RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà
16.10.2008 - (COM(2007)0766 – C6‑0467/2007 – 2007/0280(COD)) - ***I
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Alexander Graf Lambsdorff
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà
(COM(2007)0766 – C6‑0467/2007 – 2007/0280(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0766),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 47(2) u l-Artikoli 55 u 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0467/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0415/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa -1 (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(-1) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2005 dwar il-Green Paper dwar l-appalti tad-difiża1, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel abbozz ta' direttiva li fih tqis b'mod partikolari l-interessi tas-sigurtà tal-Istati Membri, tiżviluppa aktar il-politika barranija u ta' sigurtà komuni, tippromwovi l-irwol tal-Unjoni bħala "poter ċivili" u, barra l-akkwist proprju ta' oġġetti, li jkopri aspetti bħar-riċerka u l-iżvilupp, bħall-manutenzjoni u t-tiswija, bħar-restawrazzjoni u t-taħriġ, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-SMEs li huma rappreżentati sew f'dan is-settur. | ||||||||||||
|
_________ 1 ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 463. | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(1) It-twaqqif progressiv ta’ Suq Ewropew tat-Tagħmir tad-Difiża huwa essenzjali għat-tisħiħ tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea u għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet militari meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Unjoni (ESDP). |
(1) It-twaqqif progressiv ta’ Suq Ewropew tat-Tagħmir tad-Difiża huwa essenzjali għat-tisħiħ tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea u għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet militari meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Unjoni (ESDP). Ir-raġunijiet għal din l-evalwazzjoni u l-kunsiderazzjonijiet wara il-bażijiet tal-liġi Komunitarja – flimkien mal-Green Paper tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Settembru 2004 dwar l-appalti tad-difiża (COM(2004)0608) – huma deskritti f’iżjed dettall fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Settembru 2005 dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni dwar dik il-Green Paper (COM(2005)0626) u fil-Komunikazzjoni Interpretattiva tal-Komunikazzjoni tas-7 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 296 tat-Trattat fil-qasam tal-appalti tad-difiża (COM2006)0779) u fil-Komunikazzjoni tad-Difiża tal-5 ta’ Diċembru 2007 dwar Strateġija għal industrija tad-difiża Ewropea iżjed b’saħħita u kompetittiva (COM(2007)0764). | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-konsiderazzjoni stipulata fil-Premessa 1 hija riżultat ta' proċess komprensiv mal-Ewropa kollha tal-iffurmar ta' opinjoni li għandu jkunu dokumentat fil-qasir hawnhekk, minħabba l-importanza għall-iżvilupp deskritt. | |||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 1 a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(1a) Il-kuntratti tas-servizz pubbliku bħala servizzi loġistiċi għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-ispejjeż fis-settur tad-difiża. Ktajjen tal-provvista iżjed żviluppati jistgħu jnaqqsu b’mod sinifikanti l-impatt ambjentali tas-settur. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Fornituri privati tas-servizz bħall-esperti fil-loġistika jew mudelli ta' koperazzjoni loġistika bħall-inizjattivi finanzjarji privati jistgħu naqqsu b'mod sinifikanti l-ispejjeż kif ukoll l-impatt ambjentali tas-settur billi jiġu implimentati sistemi loġistiċi effiċjenti bħall-immaniġġjar tal-ktajjen tal-provvista permezz ta' kombinazzjoni tat-trasport, tal-imħażen u tal-ġestjoni tal-fluss tal-informazzjoni b'mod aktar effiċjenti. | |||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 6 a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(6a) Fl-interess taċ-ċarezza legali, l-ambitu ta’ din id-Direttiva fil-qasam tad-difiża għandu jkun definit b’konformità mal-lista tal-armi, munizzjon u materjal tal-gwerra, stipulata fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ April 1958. Minħabba l-iżvilupp teknoloġiku rapidu, kif ukoll minħabba l-politika tal-akkwist li qed tevolvi fis-swieq tad-difiża, il-lista li hemm f'din id-Deċiżjoni għandha, għal skopijiet tal-applikazzjoni tagħha, tiġi interpretata b'mod aġġornat fid-dawl tal-possibilitajiet tekniċi u tal-metodi tal-akkwist attwali, sakemm ikun meħtieġ. | ||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 6 b (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(6b) Interpretazzjoni moderna tal-lista tal-armi, munizzjon u materjal tal-gwerra tal-15 ta’ April 1958, li tista' tkun neċessarja, partikolarment tinstab fil-Lista Militari komuni tal-Unjoni Ewropea1, li l-bażi tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Esportazzjoni tal-Armi. | ||||||||||||
|
1 ĠU C 98, 18.4.2008, p. 1. | ||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 7 a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(7a) Sabiex ir-riferiment mill-Istati Membri għall-Artikolu 296 tat-Trattat ikun limitat għall-każijiet eċċezzjonali sostanzjati u ġġustifikati, il-Kummissjoni teħtieġ strument amministrattiv li jgħinha tieħu azzjoni ta' prevenzjoni qabel ma jkun intlaħaq stadju irreversibbli tal-proċedura ta' appalt, mingħajr ma ssir neċessarja proċedura skont l-Artikolu 226 tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha tuża din il-proċedura l-ġdida jekk il-każ ikun urġenti u ma jkunx hemm irregolarità ċara. | ||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 8 a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(8a) Fid-dawl tal-bżonn ta' bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea li tkun indipendenti u kompetittiva, l-Istati Membri jżommu s-setgħa li jiddeċiedu jekk jistednux appaltaturi minn pajjiżi terzi. Jekk l-awtoritajiet kontraenti jkunu jridu jistiednu appaltaturi minn pajjiżi terzi, dan għandu jsir abbażi ta’ aċċess għas-suq li jkun reċiproku, ekwu u ġust. | ||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(10) Il-kuntratti pubbliċi tad-difiża u s-sigurtà sikwit ikun fihom informazzjoni sensittiva li, għal raġunijiet ta’ sigurtà, iridu jkunu mħarsa kontra aċċess mhux awtorizzat. Fil-qasam militari, l-Istati Membri għandhom sistemi ta’ klassifikazzjoni ta’ din l-informazzjoni. Iżda fil-qasam tas-sigurtà mhux militari, is-sitwazzjoni tvarja. Għalhekk huwa rrakkomandat li jintuża kunċett li jikkunsidra d-diversità tal-prassi tal-Istati Membri u li jista' jinkludi l-oqsma militari u mhux militari. Madankollu, fejn meħtieg, l-appalti pubbliċi f’dawn il-oqsma m’għandhomx, , jaffettwaw l-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni 2001/844/CE tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-regoli interni tagħha jew id-Deċiżjoni 2001/264/KE li tadotta r-Regolamenti ta' Sigurtà tal-Kunsill. |
(10) Il-kuntratti pubbliċi tad-difiża u s-sigurtà sikwit ikun fihom informazzjoni sensittiva li, għal raġunijiet ta’ sigurtà, iridu jkunu mħarsa kontra aċċess mhux awtorizzat. Fil-qasam militari, l-Istati Membri għandhom sistemi ta’ klassifikazzjoni ta’ din l-informazzjoni. Iżda fil-qasam tas-sigurtà mhux militari, is-sitwazzjoni tvarja. Għalhekk huwa rrakkomandat li jintuża kunċett li jikkunsidra d-diversità tal-prassi tal-Istati Membri u li jista' jinkludi l-oqsma militari u mhux militari. Madankollu, fejn meħtieg, l-appalti pubbliċi f’dawn il-oqsma m’għandhomx, , jaffettwaw l-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni 2001/844/CE tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-regoli interni tagħha jew id-Deċiżjoni 2001/264/KE li tadotta r-Regolamenti ta' Sigurtà tal-Kunsill. Barra minn hekk, l-Artikolu 296(1)(a) tat-Trattat jippermetti kwalunkwe Stat Membru, f’każi eċċezzjonali li jkunu sostanzjati u ġġustifikati, li jeskludi d-difiża pubblika u l-appalti tas-sigurtà mill-ambitu ta’ din id-Direttiva. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din iż-żieda tiċċara li din id-direttiva mhix ta' ħsara għall-Artikolu 296(1)(a) tat-Trattat u li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jużaw l-eżenzjoni stipulata f’każi eċċezzjonali li jkunu sostanzjati u ġġustifikati. | |||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 19 a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(19a) Is-sottokuntrattar iwessa’ l-parteċipazzjoni tal-operaturi ekonomiċi fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti pubbliċi u jaġevola l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u medji. Jista’ jkun xieraq li d-dritt tal-appaltatur li joffri b’sottokuntratt ikun ikkumplimentat bil-possibilità li l-awtorità kontraenti, jew l-awtorità tal-Istat Membru tirrakkomanda li ċertu sehem tal-kuntratt pubbliku jingħata bħala sottokuntratt lil partijiet terzi. | ||||||||||||
|
Meta l-awtoritajiet kontraenti jew l-Istati Membri jirrakkomandaw li l-appaltatur joffri b’sottokuntratt xi sehem mill-kuntratt pubbliku, u l-appaltatur li jingħata l-offerta tal-kuntratt isegwi din ir-rakkomandazzjoni, is-sottokuntratti li jagħmlu parti minn dan is-sehem għandhom jingħataw skont il-liġi Komunitarja wara kompetizzjoni trasparenti, sabiex l-intrapriżi kollha interessati jkollhom l-istess opportunità li jibbenefikaw mill-vantaġġi tal-attività tas-sottokuntratt. F’każi oħra, huwa xieraq li l-awtoritajiet kontraenti jew l-Istati Membri jkunu jistgħu jesiġu kompetizzjoni bejn sottokuntratturi meta dawn jintgħażlu, bħal meta dan ikun iġġustifikat mill-istruttura tas-suq. Fl-istess ħin, it-tħaddim xieraq tal-katina tal-provvista tal-appaltatur li jingħata l-offerta tal-kuntratt m’għandu qatt jitpoġġa f’periklu. L-appaltatur li jingħata l-offerta tal-kuntratt jista jirrifjuta r-rakkomandazzjoni mill-awtoritajiet kontraenti jew l-Istat Membru, jekk m'hemm l-ebda intrapriża li tista' twettaq ix-xogħol mitlub mill-kuntratt li jista' jitqabbel mal-appaltatur li jieħu l-offerta f'termini ta' kapaċità, prezz jew kwalità. | ||||||||||||
|
| ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għal intrapriżi żgħar u medji, l-aċċess għas-suq tad-difiża huwa sinonimu mal-aċċess għall-ktajjen ta' forniment tal-kuntratturi primarji. Id-direttiva għandha tiżgura li l-kompetizzjoni tittejjeb mhux biss fil-livell tal-kuntratturi primarji imma wkoll fil-livell tas-sottokuntratturi | |||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 41 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(41) Il-għoti ta' kuntratti pubbliċi lill-operaturi ekonomiċi li pparteċipaw f-organizzazzjoni kriminali jew li nstabu ħatja ta' korruzzjoni jew ta' frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, ta' ħasil tal-flus, tal-iffinanzjar ta' terroriżmu jew ta' reati terroristiċi jew relatati mat-terroriżmu, għandhom jiġu evitati. Fejn xieraq, l-awtoritajiet kuntrattwali għandhom jitolbu lill-kandidati jew lill-offerenti biex jipprovdu dokumenti relevanti u, fejn ikun hemm dubji dwar is-sitwazzjoni personali ta' xi kandidat jew offerent, huma jistgħu jitolbu l-koperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. Operaturi ekonomiċi bħal dawn għandhom jiġu esklużi malli l-awtorità kuntrattwali jkollha nformazzjoni dwar xi sentenza li tikkonċerna offiżi bħal dawn mogħtija skont il-liġi nazzjonali li għandha l-forza tar-res judicata. Jekk il-liġi nazzjonali jkollha disposizzjonijiet għal dan l-effett, in-nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tal-appalti jew leġiżlazzjoni dwar ftehim illegali, li kien is-suġġett ta' sentenza finali jew deċiżjoni li għandha effett ekwivalenti, jista' jiġi kkunsidrat bħala offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali tal-operatur ekonomiku involut jew imġieba ħażina serja. |
(41) Il-għoti ta' kuntratti pubbliċi lill-operaturi ekonomiċi li pparteċipaw f-organizzazzjoni kriminali jew li nstabu ħatja ta' korruzzjoni jew ta' frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, ta' ħasil tal-flus, tal-iffinanzjar ta' terroriżmu jew ta' reati terroristiċi jew relatati mat-terroriżmu, għandhom jiġu evitati. Fejn xieraq, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitolbu lill-kandidati jew lill-offerenti biex jipprovdu dokumenti relevanti u, fejn ikun hemm dubji dwar is-sitwazzjoni personali ta' xi kandidat jew offerent, huma jistgħu jitolbu l-koperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. Operaturi ekonomiċi bħal dawn għandhom jiġu esklużi malli l-awtorità kontraenti jkollha nformazzjoni dwar xi sentenza li tikkonċerna offiżi bħal dawn mogħtija skont il-liġi nazzjonali li għandha l-forza tar-res judicata. Jekk il-liġi nazzjonali jkollha disposizzjonijiet għal dan l-effett, in-nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tal-appalti jew leġiżlazzjoni dwar ftehim illegali, li kien is-suġġett ta' sentenza finali jew deċiżjoni li għandha effett ekwivalenti, jista' jiġi kkunsidrat bħala offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali tal-operatur ekonomiku involut jew imġieba ħażina serja. F'xi Stati Membri, l-intrapriżi li ħadu miżuri interni ta' rimedju qed jerġgħu jitqiesu sostenibbli u affidabbli. Madankollu, proċeduri ta' rimedju bħal dawn għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżiti stretti: l-intrapriżi jrid ikollhom immedjatament staff komplet u miżuri organizzattivi li jeskludu l-possibilità ta' kull repetizzjoni ta' ksur tal-liġi. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-intrapriżi fis-settur tad-difiża u tas-sigurtà għandu jkollhom l-istes possibilità skont il-liġi tal-appalti pubbliċi inġenerali sabiex jerġgħu jsiru affidabbli billi jieħdu miżuri ta' rimedju interni li jipprovdu garanziji li ma jkunx hemm ksur tal-liġi fil-futur. Fl-istess ħin dan se jipprovdi inċentiv qawwi sabiex jiġu adottati u infurzati regoli interni ta' konformità. Sabiex jinkiseb l-għan li jkun żgurat li l-appaltaturi huma affidabbli, għandhom jiġu applikati rekwiżiti stretti għal proċeduri bħal dawn. | |||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 46 a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(46a) Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fl-għoti ta' ċertu appalti pubbliċi fis-suq tal-armi sensittivi u tas-sigurtà u sabiex ma ssirx diskriminazzjoni u jkun żgurat li l-kuntratt jingħata kif xieraq lill-intrapriża li tagħmel l-aħjar offerta, għandu jkun possibbli li jinstab rimedju ġudizzjarju fir-rigward ta' kuntratti li jkunu fl-ambitu ta' din id-Direttiva. | ||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 46 b (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(46b) Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċeduri ta' reviżjoni għandhom l-iskop li jipprovdu protezzjoni legali effettiva lill-offerenti kkonċernati. Għal dan l-għan, għandu jiddaħħal perijodu sospensiv minimu li fih tkun sospiża l-konklużjoni tal-kuntratt kkonċernat, irrispettivament mill-fatt jekk il-konklużjoni sseħħx fil-ħin tal-iffirmar tal-kuntratt jew le. | ||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 1 - paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Din id-direttiva tapplika għall-kuntratti pubbliċi mogħtija fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà li għandhom bħala għan: |
Din id-direttiva tapplika għal kuntratti pubbliċi relatati mal-forniment ta' merkanzija u servizzi li jintużaw biex ikunu ggarantiti s-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri u li jimplikaw informazzjoni sensittiva, jew li jeħtieġu jew jinkludu informazzjoni sensittiva, u kif ukoll kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet u servizzi li huma direttament relatati ma' forniment bħal dan. Dawn jikkonsistu f'kuntratti pubbliċi għal: | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-kuntratti kollha koperti minn din id-Direttiva jinvolvu informazzjoni sensittiva. Għalhekk ikun sensibbli li din l-informazzjoni titqiegħed fil-parti introduttorja. | |||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) il-provvista ta’ armi, ta’ munizzjon u/jew ta’ materjal tal-gwerra, imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ April 1958 u, jekk ikun il-każ, il-kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet u servizzi strettament marbuta ma’ dawn il-provvisti; |
(a) il-provvista ta’ armi, ta’ munizzjon u/jew ta’ materjal tal-gwerra, inkluża, imma mhux limitati għaliha, il-lista tat-tagħmir militari msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ April 1958; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-emenda tiċċara l-iskop tad-Direttiva. | |||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt d | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(d) ix-xogħlijiet, il-provvisti u/jew is-servizzi li jdaħħlu, jeħtieġu jew jinkludu informazzjoni sensittiva u li b’hekk ikun jinħtieġ it-twettiq tagħhom għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fl-oqsma tal-protezzjoni kontra atti terroristiċi jew ta’ kriminalità organizzata, tal-protezzjoni tal-fruntieri u tal-missjonijiet ta’ kriżi. |
