RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa
21.10.2008 - (COM(2008)0078 – C6‑0099/2008 – 2008/0051(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Astrid Lulling
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa
(COM(2008)0078 – C6‑0099/2008 – 2008/0051(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0078),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0099/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija kif ukoll tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6‑0417/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 2 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern, għandhom isiru aktar sforzi sabiex tintlaħaq armonizzazzjoni gradwali tad-dazju tas-sisa fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li jitqiesu kwistjonijiet bħas-saħħa pubblika, il-ħarsien tal-ambjent u l-kunsiderazzjonijiet baġitarji, |
Ġustifikazzjoni | |
Armonizzazzjoni gradwali tad-dazju tas-sisa fl-Unjoni Ewropea fi żmien medju tkun l-aħjar rimedju għat-titjib tal-funzjonament tas-Suq Intern. Madankollu dan għandu jsir fir-rigward tal-objettivi politiċi tal-Istati Membri sabiex jiskoraġġixxu l-konsum ta’ oġġetti tas-sisa (xorb alkoħoliku, tabakk immanifatturat u prodotti enerġetiċi). | |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) L-oġġetti tas-sisa jistgħu jkunu soġġetti għal taxxi oħra indiretti għal skopijiet speċifiċi. F’dak il-każ, madankollu, u sabiex ma jiġix ippreġudikat l-effett utli tar-regoli tal-Komunità relatati mat-taxxi indiretti, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma’ ċerti elementi essenzjali ta’ dawk ir-regoli. |
(4) L-oġġetti tas-sisa jistgħu jkunu soġġetti għal taxxi oħra indiretti għal skopijiet speċifiċi. F’dak il-każ, madankollu, u sabiex ma jiġix ippreġudikat l-effett utli tar-regoli tal-Komunità relatati mat-taxxi indiretti, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma’ ċerti elementi essenzjali ta’ dawk ir-regoli, jiġifieri dawk relatati mal-bażi u l-kalkolu tat-taxxa, u mal-ħlas u l-monitoraġġ tat-taxxa. |
Ġustifikazzjoni | |
Bil-ħsieb li jiġu evitati kwalunkwe ambigwità u problemi inutli ta' interpretazzjoni, il-premessi jeħtieġ li jinkludu referenza għall-elementi ewlenin tal-liġi Komunitarja dwar it-tassazzjoni indiretta. | |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 4 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jkun żgurat livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Billi d-dazju tas-sisa huwa taxxa fuq il-konsum ta’ ċerti oġġetti, id-dazju m’għandux jitħallas fir-rigward ta’ oġġetti tas-sisa li jkunu ġew meqruda jew mitlufa għal kollox, irrispettivament miċ-ċirkostanzi tal-qerda jew tat-telfien. |
(9) Billi d-dazju tas-sisa huwa taxxa fuq il-konsum ta’ ċerti oġġetti, id-dazju m’għandux jitħallas fir-rigward ta’ oġġetti tas-sisa li b'mod indisputabbli jkunu ġew meqruda jew mitlufa għal kollox, irrispettivament miċ-ċirkostanzi tal-qerda jew tat-telfien. |
Ġustifikazzjoni | |
Kjarifika. Peress li qed jintuża wkoll it-terminu 'mitlufa għal kollox', jeħtieġ li jkun ċar ukoll x'qed ifisser dak li jkun b''meqruda'. Din id-dispożizzjoni se tapplika biss fil-każijiet fejn hemm ċertezza assoluta fir-rigward tal-qerda tal-oġġetti. | |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 21 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21a) Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti tas-sistema kompjuterizzata, l-Istati Membri għandhom jadottaw fl-applikazzjonijiet nazzjonali tagħhom sett u struttura ta' data uniformi biex l-operaturi ekonomiċi jkollhom 'interface' affidabbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha l-għan li tippromwovi sistema elettronika pan-Ewropea armonizzata, li possibilment fiż-żmien medju ssir waħda unika, biex jiġu amministrati n-negozji. Kwalunkwe devjazzjoni mill-Istati Membri mill-ħolqien ta' 'interface' uniformi għall-applikazzjonijiet nazzjonali tagħhom tal-EMCS tista' twassal sabiex l-operaturi ekonomiċi jkollhom jipproduċu tipi ta' 'interface' multipli fis-sistemi tagħhom, li jwassal għal aktar spejjeż u dewmien. | |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Huwa meħtieġ li jiġu ddeterminati l-proċeduri li għandhom jiġu użati f’każ li fih is-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli.
|
(24) Huwa meħtieġ li jiġu ddeterminati l-proċeduri li għandhom jiġu użati f’każ li fih is-sistema kompjuterizzata, mingħajr ebda ħtija min-naħa tal-operaturi involuti fil-moviment tal-oġġetti tas-sisa jew minħabba raġunijiet li ma kellhomx kontroll fuqhom, ma tkunx disponibbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Kjarifika. Skont il-formulazzjoni attwali, in-nuqqas ta' disponibilità tas-sistema kompjuterizzata li jkun jista' jiġi attribwit suġġettivament lil operatur jista' jiġi kkunsidrat bħala motivazzjoni biex tiġi applikata l-proċedura alternattiva. | |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 28 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28a) Fil-każ ta’ prodotti li huma suġġetti għad-dazju tas-sisa minħabba li jinxtraw minn individwi privati għall-użu personali tagħhom u trasportati minnhom, il-kwantità ta’ oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa għandu jkun speċifikat. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha tkun ikkunsidrata flimkien ma’ dik imressqa għall-Artikolu 30. Hija għandha l-għan li tistipula livelli gwida għall-prodotti tat-tabakk u għax-xarbiet alkoħoliċi. | |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 36 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(36) Sabiex jitħalla perjodu ta’ aġġustament għas-sistema ta’ kontroll elettronika għall-moviment ta’ oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn perjodu tranżitorju li matulu dan it-tip ta’ moviment ikun jista’ jibqa’ jitwettaq taħt il-formalitajiet stabbiliti mid-Direttiva 92/12/KEE. |
(36) Sabiex jitħalla perjodu ta’ aġġustament għas-sistema ta’ kontroll elettronika għall-moviment ta’ oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn perjodu tranżitorju li matulu dan it-tip ta’ moviment ikun jista’ jibqa’ jitwettaq taħt il-formalitajiet stabbiliti mid-Direttiva 92/12/KEE. It-tul tal-perjodu tranżitorju għandu jiġi stabbilit filwaqt li tiġi kkunsidrata kif suppost il-fattibilità li fil-fatt tiġi introdotta s-sistema kompjuterizzata fl-Istati Membri individwali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-esperjenza fl-Istati Membri wriet li l-proċess li bih il-proċeduri amministrattivi jiġu kkompjuterizzati u d-dokumenti ddiġitalizzati meħtieġa jsiru disponibbli jista' jkollu problemi legali u organizzattivi, kif ukoll diffikultajiet biex jinbidlu l-mentalitajiet. | |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) ‘importazzjoni ta’ oġġetti tas-sisa’ tfisser id-dħul ta’ oġġetti tas-sisa fit-territorju tal-Komunità, ħlief jekk l-oġġetti tas-sisa, hekk kif ikunu daħlu fil-Komunità, ikunu tpoġġew taħt proċedura jew arranġament doganali sospensivi, kif ukoll ir-rilaxx ta’ oġġetti tas-sisa minn kwalunkwe proċedura jew arranġament doganali sospensivi bħal dawn; |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha wkoll l-għan li tikkjarifika d-definizzjoni msemmija u li hija użata f’diversi artikoli, b'mod partikolari fl-Artikolu 7(2). | |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 4 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4b) 'konsenjatarju reġistrat' tfisser persuna naturali jew legali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, b'kundizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet, biex tirċievi oġġetti tas-sisa li jkunu qegħdin jiċċaqalqu skont arranġament ta' sospensjoni tad-dazju u li jkunu ntbagħtu minn Stat Membru ieħor; |
Ġustifikazzjoni | |
Hemm żewġ termini: ‘konsenjatarju reġistrat' (meta jirċievi oġġetti tas-sisa) u ‘konsenjatur reġistrat’ (meta jibgħat oġġetti tas-sisa), li jistgħu joħolqu konfużjoni jekk jinżammu kif propost fl-Artikoli relevanti. Għalhekk, qed jiġi propost li dawn jiġu definiti fil-post ġust ta’ dan l-istrument legali. | |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 4 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4c) ‘konsenjatur reġistrat’ tfisser persuna naturali jew legali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-importazzjoni, b'kundizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet, biex tibgħat oġġetti tas-sisa li meta jiġu rilaxxati sabiex jiġu ċċirkolati b'mod liberu, jkunu suġġetti għal arranġament ta’ sospensjoni ta’ dazju, skont ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistipula Kodiċi Doganali tal-Komunità (Kodiċi Doganali Modernizzat)1; |
|
1 ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni relatata mal-Artikolu 4, punt 4a (ġdid). | |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 4 d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4d) ‘magazzinier awtorizzat’ tfisser persuna naturali jew legali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru biex tipproduċi, tipproċessa, iżżomm, tirċievi jew tibgħat oġġetti tas-sisa waqt li tagħmel in-negozju tagħha fil-każijiet meta r-rekwiżit li jitħallas id-dazju tas-sisa jkun sospiż skont arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju; |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-referenza għal ‘magazzinier awtorizzat’ saret prinċipalment fl-Artikolu 15 iżda r-referenza ma tantx hi ċara u mhux f’postha. Għalhekk id-definizzjoni għandha l-għan li tirrimedja din is-sitwazzjoni. | |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 4 e (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4e) ‘maħżen tat-taxxa’ tfisser post fejn oġġetti tas-sisa li huma soġġetti għal arranġament ta' sospensjoni tad-dazju huma prodotti, proċessati, miżmuma, riċevuti jew mibgħuta minn magazzinier awtorizzat waqt li jkun/tkun qed jagħmel/tagħmel in-negozju tiegħu jew tagħha, bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-maħżen tat-taxxa; |
Ġustifikazzjoni | |
It-terminu: ‘maħżen tat-taxxa’ kif definit fl-Artikolu 14(3) jista’ joħloq konfużjoni, u għal din ir-raġuni qed issir din l-emenda. Postha hu fl-Artikolu 4. | |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 4 f (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4f) ‘post tal-importazzjoni’ tfisser il-post fejn ikunu l-oġġetti meta jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont ir-Regolament (KE) Nru 450/2008. |
Ġustifikazzjoni | |
Tikkjarifika l-“post tal-importazzjoni” għal raġunijiet legali. | |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) l-importazzjoni ta’ l-oġġetti tas-sisa. |
(c) l-importazzjoni ta' l-oġġetti tas-sisa, inkluża l-importazzjoni rregolari, sakemm l-oġġetti tas-sisa ma jkunux tpoġġew, hekk kif ikunu ġew impurtati, taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha l-għan li tikkjarifika ċ-ċirkustanzi applikabbli għall-importazzjoni ta’ oġġetti tas-sisa. Ara wkoll l-emenda għall-Artikolu 4 dwar id-definizzjonijiet. | |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-qerda totali jew it-telfien għal kollox ta’ l-oġġetti tas-sisa, inkluż telfien fin-natura ta’ dawk l-oġġetti, m’għandhomx jitqiesu rilaxxati għall-konsum. |
4. Il-qerda totali jew it-telfien għal kollox ta' l-oġġetti tas-sisa kkonċernati għandhom jiġu ppruvati għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun seħħet il-qerda totali jew it-telfien għal kollox. |
Il-telfien jew il-qerda ta’ l-oġġetti tas-sisa kkonċernati għandhom jiġu ppruvati għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti. |
Meta, fil-każ ta’ moviment skont arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju, ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat fejn seħħew il-qerda totali jew it-telfien għal kollox, dawn għandhom ikunu meqjusa li seħħew fl-Istat Membru fejn ikunu ġew innutati. |
Għall-iskopijiet ta’ l-ewwel subparagrafu, l-oġġetti għandhom jitqiesu mitlufa għal kollox meta ma jkunux jistgħu jintużaw aktar. |
L-Istati Membri jistgħu jissottomettu l-qerda apposta ta' oġġetti li jkunu soġġetti għal arranġament ta' sospensjoni tad-dazju għal approvazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha tkun ikkunsidrata flimkien mal-emendi mressqa għall-Artikolu 9. Hija tinvolvi, parzjalment, il-kitba mill-ġdid u tikkjarifika l-każijiet meta l-awtoritajiet nazzjonali jawtorizzaw il-qerda ta' oġġetti soġġetti għal arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju. | |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fejn isseħħ irregolarità, matul moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, li tirriżulta f’rilaxx għall-konsum ta’ oġġetti tas-sisa u ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat fejn ir-rilaxx għall-konsum ikun seħħ, dan għandu jitqies li seħħ fl-Istat Membru minn fejn ikunu ntbagħtu. |
1. Fejn isseħħ irregolarità, matul moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, li tirriżulta f’rilaxx għall-konsum ta’ oġġetti tas-sisa skont l-Artikolu 7(2)(a), u ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat fejn ir-rilaxx għall-konsum ikun seħħ, dan għandu jitqies li seħħ fl-Istat Membru minn fejn ikunu ntbagħtu u fil-waqt meta l-irregolarità tkun ġiet innutata. |
|
