jipproduċu kwantitajiet kbar ta’ CO2. L-emissjonijiet minn impjanti elettriċi li jaħdmu bil-faħam jammontaw għal kwart mill-emissjonijiet ta’ CO2 fl-Ewropa u proporzjon kbir taż-żieda tal-emissjonijiet fl-Asja. Minħabba li l-impjanti elettriċi tal-faħam fl-Ewropa u fid-dinja aktarx li se jipproliferaw, hemm ħafna interess fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji għall-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2.
Issa jeħtieġ li jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ din it-teknoloġija. L-ispejjeż tas-CCS jinqasmu parzjalment fi spejjeż infrastrutturali għall-ġbir, it-trasport u l-ħżin tas-CO2, u parzjalment fl-ispejjeż tal-operat ta’ dawn l-infrastrutturi għall-ħażna tas-CO2. Il-ġbir, it-trasport u l-injezzjoni tas-CO2 jinvolvi l-użu ta’ ċertu ammont ta’ enerġija. Bil-prezz preżenti, it-teknoloġija tirrikjedi investiment minn qabel ta’ minn 30% sa 70% ogħla mill-impjanti elettriċi tradizzjonali. L-ispejjeż tal-operat ukoll huma ogħla ħafna minn dawk ta’ impjanti elettriċi li jaħdmu bil-faħam u li ma jkunux mgħammra bit-tekoloġija CCS. Għaldaqstant is-CCS se jintuża biss jekk il-prezz għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet CO2 li jkunu ġew skansati ikun aktar baxx mill-prezz tal-karbonju.
L-Iskema ta’ Kummerċ fl-Emissjonijiet tal-UE (EU ETS) se tkun l-inċentiva prinċipali għall-użu tas-CCS. Skont l-ETS tal-UE, is-CO2 miġbur u maħżun f’kundizzjonijiet sikuri xierqa skond il-qafas legali stipulat mill-UE mhux se jitqies fil-kalkolu tal-emissjonijiet. Skont l-istimi mwettqa għall-valutazzjoni tal-impatt fuq id-direttiva proposta, jekk l-ETS tal-UE tipprovdi għas-CCS u jekk wieħed jassumi tnaqqis ta’ 20% fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2020, sa din id-data ikunu ġew maħżuna 7 miljun tunnellata ta' CO2, u 160 miljun tunnellata sal-2030. L-emissjonijiet ta’ CO2 evitati fl-2030 jammontaw għal madwar 15% tat-tnaqqis meħtieġ fl-Ewropa.
Se jkun essenzjali li jinstabu inċentivi finanzjarji biex is-CCS tinbidel f’azzjoni konġunta li tkun aktar minn sempliċi struttura għall-koordinazzjoni ta’ ‘netwerk ta’ proġetti’. L-awtoritajiet pubblċi Ewropej u nazzjonali jridu jgħinu lill-kumpaniji jkopru l-ispejjeż inizjali tas-CCS sakemm it-teknoloġija ssir kummerċjalment vijabbli. Dan l-infiq jeħtieġ jitqies bħala essenzjali waqt il-perjodu tranżitorju bejn l-enerġiji attwali mill-fjuwils fossili, li ser jibqgħu predominanti għal dawn l-għexieren ta’ snin li ġejjin, u l-enerġiji alternattivi li se jeħdulhom posthom b’mod gradwali.
Fl-Ewropa jeħtieġ li jinbnew infrastrutturi ġodda biex din it-tranżizzjoni tkun suċċess. Jeħtieġ isiru sforzi ta’ riċerka u żvilupp, iżda dawn it-teknoloġiji jeħtieġ jiġu ttestjati issa biex tintwera l-affidabilità tagħha, u għandhom jinbnew proġetti pilotti u mudelli għall-wiri fl-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ nikkunsidraw ukoll modi possibbli ta’ kif noffru teknoloġiji fejn il-fjuwils fossili, b’mod partikulari l-faħam, ikunu jistgħu jintużaw għall-iżvilupp sostenibbli. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, fuq din il-bażi, l-aħjar mezz ta’ kif tappoġġja t-tfassil, il-bini u l-operat ta' sa 12-il impjant ta' dimostrazzjoni fuq skala kbira.
It-teknoloġija CCS ma tistax issir vijabbli b’mod kummerċjali ħlief jekk il-korpi industrijali u pubbliċi ma joħolqux inizjattivi għall-enerġija u inċentivi finanzjarji b’saħħithom f’waqthom. Din it-teknoloġija għandha tpoġġi lill-UE fuq quddiem fid-dinja fost il-firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji enerġetiċi nodfa, effiċjenti u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.
Il-proposta tal-Kummissjoni hi bażi tajba għad-diskussjoni, minħabba li tipprovdi qafas legali aktar siewi għall-ħżin tas-CO2. Tipprovdi wkoll qafas b’saħħtu kemm għall-awtorizzazzjoni kif ukoll għall-proċess tas-segwitu: diviżjoni f’fażijiet, tip ta’ evidenza teknika li trid tingħata f’kull stadju, konsultazzjonijiet, monitoraġġ, miżuri preventivi, miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu f’każ li jkun hemm problema, garanziji finanzjarji, spezzjonijiet, segwitu, aċċess għall-partijiet terzi, eċċ. Dan it-test, sakemm isiru ftit aġġustamenti u kjarifiki, ma jidhirx li jippreżenta problemi li ma jistgħux jissolvew.
Is-CCS jista’ jsir ħafna inqas attraenti kieku l-Istati Membri setgħu jipprojbixxu kwalunkwe ħżin ta’ CO2 jew inkella kwalunkwe esplorazzjoni ta’ siti ta’ ħżin ta’ CO2 fit-territorju tagħhom. L-approċċ lejn, u l-grad ta’ entużjażmu għat-teknoloġija tas-CCS ivarja minn Stat Membru għal ieħor. Xi Stati Membri m’għandhomx studji preċiżi dwar il-kapaċitajiet jew siti tal-ħżin fit-territorji tagħhom.
Fil-bidu tal-2007 il-Kummissjoni pproponiet li proporzjon kbir tal-impjanti li jikkawżaw l-akbar kwantitajiet ta’ emissjonijiet ta’ CO2 għandhom jagħmlu l-istrutturi tagħhom kompatibbli mat-teknoloġija tas-CCS sal-2020. Din l-idea ġiet abbandunata għar-raġuni li t-teknoloġija ma kinitx finanzjarjament attraenti dak iż-żmien. Id-direttiva li ġejja tista’ tintroduċi klawżola rendezvous għar-reviżjoni tad-direttiva. Dan it-tip ta’ reviżjoni tista’ tinvolvi l-possibilità li s-CCS isir obbligatorju minn data speċifika ‘l quddiem għal impjanti ġodda ta’ kombustjoni ta’ aktar minn 300W. Ir-rekwiżit għall-impjanti elettriċi ġodda kollha li jqisu l-implimentazzjoni ġejjiena tas-CCS (il-kunċett ta’ “lest-biex-jinġabar”) se jibqa’ pjuttost limitat fl-effett tiegħu sakemm ma jsirux objettivi ċari.
Jistgħu jitqajmu dubji dwar il-ħin qasir ħafna mogħti għall-istadju tal-esplorazzjoni, anke f’testijiet partikolari fuq l-injezzjoni ta’ kwantitajiet żgħar ta’ CO2 biex jappoġġjaw l-istudji qabel ma jsiru talbiet għal awtorizzazzjoni biex jinħażen is-CO2. L-esperjenza tat-tiftix għal siti ta’ ħżin tal-gass naturali donnu li turi li jinħtieġu perjodi ħafna itwal għall-istadju tal-esplorazzjoni f’kuntest ġeoloġiku partikolari.
Tinħtieġ aktar riċerka dwar l-effetti ambjentali possibbli taż-żamma tas-CO2, u ta’ tnixxija fl-ambjent tal-baħar jew tal-art. Il-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-proprjetà u r-responsabilità f’każ ta’ tnixxija se jkunu l-aktar kwistjonijiet diffiċli.
Is-CCS mhux soluzzjoni popolari daqs l-enerġija mir-riħ, mill-marea jew mix-xemx. Jinħtieġu żviluppi ġodda, b’mod partikulari rigward il-ħżin, u għaldaqstant jeħtieġ li jiġu megħluba diversi ostakoli qabel mas-CCS isir teknika stabbilita għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2.