(d) ix-xogħlijiet, il-provvisti u/jew is-servizzi li b’hekk ikun jinħtieġ it-twettiq tagħhom għas-sigurtà tal-Unjoni u/jew sabiex jiġu protetti l-interessi tas-sigurtà tal-Istati Membri. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-evitar ta' lista definittiva tas-sorsi kollha possibbli ta' periklu, jipprovdi lill-Istati Membri formola li tibqa' valida għal ħafna żmien. Listi ta' theddid elenkat individwalment huma inevitabilment inkompleti, peress li theddid ġdid ma jistax ikun previst. Proċedura bħal din teħtieġ aġġornament tad-Direttiva ta' spiss wisq. | |||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
5. "Kuntratti pubbliċi tal-provvisti": kuntratti pubbliċi ħlief il-kuntratti ta’ xogħlijiet li għandhom bħala għan ix-xiri, il-kiri, il-kera jew il-kiri bin-nifs, bl-għażla ta’ xiri jew mingħajrha, ta’ prodotti; |
5. "Kuntratti pubbliċi tal-provvisti": kuntratti pubbliċi ħlief il-kuntratti ta’ xogħlijiet li għandhom bħala għan ix-xiri, il-kiri, il-kera jew il-kiri bin-nifs, bl-għażla ta’ xiri jew mingħajrha, ta’ prodotti; kuntratt pubbliku li għandu bħala l-oġġett tiegħu l-provvista ta' prodotti u fl-istess ħin jinkludi s-servizzi tal-ispedizzjoni u tal-installazzjoni relatati mal-provvista għandhom jitqiesu bħala kuntratti pubbliċi tal-provvisti; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Kjarifika. | |||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
6. "Kuntratti pubbliċi tas-servizzi": il-kuntratti pubbliċi għar-rendiment ta’ servizzi msemmija fl-Anness I; |
6. "Kuntratti pubbliċi tas-servizzi": il-kuntratti pubbliċi għar-rendiment ta’ servizzi msemmija fl-Anness I; kuntratt pubbliku relatat kemm mal-provvista tal-merkanzija kif ukoll mal-provvista ta' servizzi msemmija fl-Anness I għandhom ikunu meqjusa bħala kuntratti pubbliċi tas-servizzi jekk il-valur tas-servizzi jaqbeż dak tal-merkanżija koperta fil-kuntratt; kuntratt pubbliku għas-servizzi msemmija fl-Anness I inklużi s-servizzi msemmija fid-Diviżjoni 45 tas-CPV li huma pprovduti f'kapaċità sekondarja b'żieda mat-twettiq prinċipali, għandu jitqies bħala kuntratti pubbliċi tas-servizzi; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Kjarifika. | |||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
7. “Informazzjoni sensittiva”: l-informazzjoni kollha, jiġifieri tagħrif li jista’ jiġi kkomunikat fi kwalunkwe forma li tkun, jew kull materjal li ġie stipulat li għandu jkun imħares milli jixxandar mingħajr awtorizzazzjoni għal raġunijiet ta’ sigurtà; |
7. “Informazzjoni sensittiva”: l-informazzjoni kollha, jiġifieri tagħrif li jista’ jiġi kkomunikat fi kwalunkwe forma li tkun, jew kull materjal li ġie stipulat minn Stat Membru li għandu jkun imħares milli jixxandar mingħajr awtorizzazzjoni għal raġunijiet ta’ sigurtà; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-istipulazzjoni addizzjonali li l-awtorità kontraenti għandha tindika l-bżonn għall-protezzjoni, hija maħsuba sabiex tiċċara l-fatt li l-"informazzjoni sensittiva" tirreferi għal informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi li teħtieġ protezzjoni, aktar milli l-informazzjoni operattiva u s-siġrieti tan-negozju tal-intrapriżi. | |||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
10. “Kriżi”: kull sitwazzjoni li tirriżulta minn azzjoni umana fi Stat Membru jew f’pajjiż terz u li tikkawża riskji fiżiċi diretti lil persuni jew istituzzjonijiet ta’ dak l-Istat; |
10. “Kriżi”: kull sitwazzjoni fi Stat Membru jew f’pajjiż terz fejn ikun seħħ avveniment ta' ħsara li b'mod ċar jissupera d-dimensjoni ta' avveniment ta' ħsara fil-ħajja ta' kuljum u li b'mod sostanzjali jipperikola jew jirrestringi l-ħajja u s-saħħa ta' ħafna nies, ikollu impatt sostanzjali fuq il-valuri tal-proprjetà jew li jeħtieġ miżuri sabiex il-popolazzjoni tiġi pprovduta bin-neċessitajiet; jitqies ukoll li nħolqot kriżi jekk avveniment ta' ħsara jkun immedjat; kunflitti bl-armi u gwerer għandhom jitqiesu bħala kriżi għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Id-definizzjoni proposta hija vaga wisq. Kriżi kif definita f'din id-Direttiva li tista' tqajjem proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni ta' avviż ta' kuntratt skont l-Artikolu 20 ta' din id-Direttiva jfisser avveniment ta' hsara sostanzjali li jew diġà ġara jew li jista' jiġri fl-Unjoni, fl-Istati Membri jew f'pajjiż terz jew aktar. | |||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. L-ebda proġett ta’ xogħol u l-ebda proġett ta’ akkwist immirat biex jikseb ċerta kwantità ta’ provvisti u/jew ta’ servizzi ma jista’ jkun imqassam sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva. |
3. L-ebda proġett ta’ xogħol u l-ebda proġett ta’ akkwist immirat biex jikseb ċerta kwantità ta’ provvisti u/jew ta’ servizzi ma jista’ jkun estiż fil-ħin jew maqsum bil-għan li jinħolqu kuntratti parzjali essenzjalment identiċi, jew b'xi mod ieħor imqassam sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Dan huwa maħsub sabiex l-awtoritajiet ma jaqsmux kuntratti, li jestendu għal żmien relattivament twil, f'kuntratti separati relatati ma' perjodi differenti b'tali mod li jaqgħu taħt il-limitu meħtieġ mill-proċedura tal-appalt pubbliku. | |||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artiklu 8 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) ftehim internazzjonali, milħuq f’konformità mat-Trattat, bejn Stat Membru u pajjiż terz jew aktar u fir-rigward ta’ provvisti jew xogħlijiet iddestinati għat-twettiq jew għall-isfruttar komuni ta’ xogħol mill-Istati firmatarji jew ta’ servizzi ddestinati għat-twettiq jew għall-isfruttar komuni ta’ proġett mill-Istati firmatarji. Kull ftehim ikun ikkomunikat lill-Kummissjoni li, flimkien mal-ftehim tal-Istati Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, tista’ tipproċedi għal konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi speċifikat fl-Artikolu 41; |
(a) ftehim internazzjonali, milħuq f’konformità mat-Trattat, bejn Stat Membru jew aktar fuq naħa waħda u pajjiż terz jew aktar fuq naħa oħra, u fir-rigward ta’ provvisti jew xogħlijiet iddestinati għat-twettiq jew għall-isfruttar komuni ta’ xogħol mill-Istati firmatarji jew ta’ servizzi ddestinati għat-twettiq jew għall-isfruttar komuni ta’ proġett mill-Istati firmatarji. Kull ftehim ikun ikkomunikat lill-Kummissjoni, li tista’ tipproċedi għal konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi speċifikat fl-Artikolu 41; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Formolazzjoni aktar preċiża tal-kundizzjonijiet li skonthom deroga hija permessa. | |||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artiklu 8 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(b) il-proċedura speċifika ta’ organizzazzjoni internazzjonali. |
(b) il-proċedura speċifika ta’ organizzazzjoni internazzjonali, sakemm din l-organizzazzjoni qed twettaq proġett ta' koperazzjoni fil-qasam tad-difiża jew tas-sigurtà bħala organizzazzjoni li ngħatat kuntratt pubbliku u li qed timxi fuq l-istruzzjonijiet tal-Istat Membru involut. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Formolazzjoni aktar preċiża tal-kundizzjonijiet li skonthom deroga hija permessa. | |||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu -1 (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika jekk fl-opinjoni ta' xi Stat Membru l-iżvelar ta' informazzjoni meħtieġ sabiex jingħata kuntratt, ikun meqjus kuntrarju għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru kkonċernat. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din l-emenda se ttejjeb iċ-ċertezza legali u hija maħsuba sabiex dawk li jaċċettaw kuntratt pubbliku jkun possibbli għalihom li jinvokaw liġi sekondarja relatata mal-kundizzjonijiet għal deroga. | |||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 9 - punt b a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(ba) kuntratti għall-provvista ta' tagħmir militari mill-gvern ta' xi Stat Membru lill-gvern ta' Stat Membru ieħor jew minn gvern ta' xi pajjiż terz lill-gvern ta' xi Stat Membru u, meta meħtieġ, kuntratti ta' xogħol u ta' servizzi relatati direttament ma' kuntratti bħal dawn. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Kuntratti bejn l-Istati Membri fil-qasam kopert minn din id-Direttiva huma kumplessi u l-kuntratti mhux dejjem jistgħu jkunu marbuta ma' provvista ta' tagħmir militari, bħal fil-każ tas-servizzi fil-qasam tat-taħriġ, eċċ. Għalhekk ikun xieraq li tiġi inkluża l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-esklużjonijiet speċifiċi. | |||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafi 2 sa 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Meta kuntratt pubbliku jinkludi speċifikazzjonijiet tekniċi sensittivi li ma jistgħux ikunu kkomunikati ħlief lil min jingħata l-offerta tal-kuntratt, dawn ma jistgħux jidhru fl-avviż tal-kuntratt, id-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew id-dokumenti supplementari sakemm l-għarfien tal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija ma jkunux meħtieġa għat-tħejjija tal-offerti. |
Meta kuntratt pubbliku jinkludi speċifikazzjonijiet tekniċi sensittivi li ma jistgħux ikunu kkomunikati ħlief lil min jingħata l-offerta tal-kuntratt, dawn l-ispeċifikazzjonijiet ma jistgħux jidhru fl-avviż tal-kuntratt, id-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew id-dokumenti supplementari sakemm l-għarfien tad-dettalji tal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija ma jkunux meħtieġa għat-tħejjija tal-offerti. | ||||||||||||
F’dan il-każ, qabel ma tintbagħat id-dokumentazzjoni tal-kuntratt lill-kandidati, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jitniżżlu fil-minuti msemmija fl-Artikolu 28. |
F’dan il-każ, in-notifika tal-kuntratt għandha tinforma lill-kandidati dwar is-sitwazzjoni, billi tagħti informazzjoni ġenerali dwar in-natura jew it-tip tal-ispeċifikazzjonijiet sensittivi u tekniċi nieqsa. Sussegwentement, qabel ma tintbagħat id-dokumentazzjoni tal-kuntratt lill-kandidati, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jitniżżlu fil-minuti msemmija fl-Artikolu 28. | ||||||||||||
Dan it-tip ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi jridu jikkonċernaw biss preċiżjonijiet jew dettalji tal-offerta mingħajr effett tekniku jew finanzjarju sostanzjali fuq l-għan tal-kuntratt pubbliku. |
Dan it-tip ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi jridu jikkonċernaw biss preċiżjonijiet jew dettalji tal-offerta mingħajr effett tekniku jew finanzjarju sostanzjali fuq l-għan tal-kuntratt pubbliku. | ||||||||||||
Wara li jkun allokat il-kuntratt billi jiġu applikati l-kriterji ta’ għoti, l-awtorità kontraenti tikkomunika lil min jingħata l-offerta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi sensittivi li ma kienux ippreċiżati fl-avviż ta’ kuntratt, fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew id-dokumenti supplementari sabiex min jingħata l-kuntratt jadatta l-offerta tiegħu b’riżultat ta’ dan. |
Wara li jkun allokat il-kuntratt billi jiġu applikati l-kriterji ta’ għoti, l-awtorità kuntrattwali tikkomunika lil min jingħata l-offerta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi sensittivi li ma kienux ippreċiżati fl-avviż ta’ kuntratt, fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew id-dokumenti supplementari sabiex min jingħata l-kuntratt jista' jqis dawn l-ispeċifikazzjonijiet fit-twettiq tal-kuntratt. | ||||||||||||
Justification | |||||||||||||
It is a fundamental point of procurement law that bidders be given enough information to enable them to make informed decisions (i) as to whether to bid; and (ii) on what terms to bid. Unless the contract notice at least identifies the fact that there is undisclosed information (on the assumption that adapting a tender to take account of this at the final stage could involve the tenderer in unforeseen costs or time delays) bidders will not have an accurate picture of the contract they are bidding for. The aim of the amendment is therefore to ensure that sufficient information is provided to allow a fair process in these particular, but not uncommon, circumstances. The last part relates to procedures after contracts award. There is therefore no question of adapting a bid. The new language is intended simply to make clear the purpose of disclosing the sensitive information to the successful tenderer. | |||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 12 - paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt, l-awtorità kontraenti tista’ titlob jew tkun obbligata minn Stat Membru li titlob lil min qiegħed jagħmel offerta biex jindika, fl-offerta tiegħu, liema parti tal-kuntratt huwa għandu l-ħsieb li jagħti bħala sotto-kuntratt lil terzi kif ukoll is-sotto-kuntratturi proposti. |
Fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt, l-awtorità kuntrattwali tista’ titlob jew tkun obbligata minn Stat Membru li titlob lil min qiegħed jagħmel offerta biex jindika, fl-offerta tiegħu, liema parti tal-kuntratt huwa għandu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil terzi kif ukoll is-sottokuntratturi proposti, u li tikkonferma li l-proċedura tal-għażla għas-sottokuntratturi ssir b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju. | ||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – punti a, b u c | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) il-prova li s-sotto-kuntratturi diġà identifikati jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa biex iħarsu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sensittiva li għaliha huma għandhom aċċess jew li huma għandhom jipproduċu fil-qafas tat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom tas-sotto-kuntratt, |
(a) informazzjoni suffiċjenti dwar sottokuntratturi proposti, li jgħinu lill-awtorità kontraenti tiddetermina jekk dawn is-sottokuntratturi għadhomx il-kapaċitajiet meħtieġa biex iħarsu u jissalvagwardjaw l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sensittiva li għaliha huma għandhom aċċess jew li huma għandhom jipproduċu fil-qafas tat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom tas-sotto-kuntratt, | ||||||||||||
(b) l-impenn li jipprovdu l-istess provi fir-rigward ta’ sotto-kuntratturi ġodda kkunsidrati matul it-twettiq tal-kuntratt, |
(b) l-impenn li jipprovdu l-istess informazzjoni fir-rigward ta’ sottokuntratturi ġodda kkunsidrati matul it-twettiq tal-kuntratt, | ||||||||||||
(c) l-impenn li jżommu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sensittiva kollha matul l-attwazzjoni sħiħa tal-kuntratt u wara t-tmiem jew l-iskadenza tal-kuntratt. |
(c) l-impenn li jissalvagwardjaw u jħarsu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sensittiva kollha li tinsab f'idejhom matul l-attwazzjoni sħiħa tal-kuntratt u wara t-tmiem jew l-iskadenza tal-kuntratt. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Kuntrattur mhuwiex f'pożizzjoni li jipprova jekk is-sottokuntratturi għandhomx il-kapaċitjajiet meħtieġa sabiex iħarsu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, imma jridu jipprovdu l-informazzjoni adegwata dwar is-suġġett lill-awtorità kontraenti. | |||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 14 - paragrafu 2 a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Fi żmien sena mill-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal sistema ta’ sigurtà tal-informazzjoni tal-UE li tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti u intrapriżi Ewropej. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-ftuħ ta’ swieq tad-difiża nazzjonali frammentati fis-servizz tal-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża jirrikjedi assigurazzjoni li l-informazzjoni klassifikata tkun protetta waqt il-fażijiet differenti tal-proċedura ta’ prokura u li l-kumpaniji Ewropej tad-difiza li jikkompetu ma jiġux diskriminati fuq bażi ta’ sigurtà tal-informazzjoni minħabba n-nazzjonalità tagħhom jew minħabba t-tul tal-proċess ta’ rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata. Id-direttiva proposta għandha tkun ikkumplimentata minn sistema tal-UE dwar is-sigurtà tal-informazzjoni. | |||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Sakemm dawn ikunu konformi mal-liġi Komunitarja, l-awtorità kontraenti tista’ tippreċiża eżiġenzi li jippermettu l-garanzija tas-sigurtà tal-provvista tagħha. |
Sakemm dawn ikunu konformi mal-liġi Komunitarja, l-awtorità kuntrattwali tista’ tippreċiża eżiġenzi relatati mas-sigurtà tal-provvista tagħha. | ||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Għal dan il-għan, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi minn min jagħmel offerta li l-offerta tiegħu tinkludi notevolment l-elementi li ġejjin: |
Għal dan il-għan, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi minn min jagħmel offerta li l-offerta tiegħu tinkludi notevolment l-elementi li ġejjin: | ||||||||||||