Meta l-oġġetti tas-sisa soġġetti għal arranġament ta' sospensjoni tad-dazju ma jirnexxilhomx jaslu fid-destinazzjoni tagħhom u l-irregolarità relatata, li tagħti lok għar-rilaxx għall-konsum skont l-Artikolu 7(2)(a), ma tkunx ġiet individwata, ir-rilaxx għall-konsum għandu jitqies li seħħ fl-Istat Membru fejn ikunu nstabu l-oġġetti tas-sisa u fiż-żmien meta jkunu nstabu. |
Madankollu, jekk, qabel l-iskadenza ta’ perjodu ta’ tliet snin mid-data li fiha l-moviment ikun beda skond l-Artikolu 19(1), jiġi aċċertat f’liema Stat Membru jkun seħħ attwalment ir-rilaxx għall-konsum, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn ikunu ntbagħtu. |
Madankollu, jekk, qabel l-iskadenza ta’ perjodu ta’ tliet snin mid-data li fiha l-moviment ikun beda skond l-Artikolu 19(1), jiġi aċċertat f’liema Stat Membru jkun fil-fatt seħħ ir-rilaxx għall-konsum, ir-rilaxx għall-konsum għandu jkun meqjus li seħħ f’dak l-Istat Membru, li għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu ġew individwati jew minn fejn ikunu ntbagħtu. |
Fejn id-dazju tas-sisa jkun tħallas lill-Istat Membru minn fejn ikunu ntbagħtu, għandu jiġi rrimborżat jew mibgħut lura malli l-evidenza tal-ġbir tiegħu mill-Istat Membru l-ieħor tiġi pprovduta. |
Fejn id-dazju tas-sisa jkun tħallas lill-Istat Membru fejn ikunu ġew individwati jew minn fejn ikunu ntbagħtu, għandu jiġi rrimborżat jew mibgħut lura malli l-evidenza tar-rilaxx tiegħu għall-konsum fl-Istat Membru l-ieħor tiġi pprovduta. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tintroduċi kjarifikazzjonijiet fl-abbozzar u tiddefinixxi l-każ meta l-oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa ma jaslux fid-destinazzjoni tagħhom, minħabba irregolarità. | |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Fejn ikun possibbli, permezz tal-użu ta’ evidenza xierqa, li b’mod li ma jibqa’ l-ebda dubju raġonevoli jiġi ddeterminat fejn tkun seħħet xi irregolarità waqt moviment taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju li tirriżulta fir-rilaxx għall-konsum ta’ oġġetti tas-sisa, id-dazju tas-sisa għandu jitħallas fl-Istat Membru fejn tkun seħħet l-irregolarità. |
Ġustifikazzjoni | |
Iż-żieda ta’ dan il-paragrafu tneħħi kull inċertezza li kienet tkun ikkawżata kieku kellu jitħalla barra fir-rigward tar-responsabilità għad-dazju tas-sisa fil-każ li sseħħ xi irregolarità u meta l-post tar-rilaxx għall-konsum ikun magħruf. | |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Fejn ikun jista’ jiġi ppruvat li irregolarità tkun seħħet fi Stat Membru wieħed, li jwassal sabiex jiġu rrilaxxati għall-konsum oġġetti tas-sisa li fir-rigward tagħhom ikunu mehmuża l-bolli tat-taxxa tas-sisa tal-Istat Membru destinatarju, id-dazju tas-sisa għandu jsir pagabbli fl-Istat Membru li fih tkun seħħet l-irregolarità biss meta d-dazju tas-sisa jkun rimborżat lill-operatur ekonomiku mill-Istat Membru destinatarju. |
Ġustifikazzjoni | |
Iż-żieda ta’ dan il-paragrafu tiċċara l-pożizzjoni fir-rigward tar-responsabilità fejn il-bolli tad-dazju ta’ Stat Membru wieħed ikunu suġġetti għal irregolarità fi Stat Membru ieħor. | |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 2 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. F’każijiet ta’ irregolarità fejn l-Istat Membru destinatarju ma jimponix dazju tas-sisa permezz tal-użu ta' bolli tas-sisa, id-dazju tas-sisa għandu jsir pagabbli immedjatament lill-Istat Membru li fih tkun seħħet l-irregolarità. |
Ġustifikazzjoni | |
Iż-żieda ta’ dan il-paragrafu iċċara l-pożizzjoni fir-rigward tar-responsabilità fejn il-bolli tad-dazju ta’ Stat Membru wieħed ikunu suġġetti għal irregolarità fi Stat Membru ieħor. | |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, irregolarità għandha tfisser sitwazzjoni li fiha l-moviment ma jkunx intemm skond l-Artikolu 19(2). |
3. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, irregolarità għandha tfisser sitwazzjoni, minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 7(4), li fiha moviment, jew parti minn moviment, ma jkunx intemm skond l-Artikolu 19(2). |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-kjarifikazzjoni għandha tkun ikkunsidrata flimkien mal-emenda għall-Artikolu 7(4) u l-Artikolu 9(1). | |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) it-twassil għand faċilità approvata tar-riċerka u l-iżvilupp, laboratorju approvat, dipartiment governattiv approvat jew parti oħra approvata għall-fini tal-ittestjar tal-kwalità, eżami introduttorju ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni u l-ivverifikar għall-possibilità ta’ kontrafazzjoni, bil-kundizzjoni li l-oġġetti involuti ma jkunux meqjusa li huma fi kwantitajiet kummerċjali, fejn: |
|
(i) L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw liema kwantitajiet għandhom ikunu 'kwantitajiet kummerċjali'; kif ukoll |
|
(ii) l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċeduri ssimplifikati biex ikun iffaċilitat il-moviment ta’ oġġetti skont dan il-punt. |
Ġustifikazzjoni | |
Spiss jiġri li l-oġġetti jeħtieġ li jkunu mċaqalqa bejn Stat Membru u ieħor kemm qabel u kemm wara li jkunu rilaxxati għall-konsum għall-finijiet ta' ttestjar tal-kwalità, l-ivverifikar tal-possibilità ta' kontrafazzjonijiet jew biex l-awtoritajiet ikunu megħjuna jittraċċaw il-prodott biex jiġġieldu kontra l-kummerċ illeċitu. F’xi każijiet oġġett irid ikun approvat minn qabel mill-awtoritajiet qabel ma jidħol fis-suq. Fil-każijiet kollha msemmija hawn fuq il-prodott ma jkunx irrilaxxat għall-konsum u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet jinqered malajr. | |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-eżenzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal kondizzjonijiet u limitazzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru li jospita. L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-eżenzjoni permezz ta’ rifużjoni tad-dazju tas-sisa. |
2. L-eżenzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal kondizzjonijiet u limitazzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru li jospita. L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-eżenzjoni permezz ta’ rifużjoni tad-dazju tas-sisa. Il-kondizzjonijiet tar-rifużjoni stabbiliti mill-Istat Membru ma jistgħux jirriżultaw fi proċeduri ta' eżenzjoni li jkunu ta' piż kbir wisq. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-prattiki relatati mat-tassazzjoni fl-Istati Membri jistgħu jagħtu l-impressjoni li huma maħsuba biex jagħmluha diffiċli li jinkisbu r-rifużjonijiet. Id-dispożizzjoni proposta hija maħsuba bħala klawsola ġenerali li tiskoraġġixxi prattiki bħal dawn. | |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 4 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(c) ‘vjaġġatur għal territorju terz jew għal pajjiż terz’ ifisser kwalunkwe passiġġier li jkollu dokument ta’ transport, għall-ivvjaġġar bl-ajru jew bil-baħar, li jgħid li d-destinazzjoni immedjata huwa ajruport jew port li jinsab f’territorju terz jew f’pajjiż terz. |
(c) ‘vjaġġatur għal territorju terz jew għal pajjiż terz’ ifisser kwalunkwe passiġġier li jkollu dokument ta’ trasport, għall-ivvjaġġar bl-ajru jew bil-baħar, li jgħid li d-destinazzjoni finali hija ajruport jew port li jinsab f’territorju terz jew f’pajjiż terz. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tiġi meqjusa r-realtà tal-koinċidenzi tat-titjiriet, għandu jibqa' possibbli li jsir xiri mingħajr ħlas ta' taxxa fl-istadji kollha ta' vjaġġ li jsir permezz ta' koinċidenzi tat-titjiriet li jkollu territorju terz jew pajjiż terz bħala d-destinazzjoni finali. | |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-produzzjoni, l-ipproċessar u ż-żamma ta’ oġġetti tas-sisa għandhom jitqiesu li jkunu seħħew taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa biss jekk dawk l-attivitajiet iseħħu f’bini awtorizzat skond il-paragrafu 3. |
2. Il-produzzjoni, l-ipproċessar u ż-żamma ta' oġġetti tas-sisa, meta d-dazju tas-sisa ma jkunx tħallas, għandu jseħħ f'maħżen tat-taxxa. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha tkun ikkunsidrata flimkien mal-emenda ta’ definizzjoni ta’ “mħażen tat-taxxa” u għandha wkoll l-għan li telimina test li jista’ joħloq konfużjoni. | |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw bħala "mħażen tat-taxxa" bini li għandu jiġi użat għall-produzzjoni, l-ipproċessar u ż-żamma ta’ oġġetti tas-sisa, kif ukoll biex jiġu riċevuti jew mibgħuta, taħt arranġamenti ta’ sospensjoni tad-dazju. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Issegwi mill-emendi għall-Artikolu 4. | |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafi 2 u 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-awtorizzazzjoni ma tistax tiġi rrifjutata unikament fuq il-bażi li l-persuna naturali jew legali tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor u jkollha l-intenzjoni li tħaddem il-maħżen tat-taxxa permezz ta’ rappreżentant jew fergħa fl-Istat Membru ta’ l-awtorizzazzjoni. |
L-awtorizzazzjoni għandha tkun suġġetta għal kundizzjonijiet li l-awtoritajiet jistgħu jistipulaw għall-iskopijiet ta’ prevenzjoni ta’ kwalunkwe evażjoni jew abbuż possibbli. L-awtorizzazzjoni ma tistax, madanakollu, tiġi rrifjutata unikament fuq il-bażi li l-persuna naturali jew legali tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor. |
L-awtorizzazzjoni għandha tkopri l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 14(3). |
|
Ġustifikazzjoni | |
Issegwi mill-emenda għall-Artikolu 14(3) u tikkjarifika l-bżonn tal-prevenzjoni ta’ abbuż jew evażjoni possibbli ta’ dazji tas-sisa. | |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-oġġetti tas-sisa jistgħu jitmexxew taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa ġewwa t-territorju tal-Komunità: |
1. L-oġġetti tas-sisa jistgħu jitmexxew taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa bejn żewġ punti ġewwa t-territorju tal-Komunità, inkluż minn pajjiż terz jew minn reġjun f'pajjiż terz: |
Ġustifikazzjoni | |
Tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-moviment ta’ oġġetti tas-sisa meta dawn ikunu taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa. | |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a – punt ii | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(ii) persuna naturali jew legali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet, li jirċievu oġġetti tas-sisa li jkunu qiegħdin jimxu taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa mibgħuta minn Stat Membru ieħor, minn hawn ‘il quddiem imsemmija l-"konsenjatarju reġistrat"; |
(ii) il-bini ta’ konsenjatarju reġistrat; |
Ġustifikazzjoni | |
Issegwi mill-emendi għall-Artikolu 4. | |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) mill-post ta’ l-importazzjoni għal kwalunkwe waħda mid-destinazzjonijiet msemmija fil-punt (a), fejn dawk l-oġġetti jintbagħtu minn persuna naturali jew legali awtorizzata għal dak l-iskop mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-importazzjoni, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet, minn hawn ‘il quddiem imsemmi l-"konsenjatur reġistrat". |
(b) mill-post ta' l-importazzjoni għal kwalunkwe waħda mid-destinazzjonijiet jew konsenjatarji msemmija fil-punt (a), fejn dawk l-oġġetti jintbagħtu minn konsenjatur reġistrat. |
Ġustifikazzjoni | |
Hija konsistenti mal-emendi għall-Artikolu 4. | |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minnhom, għandhom jirrikjedu li r-riskji fil-moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa jkunu koperti minn garanzija, li tista’ tiġi pprovduta minn waħda jew aktar mill-persuni li ġejjin: |
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minnhom, għandhom jirrikjedu li r-riskji fil-moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa jkunu koperti minn garanzija, li tista’ tiġi pprovduta minn waħda jew aktar mill-persuni li ġejjin, jew minn xi ħadd f'isimhom: |
Ġustifikazzjoni | |
Partijiet terzi li jkunu qed jaġixxu f'isem il-persuni msemmija għandhom jitħallew jipprovdu l-garanzija kkonċernata. | |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 17 – paragrafu 2 - subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-garanzija għandha tkun valida madwar il-Komunità. |
2. Il-garanzija għandha tkun valida madwar il-Komunità u tista' ssir: |
|
(a) minn istituzzjoni awtorizzata biex tagħmel in-negozju ta' istituzzjoni ta' kreditu skont id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 li tikkonċerna l-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu1; jew |
|
(b) minn impriża awtorizzata biex twettaq in-negozju tal-assigurazzjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja2. |
|
_______________ 1 ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1. 2 ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 17(1) jagħti definizzjoni usa' tal-persuni awtorizzati li jipprovdu garanziji minn dik li tinsab fl-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 92/12/KEE. L-Artikolu 17(1), madankollu, ma jsolvix il-problema kkawżata mill-fatt li l-Istati Membri jistabbilixxu kundizzjonijiet differenti rigward l-oriġini ġeografika u l-identità tal-persuna li tipprovdi l-garanzija. L-emenda proposta għandha l-għan li tikkjarifika din il-kwistjoni. | |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 17 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 17a |
|