EMENDI
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(4) Il-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (CCS) huwa mezz biex jittaffa t-tibdil fil-klima. Dan jikkonsisti fil-ġbir tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) mill-impjanti industrijali, it-trasport tiegħu għal sit tal-ħżin u l-injezzjoni tiegħu f’formazzjoni ġeoloġika xierqa għall-iskopijiet ta’ ħżin permanenti. |
(4) Il-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (CCS) huwa mezz biex jittaffa t-tibdil fil-klima. Dan jikkonsisti fil-ġbir tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) mill-impjanti industrijali, it-trasport tiegħu għal sit tal-ħżin u l-injezzjoni tiegħu f’formazzjoni ġeoloġika xierqa għall-iskopijiet ta’ ħżin permanenti. Sabiex ma jintilfux il-benefiċċji antiċipati tat-teknoloġija CCS f'termini ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju, għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li din it-teknoloġija ma sservix ta’ inċentiv biex jiżdied l-għadd ta' impjanti li jiġġeneraw l-enerġija li jaħdmu bil-fjuwils konvenzjonali. | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 4 a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(4a) Skont l-istimi mwettqa għall-valutazzjoni tal-impatt tad-direttiva proposta, jekk l-ETS tal-UE tappoġġja s-CCS u jekk wieħed jassumi tnaqqis ta’ 20% fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2020, sa din id-data ikunu ġew maħżuna 7 miljun tunnellata ta' CO2, u 160 miljun tunnellata sal-2030. L-emissjonijiet ta’ CO2 evitati sal-2030 kieku jammontaw għal madwar 15% tat-tnaqqis meħtieġ fl-Ewropa. | ||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 7 a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(7a) Il-komponenti kollha tal-ġbir, tat-trasport u tal-ħżin tas-CO2 kienu suġġetti b'mod separat għal proġetti pilota, iżda għad iridu jiġu inkorporati fi proċess komplut ta' CCS, u l-ispejjeż tat-teknoloġija għad iridu jonqsu. L-akbar proġetti ta' ħżin ta' CO2 li huma involuti fihom intrapriżi tal-UE huma l-proġett Sleipner fil-Baħar tat-Tramuntana (Statoil) u l-proġett In Salah fl-Alġerija (Statoil, PB u Sonatrach). Proġetti pilota oħrajn attwali huma l-proġett Vattenfall fi Schwarze Pumpe fil-Ġermanja/ir-Reġjun ta' Brandenburg u l-proġett CCS li qed jitwettaq minn Total fiz-zona ta' Lacq fi Franza. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Kjarifika mqabbla mal-emenda fl-abbozz ta' opinjoni li l-proġetti mwettqa s'issa ma kinux proġetti ta' dimostrazzjoni iżda kienu proġetti pilota. | |||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 7 b (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(7b) Huwa imperattiv li l-isforzi tal-UE dwar demostrazzjoni ta’ CCS fi ħdan qafas ta' politika integrat jibdew mill-aktar fis possibbli, anke b'mod partikulari sforzi ta’ riċerka u żvilupp permezz ta’ proġetti pilota u miżuri ta’ kuxjenza pubblika u aċċettazzjoni. Jekk l-UE żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala mexxejja dinjija fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji CCS, u b’użu kummerċjali rapidu ta’ dawn it-teknoloġiji, l-impriżi tal-UE se jgawdu minn siti kummerċjali ġodda f’pajjiżi terzi bħaċ-Ċina u l-Indja. | ||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 13 a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(13a) Flimkien ma’ qafas leġiżlattiv għas-sit tal-ħżin, hemm bżonn ukoll ta' inċentivi għal żvilupp ulterjuri tat-teknoloġija, appoġġ għall-istallazzjoni ta' l-impjanti ta' dimostrazzjoni, u hemm bżonn ukoll kemm jista' jkun malajr ta' qafas leġiżlattiv maħluq mill-Istati Membri biex jiġi żgurat it-trasport sabiex imexxu ‘l quddiem b’suċċess l-użu tat-teknoloġiji CCS. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Kjarifika li hemm bżonn ta' iktar deċiżjonijiet legali u appoġġ finanzjarju fir-rigward tat-teknoloġiji CCS u l-impjanti ta' demostrazzjoni. | |||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 14 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(14) Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 ġewwa t-territorju ta’ l-Istati Membri, iż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom u fuq il-pjattaformi kontinentali tagħhom. Id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-proġetti ta’ riċerka. Għandha, madankollu, tapplika għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni b’ħżin totali intenzjonata ta’ 100 kilo tunnellata jew aktar. Dan il-limitu jidher xieraq ukoll għall-iskopijiet ta’ leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Komunità. Il-ħżin tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi li jestendu lil hinn mill-ambitu territorjali ta’ din id-Direttiva u l-ħżin tas-CO2 fil-kolonna ta’ l-ilma m’għandux ikun permess. |
(14) Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 ġewwa t-territorju ta’ l-Istati Membri, iż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom u fuq il-pjattaformi kontinentali tagħhom. Id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-proġetti ta’ riċerka. Għandha, madankollu, tapplika għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni b’ħżin totali intenzjonata ta’ 150 kilo tunnellata jew aktar. Dan il-limitu għandu jippermetti li l-proġetti pilota ta’ riċerka u żvilupp li jeżistu diġà jew li huma ippjanati fl-Istati Membri jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u jidher xieraq ukoll għall-iskopijiet ta’ leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Komunità. Il-ħżin tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi li jestendu lil hinn mill-ambitu territorjali ta’ din id-Direttiva u l-ħżin tas-CO2 fil-kolonna ta’ l-ilma m’għandux ikun permess. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Uħud mill-ikbar proġetti pilota R & D mnedija preżentament f'bosta pajjiżi ta' l-UE għandhom kapaċità ta' madwar 30 MW għal injezzjoni totali ta' madwar 120 sa 140 kt. Dan il-limitu propost mill-Kummissjoni għall-esklużjoni ta' proġetti pilota R & D mhux se jippermetti l-esklużjoni ta' dawn il-proġetti pilota R & D mill-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva u konsegwentament id-direttiva taf tinterferixxi mal-awtorizzazzjoni miksuba mill-awtoritajiet nazzjonali għat-twettiq ta' dawn il-proġetti. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa essenzjali li l-limitu ta' 100 kt propost mill-Kummissjoni jiżdied għal 150 kt. | |||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 15 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(15) L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jiddeterminaw iż-żoni ġewwa t-territorju tagħhom li minnhom jistgħu jiġu magħżula siti tal-ħżin. L-għażla tas-sit tal-ħżin xieraq hija kruċjali biex jiġi żgurat li s-CO2 maħżun ikun miġbur kompletament għall-futur indefinit. Sit għandu għalhekk jiġi magħżul bħala sit tal-ħżin biss, jekk ma jkun hemm l-ebda riskju sinifikanti ta’ tnixxija, u jekk fi kwalunkwe każ l-ebda impatti ambjentali jew għas-saħħa ma jkun probabbli li jiġru. Dan għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ karatterizzazzjoni u valutazzjoni ta’ kumpless tal-ħżin potenzjali skond rekwiżiti speċifiċi. |
(15) L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jiddeterminaw iż-żoni ġewwa t-territorju tagħhom li minnhom jistgħu jiġu magħżula siti tal-ħżin. L-għażla tas-sit tal-ħżin xieraq hija kruċjali biex jiġi żgurat li s-CO2 maħżun ikun miġbur kompletament għall-futur indefinit. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jqisu l-karatteristiċi ġeoloġiċi tagħhom, pereżempju s-siżmiċità, bl-aktar mod objettiv u effettiv possibbli fl-għażla tas-siti tal-ħżin. Sit għandu għalhekk jiġi magħżul bħala sit tal-ħżin biss, jekk ma jkun hemm l-ebda riskju sinifikanti ta’ tnixxija, u jekk fi kwalunkwe każ l-ebda impatti ambjentali jew għas-saħħa ma jkun probabbli li jiġru. Dan għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ karatterizzazzjoni u valutazzjoni ta’ kumpless tal-ħżin potenzjali skond rekwiżiti speċifiċi. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu s-siti tal-ħżin minħabba li huma dawk infurmati l-aħjar dwar il-karatteristiċi ġeoloġiċi lokali speċifiċi u, fl-isfond ta' din l-informazzjoni, jinsabu fl-aqwa pożizzjoni biex jiddeċiedu jekk jistax isir l-investiment neċessarju. | |||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 16 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(16) L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw f’liema każijiet tkun meħtieġa esplorazzjoni biex tiġi ġġenerata l-informazzjoni meħtieġa għall-għażla tas-sit. Din it-tip ta’ esplorazzjoni għandha ssir suġġetta għal rekwiżit ta’ permess. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-esplorazzjoni jkunu miftuħa għall-entijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jiġu mogħtija fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi ppubblikati. Sabiex jiġu protetti u inkoraġġati l-investimenti fl-esplorazzjoni, il-permessi għall-esplorazzjoni għandhom jingħataw għal żona u volum limitat u għal żmien limitat, li matulu d-detentur tal-permess għandu jkollu l-uniku dritt li jesplora l-kumpless tal-ħżin tas-CO2 potenzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jiġu permessi l-ebda użijiet konfliġġenti tal-kumpless matul dan iż-żmien. |