(a) il-ġustifikazzjoni li għandu jissodisfa l-obbligi fil-qasam tal-esportazzjoni, it-trasferiment u t-tranżitu tal-merkanzija marbuta mal-kuntratt, inkluż permezz tal-impenn tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernat(i), |
(a) ċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni fil-qasam tal-esportazzjoni, it-trasferiment u t-tranżitu tal-merkanzija li tikkonferma li l-prodotti u s-servizzi jew kwalunkwe ħaġa li hi soġġetta għall-ispedizzjoni li tirriżulta minn dawn il-prodotti jew servizzi, mhumiex soġġetti għal restrizzjonijiet, rigward żvelar, trasferiment jew użu mill-Istat Membru ta' orġini, liema restrizzjonijiet jistgħu jirriżultaw minn kontoll tal-esportazzjoni jew minn arrangamenti tas-sigurtà. | ||||||||||||
(b) il-ġustifikazzjoni li l-organizzazzjoni u l-lok tal-katina tal-provvista tiegħu jippermettulu li josserva l-eżiġenzi tal-awtorità kontraenti fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista ppreċiżati fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt, |
(b) iċ-ċertifikazzjoni jew id-dokumentazzjoni biex jiġi appoġġjat il-punt safejn l-organizzazzjoni u l-lok tal-katina tal-provvista tiegħu jippermettulu li josserva l-eżiġenzi tal-awtorità kuntrattwali fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista ppreċiżati fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt, | ||||||||||||
(c) l-impenn li jiffaċċja żidiet eventwali tal-bżonnijiet tal-awtorità kontraenti b’riżultat ta’ sitwazzjoni ta’ urġenza, kriżi jew konflitt armat, |
(c) l-impenn li jiffaċċja żidiet eventwali tal-bżonnijiet tal-awtorità kontraenti b’riżultat ta’ kriżi, skont it-termini li għandu jkun hemm qbil dwarhom bejn l-awrorità kontraenti u l-kuntrattur, | ||||||||||||
(d) l-impenn tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu li ma jostakolawx is-sodisfazzjoni ta’ żidiet eventwali tal-bżonnijiet tal-awtorità kontraenti li jinqalgħu b’riżultat ta’ sitwazzjoni ta’ urġenza , kriżi jew konflitt armat, |
(d) l-impenn tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu li ma jostakolawx is-sodisfazzjoni ta’ żidiet eventwali tal-bżonnijiet tal-awtorità kuntrattwali li jinqalgħu b’riżultat ta’ kriżi, jew dokumenti indikattivi oħra għal dan l-għan, | ||||||||||||
(e) l-impenn li jiżgura l-manutenzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-adattamenti tal-provvisti li huma l-għan tal-kuntratt, |
(e) l-impenn li jiżgura l-manutenzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-adattamenti tal-provvisti li huma l-għan tal-kuntratt, skont it-termini li għandu jkun hemm qbil dwarhom bejn l-awrorità kontraenti u l-kuntrattur, | ||||||||||||
|
(ea) impenn li l-awtorità kontraenti għandu jkollha sabiex takkwista liċenzja għall-produzzjoni ta’ ‘spare parts’, komponenti, attrezzaturi speċifiċi, testijiet speċifiċi għall-apparat, inklużi d-disinn, it-trasferiment tal-kompetenzi, il-liċenzjar u l-istruzzjonijiet fil-każ li l-kuntrattur ma jkunx jista’ jipprovdihom u jittrasportahom iżjed. | ||||||||||||
Justification | |||||||||||||
Despite the interest in guaranteed security of supply for the contracting authority, it is often not possible for candidates/contractors to provide binding evidence regarding security of supply. | |||||||||||||
Despite the interest in guaranteed security of supply for the contracting authority, it is often not possible for candidates/contractors to give an unconditional and binding commitment regarding security of supply. According to the amendment of the definition of 'crisis' in Article 2(10), an armed conflict is a crisis for the purposes of the Directive. | |||||||||||||
It is important to ensure security of supply for the contracting authority in the event that the contractor is no longer able to supply such items. | |||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 15 - paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
L-eżiġenzi meħtieġa huma ppreċiżati fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew fid-dokumenti tal-kuntratt. |
L-eżiġenzi meħtieġa huma ppreċiżati fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew fid-dokumenti tal-kuntratt. Appaltatur jista’ ma jintalabx jikseb xi impenn minn Stat Membru li jirristrinġi l-libertà ta’ dak l-Istat Membru li japplika l-kriterji ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni nazzjonali fiċ-ċirkostanzi eżistenti fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tal-esportazzjoni jew dwar il-liċenzjar tat-tranżitu. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-garanziji meħtieġa mit-test tal-Kummissjoni tal-Artikolu 15, f'ħafna mill-każijiet huma impossibbli li l-industrija tiksibhom. | |||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 15 - paragrafu 3 a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
L-awtoritajiet kontraenti għandhom jaħdmu sabiex iżidu l-livell tal-fiduċja reċiproka bejniethom. Għal dan l-għan u fi żmien sena mill-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal sistema komuni ta’ garanziji xierqa, sostnuti minn possibilitajiet ta’ verifika, għal forniment ta’ sigurtà stabbli. | ||||||||||||
Justification | |||||||||||||
The effectiveness of the proposed directive will be reinforced by greater mutual confidence among contracting authorities in particular in circumstances of pressing operational urgency. This will require that contracting authorities will have and provide assurance that when placing contracts with suppliers they are entitled to expect that these suppliers are and remain reliable and competitive sources of supply. A common regime of appropriate guarantees, backed up by verification possibilities, for a stable security of supply is proposed. The mutual assistance article (article 28A.7) of the Lisbon Treaty is meaningless without a solid security of supply between Member States. | |||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 19 - paragrafu 1 - subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Meta kuntratt huwa partikolarment kumpless, l-awtorità kontraenti, fejn huwa stmat li r-rikors għall-proċedura ristretta jew il-proċedura nnegozjata mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt ma tkunx se tippermetti l-għoti tal-kuntratt, tista’ tirrikorri għad-djalogu kompetittiv b’konformità ma’ dan l-Artikolu. |
1. Meta l-kuntratti jkunu partikolarment kumplessi, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, meta l-awtoritajiet kontraenti jqisu li r-rikors għall-proċedura ristretta jew il-proċedura nnegozjata mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt ma tkunx se tippermettilhom l-għoti tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirrikorru għad-djalogu kompetittiv b’konformità ma’ dan l-Artikolu. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-Istati Membri għandu jkollhom is-setgħa ta' diskrezzjoni meta jinkorporaw id-dispożizzjonijiet tad-direttiva li tikkonċerna d-djaloġu kompetittiv fil-liġi nazzjonali, bħalma huwa l-każ fl-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2004/18/KE. | |||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 20 - paragrafu 1 - subparagrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu l-kuntratti pubbliċi tagħhom billi jirrikorru għal proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 2 sa 6.
|
1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu l-kuntratti pubbliċi tagħhom billi jirrikorru għal proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 2 sa 6. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġġustifikaw b’mod espliċitu l-użu ta’ din il-proċedura billi jirreferu għall-każi msemmija fil-paragrafi 2 sa 6. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-użu tal-proċedura negozjata minn qabel ma jkun ippubblikat avviż ta' kuntratt, għandu jibqa' b'eċċezzjoni u bbażat fuq motivazzjoni preċiża, sabiex jiġi evitat l-użu ta' din l-proċedura b'mod protezzjonist. Għalhekk l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiġġustifikaw b'mod ċar u b'mod espliċitu fuq liema bażi din il-proċedura qed tintuża. | |||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 20 - paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi l-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt tista’ tkun applikata fiċ-ċirkostanzi li ġejjin: |
2. Fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi l-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt tista’ tkun applikata: | ||||||||||||
(a) meta urġenza li tirriżulta minn sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew konflitt armat ma tkunx kompatibbli mal-perjodi meħtieġa mill-proċeduri ristretti u nnegozjati mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt; |
– meta urġenza li tirriżulta minn sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew kriżijiet ma tkunx kompatibbli mal-perjodi meħtieġa mill-proċeduri ristretti u nnegozjati mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt; | ||||||||||||
(b) meta, minħabba raġunijiet tekniċi jew li jħaddnu l-protezzjoni ta’ drittijiet ta’ esklussività, il-kuntratt jista’ jkun fdat biss lil operatur ekonomiku ddeterminat. |
– meta, minħabba raġunijiet li jħaddnu l-protezzjoni ta’ drittijiet ta’ esklussività, il-kuntratt jista’ jkun fdat biss lil operatur ekonomiku ddeterminat; | ||||||||||||
. |
– meta, wara proċedura ristretta, proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' notifika ta' kuntratt jew djalogu kompetittiv, ma titressaq l-ebda offerta jew l-ebda offerta mressqa ma tkun xierqa, jew meta ma jkunx hemm kandidat, bil-kundizzjoni li t-termini oriġinali tal-kuntratt ma jkunux tbiddlu b’mod sostanzjali u li jitressaq rapport dwarhom lill-Kummissjoni fuq talba tagħha. | ||||||||||||
Justification | |||||||||||||
Using the negotiated procedure without prior publication of a contract notice should remain exceptional and based on precise motivation, in order to avoid the use of this procedure in a protectionist way. The urgency of a crisis or armed conflict can be a valid ground, but not the protection of exclusive rights. Using this procedure for such purpose is not proportionate and involves the risk of protectionist behaviour by contracting authorities. | |||||||||||||
To limit the risks of abusive use of the negotiated procedure without publication of a contract notice. It is unclear what are the "technical" reasons that can justify the use of this procedures. | |||||||||||||
Καθώς, είναι δυνατόν να υπαρξουν αντιστοιχες περιπτώσεις κατά την εφαρμογή της παρούσας Οδηγίας, θα πρέπει να παραμένει η δυνατότητα στην αναθέτουσα αρχή να προχωρήσει στην διαδικασία διαπραγμάτευσης χωρίς δημισίευση σε περιπτωση που αποτύχουν είτε η κλειστή διαδικασία, είτε η διαδικασία με δημοσίευση είτε και ο ανταγωνιστικός διάλογος. | |||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 20 - paragrafu 5 - subparagrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Madankollu, l-ammont kumulattiv tal-kuntratti mogħtija għax-xogħlijiet u s-servizzi supplementari m’għandux jaqbeż 50% tal-ammont tal-kuntratt inizjali; |
Madankollu, l-ammont kumulattiv tal-kuntratti mogħtija għax-xogħlijiet u s-servizzi supplementari m’għandux jaqbeż 25% tal-ammont tal-kuntratt inizjali; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Sabiex jitnaqqsu l-inċentivi ta' min jagħmel offerta li jressaq offerti baxxi bil-ħsieb li jerġa' jinnegozja wara li jingħatalu l-kuntratt. Sabiex jiġu limitati l-opportunitajiet li jirriżultaw għall-prattika tal-korruzzjoni. | |||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 21 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
It-tul ta’ żmien ta’ ftehim ta’ qafas ma jistax jaqbeż il-ħames snin, ħlief f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati b’mod xieraq, notevolment bil-għan tal-ftehim ta’ qafas. |
It-tul ta’ żmien ta’ ftehim ta’ qafas ma jistax jaqbeż l-erba' snin, ħlief f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati b’mod xieraq, notevolment bil-għan tal-ftehim ta’ qafas. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Peress li d-Direttiva 2004/18/KE tipprovdi wkoll żmien ta' mhux akltar minn erba' snin, jidher li erba' snin huma żmien xieraq f'din id-Direttiva wkoll. | |||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 22 - paragrafu 4 - subparagrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Ċerta informazzjoni dwar l-għoti tal-kuntratt jew il-konklużjoni tal-ftehim ta’ qafas tista’ ma tkunx ippubblikata fil-każ fejn l-iżvelar tagħha jkun ta’ ostaklu għall-applikazzjoni tal-liġijiet, tmur kontra l-interess pubbliku jew tkun ta’ preġudizzju għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operaturi ekonomiċi pubbliċi jew privati, jew tista’ tikkawża dannu għal kompetizzjoni leali bejn xulxin. |
Ċerta informazzjoni dwar l-għoti tal-kuntratt jew il-konklużjoni tal-ftehim ta’ qafas tista’ ma tkunx ippubblikata fil-każ fejn l-iżvelar tagħha jkun ta’ ostaklu għall-applikazzjoni tal-liġijiet, tmur kontra l-interessi tad-difiża u tas-sigurtà jew tkun ta’ preġudizzju għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operaturi ekonomiċi pubbliċi jew privati, jew tista’ tikkawża dannu għal kompetizzjoni leali bejn xulxin. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Sabiex ikun żgurat li l-awtorità kontraenti ma tkunx tista' tippubblika informazzjoni li tista' tkun ta' ħsara għall-interessi tad-difiża u tas-sigurtà tal-Istati Membri. | |||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu (1 a) (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Il-komunikazzjoni ta' deċiżjoni ta' għoti lil kull minn ressaq offerta kkonċernat għandha tkun akkumpanjata b'dan li ġej: | ||||||||||||
|
(a) taqsira tar-raġunijiet applikabbli, kif hemm imsemmi fil-paragrafu 2; u | ||||||||||||
|
(b) dikjarazzjoni preċiża tal-perijodu sospensiv eżatt applikabbli skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu [38c](2). | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Emenda meħtieġa minħabba l-inklużjoni tal-possibilità ta' rimedju ġudizzjarju fid-Direttiva. | |||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jikkomunikawx ċertu tagħrif dwar l-għoti tal-kuntratti jew il-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ qafas, stipulati fil-paragrafu 1, meta l-iżvelar tiegħu jkun ta’ ostaklu għall-applikazzjoni tal-liġijiet jew imur kontra l-interess pubbliku jew ikun ta’ preġudizzju għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operaturi ekonomiċi pubbliċi jew privati jew jikkawża dannu għal kompetizzjoni leali bejniethom. |
3. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jikkomunikawx ċertu tagħrif dwar l-għoti tal-kuntratti jew il-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ qafas, stipulati fil-paragrafu 1, meta l-iżvelar tiegħu jkun ta’ ostaklu għall-applikazzjoni tal-liġijiet jew imur kontra l-interessi tad-difiża u tas-sigurtà jew ikun ta’ preġudizzju għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operaturi ekonomiċi pubbliċi jew privati jew jikkawża dannu għal kompetizzjoni leali bejniethom. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Kjarifika li tqis fatturi partikolari tal-akkwist tal-armi u tas-sigurtà. | |||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(ea) fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, iċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw din il-proċedura; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Sabiex tiġi żgurata trasparenza akbar, meta jinfetaħ djalogu kompetittiv, ir-raġunijiet għalfejn ikun infetaħ għandhom jiġu stabbiliti wkoll. | |||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 28 - paragrafu 1 - punt i | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
i) l-isem ta’ min jingħata l-offerta u l-ġustifikazzjoni għall-għażla tal-offerta tiegħu, kif ukoll, jekk tkun magħrufa, il-parti tal-kuntratt jew tal-ftehim ta’ qafas li min ingħata l-offerta għandu fi ħsiebu jew huwa marbut li jagħti bħala sotto-kuntratt lil terzi; |
i) l-isem ta’ min jingħata l-offerta u l-ġustifikazzjoni għall-għażla tal-offerta tiegħu, kif ukoll, jekk tkun magħrufa, il-parti tal-kuntratt jew tal-ftehim ta’ qafas li min ingħata l-offerta għandu fi ħsiebu jew huwa marbut li jagħti bħala sotto-kuntratt lil terzi; konferma li l-proċedura tal-għażla tkun saret b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju; | ||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 28 - paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Dan ir-rapport, jew il-karatteristiċi prinċipali tiegħu, għandhom jiġu kkomunikati lill-Kumissjoni fuq talba tagħha. |
3. Dan ir-rapport, jew il-karatteristiċi prinċipali tiegħu, għandhom jiġu kkomunikati lill-Kumissjoni. | ||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 30 - paragrafu 1 - subparagrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
| ||||||||||||
Dawn jistgħu jipprevedu deroga għall-obbligazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu għal eżiġenzi importanti ħafna fl-interess ġenerali. |