1. Meta ssir talba mill-persuna msemmija fl-Artikolu 17(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru minn fejn jintbagħtu jistgħu, b'kundizzjonijiet li jkunu stabbilew huma, jippermettu li tingħata garanzija ġenerali għal dazji tas-sisa iktar baxxi, jew li ma tingħata l-ebda garanzija, bil-kundizzjoni li r-responsabilità fiskali għat-trasport tittieħed fl-istess ħin mill-parti responsabbli għat-trasport. |
|
2. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss lil persuni li: |
|
(a) huma stabbiliti fit-territorju doganali tal-Komunità; |
|
(b) għandhom rekord sodisfaċenti fir-rigward tal-għoti ta' garanziji li jikkonċernaw il-moviment tal-oġġetti tas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju; kif ukoll |
|
(c) jagħtu regolarment garanziji li jikkonċernaw il-moviment tal-oġġetti tas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju jew huma meqjusa mill-awtoritajiet tad-dwana bħala li jistgħu jissodisfaw l-obbligi li għandhom fir-rigward ta' dawk il-proċeduri. |
|
3. Il-miżuri li jirregolaw il-proċedura biex jingħataw l-awtorizzazzjonijiet fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 40(2). |
Ġustifikazzjoni | |
L-utenti regolari tal-proċedura ta' garanzija għandu jkollhom il-possibilità ta' aċċess, skont ċerti kundizzjonijiet, għal sistema simplifikata, bħall-proċedura prevista għall-Artikoli 61(5) u 67 tal-Kodiċi Doganali Modernizzat, iżda jeħtieġ li fl-istess waqt ir-responsabilità fiskali tat-trasport tiġi assigurata minn min ikun responsabbli mit-trasport (ħafna drabi d-destinatarju). Attwalment huwa min jibgħat li huwa l-uniku responsabbli u l-ħtieġa ta' garanzija hija ġustifikata mit-telf, jew serq, waqt it-trasport, u min-nuqqas ta' rilaxx mid-destinatarju. | |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Konsenjatarju reġistrat awtorizzat għall-iskopijiet ta’ l-ewwel subparagrafu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin: |
Konsenjatarju reġistrat temporanju awtorizzat għall-iskopijiet ta’ l-ewwel subparagrafu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta tinkludi l-kunċetti ta' 'konsenjatarju reġistrat' u 'konsenjatarju reġistrat temporanju'. Dawn il-kunċetti għandhom jikkorrispondu ma' dawk ta' 'kummerċjant reġistrat' u 'kummerċjant mhux reġistrat' kif użati fid-Direttiva 92/12/KEE. | |
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 19 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-moviment ta’ l-oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa għandu jitqies li jibda meta l-oġġetti jitilqu mill-maħżen tat-taxxa minn fejn jintbagħtu jew mill-post ta’ l-importazzjoni. |
1. Il-moviment ta’ l-oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa għandu jitqies li jibda meta l-oġġetti jitilqu mill-maħżen tat-taxxa minn fejn jintbagħtu jew mill-post ta’ l-importazzjoni. Il-punt li fih l-oġġetti jħallu l-maħżen tat-taxxa jew il-post tal-importazzjoni għandu jkun iddeterminat billi jintbagħat messaġġ ta’ tagħrif supplimentari mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti mill-magazzinier awtorizzat jew mill-konsenjatur reġistrat. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-moviment ta’ oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa jżid ir-riskju għall-ġbir tat-taxxa dovuta. Għalhekk, għandu jkun hemm garanzija ulterjuri bħal pereżempju billi jintbagħat tagħrif immedjatament. | |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 19 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-moviment ta’ l-oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa għandu jitqies li jintemm meta l-konsenjatarju jkun irċieva l-wasla ta’ l-oġġetti jew, fil-każ imsemmi fil-punt (iii) ta’ l-Artikolu 16(1)(a), meta l-oġġetti jkunu ħallew it-territorju tal-Komunità. |
2. Il-movimenti ta’ l-oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa għandu jintemm: |
|
- meta l-konsenjatarju jkun irċieva l-wasla ta’ l-oġġetti. Il-ħin meta l-konsenjatarju jirċievi l-wasla tal-oġġetti għandu jiġi ddeterminat billi jintbagħat messaġġ supplimentari ta' informazzjoni mill-konsenjatarju lill-awtorità kompetenti immedjatament wara l-wasla tal-oġġetti; |
|
- meta, fil-każ imsemmi fil-punt (iii) ta’ l-Artikolu 16(1)(a), l-oġġetti jkunu ħallew it-territorju tal-Komunità jew ikunu tpoġġew taħt proċedura jew arranġament doganali sospensivi. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija meħtieġa: (1) biex l-Istati Membri jingħataw il-possibilità li jimmoniterjaw il-flussi hekk kif iseħħu u li jwettqu l-kontrolli meħtieġa fejn dan ikun neċessarju (cf. l-Artikolu 1(2b) tad-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003); (2) biex tiġi ddeterminata b'mod preċiż it-tranżizzjoni mill-arranġamenti sospensivi tat-tqegħid fl-imħażen jew mill-arranġamenti sospensivi ta' ħażna temporanja għall-arranġamenti sospensivi tal-movimenti li jkunu koperti, jekk ikun meħtieġ, b'garanzija pprovduta minn parti oħra. | |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 19 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 19a |
|
Ir-regoli applikabbli għall-moviment ta' oġġetti tas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju għandhom, b'kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru minn fejn jintbagħtu, jippermettu li tingħata garanzija ġenerali għal dazju tas-sisa iktar baxx, jew li ma tingħata l-ebda garanzija, bil-kundizzjoni li r-responsabilità fiskali għat-trasport tittieħed fl-istess ħin mill-parti responsabbli għat-trasport. |
Ġustifikazzjoni | |
L-utenti regolari tal-proċedura ta' garanzija għandu jkollhom il-possibilità ta' aċċess, skont ċerti kundizzjonijiet, għal sistema simplifikata, bħall-proċedura prevista għall-Artikoli 61(5) u 67 tal-Kodiċi Doganali Modernizzat, iżda jeħtieġ li fl-istess waqt ir-responsabilità fiskali tat-trasport tiġi assigurata minn min ikun responsabbli mit-trasport (ħafna drabi d-destinatarju). Attwalment huwa min jibgħat li huwa l-uniku responsabbli u l-ħtieġa ta' garanzija hija ġustifikata mit-telf, jew serq, waqt it-trasport, u min-nuqqas ta' rilaxx mid-destinatarju. | |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Moviment ta’ oġġetti tas-sisa għandu jitqies li jkun seħħ taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa biss jekk ikun seħħ taħt il-kopertura ta’ dokument amministrattiv elettroniku pproċessat skond il-paragrafi 2 u 3. |
1. Moviment ta’ oġġetti tas-sisa għandu jitqies li jkun seħħ taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa biss jekk ikun seħħ taħt il-kopertura ta’ dokument amministrattiv elettroniku pproċessat skond il-paragrafi 2 u 3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw faċilitajiet pubbliċi importanti fil-livell nazzjonali u biex jiżguraw l-interoperabilità tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
F'konformità mad-Direttiva dwar il-firem elettroniċi, huwa importanti, sabiex dokument elettroniku jkollu l-istess validità legali bħal dokument iffirmat bil-kitba, li jiġu implimentati fl-Istati Membri kollha l-faċilitajiet pubbliċi importanti meħtieġa għall-firem elettroniċi, u li tiġi żgurata l-interoperabilità tas-sistemi nazzjonali. | |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-konsenjatur għandu jikkomunika l-kodiċi ta’ referenza amministrattiv lill-persuna li takkumpanja l-oġġetti. |
6. L-oġġetti mibgħuta għandhom ikunu akkumpanjati b'informazzjoni stampata li tidentifika l-oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu. |
Il-kodiċi għandu jkun disponibbli matul il-moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa kollu. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Is-sistema EMCS se tibda tintuża biss f'fażijiet. Il-preżenza ta' karta stampata li jkun fiha l-kodiċi ta' referenza amministrattiv għall-oġġetti mibgħuta, fost informazzjoni oħra, hija essenzjali biex ma jitfixklux l-ispezzjonijiet li jsiru mat-triq matul it-trasport intra-Komunitarju. Bħas-sistema ta' tranżitu kompjuterizzata (NCTS), li hu mitlub allinjament magħha fid-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-karta stampata li tiġi mal-oġġetti għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha inkluża fil-messaġġ elettroniku. | |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti tista’ tippermetti, taħt kondizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru, li l-konsenjatur, bl-użu tas-sistema kompjuterizzata, jaqsam moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa ta’ prodotti ta’ enerġija f’żewġ movimenti jew aktar, sakemm il-kwantità totali ta’ l-oġġetti tas-sisa ma tinbidilx. |
L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti tista’ tippermetti, taħt kondizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru, li l-konsenjatur, bl-użu tas-sistema kompjuterizzata, jaqsam moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa ta’ prodotti ta’ enerġija f’żewġ movimenti jew aktar, sakemm: |
|
(a) il-kwantità totali ta’ l-oġġetti tas-sisa ma tinbidilx; kif ukoll |
|
(b) it-tqassim jitwettaq fuq it-territorju ta' Stat Membru li jippermetti proċedura bħal din. |
L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li dan it-tip ta’ qsim ma jkunx jista’ jitwettaq fit-territorju tagħhom. |
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk jippermettux qsim ta’ kunsinni fit-territorju tagħhom u taħt liema kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħrajn. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tintroduċi żewġ kundizzjonijiet – (a) u (b) – jekk il-"konsenjatur" jixtieq jaqsam "moviment" taħt sospensjoni f’żewġ movimenti jew aktar, u obbligu min-naħa tal-Istati Membri li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-qsim awtorizzat tal-kunsinni. | |
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Malli jiġu rċevuti l-oġġetti tas-sisa fi kwalunkwe waħda mid-destinazzjonijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) jew (iv) ta’ l-Artikolu 16(1)(a) jew fl-Artikolu 16(2), il-konsenjatarju għandu mingħajr dewmien jissottometti rapport tal-wasla tagħhom, minn hawn ‘il quddiem imsemmi r-"rapport tal-wasla", lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni bl-użu tas-sistema kompjuterizzata. |
1. Malli jiġu rċevuti l-oġġetti tas-sisa fi kwalunkwe waħda mid-destinazzjonijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) jew (iv) ta’ l-Artikolu 16(1)(a) jew fl-Artikolu 16(2), il-konsenjatarju għandu, mhux aktar tard mill-ġurnata ta' xogħol ta' wara l-wasla, jissottometti rapport tal-wasla tagħhom, minn hawn ‘il quddiem imsemmi r-"rapport tal-wasla", lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni bl-użu tas-sistema kompjuterizzata. |
Ġustifikazzjoni | |
It-terminu 'mingħajr dewmien' mhux realistikament aċċettabbli. Ikun aktar prattiku li tintuża l-frażi li tidher fl-Artikolu 16 tar-Regolament 884/2001 biex jiddaħħlu l-prodotti fir-reġistri: ' mhux aktar tard mill-ġurnata ta' xogħol ta' wara l-wasla'. | |
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 24 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti għandhom jgħaddu r-rapport ta’ l-esportazzjoni lill-konsenjatur. |
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti għandhom jgħaddu r-rapport ta’ l-esportazzjoni lill-konsenjatur mhux aktar tard mill-ġurnata ta' xogħol ta' wara l-wasla taċ-ċertifikat li jiddikjara li l-oġġetti tas-sisa jkunu ħallew it-territorju tal-Komunità. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa essenzjali li l-istess obbligu jiġi impost fuq l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni, billi tiġi stabbilita skadenza speċifika. | |
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafi 2 u 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta terġa tkun disponibbli s-sistema, il-konsenjatur għandu jissottometti abbozz ta’ dokument amministrattiv elettroniku mingħajr dewmien. Dak id-dokument għandu jissostitwixxi d-dokument f’forma ta’ karta msemmi fil-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu hekk kif ikun ġie pproċessat skond l-Artikolu 20(3), u l-proċedura relatata mad-dokument amministrattiv elettroniku għandha tapplika. |
L-oġġetti għandhom ikomplu jiċċaqalqu f'konformità mal-proċedura alternattiva, inkluż il-proċedura tar-rilaxx, anke jekk is-sistema elettronika terġa' ssir disponibbli waqt il-moviment. |
Sakemm id-dokument amministrattiv elettroniku jkun ġie pproċessat skond l-Artikolu 20(3), il-moviment għandu jitqies li jkun seħħ taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa taħt kopertura tad-dokument f’forma ta’ karta. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Ir-reġistrazzjoni sussegwenti ta' dawn il-movimenti fis-sistema kompjuterizzata twassal sabiex il-garanzija tkopri darbtejn il-moviment li jkun qed jiġi invokat u twassal sabiex ikun hemm diskrepanzi fir-rigward tat-twettiq tal-proċeduri bil-karti u elettroniċi, diskrepanzi possibbli kkawżati minn żbalji li jkunu jinsabu fil-verżjoni tal-karta, u ambigwità fir-rigward tal-prevalenza legali ta' proċedura fuq oħra. | |
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Fejn is-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli, magazzinier awtorizzat jew konsenjatur reġistrat jistgħu jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(8) jew l-Artikolu 22 bl-użu ta’ mezzi alternattivi ta’ komunikazzjoni. Għal dak il-għan huwa għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti fil-ħin li l-bidla ta’ destinazzjoni jew il-qsim tal-moviment jinbeda. |