(16) L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw f’liema każijiet tkun meħtieġa esplorazzjoni biex tiġi ġġenerata l-informazzjoni meħtieġa għall-għażla tas-sit. Din it-tip ta’ esplorazzjoni għandha ssir suġġetta għal rekwiżit ta’ permess. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-esplorazzjoni jkunu miftuħa għall-entijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jiġu mogħtija fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi ppubblikati u nondiskriminatorji. Sabiex jiġu protetti u mħeġġa l-investimenti fl-esplorazzjoni, il-permessi għall-esplorazzjoni għandhom jingħataw għal żona u volum limitat u għal perjodu ta’ tliet snin, li wara jkun jista’ jiġġedded għal perjodi oħra ta’ tliet snin, għat-tul ta’ żmien meħtieġ beix jitwettqu l-attivitajiet li għalihom joħroġ il-permess ta’ esplorazzjoni, li matulu d-detentur tal-permess għandu jkollu l-uniku dritt li jesplora l-kumpless tal-ħżin tas-CO2 potenzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jiġu permessi l-ebda użijiet konfliġġenti tal-kumpless matul dan iż-żmien. Jekk ma titwettaq l-ebda attività, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-permess għall-esplorazzjoni jiġi rtirat u li dan ikun jista' jingħata lil entitajiet oħrajn. | ||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 17 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(17) Is-siti tal-ħżin m’għandhomx jiġu mħaddma mingħajr permess għall-ħżin. Il-permess għall-ħżin għandu jkun l-istrument prinċipali biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti sostanzjali tad-Direttiva jintlaħqu u li l-ħżin ġeoloġiku għalhekk iseħħ b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. |
(17) Is-siti tal-ħżin m’għandhomx jiġu mħaddma mingħajr permess għall-ħżin. Il-permess għall-ħżin għandu jkun l-istrument prinċipali biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti sostanzjali tad-Direttiva jintlaħqu u li l-ħżin ġeoloġiku għalhekk iseħħ b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. L-esplorazzjonijiet li jitwettqu, u l-investimenti neċessarji magħmula b’riżultat tagħhom, jiġġustifikaw l-istennija min-naħa tad-detenturi tal-permess tal-esplorazzjoni li huma jkunu se jkunu dawk li jkollhom il-permess tal-ħżin. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Toħloq inċentivi għat-twettiq ta' l-esplorazzjoni. | |||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 18 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(18) L-abbozzi kollha tal-permessi għall-ħżin għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni, biex tkun tista' toħroġ opinjoni fuq l-abbozzi tal-permessi fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu din l-opinjoni meta jieħdu deċiżjoni dwar il-permess u għandhom jiġġustifikaw kull tbegħid mill-opinjoni tal-Kummissjoni. |
(18) L-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li jissottomettu l-abbozz ta' permess għall-ħżin lill-Kummissjoni li tista’ toħroġ opinjoni konsultattiva fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni. | ||||||||||||
Ir-reviżjoni fil-livell tal-Komunità għandha tgħin biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tad-Direttiva madwar il-Komunità u wkoll ittejjeb il-fiduċja pubblika fis-CCS, speċjalment fil-fażi bikrija ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva. |
Ir-reviżjoni fil-livell tal-Komunità għandha tgħin biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tad-Direttiva madwar il-Komunità u wkoll ittejjeb il-fiduċja pubblika fis-CCS, speċjalment fil-fażi bikrija ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva. | ||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 19 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(19) L-awtorità kompetenti għandha tirreviżjona u fejn meħtieġ taġġorna jew tirtira l-permess għall-ħżin inter alia jekk tkun ġiet notifikata b’irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet, jekk ir-rapporti sottomessi mill-operaturi jew l-ispezzjonijiet imwettqa juru nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess jew jekk issir konxja b’xi nuqqas ieħor mill-operatur milli jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-permess. Wara l-irtirar ta’ permess, l-awtorità kompetenti għandha jew toħroġ permess ġdid jew tagħlaq is-sit tal-ħżin. Sadanittant, l-awtorità kompetenti għandha tieħu r-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin inkluż l-obbligazzjonijiet legali kollha li jirriżultaw. Safejn huwa possibbli, l-ispejjeż magħmula għandhom jiġu rkuprati mingħand l-operatur preċedenti. |
(19) L-awtorità kompetenti għandha tirreviżjona u fejn meħtieġ taġġorna jew tirtira l-permess għall-ħżin inter alia jekk tkun ġiet notifikata b’irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet, jekk ir-rapporti sottomessi mill-operaturi jew l-ispezzjonijiet imwettqa juru nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess jew jekk issir konxja b’xi nuqqas ieħor mill-operatur milli jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-permess. Wara l-irtirar ta’ permess, l-awtorità kompetenti għandha jew toħroġ permess ġdid jew tagħlaq is-sit tal-ħżin. Sadanittant, l-awtorità kompetenti għandha tieħu r-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin inkluż l-obbligazzjonijiet legali kollha li jirriżultaw. L-ispejjeż magħmula għandhom jiġu rkuprati mingħand l-operatur preċedenti. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Meta l-awtorità kompetenti tassumi r-responsabilità ta' sit minħabba irregolaritajiet, tnixxijiet jew nuqqasijiet min-naħa tal-operatur, l-ispejjeż xorta waħda għandhom jaqgħu f'idejn l-operatur. | |||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 21 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(21) Il-monitoraġġ huwa essenzjali biex jiġi valutat jekk is-CO2 injettat qiegħedx iġib ruħu kif mistenni, jekk ikunx hemm xi migrazzjoni jew tnixxija, u jekk xi tnixxija identifikata tkunx qiegħda tagħmel ħsara lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li matul il-fażi operazzjonali, l-operatur jimmonitorja l-kumpless tal-ħżin u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni fuq il-bażi ta’ pjan ta’ monitoraġġ iddisinjat skond rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ. Il-pjan għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetentiu u għandu jiġi approvat minnha. |
(21) Il-monitoraġġ huwa essenzjali biex jiġi valutat jekk is-CO2 injettat qiegħedx iġib ruħu kif mistenni, jekk ikunx hemm xi migrazzjoni jew tnixxija, u jekk xi tnixxija identifikata tkunx qiegħda tagħmel ħsara lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li matul il-fażi operazzjonali, l-operatur jimmonitorja l-kumpless tal-ħżin u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni fuq il-bażi ta’ pjan ta’ monitoraġġ iddisinjat skond rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ. Il-pjan għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti u u għandu jiġi approvat minnha. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-pjan ta’ monitoraġġ għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE. | ||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 26 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(26) Ir-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin, inklużi l-obbligazzjonijiet legali kollha li jirriżultaw, għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtorità kompetenti, jekk u meta l-evidenza kollha disponibbli tindika li s-CO2 maħżun se jkun miġbur kompletament għall-futur indefinit. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jipprepara rapport li jiddokumenta li l-kriterju ġie ssodisfat u jissottomettih lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tat-trasferiment. L-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni kollha għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni, biex tkun tista' toħroġ opinjoni dwar l-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu din l-opinjoni meta jieħdu deċiżjoni dwar l-approvazzjoni u għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe tbegħid mill-opinjoni tal-Kummissjoni. Bħar-reviżjoni ta’ abbozzi ta’ permessi tal-ħżin fil-livell tal-Komunità, ir-reviżjoni ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni għandha tgħin biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tad-Direttiva madwar il-Komunità u wkoll ittejjeb il-fiduċja pubblika fis-CCS, speċjalment fil-fażi bikrija ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva. |