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw kandidat jew lil minn jagħmel offerta li jkun nstab ħati għal kwalunkwe raġuni elenkata fl-ewwel sottoparagrafu jekk juru prova li tkun sodisfaċenti għall-awtorità kontraenti li huma ħadu kull miżura speċifika teknika, organizzattiva u relatata mal-istaff sabiex jiġu eliminati r-raġunijiet għal azzjoni jew azzjonijiet li jkunu nstabu ħajta tagħhom, u li dawn il-miżuri huma kompletament operattivi u effettivi fil-mument li titressaq l-offerta. | ||||||||||||
Justification | |||||||||||||
The presence of a derogation to these requirements seriously undermines their credibility. It also creates opportunity for corruption practices. Therefore, no possibility for derogation should be provided. | |||||||||||||
Die Bestimmung setzt einen Anreiz für die wünschenswerte Durchführung von Selbstreinigungsmaßnahmen. Die betroffenen Unternehmen werden durch ihre Maßnahmen Best-Practice-Beispiele für Vorkehrungen gegen die genannten Straftaten für den gesamten Geschäftsverkehr setzen. Der europäische Wettbewerb wird in Märkten mit wenigen Anbietern wie dem Rüstungsmarkt gefördert, weil nicht einzelne Unternehmen wegen einzelnen Verstößen dauerhaft von der Teilnahme an Ausschreibungen ausgeschlossen werden. | |||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 30 - paragrafu 2 – punt d | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(d) li hu ħati ta’ mġiba professjonali serjament ħażina pprovata bi kwalunkwe mezz li l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jiġġustifikaw, bħalma hu, pereżempju, il-vjolazzjoni tal-obbligi tiegħu f’termini ta’ sigurtà tal-informazzjoni minn kuntratt pubbliku preċedenti; |
(d) li hu ħati ta’ mġiba professjonali serjament ħażina permezz ta' intenzjoni jew negliġenza kbira pprovata bi kwalunkwe mezz li l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jiġġustifikaw, bħalma hu, pereżempju, il-vjolazzjoni tal-obbligi tiegħu f’termini ta’ sigurtà tal-informazzjoni jew tas-sigurtà tal-provvista minn kuntratt pubbliku preċedenti; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għandu jkun possibbli li kwalunkwe kuntrattur jiġi eskluż mill-parteċipazzjoni fil-kuntratt mhux biss minħabba ksur ta' kunfidenzjalità imma wkoll minħabba nuqqas ta' salvagwardja tal-provvisti bħala parti mill-kuntratti tad-difiża. | |||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 30 - paragrafu 4 a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
4a. L-operaturi ekonomiċi jistgħu jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-akkwist jekk ikun hemm informazzjoni disponibbli dwarhom, anke minn sorsi ta' data protetti, li tindika li l-prodotti li huma jimmanifatturaw jew li jfornu għandhom karatteristiċi dubjużi li jwasslu għal dubji dwar jekk humiex tajbin għall-operatur ekonomiku. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Dan jirrelata ma' każijiet fejn prodotti koperti minn offerta għall-ewwel ikunu konformi mar-rekwiżiti dikjarati qabel għalihom imma l-awtorità kontraenti jkollha informazzjoni, partikolarment mill-imsemmija sorsi ta' data protetti (eż. intelliġenza) li tindika li l-prodott fih elementi li, jekk ikun implimentat mill-awtorità kontraenti , jippermetti manipulazzjoni, eż. minħabba parti "riservata" ta' prodott tal-informatika tista' sussegwentament tiġi abbużata sabiex tintervjeni, tikkontrolla jew tirriprogramma s-sistema. | |||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 37 a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 37a | ||||||||||||
|
Użu ta' rkantijiet elettroniċi | ||||||||||||
|
1. Stati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti li jużaw irkantijiet elettroniċi. | ||||||||||||
|
2. Fi proċeduri negozjati, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li l-għotja ta' kuntratt pubbliku għandha tkun preċeduta b'irkant elettroniku meta l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt jistgħu jkunu stabbiliti bi preċiżjoni. | ||||||||||||
|
Fl-istess ċirkostanzi, irkant elettroniku jista' jsir meta terġa' tinfetaħ il-kompetizzjoni bejn il-partijiet fi ftehim ta' qafas kif huwa provdut fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(4). | ||||||||||||
|
L-irkant elettroniku għandu jkun ibbażat: | ||||||||||||
|
– jew fuq prezzijiet biss meta l-kuntratt jingħata lill-prezz l-aktar baxx, | ||||||||||||
|
– jew fuq prezzijiet u/jew il-valuri ġodda tal-karatteristiċi tal-offerti indikati fl-ispeċifikazzjoni, meta l-kuntratt jingħata lill-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament. | ||||||||||||
|
3. L-awtoritajiet kontraenti li jiddeċiedu li jorganizzaw irkant elettroniku għandhom jiddikarjaw dak il-fatt fl-avviż tal-kuntratt. | ||||||||||||
|
L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jinkludu, inter alia, id-dettalji li ġejjin: | ||||||||||||
|
(a) il-fatturi, il-valuri li għalihom se jkun is-suġġett tal-irkant elettroniku, sakemm fatturi bħal dawn ikunu kwantifikabbli u jistgħu jkunu espressi f'ċifri jew f'persentaġġi; | ||||||||||||
|
(b) kull limitu fuq il-valuri li jistgħu jiġu sottomessi, minħabba li jirrizultaw mill-ispeċifikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-suġġett tal-kuntratt; | ||||||||||||
|
(c) it-tagħrif li għandu jsir disponibbli lill-persuni kollha li jagħmlu l-offerti matul l-irkant elettroniku u, fejn ikun xieraq, meta jsir disponibbli lilhom; | ||||||||||||
|
(d) it-tagħrif rilevanti rigward il-proċess ta' rkant elettroniku; | ||||||||||||
|
(e) il-kondizzjonijiet li skonthom il-persuni li jagħmlu l-offerti jkunu jistgħu joffru u partikolarment, id-differenzi minimi li, fejn ikun xieraq, jinħtieġu meta jagħmlu l-offerti; | ||||||||||||
|
(f) it-taghrif rilevanti rigward it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnessjoni. | ||||||||||||
|
4. Qabel jipproċedu b'irkant elettroniku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħmlu evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti skont il-kriterju/kriterji ta' għotja mniżżlin u mal-piż iffissat għalihom. | ||||||||||||
|
Dawk kollha li jkunu issottomettew offerti ammissibli għandhom ikunu mistiedna fl-istess żmien b'mezzi elettroniċi biex jissottomettu prezzijiet ġodda u/jew valuri ġodda. L-istedina għandu jkollha informazzjoni rilevanti li tikkonċerna konnessjoni individwali mal-apparat elettroniku li jkun qed jiġi użat u għandha ssemmi d-data u l-ħin tal-bidu tal-irkant elettroniku. L-irkant elettroniku jista' jseħħ f'numru ta' fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma jistax jibda aktar kmieni minn jumejn ta' xogħol wara d-data li fiha l-istediniet ikunu ntbagħtu. | ||||||||||||
|
5. Meta l-kuntratt ikun ser jingħata fuq il-bażi tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, l-istedina għandha tkun akkumpanjata bir-riżultat ta' evalwazzjoni sħiħa ta' min ikun xeħet l-offerta rilevanti, imwettqa skont il-piżijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37(2). | ||||||||||||
|
L-istedina għandha ssemmi wkoll il-formula matematika li għandha tkun użata fl-irkant elettroniku biex jiġu determinati rankijiet ġodda awtomatiċi fuq il-bażi tal-prezzijiet ġodda u/jew valuri ġodda sottomessi. Dik il-formula għandha tinkorpora l-piż tal-kriterji kollha ffissati biex tiġi determinata l-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, kif indikat fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet; għal dak il-għan, kull rank, madanakollu, għandu jkun imnaqqas minn qabel għal valur speċifikat. | ||||||||||||
|
Fejn varjanti huma awtorizzati, formula separata għandha tkun provduta għal kull varjant. | ||||||||||||
|
6. Matul kull fażi ta' xi rkant elettroniku l-awtoritajiet kontraenti għandhom bla dewmien jikkomunikaw ma' dawk kollha li jkunu xeħtu offerta għallinqas informazzjoni suffiċjenti biex huma jkunu jistgħu jaċċertaw ir-rankijiet tagħhom rilevanti kulmeta jkunu jridu. Huma jistgħu jikkomunikaw ukoll informazzjoni oħra li tikkonċerna prezzijiet jew valuri oħra sottomessi, basta dak ikun iddikjarat fl-ispeċifikazzjonijiet. Huma jistgħu wkoll f'kull żmien iħabbru n-numru ta' parteċipanti f'dik il-fażi tal-irkant. Fl-ebda każ, madanakollu, ma jistgħu jikxfu l-identitajiet ta' dawk li jkunu xeħtu offerta matul kull fażi ta' xi rkant elettroniku. | ||||||||||||
|
7. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħlqu rkant elettroniku b'manjiera jew oħra minn dawn li ġejjin: | ||||||||||||
|
(a) fl-istedina biex jieħdu parti fl-irkant għandhom jindikaw id-data u l-ħin iffissat bil-quddiem; | ||||||||||||
|
(b) meta ma jirċevux aktar prezzijiet jew valuri ġodda li jissodisfaw il-ħtiġijiet rigward differenzi minimi. F'dak il-każ l-awtoritajiet kontraenti għandhom isemmu fl-istedina għall-parteċipazzjoni fl-irkant iż-żmien li huma jippermettu li jgħaddi wara li jkunu rċevew l-aħħar sottomissjoni qabel l-għeluq tal-irkant elettroniku; | ||||||||||||
|
(c) meta n-numru ta' fażijiet fl-irkant, iffissat fl-istedina biex jieħdu parti fl-irkant, ikun spiċċa. | ||||||||||||
|
Meta l-awtoritajiet kontraenti jkunu iddeċidew li jagħlqu xi rkant elettroniku skont il-punt (c), possibilment flimkien mal-arranġamenti mniżżlin fil-punt (b), l-istedina biex wieħed jieħu sehem fl-irkant għandha tindika t-tabella tal-ħinijiet għal kull fażi tal-irkant. | ||||||||||||
|
8. Wara li jagħlqu xi rkant elettroniku l-awtoritajiet kontrattwanti għandhom jagħtu l-kuntratt skont l-Artikolu 37 fuq il-bażi tar-riżultati tal-irkant elettroniku. | ||||||||||||
|
L-awtoritajiet kontraenti ma jistax ikollhom rikors mhux xieraq għal irkantijiet elettroniċi lanqas ma jistgħu jużawhom b'tali mod li jimpedixxu, jirrestrinġu jew ifixklu l-kompetizzjoni jew li jbiddlu l-kontentut suġġettiv tal-kuntratt, kif imqiegħed għal offerta fl-avviz tal-kuntratt ippubblikat u definit fl-ispeċifikazzjoni. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Irkanti elettroniċi huma relevanti għall-iskop ta' din id-Direttiva. Dawn intużaw pereżempju għax-xiri ta' montaturi tal-armi tan-nar, jew għal servizzi ta' rinnovament tal-vapuri. It-test propost huwa identiku għall-Artikolu 54 tad-Direttiva 2004/18 dwar l-irkanti elettroniċi. | |||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal direttiva Titolu II a (ġdid) [wara l-Artikolu 38] | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
TITOLU II | ||||||||||||
|
Proċeduri ta' reviżjoni | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-inklużjoni ta' proċedura ta' reviżjoni, fuq l-istess linji tad-Direttiva 2007/66/KE, f'din id-Direttiva huma maħsuba sabiex jiksbu ftuħ fis-suq ġenwin, jipprovdu protezzjoni legali effettiva għal minn jagħmel offerta u jiżguraw trasparenza u non-diskriminazzjoni fl-għoti ta' kuntratti bla ħsara għall-bżonn tal-Istati Membri li jipproteġu informazzjoni sigrieta. | |||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 38 a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 38a | ||||||||||||
|
Skop u disponibilità tal-proċeduri ta' reviżjoni | ||||||||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fir-rigward ta' kuntratti, inklużi kuntratti ta’ qafas, li jaqgħu taħt din id-Direttiva, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jiġu riveduti b’mod effettiv u, b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli [38a] sa [38h], għar-raġuni li dawn id-deċiżjonijiet ikunu kisru l-liġi Komunitarja fil-qasam tal-appalti pubbliċi jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi. | ||||||||||||
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni bejn impriżi li jiddikjaraw li jkunu sofrew dannu fil-kuntest ta' proċedura għall-għoti ta' kuntratt b'riżultat tad- distinzjoni magħmula minn din id-Direttiva bejn regoli nazzjonali li jkunu qed jimplimentaw liġi Komunitarja u regoli nazzjonali oħra. | ||||||||||||
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ reviżjoni jkunu disponibbli, taħt regoli dettaljati li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, għal kwalunkwe persuna li jkollha jew kellha interess tikseb kuntratt partikolari u li jkun sarilha jew tkun tinsab fir-riskju li jsirilha dannu minħabba ksur allegat. | ||||||||||||
|
4. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuna li tkun tixtieq tagħmel użu mill-proċedura ta’ reviżjoni tkun innotifikat lill-awtorità kontraenti dwar il-ksur allegat u bl-intenzjoni li tagħmel appell, sakemm dan ma jaffettwax il-perijodu sospensiv skont l-Artikolu [38c](2) jew kwalunkwe skadenza oħra għall-applikazzjoni għal reviżjoni skont l-Artikolu [38e]. | ||||||||||||
|
5. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuna kkonċernata l-ewwel titlob reviżjoni mill-awtorità kontraenti. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sottomissjoni ta' tali applikazzjoni għal reviżjoni tirriżulta fis-sospensjoni immedjata tal-possibilità ta' konklużjoni tal-kuntratt. | ||||||||||||
|
L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-mezzi adatti ta' komunikazzjoni, inklużi l-faks jew mezzi elettroniċi, li għandhom jintużaw għall-applikazzjoni għal reviżjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu. | ||||||||||||
|
Is-sospensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhiex tintemm qabel l-iskadenza ta' perijodu ta' mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b'effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità kontraenti tkun bagħtet tweġiba jekk jintużaw faks jew mezzi elettroniċi, jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta' komunikazzjoni, qabel l-iskadenza ta' mill-inqas 15-il jum kalendarju b'effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità kontraenti tkun bagħtet tweġiba, jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b'effett mill-jum wara d-data meta tkun waslet tweġiba. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-inklużjoni ta' proċedura ta' reviżjoni, fuq l-istess linji tad-Direttiva 2007/66/KE, f'din id-Direttiva hija maħsuba sabiex jinkiseb ftuħ ġenwin fis-suq, tingħata protezzjoni legali effettiva għal minn jagħmel offerta u jiġu żgurati t-trasparenza u n-non-diskriminazzjoni fl-għoti ta' kuntratti bla ħsara għall-bżonn tal-Istati Membri li jipproteġu informazzjoni sigrieta. | |||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 38 b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 38 b | ||||||||||||
|
Ħtiġijiet għall-proċeduri ta' reviżjoni | ||||||||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda fir-rigward tal-proċeduri ta' reviżjoni speċifikati fl-Artikolu [38a] jkunu jinkludu dispożizzjoni għas-setgħat biex: | ||||||||||||
|
(a) kemm jista’ jkun malajr u permezz ta’ proċeduri interlokutorji, jieħdu miżuri temporanji bil-għan li jikkoreġu l-ksur allegat jew jipprevjenu aktar ħsara għall-interessi konċernati, inklużi miżuri biex jissospendu jew biex jiżguraw is-sospensjoni tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku jew l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-awtorità kontraenti; | ||||||||||||
|
(b) jitwarbu jew jiġi żgurat it-twarrib ta' deċiżjonijiet meħuda illegalment, inkluża t-tneħħija ta' speċifikazzjonijiet diskriminatorji tekniċi, ekonomiċi jew finanzjarji fis-sejħa għall-offerti, fid-dokumenti tal-kuntratt jew fi kwalunkwe dokument ieħor relatat mal-proċedura tal-għoti ta' kuntratt; | ||||||||||||
|
(c) jingħataw danni lil persuni li jġarbu ħsara minn xi ksur. | ||||||||||||
|
2. Is-setgħat speċifikati fil-paragrafu 1 u l-Artikoli [38f] u [38g] jistgħu jingħataw lil korpi separati responsabbli minn aspetti differenti tal-proċedura ta' reviżjoni. | ||||||||||||
|
3. Meta korp tal-prim istanza, li hu indipendenti mill-awtorità kontraenti, jirrevedi deċiżjoni ta' għoti ta' kuntratt, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kontraenti ma tkunx tista' tikkonkludi l-kuntratt qabel ma l-korp ta' reviżjoni jkun ħa deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri interim jew għal reviżjoni. Is-sospensjoni m'għandhiex tintemm qabel l-iskadenza tal-perijodu sospensiv imsemmi fl-Artikolu [38c](2) u l-Artikolu [38f](4) u (5). | ||||||||||||
|
4. Ħlief fejn stabbilit fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu [38a](5), il-proċeduri ta’ reviżjoni mhux neċessarjament ikollhom l-effett ta’ sospensjoni awtomatika fuq il-proċeduri tal-għoti ta' kuntratt li magħhom għandhom x'jaqsmu. | ||||||||||||
|
5. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-korp responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni jista' jqis il-konsegwenzi probabbli tal-miżuri interim għall-interessi tad-difiża u tas-sigurtà, u jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dawn il-miżuri meta l-konsegwenzi negattivi tagħhom jistgħu jkunu akbar mill-benefiċċji tagħhom. Deċiżjoni li ma jingħatawx miżuri interim m'għandha tippreġudika l-ebda pretensjoni oħra tal-persuna li tkun qed titlob tali miżuri. | ||||||||||||
|
6. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li fil-każ fejn jiġu mitluba danni minħabba li deċiżjoni kienet meħuda illegalment, id-deċiżjoni kkontestata għandha l-ewwel titwarrab minn korp li jkollu s-setgħat neċessarji. | ||||||||||||