2. Fejn is-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli, magazzinier awtorizzat jew konsenjatur reġistrat jistgħu jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(8) jew l-Artikolu 22 bl-użu ta’ mezzi alternattivi ta’ komunikazzjoni ddefiniti mill-Istati Membri. Għal dak il-għan huwa għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti fil-ħin li l-bidla ta’ destinazzjoni jew il-qsim tal-moviment jinbeda. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jiddefinixxu l-mezzi ta’ komunikazzjoni li jkunu jippermettu li jiġi vverifikat li l-messaġġ wasal jew intbagħat. | |
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 28 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċeduri semplifikati fir-rigward ta’ movimenti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa li jseħħu kompletament fit-territorju tagħhom. |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċeduri semplifikati fir-rigward ta’ movimenti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa li jseħħu kompletament fit-territorju tagħhom, inkluża l-possibilità li jiġi rinunzjat ir-rekwiżit ta’ superviżjoni elettronika ta’ movimenti bħal dawn. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan huwa obbligu addizzjonali impost fuq l-Istati Membri, li jippermettilhom li jirrinunzjaw ir-rekwiżit ta’ superviżjoni elettronika meta każijiet bħal dawn huma ġustifikati. | |
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 29 – punt 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) movimenti ta’ oġġetti skont l-Artikolu 11(ea). |
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fir-rigward ta’ l-oġġetti tas-sisa barra tabakk manifatturat akkwistati minn individwi privati, l-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll f’każijiet fejn l-oġġetti jiġu trasportati f’isimhom. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Mhux biss m'għandhomx jitneħħew il-limiti indikattivi tad-Direttiva 92/12, iżda għandhom fil-fatt jissaħħu billi jsiru obbligatorji. Il-moviment ħieles fis-suq uniku ma jistax iservi ta' skuża biex jiġi evitat il-ħlas tad-dazji tas-sisa, b'mod partikolari meta dawn jirrispondu għal rekwiżiti tas-saħħa pubblika. | |
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 30 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Biex jiġi applikat il-paragrafu 2(e), l-Istati Membri jistgħu jistipulaw livelli gwida, unikament bħala forma ta' evidenza. Dawk il-livelli gwida m'għandhomx ikunu inqas minn: |
|
(a) Għall-prodotti tat-tabakk: |
|
- 400 sigarett; |
|
- 200 cigarillos (sigarri li ma jkunux jiżnu aktar minn 3 grammi kull wieħed); |
|
- 100 sigarru; |
|
- 0.5 kilogramm ta' tabakk tat-tipjip; |
|
(b) Għax-xarbiet alkoħoliċi: |
|
- 5 litri ta' spirti; |
|
- 10 litri ta' prodotti intermedjarji; |
|
- 45 litru nbid (inkluż massimu ta' 30 litru nbid ifexfex); |
|
- 55 litru birra. |
Ġustifikazzjoni | |
M'hemmx bżonn li jitneħħew il-limiti indikattivi, peress li dan jista' joħloq inċertezza u konfużjoni legali, kemm għall-konsumaturi u kif ukoll għall-awtoritajiet ta' sorveljanza. | |
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 30 – paragrafu 2 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu sabiex is-sisa ssir pagabbli fl-Istat Membru tal-konsum fir-rigward tax-xiri ta' żjut minerali li jkunu diġà ġew rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru ieħor jekk dawk il-prodotti jkunu ġew trasportati b'modi ta' trasport mhux tipiċi minn persuni privati jew għalihom. Il-moviment mhux tipiku jista' jinkludi l-moviment ta’ fjuwils f'kontenituri li mhumiex it-tank tal-vettura jew kontenitur ta’ riserva adegwat kif ukoll il-moviment ta’ prodotti likwidi għat-tisħin b’modi oħra barra fi trakkijiet għall-ġarr tal-fjuwil użati għal intraprendista kummerċjali. |
Ġustifikazzjoni | |
Mhux biss m'għandhomx jitneħħew il-limiti indikattivi tad-Direttiva 92/12, iżda għandhom fil-fatt jissaħħu billi jsiru obbligatorji. Il-moviment ħieles fis-suq uniku ma jistax iservi ta' skuża biex jiġi evitat il-ħlas tad-dazji tas-sisa, b'mod partikolari meta dawn jirrispondu għal rekwiżiti tas-saħħa pubblika. | |
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 34 – paragrafu 4 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jirreġistra l-identità tiegħu ma’ l-awtoritajiet fiskali ta’ l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti tas-sisa; |
(a) jirreġistra l-identità tiegħu ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti tas-sisa u jikseb dokument ta’ identifikazzjoni mingħand dawk l-awtoritajiet fiskali; |
Ġustifikazzjoni | |
Hemm bżonn li jiġi speċifikat li l-bejjiegħ għandu jikseb dokument ta' identifikazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti qabel ma jibda l-attivitajiet tiegħu ta' bejgħ minn distanza. | |
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 37 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Bla ħsara għall-Artikolu 7(1), l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-oġġetti tas-sisa jkollhom marki fiskali jew marki ta’ identifikazzjoni nazzjonali użati għal skopijiet fiskali fil-ħin li jkunu rilaxxati għall-konsum fit-territorju tagħhom, jew, fil-każijiet ipprovduti fl-Artikolu 31(1), l-ewwel subparagrafu, u fl-Artikolu 34(1), meta jidħlu fit-territorju tagħhom. |
1. Bla ħsara għall-Artikolu 7(1), l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-oġġetti tas-sisa jkollhom marki fiskali, marki ta’ identifikazzjoni nazzjonali jew kwalunkwe forma oħra ta' marka tas-serje jew tal-awtentikazzjoni użati għal skopijiet fiskali fil-ħin li jkunu rilaxxati għall-konsum fit-territorju tagħhom, jew, fil-każijiet ipprovduti fl-Artikolu 31(1), l-ewwel subparagrafu, u fl-Artikolu 34(1), meta jidħlu fit-territorju tagħhom. |
2. Kwalunkwe Stat Membru li jirrikjedi l-użu ta’ marki fiskali jew ta’ marki ta’ identifikazzjoni nazzjonali kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun meħtieġ li jagħmilhom disponibbli għall-magazzinieri awtorizzati ta’ l-Istati Membri l-oħra. |
2. Kwalunkwe Stat Membru li jirrikjedi l-użu ta’ marki fiskali, ta’ marki ta’ identifikazzjoni nazzjonali jew ta' kwalunkwe forma oħra ta' marka tas-serje jew tal-awtentikazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun meħtieġ li jagħmilhom disponibbli għall-magazzinieri awtorizzati ta’ l-Istati Membri l-oħra. |
3. Bla ħsara għal kwanlunkwe dispożizzjonijiet li huma jistgħu jistabbilixxu sabiex jiżguraw li dan l-Artikolu jiġi implimentat kif xieraq u biex jipprevjenu kwalunkwe frodi, evażjoni jew abbuż, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-marki ma joħolqux ostakli għall-moviment ħieles ta’ l-oġġetti tas-sisa. |
3. Bla ħsara għal kwanlunkwe dispożizzjonijiet li huma jistgħu jistabbilixxu sabiex jiżguraw li dan l-Artikolu jiġi implimentat kif xieraq u biex jipprevjenu kwalunkwe frodi, evażjoni jew abbuż, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-marki ma joħolqux ostakli għall-moviment ħieles ta’ l-oġġetti tas-sisa. |
Meta dawn il-marki jsiru fuq oġġetti tas-sisa, kwalunkwe ammont imħallas jew garantit biex jinkisbu dawn il-marki għandu jiġi rimborżat, rimess jew rilaxxat mill-Istat Membru li jkun ħariġhom jekk id-dazju tas-sisa jkun sar ponibbli u nġabar minn Stat Membru ieħor. |
Meta dawn il-marki jsiru fuq oġġetti tas-sisa, kwalunkwe ammont imħallas jew garantit biex jinkisbu dawn il-marki għandu jiġi rimborżat, rimess jew rilaxxat mill-Istat Membru li jkun ħariġhom jekk id-dazju tas-sisa jkun sar pagabbli u nġabar minn Stat Membru ieħor. |
4. Il-marki fiskali jew il-marki ta’ identifikazzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu 1 għandom ikunu validi fl-Istat Membru li jkun ħariġhom. Madankollu, jista’ jkun hemm rikonoxximent reċiproku ta’ dawn il-marki bejn l-Istati Membri. |
4. Il-marki fiskali, il-marki ta’ identifikazzjoni nazzjonali jew kwalunkwe forma oħra ta' marka tas-serje jew tal-awtentikazzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu 1 għandom ikunu validi fl-Istat Membru li jkun ħariġhom. Madankollu, jista’ jkun hemm rikonoxximent reċiproku ta’ dawn il-marki bejn l-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri għandhom jitħallew jawtorizzaw forom ġodda ta' marki minbarra l-marki fiskali jew il-marki ta' identifikazzjoni nazzjonali. | |
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 37 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istat Membru li jkun ħareġ il-marki jista’ madankollu jagħmel ir-rimborż, ir-remissjoni jew ir-rilaxx tal-ammont imħallas jew garantit suġġett għall-evidenza li dawk il-marki jkunu tneħħew jew inqerdu. |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-kundizzjoni addizzjonali għandha l-għan li tikkjarifika l-proċedura u r-rimborż mgħaġġel ta’ ammont imħallas jew garantit meta marki ta’ oġġetti tas-sisa jkunu tneħħew jew inqerdu. | |
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 39 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sakemm il-Kunsill jadotta dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar l-imħażen għad-dgħajjes u l-ajruplani, l-Istati Membri jistgħu jżommu d-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom fuq is-suġġett. |
Sakemm il-Kunsill jadotta dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar l-imħażen għad-dgħajjes u l-ajruplani, l-Istati Membri jistgħu jżommu d-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom fuq is-suġġett. Dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali jridu jiġu mgħarrfa lill-Istati Membri l-oħra ħalli l-operaturi ekonomiċi tagħhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minnhom. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda proposta għandha l-għan li tiffaċilita t-tranżazzjonijiet mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri sakemm jiġu adottati dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar l-imħażen għad-dgħajjes u għall-bċejjeċ tal-ajru. |
NOTA SPJEGATTIVA
1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
Il-proposta mressqa lill-Parlament għal opinjoni tikkonċerna l-modernizzazzjoni u t-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti ("Id-Direttiva 92/12/KEE")
Il-Kummissjoni diġà kienet ippruvat mingħajr ma kellha suċċess fl-2004 li tadatta d-Direttiva 92/12/KEE għal żviluppi fis-suq għall-oġġetti tas-sisa. Id-diskussjonijiet fil-Kunsill kienu twaqqfu f'Jannar tal-2005, sakemm kellha ssir reviżjoni sħiħa tad-Direttiva mill-Kummissjoni li tkopri aspetti oħra, b'mod partikolari l-monitoraġġ tal-movimenti tal-oġġetti li ma jkun għadu tħallas l-ebda dazju fuqhom. Fit-8 ta' Ġunju 2005, il-Parlament adotta opinjoni favorevoli dwar din il-proposta inizjali tal-Kummissjoni.
Sadanittant, il-Kummissjoni ipproduċiet proposta ġdida biex temenda d-Direttiva 92/12/KEE li tinkorpora l-kontenut tal-proposta tal-2004 u tintroduċi emendi oħra biex tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni tas-Sistema ta' Kontroll tal-Moviment tas-Sisa (EMCS). Is-sistema ġiet stabbilita fuq il-bażi tad-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 ("id-Deċiżjoni EMCS") u għandha tibda titħaddem sa nofs l-2009. Jeħtieġ li jsiru xi emendi għad-Direttiva 92/12/KEE biex tiġi implimentata din is-sistema kompjuterizzata.
Permezz tal-proposta l-ġdida tagħha biex terġa' tfassal mill-ġdid id-Direttiva 92/12/KEE, il-Kummissjoni qed tipprova tissimplifika u timmodernizza din id-Direttiva billi tnaqqas l-obbligi li għandhom l-operaturi filwaqt li tagħmilha aktar faċli li tiġi indirizzata l-frodi tas-sisa.
Ir-rapporteur tikkunsidra li din il-proposta tal-Kummissjoni fiha xi titjib għall-arranġamenti għal prodotti suġġetti għal dazji tas-sisa. Madankollu, jinħass ukoll il-bżonn li jsir titjib ieħor li jmur lil hinn mill-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu aġġornati l-arranġamenti tas-sisa u jsiru aktar prattiċi kemm għall-operaturi ekonomiċi u għall-individwi privati u kif ukoll għall-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri. B'din ir-riforma, l-operaturi se jaħdmu f'ambjent issimplifikat mingħajr karti b'aktar ċertezza legali. Ir-rapporteur tipproponi li tiġi stabbilita sistema li fiha l-awtoritajiet ikunu kapaċi jikkontrollaw il-moviment tal-oġġetti tas-sisa b'mod aktar effiċjenti u irħis, u dan jippermettilhom jiġġieldu kontra l-frodi fiskali b'mod aktar effettiv.
2. L-analiżi tal-proposta
Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tissostitwixxi d-Direttiva 92/12/KEE. Hija magħmula minn 7 kapitoli, bi tnejn minnhom li jittrattaw oqsma li fihom il-Kummissjoni tipproponi l-iktar bidliet sinifikanti, jiġifieri:
§ il-moviment ta' oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa skont is-sistema kompjuterizzata l-ġdida tal-EMCS li għandha tibda tapplika mill-2009 (Kapitolu IV);
§ il-moviment ta' oġġetti tas-sisa wara r-rilaxx għall-konsum, li kien is-suġġett tal-proposta tal-2004 u li l-Kummissjoni inkorporat, bi ftit tibdiliet żgħar, fil-proposta l-ġdida tagħha (kapitolu V).
Il-Kapitolu I (Dispożizzjonijiet ġenerali, Artikoli 1 sa 6) jirreferi għan-natura tad-dazju tas-sisa (Artikolu 1); jelimina d-duplikazzjoni tal-proċeduri fil-każ ta' proċeduri jew arranġamenti ta' sospensjoni tad-dwana (Artikolu 3(3)), u jiddetermina l-ambitu territorjali tad-direttiva (Artikoli 5 u 6).