(26) Ir-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin, inklużi l-obbligazzjonijiet legali kollha li jirriżultaw, għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtorità kompetenti, jekk u meta l-evidenza kollha disponibbli tindika li s-CO2 maħżun se jkun miġbur kompletament għall-futur indefinit u li r-rekwiżiti kollha msemmija fil-permess tal-ħżin ġew sodisfati. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jipprepara rapport li jiddokumenta li l-kriterju ġie ssodisfat u jissottomettih lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tat-trasferiment. Fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tagħhom lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar l-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni. Bħar-reviżjoni ta’ abbozzi ta’ permessi tal-ħżin fil-livell tal-Komunità, ir-reviżjoni ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni għandha tgħin biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tad-Direttiva madwar il-Komunità u wkoll ittejjeb il-fiduċja pubblika fis-CCS, speċjalment fil-fażi bikrija ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva. | ||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 28 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(28) Għandha ssir dispożizzjoni finanzjarja sabiex tiżdied il-fiduċja li l-obbligazzjonijiet ta’ l-għeluq u ta’ wara l-għeluq, l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-inklużjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE, u l-obbligazzjonijiet taħt din id-Direttiva li jittieħdu miżuri korrettivi f’każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet, ikunu jistgħu jiġu ssodisfati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet finanzjarji, f’forma ta’ garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor, isiru mill-applikant qabel is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-permess. |
(28) Għandha ssir dispożizzjoni finanzjarja sabiex tiżdied il-fiduċja li l-obbligazzjonijiet ta l-għeluq u ta wara l-għeluq, l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-inklużjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE, u l-obbligazzjonijiet taħt din id-Direttiva li jittieħdu miżuri korrettivi fkaż ta irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet, ikunu jistgħu jiġu ssodisfati.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet finanzjarji, fforma ta garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor, isiru mill-applikant qabel l-użu tas-sit tal-ħżin. | ||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 29 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(29) L-aċċess għan-netwerks tat-trasport tas-CO2 u għas-siti tal-ħżin jista’ jsir kundizzjoni għad-dħul fi jew għat-tħaddim kompetittiv ġewwa s-suq intern ta’ l-elettriku u tas-sħana, skond il-prezzijiet relattivi tal-karbonju u s-CCS. Huwa għalhekk xieraq li jsiru arranġamenti għall-utenti potenzjali biex jiksbu dan it-tip ta’ aċċess. Dan għandu jsir b’mod li għandu jiġi ddeterminat minn kull Stat Membru, b’applikazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ aċċess ġust u miftuħ u billi jitqiesu inter alia l-kapaċità tat-trasport u tal-ħżin li hija disponibbli jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli kif ukoll il-proporzjon ta’ l-obbligazzjonijiet tagħha ta’ tnaqqis tas-CO2 skond strumenti legali internazzjonali u leġiżlazzjoni tal-Komunità intenzjonata li tikseb il-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2. L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim li jippermettu soluzzjoni rapida ta’ tilwim dwar l-aċċess għan-netwerks tat-trasport u s-siti tal-ħżin tas-CO2. |
(29) L-aċċess għan-netwerks tat-trasport tas-CO2 u għas-siti tal-ħżin jista’ jsir kundizzjoni għad-dħul fi jew għat-tħaddim kompetittiv ġewwa s-suq intern ta’ l-elettriku u tas-sħana, skond il-prezzijiet relattivi tal-karbonju u s-CCS. Huwa għalhekk xieraq li jsiru arranġamenti għall-utenti potenzjali biex jiksbu dan it-tip ta’ aċċess f’kundizzjonijiet nondiskriminatorji. Dan għandu jsir b’mod li għandu jiġi ddeterminat minn kull Stat Membru, b’applikazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ aċċess ġust u miftuħ u billi jitqiesu inter alia l-kapaċità tat-trasport u tal-ħżin li hija disponibbli jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli kif ukoll il-proporzjon ta’ l-obbligazzjonijiet tagħha ta’ tnaqqis tas-CO2 skond strumenti legali internazzjonali u leġiżlazzjoni tal-Komunità intenzjonata li tikseb il-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2. L-aċċess regolat għall-infrastrutturi tat-trasport għandu jitqies bħala għażla tajba għall-operaturi waqt l-ewwel ftit snin tal-iżvilupp kummerċjali tas-CCS. L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni tat-tilwim li jippermettu riżoluzzjoni rapida ta’ tilwim dwar l-aċċess għan-netwerks tat-trasport u s-siti tal-ħżin tas-CO2. | ||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 30 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(30) Huma meħtieġa dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li f’każijiet ta’ transport transkonfinali tas-CO2, siti tal-ħżin transkonfinali jew kumplessi tal-ħżin transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tal-leġiżlazzjoni l-oħra kollha tal-Komunità b’mod konġunt. |
(30) Huma meħtieġa dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li f’każijiet ta’ trasport transkonfinali tas-CO2, siti tal-ħżin transkonfinali jew kumplessi tal-ħżin transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tal-leġiżlazzjoni l-oħra kollha tal-Komunità b’mod konġunt, kif ukoll tal-ftehimiet internazzjonali li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u/jew il-Komunità. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Fil-każ tat-trasport u tas-siti tal-ħżin transkonfinali, l-Istati Membri kollha, u l-pubbliku nazzjonali, għandhom ikunu involuti b'mod effettiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet rilevanti. | |||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 31 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(31) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tas-siti tal-ħżin magħluqa kollha u tal-kumplessi tal-ħżin tal-madwar, inklużi mapep li juru safejn dawn iwasslu li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-proċeduri ta’ ppjanar u ta’ approvazzjoni rilevanti. Ir-reġistru għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni wkoll. |
(31) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tas-siti tal-ħżin miftuħa u magħluqa kollha u tal-kumplessi tal-ħżin ta' l-inħawi, inklużi mapep li juru safejn dawn iwasslu li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-proċeduri ta’ ppjanar u ta’ approvazzjoni rilevanti. Ir-reġistru għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni wkoll. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Billi t-tħaddim tas-siti tal-ħżin jista' jkun għat-tul, jinħtieġ li jkun hemm reġistru ta' dawn is-siti wkoll, fl-interess kemm tas-sikurezza kif ukoll tat-trasparenza. | |||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 37 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(37) It-tranżizzjoni għal ġenerazzjoni ta’ l-elettriku b’ammont baxx ta’ karbonju teħtieġ li jsiru investimenti ġodda fil-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku mill-karburanti fossili b’mod li jiffaċilita tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet. Għal dan il-għan, id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni għandha tiġi emendata biex tirrikjedi li l-impjanti kollha tal-kombustjoni, li għalihom il-liċenzja tal-kostruzzjoni oriġinali jew il-liċenzja oriġinali biex joperaw tkun ingħatat wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, ikollhom spazju xieraq fis-sit ta’ l-istallazzjoni għat-tagħmir neċessarju biex jinġabar u jiġi kkompressat is-CO2 u li d-disponibbiltà ta’ siti tal-ħżin u networks tat-trasport xierqa, kif ukoll il-vijabbiltà teknika tal-konverżjoni għall-ġbir tas-CO2, ikunu ġew valutati. |