|
7. Ħlief kif stipulat fl-Artikoli [38f], [38g] u [38h], l-effetti tal-eżerċitar tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fuq il-kuntratt li ġie konkluż wara li jkun ingħata, għandhom jiġu ddeterminati mil-liġi nazzjonali. | ||||||||||||
|
Barra minn hekk, ħlief fil-każ li deċiżjoni jkollha tiġi skartata qabel ma jingħataw id-danni, Stat Membru jista’ jipprovdi li, wara li jkun ġie konkluż kuntratt, skont l-Artikolu [38a](5), il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikoli [38c] sa [38h], is-setgħat tal-korp ta' reviżjoni għandhom ikunu ristretti għall-għoti tad-danni lil persuna li jsirilha dannu minn xi ksur. | ||||||||||||
|
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-korpi responsabbli mill-proċeduri ta' reviżjoni jkunu jistgħu jiġu infurzati b'mod effettiv. | ||||||||||||
|
9. Fejn il-korpi responsabbli mill-proċeduri ta' reviżjoni ma jkunux ta' natura ġudizzjarja, għandhom dejjem jingħataw raġunijiet bil-miktub għad-deċiżjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, f'każ bħal dan, għandha ssir dispożizzjoni biex ikunu garantiti proċeduri li bihom kwalunkwe miżura kontra l-liġi allegatament meħuda mill-korp ta' reviżjoni, jew kwalunkwe difett allegat fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilu, jkunu jistgħu jiġu soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja jew reviżjoni minn korp ieħor li jkun qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 234 tat-Trattat KE, u indipendenti kemm mill-awtorità kontraenti kif ukoll mill-korp ta' reviżjoni. | ||||||||||||
|
Il-membri ta' tali korp indipendenti għandhom jiġu maħtura u jħallu l-kariga tagħhom skont l-istess kondizzjonijiet tal-membri tal-ġudikatura f'dak li għandu x'jaqsam mal-awtorità responsabbli mill-ħatra tagħhom, il-perijodu tagħhom fil-kariga, u t-tneħħija tagħhom. Tal-anqas il-President ta' dan il-korp indipendenti għandu jkollu l-istess kwalifiki legali u professjonali bħall-membri tal-ġudikatura. Il-korp indipendenti għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu fi proċedura fejn jinstemgħu iż-żewġ naħat, u dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu jorbtu legalment bil-mod li għandu jiġi determinat minn kull Stat Membru; | ||||||||||||
|
Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-membri tal-korpi tar-reviżjoni fl-istanzi kollha jkunu awtorizzati individwalment biex jittrattaw informazzjoni sensittiva. L-Istati Membri jistgħu jwaqqfu jew jinnominaw korp ta’ reviżjoni speċjali fl-oqsma tas-sigurtà u tad-difiża. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din l-emenda hija maħsuba sabiex ir-rekwiżiti għall-proċedura ta' reviżjoni tkun kompluta. | |||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 38 c (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 38c | ||||||||||||
|
Perjodu sospensiv | ||||||||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fl-Artikolu [38a](3) għandhom biżżejjed ħin għal reviżjoni effettiva ta' deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt meħuda mill-awtoritajiet kontraenti, billi jiġu adottati dispożizzjonijiet neċessarji li jirrispettaw il-kondizzjonijiet minimi stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu [38e]. | ||||||||||||
|
2. Kuntratt ma jistax jiġi konkluż wara deċiżjoni li jingħata kuntratt li jaqa' fl-ambitu ta' din id-Direttiva qabel l-iskadenza ta' perijodu ta' mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b'effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità kontraenti tkun bagħtet tweġiba lil dawk li għamlu l-offerta, jekk jintużax il-faks jew mezzi elettroniċi, jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta' komunikazzjoni, qabel l-iskadenza ta' mill-inqas 15-il jum kalendarju b'effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità kontraenti tkun bagħtet tweġiba lil dawk li għamlu l-offerta, jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b'effett mill-jum wara d-data meta tkun waslet tweġiba dwar id-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt. | ||||||||||||
|
Min jagħmel offerta għandu jitqies li jkun ikkonċernat sakemm ma jkunx definittivament eskluż. Esklużjoni hija definittiva jekk tiġi notifikata lil min jagħmel l-offerta u jew tkun meqjusa leċita minn korp ta' reviżjoni indipendenti jew ma tistax tkun suġġetta għal proċedura ta' reviżjoni. | ||||||||||||
|
Kandidati jitqiesu li huma kkonċernati jekk l-awtorità kontraenti m'għamlitx għad-dispożizzjoni informazzjoni dwar ir-rifjut tal-applikazzjoni tagħhom qabel in-notifika tad-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt lil dawk li għamlu l-offerta. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-inklużjoni ta' proċedura ta' reviżjoni f'din id-Direttiva hija maħsuba sabiex jinkiseb ftuħ ġenwin fis-suq, tingħata protezzjoni legali effettiva għal minn jagħmel offerta u jiġu żgurati t-trasparenza u n-non-diskriminazzjoni fl-għoti ta' kuntratti bla ħsara għall-bżonn tal-Istati Membri li jipproteġu informazzjoni sigrieta | |||||||||||||
Emenda 52 Proposta ghal direttiva Artikolu 38 d (gdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 38 d | ||||||||||||
|
Derogi mill-perjodu sospensiv | ||||||||||||
|
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-perjodi msemmija fl-Artikolu [38c](2) ma japplikawx fil-każijiet li ġejjin: | ||||||||||||
|
(a) jekk din id-Direttiva ma tirrikjedix publikazzjoni minn qabel ta’ notifika ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; | ||||||||||||
|
(b) jekk l-uniku persuna li tefgħet l-offerta fis-sens tal-Artikolu [38c](2) hija dik li ngħatat il-kuntratt u ma hemmx kandidati kkonċernati; | ||||||||||||
|
(c) fil-każ ta’ kuntratt ibbażat fuq ftehima ta’ qafas kif stilupat fl-Artikolu 21. Jekk din id-deroga tiġi invokata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntratt ma jkunx effettiv b’konformità mal-Artikoli [38f] u [38h] jekk: | ||||||||||||
|
- hemm ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(4), u | ||||||||||||
|
- il-valur stmat tal-kuntratt huwa daqs jew aktar mil-limiti minimi stipulati fl-Artikolu 6. | ||||||||||||
Gustifikazzjoni | |||||||||||||
L-inklużjoni ta' proċedura ta' reviżjoni f'din id-Direttiva hija maħsuba sabiex jinkiseb ftuħ ġenwin fis-suq, tingħata protezzjoni legali effettiva għal minn jagħmel offerta u tiġi żgurata trasparenza u nuqqas ta’ diskriminazzjoni fl-għoti ta' kuntratti bla ħsara għall-bżonn tal-Istati Membri li jipproteġu informazzjoni sigrieta. | |||||||||||||
Emenda 53 Proposta ghal direttiva Artikolu 38 e (gdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 38 e | ||||||||||||
|
Limiti taż-żmien għall-applikazzjoni għar-reviżjoni | ||||||||||||
|
Fejn Stat Membru jistipula li kwalunkwe applikazzjoni għar-reviżjoni ta’ deċiżjoni tal-awtorità kontraenti meħuda fil-kuntest ta’, jew marbuta ma’, proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt li tinsab fl-ambitu ta’ din id-Direttiva għandha ssir qabel ma jiskadi perjodu speċifikat, dan il-perjodu għandu jkun ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarji mill-ġurnata wara d-data li fiha d-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti tkun intbagħtet lil min qed jagħmel l-offerta jew lill-kandidat jekk jintuża l-faks jew mezzi elettroniċi jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, dan il-perjodu għandu jkun jew ta’ mill-inqas ħmistax-il ġurnata kalendarja mill-ġurnata wara d-data li fiha d-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti ntbagħtet lil min qed jagħmel l-offerta jew lill-kandidat jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarji mill-ġurnata wara d-data tal-wasla tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti. Il-komunikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti lil kull min jagħmel l-offerta jew lil kull kandidat għandha tkun akkumpanjata minn sommarja tar-raġunijiet relevanti. F’każ ta’ applikazzjoni għal reviżjoni dwar deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu [38b](1)(b) li mhumiex suġġetti għal rekwiżit ta’ notifika speċifika, il-perjodu taż-żmien għandu jkun ta’ mill-inqas għaxart ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni kkonċernata. | ||||||||||||
Gustifikazzjoni | |||||||||||||
L-inklużjoni ta' proċedura ta' reviżjoni f'din id-Direttiva hija maħsuba sabiex jinkiseb ftuħ ġenwin fis-suq, tingħata protezzjoni legali effettiva għal minn jagħmel offerta u tiġi żgurata trasparenza u nuqqas ta’ diskriminazzjoni fl-għoti ta' kuntratti bla ħsara għall-bżonn tal-Istati Membri li jipproteġu informazzjoni sigrieta. | |||||||||||||
Emenda 54 Proposta ghal direttiva Artikolu 38 f (gdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 38 f | ||||||||||||
|
Ineffettività | ||||||||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratt jitqies ineffettiv minn korp ta’ reviżjoni li jkun indipendenti mill-awtorità kontraenti u li l-ineffettività tiegħu tkun ir-riżultat ta’ deċiżjoni ta’ korp ta’ reviżjoni ta’ dan it-tip f’kull wieħed minn dawn il-każijiet: | ||||||||||||
|
(a) jekk l-awtorità kontraenti tat kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ notifika ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma dan kien permess b’konformità ma’ din id-Direttiva; | ||||||||||||
|
(b) f’każ ta’ ksur tal-Artikolu [38a](5), l-Artikolu [38b](3) jew l-Artikolu [38c](2), jekk dan il-ksur ikun neħħa d-dritt ta’ min jagħmel l-offerta li japplika għal reviżjoni tal-possibilità li jirrikorri għal rimedji pre-kuntrattwali f’każ li ksur ta’ dan it-tip ikun magħqud ma’ ksur ieħor ta’ din id-Direttiva, jekk dan il-ksur affettwa l-possibiltajiet ta’ min jagħmel l-offerta li japplika għal reviżjoni biex jikseb il-kuntratt; | ||||||||||||
|
(c) f’każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu [38d](c), jekk l-Istati Membri invokaw id-deroga mill-perjodu sospensiv għal kuntratti bbażati fuq ftehima ta’ qafas. | ||||||||||||
|
2. Il-konsegwenzi ta’ meta kuntratt jitqies ineffettiv għandhom jiġu stipulati mil-liġi nazzjonali. Il-liġi nazzjonali tista’ tipprovdi għal annullazzjoni retroattiva tal-obbligi kuntrattwali kollha jew tillimita l-ambitu tal-annullazzjoni għal dawk l-obbligi li għad iridu jitwettqu. Fil-każ tal-aħħar, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-applikazzjoni ta’ penali alternattivi skont it-tifsira tal-Artikolu [38g](2). | ||||||||||||
|
3. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-korp ta’ reviżjoni indipendenti tal-awtorità kontraenti ma jistax iqis kuntratt ineffettiv, għalkemm dan ingħata b’mod illegali għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1, jekk il-korp ta' reviżjoni jsib, wara li jkun eżamina l-aspetti relevanti kollha, li interessi ta' sigurtà essenzjali u ġustifikati tal-Istat Membru kkonċernat jirrikjedu li tinżamm il-validità tal-kuntratt. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali alternattivi skont it-tifsira tal-Artikolu [38g](2), li għandu japplika minflok. | ||||||||||||
|
L-interessi ekonomiċi fl-effettività ta’ kuntratt jistgħu jitqiesu biss bħala interessi essenzjali ta’ sigurtà jekk f’ċirkustanzi eċċezzjonali l-ineffettività twassal għal konsegwenzi sproporzjonati. | ||||||||||||
|
Madankollu, l-interessi ekonomiċi marbuta direttament mal-kuntratt ikkonċernat m’għandhom jikkostitwixxu interessi essenzjali ta’ sigurtà. L-interessi ekonomiċi marbuta direttament mal-kuntratt jinkludu, fost oħrajn, l-ispejjeż li jirriżultaw mid-dewmien fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt, l-ispjjeż li jirriżultaw mit-tnedija ta' proċedura ġdida għall-kuntratti pubbliċi, l-ispejjeż li jirriżultaw mill-bidla tal-operatur ekonomiku tal-kuntratt u l-ispejjeż tal-obbligi legali li jirriżultaw mill-ineffettività. | ||||||||||||
|
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-paragrafu 1(a) ma japplikax fejn: | ||||||||||||
|
- jekk l-awtorità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ notifika ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa permess b’konformità ma’ din id-Direttiva; | ||||||||||||
|
- l-awtorità kontraenti ppubblikat avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif deskritt fl-Artikolu [38j] li jesprimi l-intenzjoni tagħha li tikkonkludi l-kuntratt, u | ||||||||||||
|
- il-kuntratt ma ġiex konkluż qabel l-iskadenza ta' perjodu ta' mill-inqas għaxart ijiem kalendarji mill-ġurnata wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż. | ||||||||||||
|
5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-paragrafu 1(c) ma japplikax fejn: | ||||||||||||
|
- l-awtorità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt huwa konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(4), | ||||||||||||
|
- l-awtorità kontraenti bagħtet deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt, flimkien ma’ sommarja tar-raġunijiet relevanti kif imsemmi fl-Artikolu 26(2), soġġett għall-Artikolu 26(3), lill-persuni konċernati li għamlu offerta, u | ||||||||||||
|
- il-kuntratt ma ġiex konkluż qabel l-iskadenza ta' perjodu ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b'effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità kontraenti tkun bagħtet id-deċiżjoni tagħha lil dawk li għamlu l-offerta, jekk jintuża l-faks jew mezzi elettroniċi, jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta' komunikazzjoni, qabel l-iskadenza jew ta' mill-inqas 15-il jum kalendarju b'effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità kontraenti tkun bagħtet tweġiba lil dawk li għamlu l-offerta, jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b'effett mill-jum wara d-data meta tkun waslet id-deċiżjoni dwar l-għoti tal-kuntratt. | ||||||||||||
Gustifikazzjoni | |||||||||||||
L-inklużjoni ta' proċedura ta' reviżjoni f'din id-Direttiva hija maħsuba sabiex jinkiseb ftuħ ġenwin fis-suq, tingħata protezzjoni legali effettiva għal minn jagħmel offerta u tiġi żgurata trasparenza u nuqqas ta’ diskriminazzjoni fl-għoti ta' kuntratti bla ħsara għall-bżonn tal-Istati Membri li jipproteġu informazzjoni sigrieta. | |||||||||||||
Emenda 55 Proposta ghal direttiva Artikolu 38 g (gdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 38g | ||||||||||||
|
Ksur ta’ din id-Direttiva u penali alternattivi | ||||||||||||
|
1. F’każ ta’ ksur tal-Artikolu [38a](5), l-Artikolu [38b](3) jew l-Artikolu [38c](2) li mhux kopert mill-Artikolu [38f](1)(b), l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-ineffettività b’konformità mal-Artikolu [38f](1), (2) u (3), jew għal penali alternattivi. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-korp ta’ reviżjoni indipendenti tal-awtorità kontratenti għandu jiddeċiedi, wara li jkun evalwa l-aspetti relevanti kollha, jekk il-kuntratt għandux jitqies ineffettiv jew jekk għandhomx jiġu imposti penali alternattivi. | ||||||||||||
|
2. Il-penali alternattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Huma għandhom jinkludu dawn l-elementi: | ||||||||||||
|
- l-impostazzjoni ta’ multi fuq l-awtorità kontraenti; jew | ||||||||||||
|
- it-tqassir taż-żmien tal-kuntratt. | ||||||||||||
|
L-Istati Memri jistgħu jagħtu diskrezzjoni wiesgħa lill-korp ta’ reviżjoni sabiex jitqiesu l-fatturi relevanti kollha, inklużi s-serjetà tal-ksur, l-imġieba tal-awtorità kontraenti u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu [38f](2), sa liema punt il-kuntratt jibqa’ fis-seħħ. | ||||||||||||
|
L-għoti tad-danni ma jikkostitwixxi penali xierqa għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu. | ||||||||||||
Gustifikazzjoni | |||||||||||||
L-inklużjoni ta' proċedura ta' reviżjoni f'din id-Direttiva hija maħsuba sabiex jinkiseb ftuħ ġenwin fis-suq, tingħata protezzjoni legali effettiva għal minn jagħmel offerta u tiġi żgurata trasparenza u nuqqas ta’ diskriminazzjoni fl-għoti ta' kuntratti bla ħsara għall-bżonn tal-Istati Membri li jipproteġu informazzjoni sigrieta. | |||||||||||||
Emenda 56 Proposta ghal direttiva Artikolu 38 h (gdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 38 h | ||||||||||||
|
Il-perjodi ta’ żmien | ||||||||||||
|
1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-applikazzjoni għar-reviżjoni b’konformità mal-Artikolu [38f](1) għandha ssir: | ||||||||||||
|
(a) qabel l-iskadenza ta’ mill-inqas 30 ġurnata kalendarja b’effett mill-ġurnata wara d-data li fiha | ||||||||||||
|
- l-awtorità kontraenti ppubblikat avviż ta’ għoti ta’ kuntratt b’konformità mal-Artikoli 22(4), 23 u 24, sakemm dan l-avviż jinkludi ġustifikazzjni tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti biex tagħti l-kuntratt qabel pubblikazzjoni minn qabel ta’ notifika ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; jew | ||||||||||||
|
- l-awtorità kontraenti infurmat lil min jagħti offerta u lill-kandidati kkonċernati dwar il-konklużjoni tal-kuntratt, sakemm din l-informazzjoni jkun fiha sommarju tar-raġunijiet relevanti kif imsemmija fl-Artikolu 26(2), soġġett għall-Artikolu 26(3). Din l-opzjoni tapplika wkoll għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu [38d](c); u | ||||||||||||