Il-Kapitolu II (Meta japplika d-dazju tas-sisa, Artikoli 7 sa 13) jikkjarifika u jispeċifika r-regoli u l-proċeduri applikabbli fil-każ ta' nuqqasijiet u irregolaritajiet, u l-kundizzjonijiet għar-rimborż u r-remissjoni tad-dazju tas-sisa: il-fatt li jseħħu nuqqasijiet taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju awtomatikament iwassal għal rilaxx għall-konsum (Artikolu 7(1)); l-oġġetti tas-sisa m'għandhomx jiġu meqjusa rilaxxati għall-konsum f'każ li jinqerdu totalment jew jintilfu għal kollox, u mhux se jibqa' neċessarju għall-awtoritajiet kompetenti li jistabbilixxu r-raġuni għalfejn seħħ in-nuqqas, f'termini ta' avvenimenti aċċidentali jew force majeure (Artikolu 7(4)); L-Istati Membri huma kompetenti biex jiddefinixxu l-proċeduri għar-rimborż u r-remissjoni tad-dazju tas-sisa wkoll (Artikolu 8); il-proċedura biex jiġi identifikat l-Istat Membru intitolat li jirkupra d-dazju tas-sisa f'każ ta' irregolaritajiet hija ssimplifikata billi ġie definit it-terminu "irregolarità" u tneħħa t-terminu "offiża", u billi ġiet ġeneralizzata r-regola li f'dik is-sitwazzjoni r-rilaxx għall-konsum huwa meqjus li seħħ fl-Istat Membru minn fejn ikunu ntbagħtu l-oġġetti (Artikolu 9); fir-rigward tal-kundizzjonijiet għar-rimborż jew ir-remissjoni tad-dazju tas-sisa, il-proposta tistipula bħala prinċipju ġenerali li huwa f'idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw dawn il-kundizzjonijiet (Artikolu 10);
Il-Kapitolu III (Il-produzzjoni, l-ipproċessar u ż-żamma, Artikoli 14 u 15) jikkorrispondi għall-Artikoli 11, 12 u 13 tad-Direttiva 92/12/KEE.
Il-Kapitolu IV (Il-movimenti tal-oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, Artikoli 16 sa 29) jistipula d-dispożizzjonijiet bażiċi u l-proċeduri li japplikaw għall-moviment tal-oġġetti tas-sisa soġġetti għal sospensjoni tad-dazju tas-sisa skont l-EMCS. Dan il-Kapitolu ġdid jagħti firxa ta' persuni ħafna usa' li għandhom jitħallew jaġixxu bħala garanti (Artikolu 17); jiddefenixxi meta moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa għandu jitqies li jibda u jintemm (Artikolu 19); jipprovdi li moviment ta’ oġġetti tas-sisa għandu jitqies li seħħ taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa fil-każ biss li jkun kopert minn dokument amministrattiv elettroniku li jissostitwixxi l-karta attwali li tkun mad-dokument (Artikolu 20); jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-konsenjatur li jaqsam moviment ta’ prodotti ta’ enerġija (Artikolu 22); jipprovdi għall-użu ta' 'rapport tal-wasla' jew 'rapport tal-esportazzjoni' elettroniċi (Artikoli 23 u 24); jipprovdi għal proċeduri li għandhom jintużaw jekk ma jkunx hemm rapporti elettroniċi (Artikolu 25) jew meta s-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli (Artikolu 26); jintroduċi arranġamenti oħra ta' simplifikazzjoni (Artikoli 28 u 29).
Il-Kapitolu V (Il-moviment u t-tassazzjoni ta’ oġġetti tas-sisa wara r-rilaxx għall-konsum, Artikoli 30 sa 36) jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni tal-2004. Għaldaqstant huwa importanti li jiġi rrimarkat li l-Parlament ħa pożizzjoni dwar dawn il-miżuri fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2005. Kif kien ġie ddikjarat fir-rapport leġiżlattiv li jinstab ma' din ir-riżoluzzjoni, il-Kummissjoni tipproponi li tneħħi l-livelli gwida użati mill-Istati Membri biex jistabbilixxu jekk il-prodotti tas-sisa hux qed jinżammu għall-użu personali ta' individwi privati jew għal skopijiet kummerċjali. Fil-prattika, dawn il-livelli gwida tilfu n-natura indikattiva tagħhom u qed jiġu applikati bħala limiti mandatorji mill-awtoritajiet doganali ta' bosta Stati Membri. Fir-rapport leġiżlattiv li jinstab mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-8 ta' Ġunju 2005, il-Parlament ippropona emenda biex tiġi kkjarifikata s-suppożizzjoni tal-innoċenza u l-oneru tal-prova, sabiex jiġu llimitati s-setgħat diskrezzjonarji wiesgħa ħafna tal-awtoritajiet tal-Istati Membri meta jevalwaw kunsinni "suspettużi". Ir-rapporteur tipproponi li din l-emenda terġa' tiġi proposta.
Finalment, għandha tingħata attenzjoni lill-aktar dispożizzjonijiet importanti tal-Kapitoli VI (Mixxellanji, Artikoli 37 sa 39) u VII (Id-dispożizzjonijiet finali, Artikoli 40 sa 49):
§ L-Artikolu 37 jinkludi għadd ta' elementi li huma maħsuba biex jikkjarifikaw, fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-każ C-374/06, BATIG, li l-marki tat-taxxa jew dawk fiskali li l-Istati Membri jistgħu jimponu ma għandhomx iwasslu għal taxxi doppji;
§ L-Artikolu 40 jadatta d-direttiva għad-Deċiżjoni 1999/468/KE ("komitoloġija");
§ L-Artikolu 43 jaħseb għal perjodu intermedju, li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2009, għall-introduzzjoni ta' sistema kompjuterizzata, li matulu l-Istati Membri jistgħu jużaw il-proċedura bil-karti.
3. Konklużjoni
Ir-rapporteur tista' taqbel mal-parti l-kbira tal-karatteristiċi tal-proposta tal-Kummissjoni li jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi. Permezz tal-użu ta' sistema elettronika għall-iskambju tal-informazzjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri se jkollhom għodda li tippermettilhom iwettqu proċeduri aktar immirati u bbażati fuq ir-riskju biex jissorveljaw il-movimenti ta' oġġetti tas-sisa.
Ir-rapporteur tqis li d-dispożizzjonijiet inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni mhumiex biżżejjed biex jiggarantixxu lill-individwi privati u lill-kumpaniji fl-UE l-libertà li jagħmlu xirjiet u bejgħ transkonfinali ta' oġġetti mingħajr ma jaffaċċjaw ostakoli żejda tat-taxxa. Ir-rapporteur għalhekk tipproponi li jiġu estiżi d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-oġġetti akkwistati minn individwi privati (Artikolu 30) għax-xiri minn distanza (Artikolu 34), biex b'hekk jinħoloq suq intern ġenwin fl-oġġetti tas-sisa li jinxtraw minn individwi privati għall-użu personali tagħhom. Il-ħlas tad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru fejn il-prodotti jkunu akkwistati hija s-soluzzjoni l-inqas burokratika u l-aktar effettiva għall-awtoritajiet, għall-bejjiegħa u għall-individwi privati.
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-garanziji li jkopru r-riskji inerenti fil-moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, ir-rapporteur tipproponi li din il-garanzija tiġi estiża għall-persuni kollha involuti fil-moviment tal-oġġetti. Ir-rapporteur tissuġġerixxi wkoll li l-validità ta' din il-garanzija fl-UE tiġi kkjarifikata.
Ir-rapporteur tipproponi l-applikazzjoni ta' sistema ta' garanzija mnaqqsa għal utenti li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet relatati mal-kondotta tajba u l-użu regolari tas-sistema ta' garanzija.
Fl-Artikolu 13, ir-rapporteur tipproponi li jibqgħu jeżistu ħwienet fejn ma titħallasx taxxa fil-konfini esterni tal-Unjoni.
Ir-rapporteur tipproponi wkoll li għandu jibqa' possibbli għall-vjaġġaturi li jkollhom dokument ta' trasport li d-destinazzjoni finali tiegħu tkun territorju terz jew pajjiż terz li jagħmlu xirjiet mingħajr ma jħallsu taxxa biex tiġi kkunsidrata r-realtà fir-rigward tal-koinċidenzi tat-titjiriet.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (8.10.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa
(COM(2008)0078 – C6‑0099/2008 – 2008/0051(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Manuel António dos Santos
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
1. Sfond
Il-proposta li qed tkun eżaminata għandha bħala objettiv ewlieni l-introduzzjoni tas-Sistema ta’ Kontroll tal-Moviment tas-Sisa (EMCS) fis-sistemi tat-taxxi tal-Istati Membri.
Din il-proposta hija neċessarja minħabba li l-EMCS ġiet stabbilita permezz tad-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-moviment u s-sorveljanza ta’ prodotti li fuqhom għandhom id-dazju tas-sisa.[1] Huwa pjanat li l-proposta tiġi implimentata f'April 2009.
Skont il-Kummissjoni, il-prinċipju li se jagħmel l-EMCS effettiva, se jkun is-sostituzzjoni tad-dokument stampat fuq il-karta li jeżisti bħalissa bid-Dokument Amministrattiv Elettroniku (e-AD). Għalhekk, se jkollna “ambjent għall-kummerċ mingħajr karti”.
It-tieni raġuni għalfejn il-proposta għandha tkun ikkunsidrata hija l-bżonn li jiġu adattati d-dispożizzjonijiet relatati mal-movimenti li jinsabu taħt sospensjoni mid-dazju tas-sisa. Hija se tippermetti lil dawn il-movimenti biex ikunu koperti mill-proċeduri tas-sistema l-ġdida. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tistqarr li għandu jkollna “iemplifikat u ... filwaqt li jippermettu approċċi ta’ kontroll aktar integrati, aktar rapidi u aktar orjentati lejn ir-riskju għall-awtoritajiet tas-sisa” (COM(2008) 78, p.2).
Dawn iż-żewġ raġunijiet ewlenin wasslu lill-Kummissjoni biex tipproponi s-sostituzzjoni tad-Direttiva 92/12/KEE fit-totalità tagħha.
[2]Wieħed għandu jiftakar li d-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti li huma suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, il-moviment u l-monitoraġġ ta’ prodotti bħal dawn, jeħtieġ li tkun sostitwita bil-proposta li qed tkun ikkunsidrata minħabba numru ta’ aspetti oħra li seħħew minn dak iż-żmien. Dawn huma: il-kunsiderazzjoni ta’ standards u kunċetti leġiżlattivi ġodda; il-kitba mill-ġdid tat-test, u t-tisħiħ tal-istruttura loġika; is-simplifikazzjoni u l-immodernizzar tal-proċeduri tad-dazju tas-sisa.
2. L-interess tal-ITRE
Mill-perspettiva tal-ITRE, dan il-Kumitat minn dejjem kellu l-pożizzjoni li kwalunkwe sistema tat-taxxa introdotta mill-KE bil-kunsens tal-Istati Membri, għandha tilħaq l-objettivi li ġejjin:
1. Iżżid l-effiċjenza tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti u s-servizzi, speċjalment billi tnaqqas il-burokrazija.
2. Ittejjeb ir-regoli eżistenti u tadattahom għaċ-ċirkustanzi kurrenti, speċjalment biex tiffaċilita r-riskju bbażat fuq il-proċeduri ta’ monitoraġġ għall-amministrazzjonijiet nazzjonali.
3. Tissimplifika l-proċeduri u żżid it-trasparenza għall-kummerċ intra-Komunitarju, billi żżid iċ-ċertezza legali u r-regoli ġusti.
4. Is-sistema tal-ġbir u r-rimborż ta’ dazju ma għandhiex toħloq kriterji diskriminatorji u għandha tevita t-tassazzjoni doppja.
Fil-prinċipju, wieħed ma jistax jiddiżassoċja l-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tal-proposta mill-objettiv speċifiku tal-Kumitat ITRE. Madanakollu, ir-Rapporteur għal Opinjoni, jikkonċentra fost affarijiet oħra fuq: Kapitolu III dwar il-Produzzjoni, l-Ipproċessar u ż-Żamma; Kapitolu IV dwar il-movimenti tal-oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa Kapitolu VI dwar l-Immarkar u l-produtturi żgħar tal-inbid.
Kapitolu III dwar il-Produzzjoni, l-Ipproċessar u ż-żamma;
Kapitolu III jikkonsisti f’żewġ artikoli: 14 u 15 li ttieħdu mid-Direttiva 92/12/KEE.
L-ewwelnett, il-proċedura tissellef il-proċeduri sospensivi stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità.[3] Dwar dan hemm loġika, jiġifieri biex tinżamm il-koerenza u l-konsistenza. Madanakollu, il-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità hija liġi kumplessa tal-KE.
L-emendi proposti mir-Rapporteur għal Opinjoni għandhom l-għan li jtejbu l-proposta u għandhom jistipulaw monitoraġġ adegwat filwaqt li prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-proċeduri sospensivi.
It-tieninett, il-“magazzinier awtorizzat” hija dispożizzjoni legali importanti ta’ din il-proposta minħabba li se tintuża “għall-produzzjoni, l-ipproċessar u ż-żamma ta’ oġġetti tas-sisa, kif ukoll biex jiġu riċevuti jew mibgħuta, taħt arranġamenti ta’ sospensjoni tad-dazju” (Art.14), u minħabba li “magazzinier awtorizzat” jiġi permess mill-Istati Membri u jkun suġġett għal 5 rekwiżiti (Art.15 §2).
L-emendi proposti mir-Rapporteur għal Opinjoni għandhom l-għan li jtejbu l-proposta u li jissimplifikawha iżda fl-istess ħin jorbtu iktar ir-regoli sabiex ikunu evitati l-evażjoni u l-abbuż.
Kapitolu IV dwar il-movimenti tal-oġġetti tas-sisa taħt Sospensjoni tad-Dazju tas-Sisa
Dan il-Kapitolu huwa importanti għall-ITRE għax jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet bażiċi u l-proċeduri li japplikaw għall-moviment tal-oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa taħt is-Sistema ta’ Kontroll tal-Moviment tas-Sisa (EMCS).