(37) It-tranżizzjoni għal ġenerazzjoni ta’ l-elettriku b’ammont baxx ta’ karbonju teħtieġ l-ewwel u qabel kollox li jsiru investimenti ġodda f'forom alternattivi tal-enerġija bħall-enerġija li tiġġedded u, it-tieni, fil-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku mill-karburanti fossili b’mod li jiffaċilita tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet. Għal dan il-għan, id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni għandha tiġi emendata biex tirrikjedi li l-impjanti kollha tal-kombustjoni, li għalihom il-liċenzja tal-kostruzzjoni oriġinali jew il-liċenzja oriġinali biex joperaw tkun ingħatat wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, ikollhom spazju xieraq fis-sit ta’ l-istallazzjoni għat-tagħmir neċessarju biex jinġabar u jiġi kkompressat is-CO2 u li d-disponibbiltà ta’ siti tal-ħżin u networks tat-trasport xierqa, kif ukoll il-vijabbiltà teknika tal-konverżjoni għall-ġbir tas-CO2, ikunu ġew valutati. | ||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-iskop tal-ħżin ġeoloġiku huwa l-ġbir permanenti tas-CO2 b’mod li jipprevjeni jew inaqqas kemm jista’ jkun l-effetti negattivi fuq l-ambjent u kwalunkwe riskju li jirriżulta għas-saħħa tal-bniedem. |
2. L-iskop tal-ħżin ġeoloġiku huwa l-ġbir permanenti u sikur tas-CO2 b’mod li jipprevjeni kemm jista’ jkun l-effetti negattivi fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. | ||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 – paragrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. Il-ħżin tas-CO2 fil-kolonna ta’ l-ilma m’għandux ikun permess. |
4. Il-ħżin tas-CO2 fil-kolonna ta’ l-ilma jew f’qiegħ il-baħar m’għandux ikun permess. | ||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 – punt 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(3) 'sit tal-ħżin' tfisser formazzjoni ġeoloġika speċifika użata għall-ħżin ġeoloġiku tas- CO2; |
(3) 'sit tal-ħżin' tfisser parti speċifika minn formazzjoni ġeoloġika li hija adattata għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2; | ||||||||||||
Justification | |||||||||||||
Speċifikazzjoni. | |||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 – punt 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(5) 'tnixxija' tfisser kwalunkwe rilaxx ta’ CO2 mill-kumpless tal-ħżin; |
(5) 'tnixxija' tfisser rilaxx sinifikanti ta’ CO2 mill-kumpless tal-ħżin; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Speċifikazzjoni u adozzjoni għad-deskrizzjoni tal-Kummissjoni b'referenza għar-rapport speċjali tal-IPCC dwar is-CCS. | |||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 – punt 7 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(7) 'esplorazzjoni' tfisser il-valutazzjoni ta’ kumplessi tal-ħżin potenzjali permezz ta’ proċedura speċifika inklużi attivitajiet bħat-twettiq ta’ stħarriġ ġeoloġiku b’mezzi fiżiċi jew kimiċi u t-tħaffir biex tinkiseb informazzjoni ġeoloġika dwar l-istrata fil-kumpless tal-ħżin potenzjali; |
(7) 'esplorazzjoni' tfisser il-valutazzjoni ta’ kumplessi tal-ħżin potenzjali permezz ta’ proċedura speċifika inklużi attivitajiet bħat-twettiq ta’ stħarriġ ġeoloġiku b’mezzi fiżiċi jew kimiċi u t-tħaffir biex tinkiseb informazzjoni ġeoloġika dwar l-istrata fil-kumpless tal-ħżin potenzjali, u testijiet ta’ injezzjoni li jiddeterminaw il-karatteristiċi tas-sit tal-ħżin; | ||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 – punt 8 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(8) 'permess għall-esplorazzjoni' tfisser deċiżjoni bil-miktub u motivata li tawtorizza l-esplorazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva; |
(8) 'permess għall-esplorazzjoni' tfisser deċiżjoni bil-miktub u motivata li tawtorizza l-esplorazzjoni f'formazzjoni ġeoloġika li tkun instabet li ma tkunx adattata skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4, maħruġa mill-awtorità kompetenti skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għandu jkun espliċitu li l-permessi għall-esplorazzjoni jistgħu jingħataw biss fejn il-kriterji għall-għażla tas-sit ikunu ġew sodisfati. | |||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 – punt 10 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(10) 'il-permess għall-ħżin' tfisser deċiżjoni bil-miktub u motivata li tawtorizza l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 f’sit tal-ħżin, maħruġ mill-awtorità kompetenti skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva; |
(10) 'il-permess għall-ħżin' tfisser deċiżjoni bil-miktub u motivata li tawtorizza l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 f’sit tal-ħżin, u li jkun fiha l-elementi kollha meħtieġa skond l-Artikolu 9, maħruġa mill-awtorità kompetenti skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
F'ġieħ il-koerenza u l-kompletezza, il-kontenut tal-permess tal-ħżin għandu jkun parti mid-definizzjoni rilevanti. | |||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 – punt 11 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(11) 'bidla sostanzjali' tfisser bidla li jista’ jkollha effetti sinifikanti fuq l-ambjent;
|
(11) 'bidla sostanzjali' tfisser bidla inkompatibbli mal-permess tal-ħżin li jista’ jkollha effetti sinifikanti fuq l-ambjent tal-arja, l-art u tal-ilma, u fuq is-saħħa u fuq is-sikurezza; | ||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 – punt 17 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(17) 'miżuri korrettivi' tfisser kwalunkwe miżuri meħuda biex jiġu korretti irregolaritajiet sinifikanti jew biex jingħalqu tnixxijiet sabiex jiġi mwaqqaf jew imminimizzat ir-rilaxx tas-CO2 mill-kumpless tal-ħżin; |
(17) 'miżuri korrettivi' tfisser miżuri meħuda biex jiġu korretti irregolaritajiet sinifikanti jew biex jingħalqu tnixxijiet sabiex jiġi evitat jew imwaqqaf ir-rilaxx tas-CO2 mill-kumpless tal-ħżin; | ||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 – punt 20 a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(20a) "sistema idrawlika" (hydraulic unit) tfisser spazju tal-pori mqabbad b'mod idrawliku fejn il-komunikazzjoni tal-pressjoni tista' titkejjel b'mezzi tekniċi. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
It-tħaddim ta' faċilitajiet tal-ħżin differenti fl-istess sistema idrawlika b'mod inevitabbli jħalli impatt fuq il-faċilitajiet l-oħra li jitħaddmu fis-sistema idrawlika. F'sistema idrawlika waħda, il-permessi għall-ħżin jistgħu jinħarġu biss lil operatur wieħed kull darba. | |||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 4 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Formazzjoni ġeoloġika għandha tiġi magħżula bħala sit tal-ħżin biss, jekk taħt il-kundizzjonijiet ta’ l-użu proposti ma jkun hemm l-ebda riskju sinifikanti ta’ tnixxija, u jekk l-ebda impatti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa ma jkunu probabbli li jiġru. |
2. Formazzjoni ġeoloġika għandha tiġi magħżula bħala sit tal-ħżin biss, jekk taħt il-kundizzjonijiet ta’ l-użu proposti ma jkun hemm l-ebda riskju sinifikanti ta’ tnixxija, u jekk l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq l-ambjent fl-art u fl-ilma jew fuq is-saħħa u s-sikurezza ma jkunu probabbli li jiġru. Is-sit ta’ ħżin magħżul m’għandux jipperikola għażliet oħra tal-enerġija bħall-enerġiji li jiġġeddu jew is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-UE. | ||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 5 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-esplorazzjoni jkunu miftuħa għall-entijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi ppubblikati. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-esplorazzjoni jkunu miftuħa għall-entitajiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi ppubblikati u nondiskriminatorji. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din l-emenda għandha l-iskop li tevita t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni fis-suq intern tal-ħżin tas-CO2. | |||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 5 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Il-permessi għall-esplorazzjoni għandhom jingħataw għal żona u volum limitat u għal massimu ta’ sentejn, li jkunu jistgħu jiġġeddu darba għal massimu ta’ sentejn. |
3. Il-permessi għall-esplorazzjoni għandhom jingħataw għal żona u volum limitat u għal perjodu ta’ tliet snin, bl-iskop li jitwettqu l-attivitajiet li għalihom ikun ingħata l-permess għall-esplorazzjoni.