|
(b) fi kwalunkwe każ, qabel l-iskadenza ta’ perjodu ta’ mill-inqas 6 xhur b’effett mill-ġurnata wara d-data tal-konklużjoni tal-kuntratt. | ||||||||||||
|
2. Fil-każijiet l-oħra kollha, inklużi l-applikazzjonijiet għal reviżjoni b'konformità mal-Artikolu [38g](1), il-perjodi ta’ żmien għal applikazzjoni għal reviżjoni għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali, soġġetti għall-Artikolu [38e]. | ||||||||||||
Gustifikazzjoni | |||||||||||||
L-inklużjoni ta' proċedura ta' reviżjoni f'din id-Direttiva hija maħsuba sabiex jinkiseb ftuħ ġenwin fis-suq, tingħata protezzjoni legali effettiva għal minn jagħmel offerta u tiġi żgurata trasparenza u nuqqas ta’ diskriminazzjoni fl-għoti ta' kuntratti bla ħsara għall-bżonn tal-Istati Membri li jipproteġu informazzjoni sigrieta. | |||||||||||||
Emenda 57 Proposta ghal direttiva Artikolu 38 i (gdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 38 i | ||||||||||||
|
Mekkaniżmu korrettiv | ||||||||||||
|
1. Il-Kummissjoni għandha tinvoka l-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 5 meta tqis li sar ksur serju tal-liġi Komunitarja fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi waqt proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt fl-ambitu ta’ din id-Direttiva. | ||||||||||||
|
2. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri u lill-awtorità kontraenti kkonċernata bir-raġunijiet li wassluha biex tikkonkludi li sar ksur serju u titlob il-korrezzjoni tiegħu. Hija għandha tagħti perjodu ta’ żmien raġonevoli lill-Istati Membri sabiex jagħtu tweġiba, filwaqt li tqis iċ-ċirkustanzi tal-każ ikkonċernat. | ||||||||||||
|
3. Fi ħdan il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni: | ||||||||||||
|
(a) il-konferma tiegħu li l-ksur ġie kkoreġut; | ||||||||||||
|
(b) rapport bir-raġunijiet għalxiex ma saritx korrezzjoni; jew | ||||||||||||
|
(c) Avviż li jgħid li l-proċedura tal-għoti tal-kuntratti ġiet sospiża jew mill-awtorità kontraenti fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq il-bażi tas-setgħat speċifikati fl-Artikolu [38b](1)(a). | ||||||||||||
|
4. F’komunikazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 3(b), jista' jiġi indikat b'mod partikulari li l-ksur allegat diġà huwa s-suġġett ta’ proċeduri legali jew ta’ proċedura jew reviżjoni oħra skont l-Artikolu [38b](9). F’dan il-każ l-Istat Membru għandu jinfurma lill-Kummissjoni dwar ir-riżultat ta’ dawn il-proċedimenti, jew ta’ din il-proċedura jew reviżjoni, malli dan ikun magħruf. | ||||||||||||
|
5. Fejn ingħatat notifikat li proċedura ta’ għoti tal-kuntratt ġiet sospiża b’konformità mal-paragrafu 3(c), l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni meta s-sospensjoni titneħħa u tibda proċedura oħra ta' kuntratt marbuta totalment jew parzjalment mal-istess tema. Din in-notifika għandha tikkonferma li l-ksur allegat ġie kkoreġut jew tinkludi komunikazzjoni bir-raġunijiet għalxiex ma saritx korrezzjoni. | ||||||||||||
Gustifikazzjoni | |||||||||||||
L-inklużjoni ta' proċedura ta' reviżjoni f'din id-Direttiva hija maħsuba sabiex jinkiseb ftuħ ġenwin fis-suq, tingħata protezzjoni legali effettiva għal minn jagħmel offerta u tiġi żgurata trasparenza u nuqqas ta’ diskriminazzjoni fl-għoti ta' kuntratti bla ħsara għall-bżonn tal-Istati Membri li jipproteġu informazzjoni sigrieta. | |||||||||||||
Emenda 58 Proposta ghal direttiva Artikolu 38 j (gdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 38 j | ||||||||||||
|
Kontenut ta’ notifika għal trasparenza voluntarja ex-ante | ||||||||||||
|
In-notifika msemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu [38f](4), li l-format tagħha għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni b’konformità mal-proċedura konsultorja msemmija fl-Artikolu 41(2), għandha tinkludi din l-informazzjoni: | ||||||||||||
|
(a) l-isem u l-kuntatti tal-awtorità kontraenti; | ||||||||||||
|
(b) deskirzzjoni tas-suġġett tal-kuntratt; | ||||||||||||
|
(c) ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li tagħti l-kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' notifika ta' kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; | ||||||||||||
|
(d) l-isem u l-kuntatti tal-operatur ekonomiku li ttieħdet deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt favur tiegħu; | ||||||||||||
|
(e) fejn xieraq, kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa utli mill-awtorità kontraenti. | ||||||||||||
Gustifikazzjoni | |||||||||||||
L-inklużjoni ta' proċedura ta' reviżjoni f'din id-Direttiva hija maħsuba sabiex jinkiseb ftuħ ġenwin fis-suq, tingħata protezzjoni legali effettiva għal minn jagħmel offerta u tiġi żgurata trasparenza u nuqqas ta’ diskriminazzjoni fl-għoti ta' kuntratti bla ħsara għall-bżonn tal-Istati Membri li jipproteġu informazzjoni sigrieta. | |||||||||||||
Emenda 59 Proposta ghal direttiva Artikolu 41 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet bażiċi previsti fl-artikolu 6, l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 6, l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 5a, paragrafu 3c), 4b u 4e), tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huma ffissati għal gimaġħtejn, minħabba limitazzjonijiet fl-iskadenzi li jirriżultaw minn modalitajiet ta’ kalkolu u ta’ pubblikazzjoni prevvvisti fl-Artikolu 78 (1), it-tieni inċiż u l-paragrafu 4 tad-Direttiva 2004/18/KE. |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet bażiċi previsti fl-artikolu 6, l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 6, l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 5a, paragrafu 3c), 4b u 4e), tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huma ffissati għal xahar, minħabba limitazzjonijiet fl-iskadenzi li jirriżultaw minn modalitajiet ta’ kalkolu u ta’ pubblikazzjoni prevvvisti fl-Artikolu 78 (1), it-tieni inċiż u l-paragrafu 4 tad-Direttiva 2004/18/KE. | ||||||||||||
Emenda 60 Proposta ghal direttiva Artikolu 44 Directive 2004/18/EC Artikolu 10 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Gustifikazzjoni | |||||||||||||
Kjarifika. | |||||||||||||
Emenda 61 Proposta ghal direttiva Artikolu 45 a (gdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 45a | ||||||||||||
|
Ir-Rappurtar | ||||||||||||
|
1. Il-Kummissjoni ghandha tirraporta lill-Parlament Ewropew sa ...* dwar il-mizuri meħuda mill-Istati Membri biex jittrasponu din id-Direttiva, b’mod partikulari l-Artikoli 39 u 40 taghha. | ||||||||||||
|
2. Il-Kummissjoni għandha, billi tibda mhux aktar tard minn ...**, tressaq b’mod regolari rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva u tal-impatt tagħha fuq l-izviluppi tas-suq Ewropew tal-apparat tad-difiza u fuq il-bażi teknologika u industrijali tad-difiza Ewropea. | ||||||||||||
|
________ * Tnax-il xahar mid-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. ** Ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. | ||||||||||||
Emenda 62 Proposta ghal direttiva Anness I – tabella – ringiela 2 – kolonna 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Minn 60110000-2 sa 60183000-4 (ħlief 60160000-7, 60161000-4), u minn 64120000-3 sa 64121200-2 |
60100000-9, minn 60110000-2 sa 60183000-4 (ħlief 60160000-7, 60161000-4), minn 63100000-0 sa 63111000-0, minn 63120000-6 sa 63121100-4, 63122000-0, minn 63520000-0 sa 63700000-6, u minn 64120000-3 sa 64121200-2 | ||||||||||||
Gustifikazzjoni | |||||||||||||
L-anness għandu jiġi estiż sabiex jiġi żgurat li l-inklużjoni tax-xogħlijiet pubbliċi, il-kuntratti tal-provvista u/jew tas-servizzi kif stipulat f’din id-Direttiva tkun kompluta. | |||||||||||||
Emenda 63 Proposta ghal direttiva Anness I – tabella – ringiela 3 – kolonna 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Minn 60410000-5 sa 60424120-3 (ħlief 60411000-2, 60421000-5), u 60500000-3 |
60400000-2, minn 60410000-5 sa 60424120-3 (ħlief 60411000-2, 60421000-5), 60500000-3, minn 63100000-0 sa 63111000-0, minn 63120000-6 sa 63121100-4, 63122000-0, 63520000-0, 63521000-7, 63524000-8, u 63700000-6 | ||||||||||||
Gustifikazzjoni | |||||||||||||
L-anness għandu jiġi estiż sabiex jiġi żgurat li l-inklużjoni tax-xogħlijiet pubbliċi, il-kuntratti tal-provvista u/jew tas-servizzi kif stipulat f’din id-Direttiva tkun kompluta. | |||||||||||||
Emenda 64 Proposta ghal direttiva Anness I - Linja 4 a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
| |||||||||||||
(4a) | |||||||||||||
Servizzi ta' transport ferrovjarju | |||||||||||||
60200000-0, 60220000-6 | |||||||||||||
Gustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-loġistika mhijiex biss it-trasport tal-merkanzija, iżda żżid il-valur b’taħlita ta’ servizzi bħat-trasport u l-ħażna, l-immaniġġjar tal-katina kollha tal-provvista u l-ipproċessar tal-fluss tal-informazzjoni. Għalhekk, ċerti servizzi speċifiċi marbuta mal-loġistika għandhom jiġu inklużi fil-proposta leġiżlattiva biex jiġu evitati n-nuqqasijiet fir-regoli futuri dwar il-kuntratti pubbliċi fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà. | |||||||||||||
Emenda 65 Proposta ghal direttiva ANNEX I, ringiela 4 b (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
| |||||||||||||
(4b) | |||||||||||||
Servizzi tat-trasport tal-ilma | |||||||||||||
60600000-4, 60620000-0, minn 60640000-6 sa 60651200-8, 60651600-2 | |||||||||||||
Gustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-loġistika mhijiex biss it-trasport tal-merkanzija, iżda żżid il-valur b’taħlita ta’ servizzi bħat-trasport u l-ħażna, l-immaniġġjar tal-katina kollha tal-provvista u l-ipproċessar tal-fluss tal-informazzjoni. Għalhekk, ċerti servizzi speċifiċi marbuta mal-loġistika għandhom jiġu inklużi fil-proposta leġiżlattiva biex jiġu evitati n-nuqqasijiet fir-regoli futuri dwar il-kuntratti pubbliċi fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà. |
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond
Is-swieq Ewropej tal-armi huma kkaratterizzati mill-frammentazzjoni tagħhom. Mis-snin disgħin ilu jikber l-għarfien fi ħdan l-UE li din il-frammentazzjoni għandha konsegwenzi ekonomiċi negattivi. Hemm għadd ta’ raġunijiet għal din il-qagħda:
a) Bħala tweġiba għall-iżviluppi ġeopolitiċi, matul l-aħħar 20 sena n-nefqa fuq id-difiża niżlet bin-nofs (l-hekk imsejjaħ dividend tal-paċi), fattur li wassal għal tnaqqis fi dħul iġġenerat u fl-għadd ta' nies impjegati mill-manifattura tal-armi u tnaqqis fl-investiment fl-oqsma tar-riċerka u tat-teknoloġija. Mhux probabbli li fil-ġejjieni immedjat jiżdied l-infiq għad-difiża. F’termini dettaljati, dan l-infiq jista’ jitqassam kif ġej[1]:
Fl-2006 n-nefqa tal-EU-26[2] għad-difiża kienet ta' EUR 201 biljun (minn EUR 47 biljun fir-Renju Unit u EUR 35 miljun f'Malta). Dan l-ammont jinkludi EUR 11 biljun għall-infiq għall-persunal u EUR 91 biljun għall-kisba ta’ materjal ta’ difiża. Il-figura ta’ EUR 91 biljun tista’ titqassam aktar f’EUR 39 biljun għall-investiment, inkluża r-riċerka u l-iżvilupp, EUR 43 biljun għall-operazzjonijiet u l-manutenzjni u EUR 9 biljun għal infiq ieħor inklużi miżuri ta' infrastruttura u ta' bini.
Meta wieħed iqabbel dawn il-figuri man-nefqa fl-Istati Uniti f’dan il-qasam[3], wieħed jista’ jara li fl-2006 l-Istati Uniti nefqu total ta’ EUR 491 biljun, jew 4.7% tal-PGD, fid-difiża. L-infiq fuq l-operazzjonijiet u l-manutenzjoni ammonta għal madwar EUR 169 biljun u l-investiment għal madwar EUR 141 biljun.
b) L-ispiża għall-iżvilupp ta’ sistemi ġodda ta’ armi żdiedet tant li anke l-Istati Membri l-kbar isibuha bi tqila biex jerfgħu dan il-piż finanzjarju[4].
c) Ir-ristrutturazzjoni tal-forzi armati wara t-tmiem tal-Gwerra Bierda wasslet biex it-tagħmir jiġi ordnat bi kwantitajiet iżgħar u ħolqot rekwiżiti għal kapaċitajiet ta' difiża li jkunu differenti b'mod kwalitattiv.
Għalhekk l-għan huwa li tinkiseb effiċjenza akbar meta mqabbla man-nefqa, u b’hekk jibbenefikaw kemm il-baġits nazzjonali u kemm l-industrija tal-armi u, fattur importanti wkoll, il-forzi armata jiġu pprovduti bl-aħjar tagħmir possibbli.
It-twaqqif ta’ politika Ewropea għas-sigurtà u d-difiża joħloq il-ħtieġa li jinbnew il-ħiliet neċessarji, u għalhekk jeħtieġ li jkun hemm industrija Ewropea ta’ prestazzjoni għolja. It-twaqqif ta’ bażi Ewropea għall-industrija tad-difiża u għat-teknoloġija tad-difiża u ta’ suq Ewropew għall-kisba ta’ materjal huwa maħsub biex jikkontribwixxi għal dan. Dawn it-tnejn jistgħu jipprovdu l-ħiliet meħtieġa biex iwettqu l-ħidma globali fil-qasam tad-difiża u jiffaċċjaw l-isfidi l-ġodda fil-qasam tas-sigurtà.
Artikolu 296 tat-Trattat KE
Fil-prinċipju, l-akkwist tad-difiża jaqa' taħt l-iskop tad-Direttiva 2004/18/KE (Artikolu 10), li huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 296 TKE, li jipprovdi għal deroga mir-regoli tal-akkwisti tal-UE fuq il-bażi ta' sigurtà nazzjonali. Fil-prattika, madankollu, l-Istati Membri b’mod sistematiku jinvokaw l-Artikolu 296 TKE sabiex jiġi eskluż kważi kull akkwist militari mill-iskop tal-liġi Komunitarja. Is-sitwazzjoni hija ftit differenti f’suq li qed isir dejjem aktar ekonomikament importanti f’tagħmir sensittiv tas-sigurtà mhux militari. Fiż-żewġ każi, l-Istati Membri ta’ spiss jinvokaw l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18/KE sabiex jaħarbu mir-regoli Komunitarji. Għalhekk, il-biċċa l-kbira tal-kuntartti f'dan il-qasam jiġu mogħtija fuq il-bażi ta' regoli u proċeduri nazzjonali. Skont l-istatistiċi, fil-perjodu bejn l-2000 u l-2004 il-ħmistax-il Stat tal-UE ppubblikaw 13% biss tal-kuntratti kollha għal tagħmir ta’ difiża fil-Ġurnal Uffiċjali, biċ-ċifrifiguri għall-Istati Membri individwali li jvarjaw bejn 2% (fil-Ġermanja) u 24% (fi Franza)[5]. B’hekk id-derogi li skont il-liġi Komunitarja għandhom ikunu eċċezzjoni huma infatti r-regola.
Din il-prattika mill-Istati Membri tikser il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-KE, li stabbiliett li l-Artikolu 296 tat-Trattat KE jista’ jiġi invokat biss f’każijiet straordinarji u limitati ġġustifikati.[6]F’komunikazzjoni interpretattiva, il-Kummissjoni għamlet il-konklużjonijiet neċessarji mill-każistika u spjegat kif hija tipproponi li tipproċedi f’każijiet bħal dawn fil-futur.[7]
Direttiva dwar l-Akkwist tad-Difiża
Il-proposta għal direttiva li qed tiġi kkunsidra ta’ hawn (COM(2007) 766) hija ddisinjata biex ittaffi d-dubji tal-Istati Membri dwar jekk id-Direttiva eżistenti 2004/18/KE tiħux ħsieb biżżejjed tan-natura speċifika tal-akkwist militari. Il-proposta għal direttiva ġiet preżentata fil-5 ta’ Diċembru 2007 flimkien mal-proposta għal direttiva dwar it-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (COM(2007) 765) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni.[8] Iż-żewġ direttivi għandhom l-għan li jistabbilixxu suq komuni tal-armi, iżda jużaw tagħmir li għandu jiġi kkunsidrat separatament.
L-għan tal-proposta għal direttiva huwa li jistabbilixxi qafas legali Ewropew uniformi li jagħmilha possibbli għall-Istati Membri biex japplikaw il-liġi Komunitarja mingħajr ma jipperikolaw l-interessi tas-sigurtà tagħhom. It-tama hija li, bħala riżultat, iħossuhom obbligati anqas frekwenti li jinvokaw l-Artikolu 296 TKE. Fi kliem ieħor, l-Artikolu 296 TKE se jibqa’ fis-seħħ, iżda l-użu tiegħu għandhu jiġi ristrett għal każijiet straordinarji ġenwini, kif stipulat fit-Trattat KE u mitlub mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. L-Artikolu 296 TKE mbagħad jiġi applikat biss f’dawk il-każijiet meta d-dispożizzjonijiet speċjali tad-direttiva l-ġdida mhumiex suffiċjenti biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tas-sigurtà tal-Istati Membri.
Ir-rapporteur tagħkom approva l-għanijiet tal-proposta għal direttiva. Fuq il-bażi tal-għanijiet tar-riżoluzzjoi tal-Green Paper dwar l-Akkwisti tad-Difiża[9] tas-17 ta’ Novembru 2005, li fiha l-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tagħmel abbozz ta’ direttiva billi tagħti konsiderazzjoni partikulari lill-interessi tas-sigurtà tal-Istati Membri, tiżviluppa aktar il-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni, tippromwovi koeżjoni Ewropea akbar, tippreserva r-rwol tal-Unjoni bħala ‘potenza ċivili’ u tiddedika attenzjoni speċjali lill-impriżi żgħar jew ta' daqs medju, li huma rrappreżentati b’mod sod f’dan is-settur, dan ir-rapport jiddedika attenzjoni partikulari lill-punti li ġejjin:
Minħabba rkib frekwenti tal-akkwist fuq is-suq tad-difiża u tas-sigurtà, ir-rapporteur jaqbel mal-Kummissjoni li kemm id-difiża kif ukoll l-oqsma tas-sigurtà għandhom jiġu inklużi fil-qasam tal-proposta għal direttiva. Madankollu, minħabba li l-kuntratti kollha li jaqgħu taħt l-applikazzjoni tagħha jinvolvu informazzoni sensittiva, huwa ssuġġerit li l-iskop jiġi ddefinit b'mod uniformi fl-Artikolu 1. Sabiex issir ġustizzja fir-rigward tal-problema tal-lista ta' armi, munizzjonijiet u/jew materjal tal-gwerra tal-1958, li tiddefinixxi l-iskop għall-kuntratti ta' difiża, li mhijiex aġġornata, huwa ssuġġerit li l-interpretazzjoni kontemporanja tiġi provduta billi tintuża, b’mod partikulari, il-lista komuni militari li tiġi aġġornata kull sena.