Wieħed għandu jinnota li dan il-Kapitolu huwa totalment ġdid u pjuttost innovattiv minħabba l-introduzzjoni tad-Dokument Amministrattiv Elettroniku. Bażikament id-dokument jistabbilixxi Skema Ġdida u jistħoqlu kunsiderazzjoni konsiderevoli. L-emendi proposti mir-Rapporteur għal Opinjoni jistgħu jkunu kkunsidrati bħala titjib għall-proposta minħabba li jikkjarifikaw ir-responsabilità tal-istituzzjonijiet ikkonċernati u tal-aġenti involuti.
Kapitolu VI dwar l-Immarkar u l-Produtturi Żgħar tal-Inbid.
Huwa daqstant ieħor importanti għall-ITRE minħabba li issa għandna għażla sempliċi dwar “stipulazzjoni”. L-Istati Membri huma meħtieġa biex jew jistipulaw Marka ta’ Tassazzjoni (Tax Marking) għal “prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa” jew biex iwettqu Marka ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali. Din l-istipulazzjoni għandha rwol doppju. Hija għandha ssaħħaħ il-moviment ħieles ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u għandha tevita l-piż ta’ taxxa doppja. Ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi emenda waħda.
L-Artikolu 38 jippermetti Stati Membri biex jeżentaw lil produtturi żgħar tal-inbid mir-rekwiżiti ta’ Kapitoli III u IV. Ir-rapporteur għal opinjoni huwa kuntent b’dan.
Emendi oħra
Ir-rapporteur għal opinjoni ppropona ftit emendi għall-Artikolu 4 dwar id-definizzjonijiet sabiex tissaħħaħ il-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-proposta.
Barra minn hekk, ftit emendi għad-data tat-tneħħija tad-Direttiva 92/12/KEE u d-dħul fis-seħħ tal-proposta li qed tiġi kkunsidrata huma introdotti mir-rapporteur għal opinjoni. Huma għandhom l-għan li jilħqu kompromess bejn il-proposta ottimista tal-Kummissjoni u r-realtajiet li jaffaċċjaw l-awtoritajiet nazzjonali fl-implimentazzjoni ta’ strument legali ġdid fil-qasam tad-dazji tas-sisa. Bażikament, l-emendi adottati għandhom l-għan li jtejbu l-proposta tal-Kummissjoni.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ekonomija u l-Affarijiet Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) L-oġġetti tas-sisa jistgħu jkunu soġġetti għal taxxi oħra indiretti għal skopijiet speċifiċi. F’dak il-każ, madankollu, u sabiex ma jiġix ippreġudikat l-effett utli tar-regoli tal-Komunità relatati mat-taxxi indiretti, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma’ ċerti elementi essenzjali ta’ dawk ir-regoli. |
(4) L-oġġetti tas-sisa jistgħu jkunu soġġetti għal taxxi oħra indiretti għal skopijiet speċifiċi. F’dak il-każ, madankollu, u sabiex ma jiġix ippreġudikat l-effett utli tar-regoli tal-Komunità relatati mat-taxxi indiretti, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma’ ċerti elementi essenzjali ta’ dawk ir-regoli, b’mod partikolari mat-taxxa bażi u mal-kalkolu tat-taxxa, mal-ħlas u mal-monitoraġġ tat-taxxa. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex tiġi evitata kwalunkwe ambigwità u problemi ta’ interpretazzjoni mhux mixtieqa, il-premessi għandhom jinkludu referenza għal elementi ewlenin tal-liġi Komunitarja dwar it-tassazzjoni indiretta. | |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Billi d-dazju tas-sisa huwa taxxa fuq il-konsum ta’ ċerti oġġetti, id-dazju m’għandux jitħallas fir-rigward ta’ oġġetti tas-sisa li jkunu ġew meqruda jew mitlufa għal kollox, irrispettivament miċ-ċirkostanzi tal-qerda jew tat-telfien. |
(9) Billi d-dazju tas-sisa huwa taxxa fuq il-konsum ta’ ċerti oġġetti, id-dazju m’għandux jitħallas fir-rigward ta’ oġġetti tas-sisa li ċertament ikunu ġew meqruda jew mitlufa għal kollox, irrispettivament miċ-ċirkostanzi tal-qerda jew tat-telfien. |
Ġustifikazzjoni | |
Kjarifika. Minħabba li qed jintuża t-terminu ‘mitlufa għal kollox' jeħtieġ li jkun iċċarat ukoll x'wieħed jifhem bit-terminu ‘meqruda’. Din id-dispożizzjoni se tapplika wkoll neta jkun hemm ċertezza assoluta dwar il-qerda tal-oġġetti. | |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 21 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21a) Sabiex ikun żgurat l-operat effiċjenti tas-sistema kompjuterizzata, l-Istati Membri għandhom jadottaw fl-applikazzjonijiet nazzjonali tagħhom sett ta’ data uniformi u struttura ta’ data sabiex ikun provdut interface affidabbli għall-operaturi ekonomiċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tidher li qed tagħmel spazju għal sistema elettronika pan-Ewropea unika, armonizzata u possibilment għal terminu ta’ żmien medju biex ikun amministrat in-negozju. Kwalunkwe devjazzjoni mill-Istati Membri lil hinn mill-ħolqien ta’ interface għall-applikazzjonijiet EMCS nazzjonali tagħhom jistgħu jirriżultaw f’li l-operaturi ekonomiċi jkollhom jipproduċu tipi ta’ interface multipli fis-sistemi tagħhom li jirriżultaw fi spejjeż żejda u f’dewmien ta’ ħin. | |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Huwa meħtieġ li jiġu ddeterminati l-proċeduri li għandhom jiġu użati f’każ li fih is-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli. |
(24) Huwa meħtieġ li jiġu ddeterminati l-proċeduri li għandhom jiġu użati f’każ li fih is-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli għal raġunijiet li mhumiex fil-kontroll ta’ jew mhux minħabba tort tal-operaturi involuti fil-moviment ta’ oġġetti tas-sisa. |
Ġustifikazzjoni | |
Kjarifika. Skont it-test attwali, in-nuqqas ta’ disponibilità tas-sistema kompjuterizzata attribwita suġġettivament għal operatur tista’ titqies bħala raġuni valida għall-applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ rimedju. | |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 28 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28a) Fil-każ ta’ prodotti tas-sisa minħabba li huma akkwistati minn individwi privati għall-użu personali tagħhom u trasportati minnhom, il-kwantità ta’ oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa għandu jkun speċifikat. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha tkun ikkunsidrata flimkien ma’ dik imressqa għall-Artikolu 30. Hija għandha l-għan li tistipula livelli gwida għall-prodotti tat-tabakk u għax-xarbiet alkoħoliċi. | |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 36 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(36) Sabiex jitħalla perjodu ta’ aġġustament għas-sistema ta’ kontroll elettronika għall-moviment ta’ oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn perjodu tranżitorju li matulu dan it-tip ta’ moviment ikun jista’ jibqa’ jitwettaq taħt il-formalitajiet stabbiliti mid-Direttiva 92/12/KEE. |
(36) Sabiex jitħalla perjodu ta’ aġġustament għas-sistema ta’ kontroll elettronika għall-moviment ta’ oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn perjodu tranżitorju li matulu dan it-tip ta’ moviment ikun jista’ jibqa’ jitwettaq taħt il-formalitajiet stabbiliti mid-Direttiva 92/12/KEE. Għandu jkun stipulat it-tul tal-perjodu tanżitorju b’kunsiderazzjoni xierqa għall-fattibilità tal-introduzzjoni reali ta’ sistema kompjuterizzata fl-Istati Membri individwali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-esperjenza fl-Istati Membri wriet li l-kompjuterizzazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi u d-disponibilità ta' dokumenti diġitizzati neċessarji jistgħu jaffaċċjaw problemi legali u organizzazzjonali, kif ukoll diffikultajiet f’mentalitajiet li qed jinbidlu. | |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) ‘importazzjoni ta’ oġġetti tas-sisa’ ifisser dħul ta’ oġġetti tas-sisa fit-territorju tal-Komunità, sakemm l-oġġetti tas-sisa, hekk kif ikunu daħlu fil-Komunità, ikunu tpoġġew taħt proċedura jew arranġament doganali sospensivi, kif ukoll ir-rilaxx ta’ oġġetti tas-sisa minn kwalunkwe proċedura jew arranġament doganali sospensiv bħal dan; |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha wkoll l-għan li tikkjarifika d-definizzjoni msemmija u li hija użata f’diversi artikoli speċjalment fl-Artikolu 7(2). | |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 4 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4b) "konsenjatarju reġistrat" ifisser persuna naturali jew legali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet, li jirċievu oġġetti tas-sisa li jkunu qegħdin jimxu taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa u li jkunu mibgħuta minn Stat Membru ieħor; |
Ġustifikazzjoni | |
Hemm żewġ kriterji: ‘konsenjatarju reġistrat (meta jirċievi oġġetti tas-sisa) u ‘konsenjatur reġistrat’ (meta jibgħat oġġetti tas-sisa), li jistgħu joħolqu konfużjoni jekk jinżammu kif propost fl-Artikoli relevanti. Għalhekk, qed jiġi propost li dawn jiġu definiti fil-post ġust ta’ dan l-istrument legali. | |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 4 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4c) ‘konsenjatur reġistrat’ ifisser persuna naturali jew legali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ importazzjoni, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet, biex tibgħat oġġetti tas-sisa li meta jiġu rilaxxati sabiex jiġu ċċirkolati b'mod liberu, jkunu suġġetti għal arranġament ta’ sospensjoni ta’ dazju, skond ir-Regolament (KE) Nru450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistipula Kodiċi Doganali tal-Komunità (Kodiċi Doganali Modernizzat)1 |
|
1 ĠU L 145, tal-4.6.2008, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni relatata mal-Artikolu 4, punt 4a (ġdid). | |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 4 d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4d) ‘magazzinier awtorizzat’ ifisser persuna naturali jew legali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru biex tipproduċi, tipproċessa, iżżomm, tirċievi jew tibgħat oġġetti tas-sisa fil-kors tan-negozju tagħha meta r-rekwiżit biex jitħallas id-dazju tas-sisa jiġi sospiż permezz ta’ arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju; |
Ġustifikazzjoni | |
Referenza għal ‘magazzinier awtorizzat’ saret prinċipalment fl-Artikolu 15 iżda r-referenza ma tantx hi ċara u mhux f’postha. Għalhekk id-definizzjoni għandha l-għan li tirrimedja din is-sitwazzjoni. | |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 4 e (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4e) ‘maħżen tat-taxxa’ ifisser lok fejn oġġetti tas-sisa huma prodotti, proċessati, miżmuma, riċevuti jew mibgħuta taħt arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju minn magazzinier awtorizzat fil-kors tan-negozju tiegħu, bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-maħżen tat-taxxa; |
Ġustifikazzjoni | |
It-terminu: ‘maħżen tat-taxxa’kif definit fl-Artikolu 14(3) jista’ joħloq konfużjoni; għal din ir-raġuni nħolqot din l-emenda. Postha hu fl-Artikolu 4. | |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – punt 4 f (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4f) ‘post ta’ importazzjoni’ għandu jkun il-post fejn ikunu l-oġġetti meta jiġu rilaxxati għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa skont ir-Regolament (KE) Nru 450/2008. |
Ġustifikazzjoni | |
Tikkjarifika “l-post ta’ importazzjoni” għal raġunijiet legali. | |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) l-importazzjoni ta’ l-oġġetti tas-sisa. |
(c) l-importazzjoni tal-oġġetti tas-sisa, inkluża l-importazzjoni rregolari, sakemm l-oġġetti tas-sisa jitpoġġew, fil-mument tal-importazzjoni tagħhom, taħt arranġament ta’ sospensjoni ta’ dazju. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha l-għan li tikkjarifika ċ-ċirkustanzi applikabbli għall-importazzjoni ta’ oġġetti tas-sisa. Ara wkoll l-emenda għall-Artikolu 4 dwar id-definizzjonijiet. | |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-qerda totali jew it-telfien għal kollox ta’ l-oġġetti tas-sisa, inkluż telfien fin-natura ta’ dawk l-oġġetti, m’għandhomx jitqiesu rilaxxati għall-konsum. |
4. Il-qerda totali jew it-telfien għal kollox tal-oġġetti tas-sisa kkonċernati għandhom jiġu ppruvati għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun seħħet il-qerda totali jew it-telfien għal kollox. |
Il-telfien jew il-qerda ta’ l-oġġetti tas-sisa kkonċernati għandhom jiġu ppruvati għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti. |
Meta, fil-każ ta’ moviment skont arranġament ta’ sospensjoni ta’ dazju, ma jkunx possibbli li jiġi determinat fejn il-qerda totali jew it-telfien totali seħħ, dan għandu jkun ikkunsidrat bħala li seħħ fl-Istat Membru fejn ikun instab. |
Għall-iskopijiet ta’ l-ewwel subparagrafu, l-oġġetti għandhom jitqiesu mitlufa għal kollox meta ma jkunux jistgħu jintużaw aktar. |
Stati Membri jistgħu jissottomettu l-qerda apposta ta' oġġetti taħt arranġament ta' sospensjoni ta' dazju għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha tkun ikkunsidrata flimkien mal-emendi mressqa għall-Artikolu 9. Hija parzjalment tinkludi l-kitba mill-ġdid u l-kjarifikazzjoni ta' każijiet meta l-awtoritajiet nazzjonali jissottomettu l-qerda ta' oġġetti taħt arranġament ta’ sospensjoni ta’ dazju. | |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fejn isseħħ irregolarità, matul moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, li tirriżulta f’rilaxx għall-konsum ta’ oġġetti tas-sisa u ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat fejn ir-rilaxx għall-konsum ikun seħħ, dan għandu jitqies li seħħ fl-Istat Membru minn fejn ikunu ntbagħtu. |
1. Fejn isseħħ irregolarità, matul moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, li tirriżulta f’rilaxx għall-konsum ta’ oġġetti tas-sisa skont l-Artikolu 7(2)(a), u ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat fejn ir-rilaxx għall-konsum ikun seħħ, dan għandu jitqies li seħħ fl-Istat Membru minn fejn ikunu ntbagħtu u fiż-żmien meta l-irregolarità tkun instabet. |
|
Meta l-oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa ma jirnexxilhomx jaslu fid-destinazzjoni tagħhom u l-irregolarità tagħhom, li tagħti lok għar-rilaxx għall-konsum skont l-Artikolu 7 (2)(a), ma tkunx instabet, ir-rilaxx għall-konsum għandu jkun meqjus li seħħ fl-Istat Membru u fiż-żmien meta l-oġġetti tas-sisa jkunu nstabu. |
Madankollu, jekk, qabel l-iskadenza ta’ perjodu ta’ tliet snin mid-data li fiha l-moviment ikun beda skond l-Artikolu 19(1), jiġi aċċertat f’liema Stat Membru jkun seħħ attwalment ir-rilaxx għall-konsum, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn ikunu ntbagħtu. |
Madankollu, jekk, qabel l-iskadenza ta’ perjodu ta’ tliet snin mid-data li fiha l-moviment ikun beda skont l-Artikolu 19(1), jiġi aċċertat f’liema Stat Membru jkun seħħ attwalment ir-rilaxx għall-konsum f’dak l-Istat Membru li għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru minn fejn ikunu ntbagħtu. |