| ||||||||||||
|
Il-perjodu tal-validità tal-permess tal-esplorazzjoni jista’ jittawwal, b’perjodi suċċessivi ta’ tliet snin, għat-tul ta’ żmien meħtieġ biex jitwettqu l-attivitajiet li għalihom ikunu ingħata l-permess ta’ esplorazzjoni, b’mod speċjali jekk ikun magħruf li d-detentur tal-permess ikun għamel sforzi kontinwi ta’ esplorazzjoni. | ||||||||||||
|
Qabel ma jiggarantixxu l-permessi għall-esplorazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti sabiex ikun żgurat li l-permess ma jiġix użat b'mod illegali biex ixekkel l-investimenti. | ||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 5 – paragrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. Id-detentur ta’ permess għall-esplorazzjoni għandu jkollu l-uniku dritt li jesplora l-kumpless ta’ ħżin tas-CO2 potenzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda użijiet konfliġġenti tal-kumpless ma jiġu permessi matul il-perjodu ta’ validità tal-permess. |
4. Id-detentur ta’ permess għall-esplorazzjoni għandu jkollu l-uniku dritt li jesplora l-kumpless ta’ ħżin tas-CO2 potenzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda użijiet konfliġġenti tal-kumpless ma jiġu permessi matul il-perjodu ta’ validità tal-permess. Wara dan il-perjodu, il-permess għall-esplorazzjoni tas-CO2 jista' jew jinqaleb f’permess għall-ħżin tas-CO2 jew ma jibqax validu għaz-zona sħiħa koperta. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-esplorazzjoni fiha spejjeż kbar. Sabiex jinħolqu l-inċentivi għall-investiment, jinħtieġ li jkun żgurat li l-esplorazzjoni b'suċċess tkun marbuta ma' permess għall-ħżin tas-CO2. | |||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 6 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-ħżin jkunu miftuħa għall-entijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi ppubblikati. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-ħżin ikunu miftuħa għall-entitajiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi ppubblikati u nondiskriminatorji. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-emenda għandha l-għan li toħloq kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd u li tevita t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni fis-suq tal-ħżin tas-CO2. | |||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2α. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jirrifjutaw permessi għall-ħżin għal raġunijiet serji. Ċaħda bħal dan għandha tkun sostanzjata b'mod xieraq. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jirrifjutaw il-permessi għall-ħżin jekk ikun hemm raġunijiet serji għal dan, bħan-nuqqas min-naħa ta' l-applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa jew il-kriterji oġġettivi li jkunu magħrufa. | |||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 6 – paragrafu 2 b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2b. Id-detentur ta’ permess għall-ħżin għandu jkollu d-dritt uniku li jaħżen is-CO2 fis-sit tal-ħżin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użi konfliġġenti tas-sit tal-ħżin ma jiġux permessi matul il-perjodu ta’ validità tal-permess tal-ħżin. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Jeħtieġ li l-kompetenzi u r-responsabilità għar-riskji jkunu kklassifikati. | |||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 – punt 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(4) il-kwantità totali tas-CO2 li għandha tiġi injettata u maħżuna kif ukoll is-sorsi prospettivi, il-kompożizzjoni tan-nixxiegħat tas-CO2 u r-rati ta’ l-injezzjoni; |
(4) il-kwantità totali tas-CO2 li tista’ tiġi injettata u maħżuna, skont il-karatteristiċi taż-żona tal-ħżin, kif ukoll is-sorsi prospettivi, il-kompożizzjoni tan-nixxiegħat tas-CO2 u r-rati ta’ l-injezzjoni; | ||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 – punt 6 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(6) pjan ta’ miżuri korrettivi propost skond l-Artikolu 16(2); |
(6) pjan ta’ miżuri korrettivi propost skond l-Artikolu 16(2), fosthom miżuri ta' evakwazzjoni f'każ ta’ emerġenza; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li tiżgura li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex jitħarsu l-ħajjiet umani fil-każ ta' inċident. | |||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 – punt 9 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(9) prova tal-garanzija finanzjarja jew mezz ieħor ekwivalenti kif meħtieġ taħt l-Artikolu 19. |
(9) prova ta' garanzija finanzjarja suffiċjenti jew mezz ieħor ekwivalenti kif meħtieġ taħt l-Artikolu 19; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-garanzija finanzjarja hija għodda importanti biex jiġi żgurat li l-operaturi jissodisfaw l-obbligi tagħhom skond din id-Direttiva, u għalhekk għandha tiġi stabbilita għal livell xieraq. | |||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 8 – punt 1 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(b) il-ġestjoni tas-sit tal-ħżin tkun se tkun f’idejn persuna naturali li hija teknikament kompetenti u affidabbli biex tmexxi s-sit; żvilupp u taħriġ professjonali u tekniku ta’ din il-persuna u ta’ l-istaff kollu jkun ipprovdut; |
(b) il-ġestjoni tas-sit tal-ħżin għandha tkun f’idejn persuna fiżika jew legali li hija finanzjarjament, teknikament u ambjentalment kompetenti u affidabbli biex tmexxi s-sit; żvilupp u taħriġ professjonali u tekniku ta’ din il-persuna u ta’ l-istaff kollu jkun ipprovdut; | ||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 8 – punt 1 – punt b a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(ba) ma jkunux ħarġu permessi oħra għall-ħżin fis-sistema idrawlika; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
It-tħaddim ta' faċilitajiet tal-ħżin differenti fl-istess sistema idrawlika b'mod inevitabbli jħalli impatt fuq il-faċilitajiet l-oħra li jitħaddmu fis-sistema idrawlika. F'sistema idrawlika waħda, il-permessi għall-ħżin jistgħu jinħarġu biss lil operatur wieħed kull darba. | |||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 8 – punt 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(2) il-Kummissjoni tkun ħarġet l-opinjoni tagħha fuq l-abbozz tal-permess skond l-Artikolu 10(1); |
(2) il-Kummissjoni tista' toħroġ, fuq talba ta' l-Istati Membri, l-opinjoni tagħha fuq l-abbozz tal-permess skond l-Artikolu 10(1); | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
It-tnaqqis tal-burokrazija u s-sussidjarjetà. | |||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 8 – punt 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(3) l-awtorità kompetenti tkun qieset din l-opinjoni skond l-Artikolu 10(2). |
imħassar | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Opinjoni obbligatorja min-naħa tal-Kummissjoni ġġib magħha aktar burokrazija. | |||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 9 – punt 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(2) il-lokalizzazzjoni u d-delimitazzjoni preċiża tas-sit tal-ħżin u tal-kumpless tal-ħżin; |
(2) il-lokalizzazzjoni u d-delimitazzjoni preċiża tas-sit tal-ħżin, tal-kumpless tal-ħżin u tas-sistema idrawlika; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
It-tħaddim ta' faċilitajiet tal-ħżin differenti fl-istess sistema idrawlika b'mod inevitabbli jħalli impatt fuq il-faċilitajiet l-oħra li jitħaddmu fis-sistema idrawlika. F'sistema idrawlika waħda, il-permessi għall-ħżin jistgħu jinħarġu biss lil operatur wieħed kull darba. | |||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 9 – punt 4 a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(4a) ir-rekwiżit li l-attivitajiet ta’ ħżin jibdew fi żmien sentejn mill-kisba tal-permess tal-ħżin; | ||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 10 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Ir-reviżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-abbozzi tal-permessi għall-ħżin |
It-trażmissjoni tal-abbozzi tal-permessi għall-ħżin u l-applikazzjonijiet miċħuda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozzi tal-permessi għall-ħżin kollha, l-applikazzjonijiet għall-permessi u kwalunkwe materjal ieħor meqjus mill-awtorità kompetenti meta tadotta l-abbozz tad-deċiżjoni tagħha. Fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħhom lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni dwar l-abbozzi tal-permessi. |
1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozzi tal-permessi għall-ħżin kollha, l-applikazzjonijiet għall-permessi u kwalunkwe materjal ieħor meqjus mill-awtorità kompetenti meta tadotta l-abbozz tad-deċiżjoni tagħha. Fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tagħhom lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni konsultattiva dwar l-abbozzi tal-permessi. | ||||||||||||
2. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni d-deċiżjoni finali tagħha, filwaqt li tistqarr ir-raġunijiet tagħha jekk tiddevja mill-opinjoni tal-Kummissjoni. |
2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-permessi għall-ħżin li jkunu ħarġu jew bl-applikazzjonijiet li jkunu ġew irrifjutati għall-permessi għall-ħżin. | ||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi indikaturi ambjentali kwalitattivi u kwantitattivi speċifiċi, flimkien ma' prezzijiet, li fil-każ li jinqabżu jkun meqjus bħala bidla sostanzjali. L-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi għandhom jiġu stabbiliti skond il-miżura regolatorja bi skrutinju li jirreferi għaliha l-Artikolu 28(2). | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
