RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika tal-Każakstan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

20.10.2008 - (COM(2007)0105 – C6‑0328/2008 – 2007/0039(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski
Proċedura ssimplifikata – Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2007/0039(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0416/2008
Testi mressqa :
A6-0416/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika tal-Każakstan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

(COM(2007)0105 – C6‑0328/2008 – 2007/0039(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(2007)0105),

–   wara li kkunsidra Ftehima ta’ Sħubija u Koperazzjoni mar-Repubblika tal-Każakstan,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-Artikolu 47(2), l-aħħar sentenza, l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a, u l-Artikolu 300(2), it-tieni sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, li permezz tiegħu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6–0328/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0416/2008),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Każakstan.

PROĊEDURA

Titolu

Il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehima ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-KE u l-Każakstan, biex titqies l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-UE

Referenzi

COM(2007)0105 – C6-0328/2008 – 2007/0039(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

22.9.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

25.9.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

25.9.2008

 

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

11.4.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Jacek Saryusz-Wolski

20.3.2007

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

20.3.2007

Data tal-adozzjoni

20.3.2007