Fejn id-dazju tas-sisa jkun tħallas lill-Istat Membru minn fejn ikunu ntbagħtu, għandu jiġi rrimborżat jew mibgħut lura malli l-evidenza tal-ġbir tiegħu mill-Istat Membru l-ieħor tiġi pprovduta. |
Fejn id-dazju tas-sisa jkun tħallas lill-Istat Membru minn fejn ikunu nstabu jew intbagħtu, għandu jiġi rimborżat jew mibgħut lura malli l-evidenza tar-rilaxx għal konsum fl-Istat Membru l-ieħor tiġi pprovduta. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tintroduċi l-abbozzar ta’ kjarifikazzjonijiet u tiddefinixxi l-każ meta l-oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni mid-dazju tas-sisa ma jaslux fid-destinazzjoni finali tagħhom, minħabba irregolarità. | |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, irregolarità għandha tfisser sitwazzjoni li fiha l-moviment ma jkunx intemm skond l-Artikolu 19(2). |
3. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, irregolarità għandha tfisser sitwazzjoni, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 7(4), li fiha moviment, jew parti minn moviment, ma jkunx intemm skont l-Artikolu 19(2). |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-kjarifikazzjoni għandha tkun ikkunsidrata flimkien mal-emenda għall-Artikolu 7(4) u l-Artikolu 9(1). | |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) it-twassil għand faċilità approvata tar-Riċerka u l-Iżvilupp, laboratorju approvat, dipartiment governattiv approvat jew parti oħra approvata għall-fini ta’ ttestjar tal-kwalità, eżami introduttorju ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni u l-ivverifikar għall-possibilità ta’ ffalsifikar, bil-kundizzjoni li l-oġġetti involuti ma jkunux meqjusa li huma fi kwantitajiet kummerċjali. |
Ġustifikazzjoni | |
Għall-iskop tal-ittestjar tal-kwalità, verifika għal iffalsifikar possibbli jew biex l-awtoritajiet ikunu mgħejjuna jintraċċaw kummerċ illegali, l-oġġetti jeħtieġ li jiċċaqilqu bejn l-Istati Membri kemm qabel u kemm wara li jkunu rilaxxati għall-konsum. F’xi każijiet oġġett irid ikun approvat minn qabel mill-awtoritajiet qabel ma jidħol fis-suq. Fil-każijiet kollha msemmija hawn fuq il-prodott m’huwiex irrilaxxat għall-konsum u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ikun meqrud malajr. | |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-eżenzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal kondizzjonijiet u limitazzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru li jospita. L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-eżenzjoni permezz ta’ rifużjoni tad-dazju tas-sisa. |
2. L-eżenzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal kondizzjonijiet u limitazzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru li jospita. L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-eżenzjoni permezz ta’ rifużjoni tad-dazju tas-sisa. Il-kundizzjonijiet ta’ rifużjoni stabbiliti mill-Istat Membru ma għandhomx jirriżultaw fi proċeduri ta’ eżenzjoni kumplikati għal xejn. |
Ġustifikazzjoni | |
Prattiki relatati mat-taxxa fl-Istati Membri jistgħu jagħtu l-impressjoni li huma maħsubin biex jagħmlu diffiċli l-kisba ta’ rifużjonijiet. Id-dispożizzjoni proposta hija maħsuba bħala klawsola ġenerali li tiskoraġġixxi prattiki bħal dawn. | |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 4 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) 'ħanut ħieles mit-taxxa' jfisser kwalunkwe stabbiliment li jinsab ġewwa ajruport jew port li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti, skond il-paragrafu 3 b’mod partikolari; |
(b) 'ħanut ħieles mit-taxxa' jfisser kwalunkwe stabbiliment li jinsab ġewwa ajruport jew port jew fi fruntiera ma’ pajjiż terz jew ma’ territorju terz li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti, skond il-paragrafu 3 b’mod partikolari; |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jibqa’ possibbli li wieħed jixtri mingħajr ma jħallas taxxa fl-istadji kollha tal-vjaġġ li jsir permezz ta’ titjiriet li huma konnessi ma’ territorju terz jew ma’ pajjiż terz. | |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 4 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) ‘vjaġġatur għal territorju terz jew għal pajjiż terz’ ifisser kwalunkwe passiġġier li jkollu dokument ta’ transport, għall-ivvjaġġar bl-ajru jew bil-baħar, li jgħid li d-destinazzjoni immedjata huwa ajruport jew port li jinsab f’territorju terz jew f’pajjiż terz. |
(c) ‘vjaġġatur għal territorju terz jew għal pajjiż terz’ ifisser kwalunkwe passiġġier li jkollu dokument ta’ transport, għall-ivvjaġġar bl-ajru jew bil-baħar, li jgħid li d-destinazzjoni finali huwa ajruport jew port li jinsab f’territorju terz jew f’pajjiż terz, u kwalunkwe passiġġier li jħalli l-Unjoni Ewropea permezz tat-toroq. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jibqa’ possibbli li wieħed jixtri mingħajr ma jħallas taxxa fl-istadji kollha tal-vjaġġ li jsir permezz ta’ titjiriet li huma konnessi ma’ territorju terz jew ma’ pajjiż terz. | |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-produzzjoni, l-ipproċessar u ż-żamma ta’ oġġetti tas-sisa għandhom jitqiesu li jkunu seħħew taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa biss jekk dawk l-attivitajiet iseħħu f’bini awtorizzat skond il-paragrafu 3. |
2. Il-produzzjoni, ipproċessar u żamma tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, meta dan tal-aħħar ma jkunx tħallas, għandu jseħħ f'maħżen tat-taxxa. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha tkun ikkunsidrata flimkien mal-emenda ta’ definizzjoni ta’ “mħażen tat-taxxa”u għandha wkoll l-għan li telimina test li jista’ joħloq konfużjoni. | |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw bħala "mħażen tat-taxxa" bini li għandu jiġi użat għall-produzzjoni, l-ipproċessar u ż-żamma ta’ oġġetti tas-sisa, kif ukoll biex jiġu riċevuti jew mibgħuta, taħt arranġamenti ta’ sospensjoni tad-dazju. |
Imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Issegwi mill-emenda għall-Artikolu 4. | |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafi 2 u 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-awtorizzazzjoni ma tistax tiġi rrifjutata unikament fuq il-bażi li l-persuna naturali jew legali tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor u jkollha l-intenzjoni li tħaddem il-maħżen tat-taxxa permezz ta’ rappreżentant jew fergħa fl-Istat Membru ta’ l-awtorizzazzjoni. |
L-awtorizzazzjoni għandha tkun suġġetta għal kundizzjonijiet li l-awtoritajiet jistgħu jistipulaw għall-iskopijiet ta’ prevenzjoni ta’ kwalunkwe evażjoni jew abbuż possibbli. L-awtorizzazzjoni ma tistax, madanakollu, tiġi rrifjutata unikament fuq il-bażi li l-persuna naturali jew legali tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor. |
L-awtorizzazzjoni għandha tkopri l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 14(3). |
|
Ġustifikazzjoni | |
Issegwi mill-emenda għall-Artikolu 14(3) u tikkjarifika l-bżonn għall-prevenzjoni ta’ abbuż jew evażjoni possibbli ta’ dazji tas-sisa. | |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-oġġetti tas-sisa jistgħu jitmexxew taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa ġewwa t-territorju tal-Komunità: |
1. L-oġġetti tas-sisa jistgħu jitmexxew taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa bejn żewġ punti ġewwa t-territorju tal-Komunità, inkluż jekk l-oġġetti jgħaddu minn pajjiż terz jew minn reġjun f'pajjiż terz: |
Ġustifikazzjoni | |
Hija tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-moviment ta’ oġġetti tas-sisa meta dawn ikunu taħt sospensjoni mid-dazju tas-sisa. | |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1- punt a - punt ii | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(ii) persuna naturali jew legali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet, li jirċievu oġġetti tas-sisa li jkunu qiegħdin jimxu taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa mibgħuta minn Stat Membru ieħor, minn hawn ‘il quddiem imsemmija l-"konsenjatarju reġistrat"; |
(ii) il-bini ta’ konsenjatarju reġistrat; |
Ġustifikazzjoni | |
Issegwi mill-emenda għall-Artikolu 4. | |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) mill-post ta’ l-importazzjoni għal kwalunkwe waħda mid-destinazzjonijiet msemmija fil-punt (a), fejn dawk l-oġġetti jintbagħtu minn persuna naturali jew legali awtorizzata għal dak l-iskop mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-importazzjoni, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet, minn hawn ‘il quddiem imsemmi l-"konsenjatur reġistrat". |
(b) mill-post tal-importazzjoni għal kwalunkwe waħda mid-destinazzjonijiet jew konsenjatarji msemmija fil-punt (a), fejn dawk l-oġġetti jintbagħtu minn konsenjatur reġistrat. |
Ġustifikazzjoni | |
Hija konsistenti mal-emendi għall-Artikolu 4. | |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Konsenjatarju reġistrat awtorizzat għall-iskopijiet ta’ l-ewwel subparagrafu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin: |
Konsenjatarju reġistrat temporanju awtorizzat għall-iskopijiet ta’ l-ewwel subparagrafu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta tinkludi l-kunċetti ta’ ‘konsenjatarju reġistrat’ u ‘konsenjatarju reġistrat temporanju’. Dawn il-kunċetti għandhom jikkorrespondu ma’ dawk ta’ ‘negozjant reġistrat’ u negozjant mhux reġistrat’ kif użati fid-Direttiva 92/12/KEE. | |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 20 – paragrafu 1 | |
Text proposed by the Commission |
Amendment |
1. Moviment ta’ oġġetti tas-sisa għandu jitqies li jkun seħħ taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa biss jekk ikun seħħ taħt il-kopertura ta’ dokument amministrattiv elettroniku pproċessat skond il-paragrafi 2 u 3. |
1. Moviment ta’ oġġetti tas-sisa għandu jitqies li jkun seħħ taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa biss jekk ikun seħħ taħt il-kopertura ta’ dokument amministrattiv elettroniku pproċessat skond il-paragrafi 2 u 3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għal dan il-għan għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimplimentaw faċilitajiet pubbliċi ewlenin fil-livell nazzjonali u biex jiżguraw l-interoperabilità tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Skont id-Direttiva dwar il-firem elettroniċi, sabiex dokument elettroniku jkollu l-istess validità legali bħal dokument iffirmat bl-idejn, huwa importanti li l-faċilitajiet pubbliċi ewlenin meħtieġa għall-firem elettroniċi jkunu implimentati fl-Istati Membri kollha u li tkun assikurata l-interoperabilità tas-sistemi nazzjonali. | |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti tista’ tippermetti, taħt kondizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru, li l-konsenjatur, bl-użu tas-sistema kompjuterizzata, jaqsam moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa ta’ prodotti ta’ enerġija f’żewġ movimenti jew aktar, sakemm il-kwantità totali ta’ l-oġġetti tas-sisa ma tinbidilx. |
L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti tista’ tippermetti, taħt kondizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru, li l-konsenjatur, bl-użu tas-sistema kompjuterizzata, jaqsam moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa ta’ prodotti ta’ enerġija f’żewġ movimenti jew aktar: |
|
(a) il-kwantità totali ta’ oġġetti tas-sisa ma tinbidilx; kif ukoll |
|
(b) it-tqassim jitwettaq fuq it-territorju ta' Stat Membru li jippermetti proċedura bħal din. |
L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li dan it-tip ta’ qsim ma jkunx jista’ jitwettaq fit-territorju tagħhom. |
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk u taħt liema kundizzjonijiet huma jippermettu qsim ta’ kunsinni fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħrajn. |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-ġustifikazzjoni tintroduċi żewġ kundizzjonijiet – (a) u (b) – jekk il-“konsenjatur” jixtieq jaqsam moviment taħt sospensjoni f’żewġ movimenti jew aktar, u jekk l-Istati Membri jimpenjawx ruħhom li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-qsim awtorizzat tal-kunsinni. | |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 28 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċeduri semplifikati fir-rigward ta’ movimenti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa li jseħħu kompletament fit-territorju tagħhom. |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċeduri semplifikati fir-rigward ta’ movimenti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa li jseħħu kompletament fit-territorju tagħhom, inkluża l-possibilità li jiġi rinunzjat ir-rekwiżit ta’ superviżjoni elettronika ta’ movimenti bħal dawn. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan huwa obbligu addizzjonali impost fuq l-Istati Membri li jippermettilhom li jirrinunzjaw ir-rekwiżit ta’ superviżjoni elettronika meta każijiet bħal dawn huma ġustifikati. | |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 29 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri kkonċernati jistgħu, bi ftehim, jistabbilixxu proċeduri semplifikati għall-iskopijiet tal-movimenti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa li ġejjin: |
Permezz ta’ ftehima u skont kundizzjonijiet stipulati mill-Istati Membri kollha kkonċernati, jistgħu jiġu stipulati proċeduri simplifikati għall-iskop ta’ movimenti frekwenti u regolari taħt sospensjoni ta’ dazju tas-sisa li sseħħ fuq it-territorji ta’ żewġ Stati Membri jew aktar. |
(1) movimenti frekwenti u regolari bejn ċerti operaturi ekonomiċi f’żewġ Stati Membri jew aktar; |
Din id-dispożizzjoni tinkludi movimenti permezz ta’ pajplines fissi. |
(2) movimenti frekwenti u regolari bejn ċerti operaturi ekonomiċi fi Stat Membru uniku permezz ta’ Stat Membru ieħor; |
|
(3) movimenti permezz ta’ pipelines fissi bejn żewġ Stati Membri jew aktar. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Din il-kitba mill-ġdid hija intenzjonat biex tissimplifika l-proċedura u l-att legali. | |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fir-rigward ta’ l-oġġetti tas-sisa barra tabakk manifatturat akkwistati minn individwi privati, l-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll f’każijiet fejn l-oġġetti jiġu trasportati f’isimhom. |
Imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha l-għan li telimina l-possibilità ta’ użu ħażin ta’ oġġetti tas-sisa. | |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 30 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Biex jiġi applikat paragrafu 2 (e), l-Istati Membri jistgħu jistipulaw livelli gwida bħala forma ta' evidenza biss. Dawn il-livelli gwida għandhom ikunu għall-inqas: |