It-terminu "bidla sostanzjali" huwa pjuttost vag u għalhekk għandom jiġu introdotti indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi mill-Kummissjoni. | |||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 11 – paragrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. Wara li permess ikun ġie rtirat skond il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha jew toħroġ permess għall-ħżin ġdid jew tagħlaq is-sit tal-ħżin skond il-punt (c) ta’ l-Artikolu 17(1). Sakemm ma jinħariġx permess għall-ħżin ġdid, l-awtorità kompetenti għandha tieħu r-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin, inkluż l-obbligazzjonijiet legali riżultanti kollha. Sakemm ikun possibbli, l-awtorità kompetenti għandha tirkupra kwalunkwe spejjeż magħmula mingħand l-operatur preċedenti. |
4. Wara li permess ikun ġie rtirat skond il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha jew toħroġ permess għall-ħżin ġdid jew tagħlaq is-sit tal-ħżin skond il-punt (c) ta’ l-Artikolu 17(1). Sakemm jingħalaq is-sit jew sakemmm ma jinħariġx permess għall-ħżin ġdid, l-operatur ta’ qabel għandu jibqa’ responsabbli għas-sit tal-ħżin, inkluż l-obbligazzjonijiet legali riżultanti kollha. Jekk ma tiettieħed ebda azzjoni mill-operatur preċedenti, l-awtorità kompetenti għandha twettaq ix-xogħol hi stess u għandha tirkupra kwalunkwe spejjeż magħmula mingħand l-operatur preċedenti | ||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 12 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Nixxiegħa tas-CO2 għandha tikkonsisti kważi kompletament f’dijossidu tal-karbonju. Għal dan il-għan, l-ebda skart jew ħaġa oħra ma jistgħu jiġu miżjuda sabiex dak l-iskart jew ħaġa oħra jiġu mormija. Madankollu, nixxiegħa tas-CO2 jista’ jkun fiha sustanzi assoċjati inċidentali mis-sors, mill-ġbir jew mill-proċess ta’ l-injezzjoni. Il-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi għandhom ikunu anqas minn livelli li jaffetwaw b’mod ħażin l-integrità tas-sit tal-ħżin u l-infrastruttura tat-trasport rilevanti u jpoġġu riskju sinifikanti għall-ambjent jew jiksru r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità applikabbli. |
1. Nixxiegħa tas-CO2 għandha tikkonsisti kważi kompletament f’dijossidu tal-karbonju. Għal dan il-għan, l-ebda skart jew ħaġa oħra ma jistgħu jiġu miżjuda sabiex dak l-iskart jew ħaġa oħra jiġu mormija. Madankollu, nixxiegħa tas-CO2 jista’ jkun fiha sustanzi assoċjati inċidentali mis-sors, mill-ġbir jew mill-proċess ta’ l-injezzjoni u sustanzi neċessarji għat-trasport minħabba raġunijiet ta' sikurezza. Il-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi għandhom ikunu determinati fuq il-bażi ta' speċifikazzjonijiet kwalitattivi u kwantitattivi speċifiċi u għandhom ikunu anqas minn livelli li jaffetwaw b’mod ħażin l-integrità tas-sit tal-ħżin u l-infrastruttura tat-trasport rilevanti u jpoġġu riskju sinifikanti għall-ambjent jew jiksru r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità applikabbli. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet kwalitattivi u kwantitattivi skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li jirreferi għaliha l-Artikolu 28(2). | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Minħabba l-fatt li l-kriterji u l-proċeduri mhumiex ċari, għal raġunijiet ta' sikurezza huwa meħtieġ li ċerti speċifikazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. | |||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(c) l-identifikar ta’ tnixxija tas-CO2; |
(c) l-identifikar ta’ tnixxija ta’ CO2 skont id-Direttiva 2003/87/KE; | ||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt f | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(f) il-valutazzjoni dwar jekk is-CO2 maħżun huwiex se jkun kompletament miġbur għall-futur indefinit. |
(f) il-valutazzjoni dwar jekk is-CO2 maħżun huwiex se jkun kompletament miġbur għall-futur indefinit permezz tal-aġġornament tas-sikurezza u l-integrità tas-sit, fuq medda medja u twila taż-żmien. | ||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 13 – paragrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1a. Fil-każ ta' ħżin ġeoloġiku taħt qiegħ il-baħar, il-ħtiġijiet ta' monitoraġġ stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ikomplu jiġu adattati għall-inċertezza u għad-diffikultajiet operazzjonali assoċjati mal-immaniġġjar tat-teknoloġija CCS fl-ambjent tal-baħar. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-ħżin taħt qiegħ il-baħar għandu jiġi mmonitorjat b'aktar attenzjoni minħabba d-diffikultajiet tiegħu, mhux l-inqas fir-rigward tal-iskoperta ta’ tnixxija, u minħabba l-vulnerabilità partikolari tal-ekosistemi tal-baħar. | |||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 16 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Il-miżuri korrettivi msemmija f’paragrafu 1 għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta’ pjan ta’ miżuri korrettivi sottomess lill- u approvat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikoli 7(6) u 9(6); |
2. Il-miżuri korrettivi msemmija f’paragrafu 1 għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta’ pjan ta’ miżuri korrettivi sottomess lill- u approvat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikoli 7(6) u 9(6). Dawn il-miżuri għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u għandhom ikunu magħmula pubbliċi. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Biex tiżgura t-trasparenza, il-Kummissjoni Ewropea u l-pubbliku għandhom ikunu infurmati dwar miżuri korrettivi. | |||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 16 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. L-awtorità kompetenti tista’ f’kull ħin titlob lill-operatur biex jieħu miżuri korrettivi addizzjonali jew differenti minn dawk stabbiliti fil-pjan ta’ miżuri korrettivi. Tista’ wkoll f’kull ħin tieħu miżuri korrettivi hija nnifisha u għandha mbagħad tirkupra l-ispejjeż mingħand l-operatur. |
3. L-awtorità kompetenti tista’ f’kull ħin titlob lill-operatur biex jieħu miżuri korrettivi addizzjonali jew differenti minn dawk stabbiliti fil-pjan ta’ miżuri korrettivi, u b’mod partikulari li tipprovdi għall-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ evakwazzjoni ta’ emerġenza fil-każ ta’ riskju sinjifikanti ta’ tnixxija. Tista’ wkoll f’kull ħin tieħu miżuri korrettivi hija nnifisha u għandha mbagħad tirkupra l-ispejjeż mingħand l-operatur. | ||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 18 – paragrafu 1 sa 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Fejn sit tal-ħżin ikun ingħalaq skond il-punti (a) jew (b) ta’ l-Artikolu 17(1), ir-responsabbiltà għas-sit magħluq, inklużi l-obbligazzjonijiet legali riżultanti kollha, għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtorità kompetenti fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-operatur, jekk u meta l-evidenza kollha disponibbli tkun tindika li s-CO2 maħżun se jkun miġbur kompletament għall-futur indefinit. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jipprepara rapport li jiddokumenta li dan il-kriterju jkun intlaħaq u jissottomettih lill-awtorità kompetenti sabiex din ta’ l-aħħar tapprova t-trasferiment tar-responsabbiltà. |
1. Fejn sit tal-ħżin jkun ingħalaq skond il-punti (a) jew (b) ta’ l-Artikolu 17(1), ir-responsabbiltà għas-sit magħluq, inkluż l-obbligazzjonijiet legali riżultanti kollha, għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtorità kompetenti fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-operatur, jekk u meta l-evidenza kollha disponibbli tkun tindika li s-CO2 maħżun se jkun miġbur kompletament għall-futur indefinit u li r-rewiżiti kollha stipulati fil-permess tal-ħżin ikunu qed jiġu sodisfati. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jipprepara rapport li jiddokumenta li dan il-kriterju jkun intlaħaq u jissottomettih lill-awtorità kompetenti sabiex din ta’ l-aħħar tapprova t-trasferiment tar-responsabbiltà. | ||||||||||||
2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni kollha mħejjija mill-awtorità kompetenti skond il-paragrafu 1, inklużi r-rapporti sottomessi mill-operatur u kwalunkwe materjal ieħor meqjus mill-awtorità kompetenti biex tasal għall-konklużjoni tagħha. Fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħhom lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni fuq l-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni. |
2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni kollha mħejjija mill-awtorità kompetenti skond il-paragrafu 1, inklużi r-rapporti sottomessi mill-operatur u kwalunkwe materjal ieħor meqjus mill-awtorità kompetenti biex tasal għall-konklużjoni tagħha. Fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tagħhom lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni konsultattiva fuq l-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni. | ||||||||||||
3. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni d-deċiżjoni finali tagħha, filwaqt li tistqarr ir-raġunijiet tagħha jekk tiddevja mill-opinjoni tal-Kummissjoni. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni d-deċiżjoni finali tagħha. | ||||||||||||
4. Flimkien mad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni msemmija f’paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’ tikkomunika rekwiżiti aġġornati għall-issiġillar tas-sit tal-ħżin u t-tneħħija tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni skond l-Artikolu 17(2) u (3) lill-operatur. It-trasferiment tar-responsabbiltà għandu jseħħ wara li s-sit ikun ġie ssiġillat u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni jkunu ġew imneħħija. |
4. Flimkien mad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni msemmija f’paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’ tikkomunika rekwiżiti aġġornati għall-issiġillar tas-sit tal-ħżin u t-tneħħija tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni skond l-Artikolu 17(2) u (3) lill-operatur. It-trasferiment tar-responsabbiltà għandu jseħħ wara li s-sit ikun ġie ssiġillat u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni jkunu ġew imneħħija. | ||||||||||||