Id-dispożizzjoni għal derogi skont l-Artikolu 296(1)(a) tat-Trattat KE tibqa’ fis-seħħ minkejja din il-proposta għal direttiva, iżda hija inkorporata fl-Artikolu 9 tal-proposta għal direttiva f’forma xierqa għal-liġi ta’ akkwist pubbliku sabiex tiġi mtejba ċ-ċertezza legali u jiġi evitat li jkun hemm applikazzjoni abbużiva jew li tista’ jiġi evitata tal-Artikolu 296 tat-Trattat.
Fir-rigward tas-sigurtà u l-provvista tal-informazzjoni, huwa importanti għall-awtoritajiet kontraenti li jiksbu impenji mingħand l-offerenti li huma li ta' min jorbot fuqhom kemm jista' jkun. Madankollu, l-offerent ma jista’ bl-ebda mod jipprovdi evidenza jew impenn definit, b'mod partikulari fir-rigward tat-twettieq ta' subkuntrattur jew f'relazzjoni ma’ intitolament ta’ tranżitu. Fl-abbozz ta’ rapport, għaldaqstant, l-emendi proposti jagħmluha aktar faċli għall-offerenti biex ikun konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa fil-prattika.
Element ieħor essenzjali fl-abbozz ta’ rapport huwa l-introduzzjoni ta’ proċedura tar-reviżjoni. Il-proċedura tar-reviżjoni għandha l-għan li tagħti protezzjoni legali effettiva lill-offerenti, tippromwovi trasparenza u nuqqas ta’ diskriminazzjoni fl-għoti ta kuntratti, u għalhekk tikkontribwixxi għall-ftuħ ta’ suq ġenwin. Is-sistema ta’ rimedji legali prevista f'din il-proposta għal direttiva bażikament tadotta l-istess strateġija bħad-direttivi dwar ir-rimedji legali standard, iżda fl-istess ħin tikkunsidra l-interess speċjali tal-Istati Membri f’relazzjoni mal-għoti ta’ kuntratti tad-difiża u tas-sigurtà.
12.9.2008
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-proposta għad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti pubbliċi tax-xogħlijiet, tal-provvisti u tas-servizzi pubbliċi fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà
(COM(2007)0766 – C6‑0467/2007 – 2007/0280(COD))
Rapporteur: Karl von Wogau
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-opinjoni tappoġġja bi sħiħ li jiġi stabbilit Suq Ewropew tat-Tagħmir għad-Difiża miftuħ, trasparenti u kompetittiv li jkun għas-servizz tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Ewropea u tal-Istati Membri.
Il-ħolqien ta’ suq għad-difiża fil-livell Ewropew se jtejjeb it-trasparenza tal-akkwisti tad-difiża fl-Unjoni, li tirriżulta f'tagħmir aħjar għas-suldati tagħna u l-pajżana fil-missjonijiet tal- Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Ewropea u tal-Istati Membri, tkabbar il-kompetittività tal-industrija Ewropea għad-difiża u twassal għal infiq aħjar tal-flus ta’ dawk li jħallsu t-taxxa fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża.
Kumitat għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża jemmnu li d-direttiva proposta hija pass lejn id-direzzjoni t-tajba.
Id-direttiva proposta tindirizza l-karattru speċifiku għad-difiża tal-akkwisti pubbliċi: L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċeduri negozjati b’pubblikazzjoni minn qabel bħala proċedura standard, għandhom mnejn ikollhom bżonn klawsoli speċifiċi mill-kandidati għas-sigurtà tal-informazzjoni (sabiex tiġi assigurata l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni sensittiva) u għas-sigurtà tal-provvista (sabiex tiġi assigurata kunsinna fil-ħin f’każ ta’ kriżi).
L-użu tal-Artikolu 296 se jiġi limitat għal każijiet verament eċċezzjonali, kif stipulat fit-Trattat u mill-Qorti. Dan se jtejjeb iċ-ċertezza legali għall-awtoritajiet kontraenti.
Ir-regoli nazzjonali ta’ akkwist se jiġu kkoordinati, dawn jagħmlu t-taħlita regolatorja f’dawn l-oqsma aktar effiċjenti u jnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi tal-industriji.
Il-prinċipji tat-Trattat, b’mod partikulari t-trasparenza, in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u l-ftuħ se jiġu implimentati fis-swieq tad-difiża u s-sigurtà. Dan se jtejjeb l-effiċjenza tal-infiq għad-difiża u jwassal għal valur aħjar għall-flus.
Dan se jwassal għal tagħmir aħjar għall-forżi li qed jipparteċipaw fl-operazzjonijiet illanċjati taħt il-qafas tal-Politika Ewropea tas-Sigurtà u d-difiża.
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat tiegħu dwar is-Sigurtà u d-Difiża jipproponu l-bidliet konkreti li ġejjin bil-għan li titjieb id-direttiva proposta:
a) L-iskop tad-direttiva tal-akkwist tad-difiża proposta hija ddefinita fuq il-bażi tal-lista tal-Kunsill tal-1958 (Deċiżjoni li tiddefinixxi l-lista ta' prodotti - armi, munizzjonijiet u materjal tal-gwerra – għal liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 223(1b) - issa l-Artikolu 296 – tat-Trattat japplikaw). Din il-lista mhijiex dokument pubbliku tal-UE u għaldaqstant mhijiex disponibbli quddiem il-liġi. Barra minn hekk, il-lista, minbarra li hija wisq vasta u ġenerali, qatt ma ġiet aġġornata minn meta ġiet adottata 50 sena ilu.
b) Jekk ikollha tiġi użata l-lista tal-Kunsill tal-1958, dan għandu jsir bil-ftehima mill-Kunsill biex tiġi aġġornata l-lista u ssir pubblika.
c) Alternattiva possibbli tkun li tintuza l-Lista Militari Komuni koperta mill-Kodici dwar l-Esportazzjonijiet tal-Armi adottat mill-Kunsill fis-7 ta’ Lulju 2000 u aġġornata b’mod regolari mill-Kunsill, li hija wkoll il-bażi għall-iskop tad-direttiva proposta dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiza fil-Komunità (Emenda għall-Artikolu 1).
d) Sabiex tiġi nfurzata l-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u sabiex jiġi kkunsidrat il-karattru speċifiku tas-suq tad-difiża, huwa essenzjali li l-Istati Membri jaqblu ma’ viżjoni komuni dwar is-sigurtà tal-provvista u s-sigurtà tal-informazzjoni, u li l-proċedura preskritta nnegozjata b’pubblikazzjoni minn qabel hija permessa, b’hekk tiġi ssodisfata l-ħtieġa għal aktar flessibilità fl-għoti tal-kuntratti tad-difiża.
e) Rigward is-sigurtà tal-informazzjoni, il-ftuħ tal-framment tas-swieq nazzjonali tad-difiża fis-servizz tal-Politika Ewropea tas-Sigurtà u d-Difiża se jeħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti u l-fornituri għandhom u jipprovdu assigurazzjoni li l-informazzjoni klassifikata tiġi protetta matul il-fażijiet differenti tal-proċedura tal-akkwisti u li l-kumpaniji tad-difiża tal-UE ma jiġux iddiskriminati fuq il-bażi tas-sigurtà tal-informazzjoni minħabba li n-nazzjonalità jew iż-żmien tal-proċess tar-rilaxx ta' informazzjoni klassifikata. Bħala riżultat id-direttiva proposta għandha tiġi sussegwentement ikkumplimentata minn sistema tal-UE dwar is-sigurtà tal-informazzjoni (Emenda għall-Artikolu 14).
f) Rigward is-sigurtà tal-provvista, il-ftuħ tal-framment tas-swieq nazzjonali tad-difiża fis-servizz tal-Politika Ewropea tas-Sigurtà u d-Difiża se jeħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti għandhom u jipprovdu l-assigurazzjoni li meta jagħtu l-kuntratti lill-fornituri huma intitolati li jistennew li l-fornituri huma u jibqgħu ta’ min jorbot fuqhom u sors ta’ provvista kompetittiv. Enfasi speċjali għandha tingħata fuq il-bini tal-fiduċja fost l-awtoritajiet kontraenti b’mod partikulari f’ċirkustanzi ta’ urġenza operattiva. Reġim komuni ta’ garanziji xierqa, li huwa appoġġjat minn possibilitajiet ta’ verifika, għal sigurtà stabbli tal-provvista huwa propost. L-artikolu tal-assistenza reċiproka (artikolu 28A.7[10]) tat-Trattat ta’ Liżbona jitlef is-sinifikat tiegħu mingħajr il-provvista solida tas-sigurtà bejn l-Istati Membri (Emenda għall-Artikolu 15).
g) Rappurtaġġ annwali regolari mill-Kummissjoni lill-PE u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva huwa propost. Dan jipprovdi kontabilità aħjar tal-proċess tal-implimentazzjoni (Emenda għall-Artikolu 40a (ġdida)).
Il-Kummissjoni Ewropea evitat il-kwistjoni tal-kumpens billi ma semmithomx. Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal[11] tal-Kummissjoni li jakkumpanja d-direttiva kkonkluda li huwa rrikkmandat l-kwistjoni tal-ħtiġiet taż-żamma ta’ kumpens possibbli kompatibbli mal-liġi tal-UE għandha titħallha f'idejn l-Istati Membri. Il-politiki attwali tal-juste retour u l-kumpens fl-oqsma tal-akkwist tas-sigurtà u d-difiża jistgħu jwasslu għal kwalità inferjuri tat-tgħamir u b’hekk jiżdied ir-riskju tas-sigurtà tal-persuni li jiġu mibgħuta fuq missjonijiet tas-Sigurtà u d-Difiża Politika Ewropea. Dawn il-prattiki jistgħu wkoll joħolqu dewmien fil-proċeduri tal-akkwisti u jwasslu għall-spejjez akbar tat-tagħmir. Il-Parlament Ewropew[12] jinsisti li l-prattika tal-kumpens u l-juste retour għandha tiġi tispiċċa. Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom aċċetta r-raġunar tal-Kummissjoni Ewropea biex f’dan l-istadju ma teżaminax il-kwistjoni tal-kumpens fid-direttiva proposta, madankollu huwa tal-opinjoni li fil-ġejjien din il-kwistjoni għandha tiġi mressqa fil-livell Ewropew bil-għan li titneħħa din il-prattika.
EmendI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jitlob lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 37 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(37) Verifika tal-adattabilità u tal-għażla tal-kandidati għandha tiġi mwettqa f'kondizzjonijiet trasparenti. Għal dan il-għan, kriterji mhux diskriminatorji għandhom jiġu ndikati, li l-awtoritajiet kuntrattwali jistgħu jużaw meta jkunu qed jagħżlu l-kompetituri, u l-mezzi li l-operaturi ekonomiċi jistgħu jużaw biex jippruvaw illi jissodisfaw dawk il-kriterji. Fl-istess spirtu tat-trasparenza, l-awtoritajiet kuntrattwali huma meħtieġa, malli l-kuntratt jiġi maħruġ għall-kompetizzjoni, li jindikaw l-kriterja ta' l-għażla li se jużaw u l-livell tal-kompetenza speċifika li tista' jew ma tistax titlob mill-operaturi ekonomiċi qabel ma taċċettahom fil-proċedura tal-appalt. |
(37) Verifika tal-adattabilità u tal-għażla tal-kandidati għandha tiġi mwettqa f'kondizzjonijiet trasparenti. Għal dan il-għan, kriterji mhux diskriminatorji għandhom jiġu indikati, li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw meta jkunu qed jagħżlu l-kompetituri, u l-mezzi li l-operaturi ekonomiċi jistgħu jużaw biex jippruvaw illi jissodisfaw dawk il-kriterji. Fl-istess spirtu tat-trasparenza, l-awtoritajiet kuntrattwali huma meħtieġa, malli l-kuntratt jiġi maħruġ għall-kompetizzjoni, li jindikaw l-kriterja ta' l-għażla li se jużaw u l-livell tal-kompetenza speċifika li tista' jew ma tistax titlob mill-operaturi ekonomiċi qabel ma taċċettahom fil-proċedura tal-appalt. Fl-għażla tal-kandidati, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw il-bżonn tal-awtonomija u s-sovranità operattiva minn perspettiva Ewropea, il-bżonn li ssostni l-preeminenza industrijali u tekonoloġika tal-Ewropa fejn din hija ekonomikament ta’ valur u l-bżonn tar-reċiproċità tas-suq vis-à-vis l-istati terzi. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tirrifletti l-kunsens li qiegħed jikber fost l-Istati Membri dwar il-bżonn ta’ żvilupp ta’ “Bażi tassew Ewropea ta’ Difiża Tekonoloġika u Industrijali” (‘Strateġija għal Bażi ta’ Difiża Teknoloġika u Industrijali Ewropea’, Bord tat-Tmexxija tal-attivitajiet tad-disinn tal-inġinerija, 14 ta’ Mejju 2007). Fil-qafas ta’ ħidma tal-attivitajiet tad-disinn tal-inġinerija, l-Istati Membri ddeċidew li jidentifikaw “teknoloġiji ewlenin" li l-Ewropa "għandha tfittex biex tħares jew tiżviluppa" u qalu li "l-ħtieġa tal-kapaċità militari hija l-ewwel kriterja" iżda li "il-bżonnijiet tal-awtonomija u s-sovranità operattiviva, u l-bżonn ta' sostenn preminenti fejn huwa ekonomikament ta' valur" għandhom jiġu kkunsidrati. Din l-emenda għandha l-għan li tinkudi xi wħud mix-xogħlijiet politiċi utli fil-livell tal-Attivitajiet tad-Disinn tal-Inġinerija f’din id-Direttiva, sabiex tiġi mtejba l-politika ta’ koerenza tal-UE f’dan il-qasam. | |
Emenda 2 Proposta ghal direttiva Artiklu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
a) il-provvista ta’ armi, ta’ munizzjon u/jew ta’ materjal tal-gwerra, imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ April 1958 u, jekk ikun il-każ, il-kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet u servizzi strettament marbuta ma’ dawn il-provvisti; |
a) il-provvista ta’ kull prodott iddisinjat specifikament għall-uzu militari u msemmi fil-Lista Komuni tat-taghmir militari mill-Kodici ta’ Kondotta dwar l-Esportazzjonijiet tal-Armi tal-UE u, jekk ikun il-każ, il-kuntratti pubblici ta’ xogħlijiet u servizzi strettament marbuta ma’ dawn il-provvisti; |
Ġustifikazzjoni | |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ April 1958 mhix dokument pubbliku uffiċjali tal-UE u għalhekk mhijiex disponibbli quddiem il-liġi. Barra minn hekk, l-lista qatt ma ġiet aġġornata mill-adozzjoni taghha 50 sena ilu. Alternattiva aħjar tkun li tintuża l-Lista Militari Komuni koperta mill-Kodici dwar l-Esportazzjonijiet tal-Armi adottat mill-Kunsill fis-7 ta’ Lulju 2000 u aġġornat b’mod regolari mill-Kunsill, li huwa wkoll l-bażi għall-iskop tad-direttiva proposta dwar l-issimplifikar tat-termini u tal-kundizzjonijiet ta’ prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità. | |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Artikolu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtoritajiet kontraenti jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi fuq livell ugwali, b’mod mhux diskriminatorju u jaġixxu b’trasparenza. |
L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi fuq livell ugwali, b’mod mhux diskriminatorju u jaġixxu b’trasparenza. Fl-għażla tal-kandidati, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw il-bżonn tal-awtonomija u s-sovranità operattivi minn perspettiva Ewropea, il-bżonn li ssostni l-preeminenza industrijali u teknoloġika tal-Ewropa fejn din hija ekonomikament ta’ valur u l-bżonn tar-reċiproċità tas-suq vis-à-vis l-istati terzi. |
Gustifikazzjoni | |
Din l-emenda tirrifletti l-kunsens li qiegħed jikber fost l-Istati Membri dwar il-bżonn ta’ żvilupp ta’ “Bażi tassew Ewropea ta’ Difiża Tekonoloġika u Industrijali” (‘Strateġija għal Bażi ta’ Difiża Teknoloġika u Industrijali Ewropea’, Bord tat-Tmexxija tal-attivitajiet tad-disinn tal-inġinerija, 14 ta’ Mejju 2007). | |
Fil-qafas ta’ ħidma tal-attivitajiet tad-disinn tal-inġinerija, l-Istati Membri ddeċidew li jiddentifikaw “teknoloġiji ewlenin" li l-Ewropa "għandha tfittex biex tħares jew tiżviluppa" u qalu li "il-ħtieġa tal-kapaċità militari hija l-ewwel kriterja" iżda li "il-bżonnijiet tal-awtonomija u s-sovranità operazzjonali, u l-bżonn ta' sostenn preminenti fejn huwa ekonomikament ta' valur" għandhom jiġu kkunsidrati. Din l-emenda għandha l-għan li tinkudi xi wħud mix-xogħlijiet politiċi utli fil-livell tal-Attivitajiet tad-Disinn tal-Inġinerija f’din id-Direttiva, sabiex tiġi mtejba l-politika ta’ koerenza tal-UE f’dan il-qasam. | |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Artikolu 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta dawn ikunu kuntratti pubbliċi li jinvolvu, jeħtieġu u/jew jinkludu informazzjoni sensittiva, l-awtorità kontraenti tippreċiża fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt il-miżuri u l-eżiġenzi kollha meħtieġa sabiex tkun żgurata s-sigurtà ta’ din l-informazzjoni fuq il-livell meħtieġ. |
1. Meta dawn ikunu kuntratti pubbliċi li jinvolvu, jeħtieġu u/jew jinkludu informazzjoni sensittiva, l-awtorità kontraenti tippreċiża fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt il-miżuri u l-eżiġenzi kollha meħtieġa sabiex tkun żgurata s-sigurtà ta’ din l-informazzjoni fuq il-livell meħtieġ. |
Għal dan il-għan, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi minn min jagħmel offerta li l-offerta tiegħu tinkludi notevolment l-elementi li ġejjin: |
Għal dan il-għan, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi minn min jagħmel offerta li l-offerta tiegħu tinkludi notevolment l-elementi li ġejjin: |
a) il-prova li s-sotto-kuntratturi diġà identifikati jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa biex iħarsu l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni sensittiva li għaliha huma għandhom aċċess jew li huma għandhom jipproduċu fil-qafas tat-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħhom tas-sotto-kuntratt, |