|
(a) għall-prodotti tat-tabakk: |
|
- 800 sigarett |
|
- 400 cigarillos (sigarri li ma jkunux jiżnu aktar minn 3 g kull wieħed) |
|
- 200 sigarru |
|
-1 kg tabakk tat-tipjip ; |
|
(b) għax-xarbiet alkoħoliċi: |
|
- spirti – 10 litri |
|
- prodotti intermedjarji – 20 litru |
|
-inbejjed (inkluż massimu ta' 60 litru ta' nbejjed bil-gas) – 90 litru |
|
- birer – 110 litri |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha l-għan li żżomm il-limiti kwantitattivi stipulati fid-Direttiva 92/12/KEE, Artikolu 9 (2), sabiex ikun evitat kwalunkwe trattament diskrezzjonali mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. | |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 34 – paragrafu 4 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jirreġistra l-identità tiegħu ma’ l-awtoritajiet fiskali ta’ l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti tas-sisa; |
(a) jirreġistra l-identità tiegħu mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti tas-sisa u jikseb dokument ta’ identifikazzjoni mingħand dawk l-awtoritajiet; |
Ġustifikazzjoni | |
Dan ir-rekwiżit addizzjonali għandu l-għan li jillimita kwalunkwe abbuż. | |
Emenda 35 Proposta għal direttiva Article 37 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istat Membru li jkun ħareġ il-marki jista’ madanakollu jissottometti r-rimborż, il-ħlas jew ir-rilaxx tal-ammont imħallas jew garantit għall-evidenza li dawk il-marki tneħħew jew inqerdu. |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-kundizzjoni addizzjonali għandha l-għan li tikkjarifika l-proċedura u r-rimborż mgħaġġel ta’ ammont imħallas jew garantit meta marki ta’ oġġetti tas-sisa jkunu tneħħew jew inqerdu. | |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 42 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Id-Direttiva 92/12/KEE hija rrevokata b’effett mill-[1 t’April 2009]. |
Id-Direttiva 92/12/KEE hija rrevokata b’effett mill-1 t’April 2010. |
|
Direttiva 92/12/KEE għandha madanakollu tkompli tapplika fil-limiti u għall-iskopijiet definiti fl-Artikolu 43. |
Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness. |
Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija modifika importanti u għandha tkun ikkunsidrata flimkien ma’ dawk proposti fl-Artikolu 43. Hija tippermetti sena żejda qabel tidħol fis-seħħ is-sistema ġdida EMCS u xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/12/KEE se jibqgħu applikabbli għal xi żmien. | |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 43 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sal-[31 ta’ Diċembru 2009], l-Istati Membri minn fejn jintbagħtu l-oġġetti jistgħu jkomplu jippermettu li jinbdew movimenti ta’ oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa taħt kopertura tal-formalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 15(6) u fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 92/12/KEE. |
Sal-31 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Membri minn fejn jintbagħtu l-oġġetti jistgħu jkomplu jippermettu li jinbdew movimenti ta’ oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa taħt kopertura tal-formalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 15(6) u fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 92/12/KEE. |
Ġustifikazzjoni | |
Qed tiġi proposta sena addizzjonali għall-iskadenza għall-applikazzjoni tad-Direttiva u l-implimentazzjoni tas-sistema kompjuterizzata. | |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 43 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Movimenti ta’ oġġetti tas-sisa li nbdew qabel l-1 ta’ April 2010 għandhom jitwettqu u jingħataw kwittanza skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/12/KEE. Din id-Direttiva m' għandhiex tapplika għal dawk il-movimenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Issegwi mill-emenda għall-Artikolu 43 – subparagrafu 1, li tippermetti arranġament tranżitorju. | |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux aktar tard mit-[28 ta’ Frar 2009], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom mingħajr dewmien jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom mingħajr dewmien jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija konsistenti mal-emendi dwar il-perjodu tranżitorju. | |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-[1 t’April 2009]. |
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 t’April 2010. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija konsistenti mal-emendi dwar il-perjodu tranżitorju. |
PROĊEDURA
Titolu |
Arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0078 – C6-0099/2008 – 2008/0051(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ECON |
|||||||
Opinjoni minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 11.3.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Manuel António dos Santos 13.6.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
26.6.2008 |
10.9.2008 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
7.10.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
35 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Březina, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Nicole Fontaine, Norbert Glante, András Gyürk, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Pia Elda Locatelli, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean |
|||||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Manuel António dos Santos, Juan Fraile Cantón, Neena Gill, Pierre Pribetich, Silvia-Adriana Ţicău, Vladimir Urutchev |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
José Javier Pomés Ruiz |
|||||||
11.9.2008
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
għall-Kumitat għall-Ekonomija u l-Affarijiet Monetarji
dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa
(COM(2008)0078 – C6‑0099/2008 – 2008/0051(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Bill Newton Dunn
SHORT JUSTIFICATION
The proposal seeks to review Directive 92/12/EEC on the general arrangements for products subject to excise duty. This Directive ensures the proper functioning of the internal market with regard to general issues connected with the free movement of excise goods. The main objective of the proposal is to provide a legal framework for the use of the Excise Movement Control System.[1] The EMCS creates a more efficient means of information exchange between excise authorities. Moreover, it will facilitate trade by reducing related costs. The proposed text also aims to update the Directive to take account of legal developments and to simplify and modernise excise procedures with the aim of reducing excise obligations for traders.
The draftsperson supports the proposal, but suggests improvements along the following lines:
· In modernising EU rules on excise duties the new rules should enhance the functioning of the Internal Market. The freedom of movement for excise goods will become more and more a reality for European citizens as e-commerce and distance sales increase. At this moment trade of excisable products remains subject to burdensome administrative procedures and still requires extensive control due to the widely diverging rates of excise duties. A gradual harmonisation of excise duty within the European Union would be the best remedy to such a situation.
· The proposed text restricts Tax Free shopping to flight or sea crossings to a third country. This means abandoning Tax Free shops at land crossings because at land borders it is far more difficult to prevent possible evasion, avoidance or abuse. Although this is a valid argument and most member states have already closed their Tax Free shops at land borders, there are a few exceptions notably in Greece and Romania. Your rapporteur agrees with these exemptions because some border regions are economically vulnerable and employment is scarce. However in order to avoid inequality between Member States, those exemptions must normally only remain if the Tax Free shops are at the external borders of the EU.
· The proposal does not clarify the position of Tax Free shops situated at regional airports that mainly serve short distance traffic. Your rapporteur would like to guarantee the right of regional airports to continue to sell Duty Free for passengers who are flying to an international EU airport in order to connect with a flight to somewhere outside the EU.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u għall-Ħarsien tal-Konsumatur jitlob lill-Kumitat għall-Ekonomija u l-Affarijiet Monetarji, bħala l-kumitat risponsabbli, sabiex jinkludi l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 2 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern, għandhom isiru aktar sforzi sabiex tintlaħaq armonizzazzjoni gradwali tad-dazji tas-sisa fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li jitqiesu aspetti bħas-saħħa pubblika, il-ħarsien tal-ambjent u l-baġit. |
Ġustifikazzjoni | |
Ammonizzazzjoni gradwali tad-dazju tas-sisa fl-Unjoni Ewropea fiż-żmien medju tkun l-aħjar rimedju għat-titjib tal-funzjonament tas-Suq Intern. Madankollu dan għandu jsir f'relazzjoni ta’ l-oġġettivi politiċi ta’ l-Istati Membri sabiex jiskoraġġixxu l-konsum ta’ oġġetti tas-sisa (xorb alkoħoliku, tabakk manifatturat u prodotti enerġetiċi). | |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-ħlas tad-dazju tas-sisa oġġetti tas-sisa fornuti minn ħwienet ħielsa mit-taxxa li jiġu ttrasportati fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi li jkunu se jaqbdu titjira jew vjaġġ bil-baħar għal territorju terz jew għal pajjiż terz. |
1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-ħlas tad-dazju tas-sisa oġġetti tas-sisa fornuti minn ħwienet ħielsa mit-taxxa li jiġu ttrasportati fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi għal territorju terz jew għal pajjiż terz. |
Ġustifikazzjoni | |
Ħwienet tad-‘Duty Free’ eżistenti fil-fruntieri esterni tal-art ta’ l-UE għandhom jibqgħu sabiex jassistu inħawi ekonomikament anqas żviluppati. | |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 4 – punt (b) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) 'ħanut ħieles mit-taxxa' jfisser kwalunkwe stabbiliment li jinsab ġewwa ajruport jew port li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti, skond il-paragrafu 3 b’mod partikolari; |
(b) 'ħanut ħieles mit-taxxa' jfisser kwalunkwe stabbiliment li jinsab ġewwa ajruport jew port jew f’punt ta’ qsim tal-fruntieri lejn territorju terz jew pajjiż terz li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti, skond il-paragrafu 3 b’mod partikolari; |
Ġustifikazzjoni | |
Tkompli ma’ EM 2 | |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 4 – punt (c) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) ‘vjaġġatur għal territorju terz jew għal pajjiż terz’ ifisser kwalunkwe passiġġier li jkollu dokument ta’ transport, għall-ivvjaġġar bl-ajru jew bil-baħar, li jgħid li d-destinazzjoni immedjata huwa ajruport jew port li jinsab f’territorju terz jew f’pajjiż terz. |
(c) ‘vjaġġatur għal territorju terz jew għal pajjiż terz’ jinkludi wkoll kwalunkwe passiġġier li jkollu dokument ta’ transport, għall-ivvjaġġar bl-ajru jew bil-baħar, li jgħid li d-destinazzjoni finali hija ajruport jew port li jinsab f’territorju terz jew f’pajjiż terz. |
Ġustifikazzjoni | |
Xiri 'Tax Free' minn ajruporti (reġjonali) għandu jibqa' jkun possibbli għal passiġġieri li jkollhom titjira ta' konnessjoni barra l-UE. |
PROĊEDURA
Titolu |
L-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0078 – C6-0099/2008 – 2008/0051(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ECON |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 11.3.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur ta’ opinjoni: Data tal-ħatra |
Bill Newton Dunn 25.3.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
28.5.2008 |
24.6.2008 |
9.9.2008 |
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
10.9.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
38 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Godfrey Bloom, Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Martí Grau i Segú, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Christopher Heaton-Harris, Iliana Malinova Iotova, Eija-Riitta Korhola, Kurt Lechner, Lasse Lehtinen, Catiuscia Marini, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Bill Newton Dunn, Zita Pleštinská, Giovanni Rivera, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler, Marian Zlotea |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emmanouil Angelakas, Colm Burke, Giovanna Corda, András Gyürk, Joel Hasse Ferreira, Filip Kaczmarek, Manuel Medina Ortega |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Eugenijus Gentvilas, Bilyana Ilieva Raeva |
|||||||
- [1] Decision No 1152/2003/EC of the European Parliament and of the Council of 16 June 2003 on computerising the movement and surveillance of excisable products.
PROĊEDURA
Titolu |
L-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0078 – C6-0099/2008 – 2008/0051(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
4.3.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 11.3.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CONT 11.3.2008 |
ITRE 11.3.2008 |
IMCO 11.3.2008 |
REGI 11.3.2008 |
||||
|
AGRI 11.3.2008 |
|
|
|
||||
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
CONT 26.3.2008 |
REGI 8.4.2008 |
AGRI 31.3.2008 |
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Astrid Lulling 11.3.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
16.7.2008 |
7.10.2008 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
13.10.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
17 2 10 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mariela Velichkova Baeva, Paolo Bartolozzi, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sebastian Valentin Bodu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Manuel António dos Santos, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Robert Goebbels, Donata Gottardi, Benoît Hamon, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Guntars Krasts, Astrid Lulling, John Purvis, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Margarita Starkevičiūtė, Cornelis Visser |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Harald Ettl, Thomas Mann, Margaritis Schinas |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Cremers |
|||||||
Data tat-tressiq |
21.10.2008 |
|||||||