5. Wara t-trasferiment tar-responsabbiltà skond paragrafi 1 sa 4, il-monitoraġġ jista’ jieqaf. Madankollu, jekk jiġu identifikati kwalunkwe tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti, il-monitoraġġ għandu jiġi attivat mill-ġdid kif meħtieġ biex jevalwa l-kobor tal-problema u l-effettività ta’ miżuri korrettivi. |
5. Wara t-trasferiment tar-responsabbiltà skond paragrafi 1 sa 4, il-monitoraġġ jista’ jieqaf jew jiġi limitat. Madankollu, jekk jiġu identifikati kwalunkwe tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti, il-monitoraġġ għandu jiġi attivat mill-ġdid kif meħtieġ biex jevalwa l-kobor tal-problema u l-effettività ta’ miżuri korrettivi. | ||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 19 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mezzi xierqa, bħala garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor, fuq il-bażi ta’ modalitajiet li għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri, isiru mill-applikant qabel is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-permess għall-ħżin biex jiġi żgurat li l-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw taħt il-permess maħruġ skond din id-Direttiva, inkluż proċeduri ta’ l-għeluq u dispożizzjonijiet ta’ wara l-għeluq, kif ukoll kwalunkwe obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-inklużjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE jistgħu jintlaħqu. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mezzi xierqa, bħala garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor, fuq il-bażi ta’ modalitajiet li għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri, isiru mill-applikant wara l-għoti ta' permess għall-ħżin biex jiġi żgurat li l-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw taħt il-permess maħruġ skond din id-Direttiva, inkluż proċeduri ta’ l-għeluq u dispożizzjonijiet ta’ wara l-għeluq, kif ukoll kwalunkwe obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-inklużjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE jistgħu jintlaħqu. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Sabiex jiġu evitati spejjeż għolja żejda. | |||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 23 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
F’każijiet ta’ trasport transkonfinali tas-CO2, siti tal-ħżin transkonfinali jew kumplessi tal-ħżin transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jilħqu r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Komunità b’mod konġunt. |
F’każijiet ta’ trasport transkonfinali tas-CO2, siti tal-ħżin transkonfinali jew kumplessi tal-ħżin transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jilħqu r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Komunità b’mod konġunt. Għal siti tal-ħżin transkonfinali, l-awtorità kompetenti responsabbli għall-għoti ta' permessi hija dik ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-parti l-kbira ta-sit tal-ħżin ikun meqjus li jinsab. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Kjarifika tar-responsabilitajiet. | |||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 27 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Il-Kummissjoni tista’ temenda l-annessi. Dawk il-miżuri, iddisinjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolamentarja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 28(2). |
Il-Kummissjoni tista’ tipproponi emendi għall-annessi. Dawk il-miżuri, iddisinjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolamentarja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 28(2). | ||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 32 Direttiva 2001/80/KE Artikolu 9a – paragrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 32 Direttiva 2001/80/KE Artikolu 9a – paragrafu 1 b (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 36 - paragrafu 1 - subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-[sena wara l-pubblikazzjoni]. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [sentejn wara l-pubblikazzjoni]. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. | ||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Il-karatterizzazzjoni u l-valutazzjoni tas-siti tal-ħżin msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jitwettqu f’erba’ partijiet skond il-kriterji li ġejjin. Derogi minn wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji huma permessi sakemm il-kapaċità tal-karatterizzazzjoni u l-evalwazzjoni li jippermettu d-determinazzjonijiet skond l-Artikolu 4 ma tiġix affettwata. |
Il-karatterizzazzjoni u l-valutazzjoni tas-siti tal-ħżin msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jitwettqu f’erba’ partijiet skond il-kriterji li ġejjin u fuq il-bażi tal-aħjar teknika disponibbli. Derogi minn wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji huma permessi sakemm il-kapaċità tal-karatterizzazzjoni u l-evalwazzjoni li jippermettu d-determinazzjonijiet skond l-Artikolu 4 ma tiġix affettwata. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-emenda tikkompleta l-kunċett. | |||||||||||||
Emenda 62 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – pass 1 – punt h | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(h) L-oqsma li jiċċirkondaw il-kumpless tal-ħżin li jistgħu jiġu affetwati mill-ħżin tas-CO2 fis-sit tal-ħżin; |
(h) L-oqsma li jiċċirkondaw il-kumpless tal-ħżin li jistgħu jiġu affettwati mill-ħżin tas-CO2 fis-sit tal-ħżin, kif ukoll id-delimitazzjoni tas-sistema idrawlika; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
It-tħaddim ta' faċilitajiet tal-ħżin differenti fl-istess sistema idrawlika b'mod inevitabbli jħalli impatt fuq il-faċilitajiet l-oħra li jitħaddmu fis-sistema idrawlika. F'sistema idrawlika waħda, il-permessi għall-ħżin jistgħu jinħarġu biss lil operatur wieħed kull darba. | |||||||||||||
Emenda 63 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness I – pass 1 – punt h | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(k) L-interazzjonijiet possibbli ma’ attivitajiet oħra (eż. l-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-ħżin ta’ l-idrokarboni, l-użu ġeotermali ta’ blat li jżomm fih ħafna ilma); |
(k) L-interazzjonijiet possibbli ma’ attivitajiet oħra (eż. l-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-ħżin ta’ l-idrokarboni), u speċjalment il-kompetizzjoni ma' sorsi ta' enerġija li jiġġeddu (p.e. l-użu ġeotermali ta’ blat li jżomm fih ħafna ilma); | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-użu ta' sit għall-ħżin tas-CO2 m'għandu jikkomprometti la l-użu tas-sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu, li għalih l-KE stabbiliet mira vinkolanti, u lanqas għażliet oħra li huma kruċjali għas-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija tagħha. |
PROĊEDURA
Titolu |
Il-ħażna ġeoloġika tad-dijossidu tal-karbonju |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0018 – C6-0040/2008 – 2008/0015(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ENVI |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 19.2.2008 |
|
|
|
||||
Koperazzjoni msaħħa - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
10.4.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur ta’ opinjoni: Data tal-ħatra |
Françoise Grossetête 27.3.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
5.6.2008 |
16.7.2008 |
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
11.9.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
31 2 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Březina, Jerzy Buzek, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Nicole Fontaine, András Gyürk, David Hammerstein, Mary Honeyball, Romana Jordan Cizelj, Anne Laperrouze, Eluned Morgan, Reino Paasilinna, Aldo Patriciello, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Vladimír Remek, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Britta Thomsen, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Dorette Corbey, Avril Doyle, Christian Ehler, Juan Fraile Cantón, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Vittorio Prodi, Dirk Sterckx |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Johannes Lebech |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Il-ħażna ġeoloġika tad-dijossidu tal-karbonju |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0018 – C6-0040/2008 – 2008/0015(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
23.1.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 19.2.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 19.2.2008 |
|
|
|
||||
Koperazzjoni msaħħa Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 10.4.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Chris Davies 21.2.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
26.2.2008 |
5.5.2008 |
5.5.2008 |
23.6.2008 |
||||
|
9.9.2008 |
|
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
7.10.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
54 1 6 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Caroline Jackson, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Marie-Noëlle Lienemann, Peter Liese, Jules Maaten, Marios Matsakis, Linda McAvan, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Amalia Sartori, Richard Seeber, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Kathalijne Maria Buitenweg, Bairbre de Brún, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Caroline Lucas, Andres Tarand |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Dieter-Lebrecht Koch |
|||||||
Data tat-tressiq |
16.10.2008 |
|||||||