a) il-prova li s-sotto-kuntratturi diġà identifikati jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa biex iħarsu l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni sensittiva li għaliha huma għandhom aċċess jew li huma għandhom jipproduċu fil-qafas tat-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħhom tas-sotto-kuntratt, |
b) l-impenn li jipprovdu l-istess provi fir-rigward ta’ sotto-kuntratturi ġodda kkunsidrati matul it-twettiq tal-kuntratt, |
b) l-impenn li jipprovdu l-istess provi fir-rigward ta’ sotto-kuntratturi ġodda kkunsidrati matul it-twettiq tal-kuntratt, |
c) l-impenn li jżommu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sensittiva kollha matul l-attwazzjoni sħiħa tal-kuntratt u wara t-tmiem jew l-iskadenza tal-kuntratt. |
c) l-impenn li jżommu l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni sensittiva kollha matul l-attwazzjoni sħiħa tal-kuntratt u wara t-tmiem jew l-iskadenza tal-kuntratt. |
|
2. Fi zmien sena mill-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni ghandha tipprezenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ghal sistema ta’ sigurtà tal-informazzjoni tal-UE li tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti u kumpaniji Ewropej. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ftuħ ta’ swieq tad-difiża nazzjonali frammentati fis-servizz tal-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża jirrikjedi assigurazzjoni li l-informazzjoni klassifikata tkun protetta waqt il-fażijiet differenti tal-proċedura ta’ prokura u li l-kumpaniji Ewropej tad-difiza li jikkompetu ma jiġux iddiskriminati fuq bazi ta’ sigurtà tal-informazzjoni minħabba n-nazzjonalità tagħhom jew minħabba t-tul tal-process ta’ rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata. Id-direttiva proposta għandha tkun ikkumplimenta ta’ sistema tal-UE dwar is-sigurtà tal-informazzjoni. | |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Artikolu 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sakemm dawn ikunu konformi mal-liġi Komunitarja, l-awtorità kontraenti tista’ tippreċiża eżiġenzi li jippermettu l-garanzija tas-sigurtà tal-provvista tagħha. |
1. Sakemm dawn ikunu konformi mal-liġi Komunitarja, l-awtorità kontraenti tista’ tippreċiża eżiġenzi li jippermettu l-garanzija tas-sigurtà tal-provvista tagħha. |
Għal dan il-għan, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi minn min jagħmel offerta li l-offerta tiegħu tinkludi notevolment l-elementi li ġejjin: |
Għal dan il-għan, l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi minn min jagħmel offerta li l-offerta tiegħu tinkludi notevolment l-elementi li ġejjin: |
a) il-ġustifikazzjoni li għandu jissodisfa l-obbligi fil-qasam tal-esportazzjoni, it-trasferiment u t-tranżitu tal-merkanzija marbuta mal-kuntratt, inkluż permezz tal-impenn tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernat(i), |
a) il-ġustifikazzjoni li għandu jissodisfa l-obbligi fil-qasam tal-esportazzjoni, it-trasferiment u t-tranżitu tal-merkanzija marbuta mal-kuntratt, inkluż permezz tal-impenn tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernat(i), |
b) il-ġustifikazzjoni li l-organizzazzjoni u l-lok tal-katina tal-provvista tiegħu jippermettulu li josserva l-eżiġenzi ta’ l-awtorità kontraenti fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista ppreċiżati fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt, |
b) il-ġustifikazzjoni li l-organizzazzjoni u l-lok tal-katina tal-provvista tiegħu jippermettulu li josserva l-eżiġenzi tal-awtorità kontraenti fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista ppreċiżati fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt, |
c) l-impenn li jiffaċċja żidiet eventwali tal-bżonnijiet tal-awtorità kontraenti b’riżultat ta’ sitwazzjoni ta’ urġenza, kriżi jew konflitt armat, |
c) l-impenn li jiffaċċja żidiet eventwali tal-bżonnijiet tal-awtorità kontraenti b’riżultat ta’ sitwazzjoni ta’ urġenza, kriżi jew konflitt armat, |
d) l-impenn tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu li ma jostakolawx is-sodisfazzjoni ta’ żidiet eventwali tal-bżonnijiet tal-awtorità kontraenti li jinqalgħu b’riżultat ta’ sitwazzjoni ta’ urġenza , kriżi jew konflitt armat, |
d) l-impenn tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu li ma jostakolawx is-sodisfazzjoni ta’ żidiet eventwali tal-bżonnijiet tal-awtorità kontraenti li jinqalgħu b’riżultat ta’ sitwazzjoni ta’ urġenza , kriżi jew konflitt armat, |
e) l-impenn li jiżgura l-manutenzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-adattamenti tal-provvisti li huma l-għan tal-kuntratt, |
e) l-impenn li jiżgura l-manutenzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-adattamenti tal-provvisti li huma l-għan tal-kuntratt, |
f) l-impenn li jinfurmaha minnufih b’kull tibdil li jseħħ fl-organizzazzjoni tiegħu jew fl-istrateġija industrijali tiegħu li aktarx taffettwa l-obbligi tiegħu lejha. |
f) l-impenn li jinfurmaha minnufih b’kull tibdil li jseħħ fl-organizzazzjoni tiegħu jew fl-istrateġija industrijali tiegħu li aktarx taffettwa l-obbligi tiegħu lejha. |
L-eżiġenzi meħtieġa huma ppreċiżati fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew fid-dokumenti tal-kuntratt. |
L-eżiġenzi meħtieġa huma ppreċiżati fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt jew fid-dokumenti tal-kuntratt. |
|
2. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jaħdmu sabiex iżidu l-livell tal-fiduċja reċiproka bejniethom. Għal dan l-għan u fi żmien sena mill-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal sistemi komuni ta’ garanziji xierqa, sostnuti minn possibilitajiet ta’ verifika, għal forniment ta’ sigurtà stabbli. |
Ġustifikazzjoni | |
L-effikaċja tad-direttiva proposta se tissaħħaħ permezz ta’ fiduċja reċiproka akbar fost l-awtoritajiet kontraenti, b’mod partikulari f’ċirkustanzi ta’ urġenza operattiva. Din se tkun teħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jkollhom u jipprovdu l-assigurazzjoni li meta jagħtu l-kuntratti lill-fornituri huma intitolati li jistennew li l-fornituri huma u jibqgħu ta’ min jorbot fuqhom u s-sors ta’ provvisti kompetittivi. Sistema komuni ta’ garanziji xierqa, li tkun appoġġjata minn possibilitajiet ta’ verifika, għal sigurtà stabbli tal-provvista. L-artikolu dwar l-assistenza reċiproka (Artikolu 28A.7) tat-Trattat ta’ Liżbona jitlef is-sinifikat tiegħu mingħajr il-provvista solida tas-sigurtà bejn l-Istati Membri. | |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 5 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Madankollu, l-ammont kumulattiv tal-kuntratti mogħtija għax-xogħlijiet u s-servizzi supplementari m’għandux jaqbeż 50% ta’ l-ammont tal-kuntratt inizjali; |
Madankollu, l-ammont kumulattiv tal-kuntratti mogħtija għax-xogħlijiet u s-servizzi supplementari m’għandux jaqbeż 30% ta’ l-ammont tal-kuntratt inizjali; |
Gustifikazzjoni | |
Biex jitnaqqsu l-inċentivi tal-offerenti li jitfgħu offerti baxxi bil-perspettiva li jerġgħu jinnegozjaw wara li jingħataw il-kuntratt. Biex jiġu llimitati opportunitajiet li jirriżultaw minn prattiki ta’ korruzzjoni. | |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dawn jistgħu jipprevedu deroga għall-obbligazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu għal eżiġenzi importanti ħafna fl-interess ġenerali. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Il-preżenza ta’ deroga għal dawn il-ħtiġiet inaqqas mill-kredibilità tagħhom. Toħloq ukoll opportunità għal prattiki ta’ korruzzjoni. Għalhekk, ebda possibilità għal deroga ma għandha tiġi provduta. | |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
a) jew, meta l-għoti ssir għall-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża min-naħa ta’ l-awtorità kontraenti, diversi kriterji li huma marbuta mal-għan tal-kuntratt pubbliku in kwistjoni: pereżempju, il-kwalità, il-prezz, il-valur tekniku, il-karattru funzjonali, il-karatteristiċi ambjentali, l-ispiża ta’ l-użu, l-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja, il-profittabbiltà, is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data tat-tqassim u l-perjodu ta’ żmien ta’ tqassim jew ta’ eżekuzzjoni, is-sigurtà tal-provvista, l-interoperabbiltà; |
a) jew, meta l-għoti ssir għall-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża min-naħa ta’ l-awtorità kontraenti, diversi kriterji li huma marbuta mal-għan tal-kuntratt pubbliku in kwistjoni: pereżempju, il-kwalità, il-prezz, il-valur tekniku, il-karattru funzjonali, il-karatteristiċi ambjentali, l-ispiża ta’ l-użu, l-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja, il-profittabbiltà, is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data tat-tqassim u l-perjodu ta’ żmien ta’ tqassim jew ta’ eżekuzzjoni, is-sigurtà tal-provvista, l-interoperabbiltà, il-bżonn tal-awtonomija u s-sovranità operattiva minn perspettiva Ewropea, il-bżonn li ssostni l-preeminenza industrijali u tekonoloġika tal-Ewropa fejn din hija ekonomikament ta’ valur u l-bżonn tar-reċiproċità tas-suq vis-à-vis l-istati terzi. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tirrifletti l-kunsens dejjem jikber fost l-Istati Membri dwar il-bżonn ta’ żvilupp ta’ “Bażi tassew ta’ Difiża Tekonoloġika u Industrijali Ewropea” (‘Strateġija għal Bażi ta’ Difiża Teknoloġika u Industrijali Ewropea’, Bord tat-Tmexxija tal-Attivitajiet tad-Disinn tal-Inġinerija, 14 ta’ Mejju 2007). Fil-qafas ta’ ħidma tal-attivitajiet tad-disinn tal-inġinerija, l-Istati Membri ddeċidew li jiddentifikaw “teknoloġiji ewlenin" li l-Ewropa "għandha tfittex biex tħares jew tiżviluppa" u qalu li "il-ħtieġa tal-kapaċità militari hija l-ewwel kriterja" iżda li "il-bżonnijiet tal-awtonomija u s-sovranità operazzjonali, u l-bżonn ta' sostenn preminenti fejn huwa ekonomikament ta' valur" għandhom jiġu kkunsidrati. Din l-emenda għandha l-għan li tinkudi xi wħud mix-xogħlijiet politiċi utli fil-livell tal-Attivitajiet tad-Disinn tal-Inġinerija f’din id-Direttiva, sabiex tiġi mtejba l-politika ta’ koerenza tal-UE f’dan il-qasam. | |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 40 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 40a Ir-Rappurtar Il-Kummissjoni għandha tipprezenta rapport ta’ evalwazzjoni annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-impatt taghha fuq l-izvilupp tas-suq Ewropew tat-taghmir tad-difiza bbażat fuq rapporti ta’ statistika preparati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 40. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati, rapport annwali regolari tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewoprew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva jipprovdi responsabilità aħjar għall-proċess ta’ implimentazzjoni. |
- [1] Informazzjoni mill- Aġenzija Ewropea tad-Difiża. Ara http://www.eda.europa.eu/facts.aspx.
- [2] Id-Danimarka mhjiex involuta fil-ħidma tal-Aġenzija Ewropea tad-Difiża.
- [3] http://www.eda.europa.eu/genericitem.aspx?area=Facts&id=310.
- [4] Ara Burkard Schmitt, ‘From cooperation to integration, Defence and Aerospace Industries in Europe’, Chaillot Paper 40, Parġi, Lulju 2000, p. 6 et seq.
- [5] Evalwazzjoni tal-Impatt li jikkonċerna l-proposta għal Direttiva COM(2007) 766, Anness 11, p. 78: Ir-rati tal-pubblikazzjoni tal-kuntratti tad-difiża fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.
- [6] Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-KE, C-414/1997, COM/Spanja; ara wkoll il-Qorti tal-Ġustizzja tal-KE, C-337/2005, COM/Italja.
- [7] Komunikazzjoni interpretattiva dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar it-twaqqif tal-Komunitajiet Ewropej (TKE) fil-qasam tal-akkwist tad-difiża, COM(2006) 779.
- [8] Strateġija għal industrija tad-difiża Ewropea aktar b’saħħitha u kompetittiva, COM(2007) 764.
- [9] L-Akkwist tad-Difiża, (COM(2004) 0608. Rapport fuq il-Green Paper dwar l-akkwist tad-difiża, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, Rapporteur Joachim Würmeling, A6-0288/2005.
- [10] “Jekk Stat Membru huwa vittma ta' aggressjoni armata fuq it-territorju tiegħu, l-Istati Membri l-oħra għandhom l-obbligu ta' għajnuna u assistenza bil-mezzi kollha possibbli li għandhom lejn l-Istat Membru vittma, skont l-Artikolu 51 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti ...".
- [11] Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SEC (2007)1599 datata 5.12.2007.
- [12] Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea fil-kuntest tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Ewropea (PE 372.113v03-00,A6-0366/2006).
PROĊEDURA
Titolu |
Kuntratti fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0766 – C6-0467/2007 – 2007/0280(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
IMCO |
|||||||
Opinjoni minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 17.1.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Karl von Wogau 29.1.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
9.6.2008 |
16.7.2008 |
9.9.2008 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
10.9.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
54 6 3 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Vittorio Agnoletto, Sir Robert Atkins, Christopher Beazley, Bastiaan Belder, Colm Burke, Véronique De Keyser, Giorgos Dimitrakopoulos, Michael Gahler, Jas Gawronski, Georgios Georgiou, Maciej Marian Giertych, Ana Maria Gomes, Alfred Gomolka, Klaus Hänsch, Jana Hybášková, Anna Ibrisagic, Ioannis Kasoulides, Metin Kazak, Helmut Kuhne, Vytautas Landsbergis, Johannes Lebech, Willy Meyer Pleite, Francisco José Millán Mon, Philippe Morillon, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Baroness Nicholson of Winterbourne, Cem Özdemir, Ioan Mircea Paşcu, Béatrice Patrie, Alojz Peterle, Tobias Pflüger, João de Deus Pinheiro, Samuli Pohjamo, Bernd Posselt, Raül Romeva i Rueda, Libor Rouček, Christian Rovsing, Flaviu Călin Rus, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, Marek Siwiec, István Szent-Iványi, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Marcello Vernola, Kristian Vigenin, Luis Yañez-Barnuevo García, Josef Zieleniec |
|||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Glyn Ford, Kinga Gál, Milan Horáček, Tunne Kelam, Alexander Graf Lambsdorff, Mario Mauro, Nickolay Mladenov, Rihards Pīks, Aloyzas Sakalas, Inger Segelström, Karl von Wogau |
|||||||
Sostitut(i) skont l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali |
Costas Botopoulos, Antonio Masip Hidalgo, Pierre Pribetich |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Kuntratti pubbliċi fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà |
|||||||
Referenzi |
(COM(2007)0766 – C6-0467/2007 – 2007/0280(COD)) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
5.12.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 17.1.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 17.1.2008 |
ITRE 17.1.2008 |
|
|
||||
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ITRE 29.1.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Alexander Graf Lambsdorff 22.1.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
26.3.2008 |
28.5.2008 |
2.6.2008 |
14.7.2008 |
||||
|
9.9.2008 |
7.10.2008 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
7.10.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
38 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Hélène Goudin, Małgorzata Handzlik, Christopher Heaton-Harris, Anna Hedh, Iliana Malinova Iotova, Pierre Jonckheer, Alexander Graf Lambsdorff, Kurt Lechner, Catiuscia Marini, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Bill Newton Dunn, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Salvador Domingo Sanz Palacio, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Barbara Weiler, Marian Zlotea |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emmanouil Angelakas, Colm Burke, Giovanna Corda, Jan Cremers, Gisela Kallenbach, Manuel Medina Ortega, José Ribeiro e Castro, Gary Titley, Diana Wallis, Stefano Zappalà |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Den Dover |
|||||||
Data tat-tressiq |
17.10.2008 |
|||||||