RAPPORT dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET)

7.11.2008 - (COM(2008)0180 – C6‑0162/2008 – 2008/0070(COD)) - ***I

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Thomas Mann
Rapporteur għall-opinjoni(*):
Dumitru Oprea, Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
(*) Kumitat assoċjat - Regolament 47 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2008/0070(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0424/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET)

(COM(2008)0180 – C6‑0162/2008 – 2008/0070(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0180),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) u l-Artikoli 149(4) u 150(4) tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0162/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0424/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-iżvilupp u l-għarfien ta’ l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza taċ-ċittadini huma kruċjali għall-iżvilupp individwali, il-kompetittività, l-impjieg u l-koeżjoni soċjali fil-Komunità. F’dan ir-rigward, dawn għandhom jiffaċilitaw il-mobbiltà transnazzjonali għall-ħaddiema u għal dawk li għandhom qed jitgħallmu u jikkontribwixxu lejn l-ilħiq tar-rekwiżiti ta’ provvista u talba fis-suq tax-xogħol Ewropew. Il-parteċipazzjoni f’tagħlim matul il-ħajja mingħajr fruntieri għall-kullħadd, it-trasferiment, l-għarfien u l-akkumulazzjoni ta' riżultati ta' tagħlim ta' individwi miksuba f'kuntesti formali, mhux formali u informali għandhom għalhekk jiġu promossi u mtejba fil-livell nazzjonali u tal-Komunità.

(1) L-iżvilupp u r-rikonoxxenza ta’ l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza taċ-ċittadini huma kruċjali għall-iżvilupp professjonali u personali tagħhom u għall-kompetittività, l-impjieg u l-koeżjoni soċjali fil-Komunità. F’dan ir-rigward, dawn għandhom jiffaċilitaw il-mobbiltà transnazzjonali għall-ħaddiema u għal dawk li għandhom qed jitgħallmu u jikkontribwixxu lejn l-ilħiq tar-rekwiżiti ta’ provvista u talba fis-suq tax-xogħol Ewropew. Il-parteċipazzjoni f’tagħlim matul il-ħajja mingħajr fruntieri għal kullħadd, it-trasferiment, l-għarfien u l-akkumulazzjoni ta' riżultati ta' tagħlim ta' individwi miksuba f'kuntesti formali, mhux formali u informali għandhom għalhekk jiġu promossi u mtejba fil-livell tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiddaħħal l-idea ta’ żvilupp professjonali.

Emenda  2

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-iskemi ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, li jikkostitwixxu wieħed mill-oqsma ewlenin tat-tagħlim matul il-ħajja, huma marbuta direttament ma' l-edukazzjoni ġenerali u ogħla, u mal-politiki ta' l-impjiegi u soċjali ta' kull Stat Membru. Permezz ta' l-impatt trans-settorjali tagħhom, dawn jippromwovu mhux biss il-kompetittività ta' l-ekonomija Ewropea u jgħinu biex jilħqu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol iżda wkoll il-koeżjoni soċjali, l-ugwaljanza u l-parteċipazzjoni u l-involviment taċ-ċittadini;

Emenda  3

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 dwar il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (“il-proċess ta’ Kopenħagen”), u r-Rapport Konġunt tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma dwar l-Edukazzjoni u Taħriġ ta’ l-2010 adottat fl-2004, jisħqu fuq l-importanza ta’ sistema ta’ trasferiment ta’ kredits għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

(3) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 dwar il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (“il-proċess ta’ Kopenħagen”), u r-Rapport Konġunt tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma dwar l-Edukazzjoni u Taħriġ ta’ l-2010 adottat fl-2004, jisħqu fuq l-importanza ta’ sistema ta’ trasferiment ta’ kredits għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, filwaqt li r-rapport konġunt ta' l-2008 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (dokument 5723/08) jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi sabiex l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jkunu ta’ kwalità aħjar u aktar attraenti.

Emenda  4

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tinħoloq sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (minn hawn ’il quddiem "ECVET") maħsuba sabiex tiffaċilità t-trasferiment, l-għarfien u l-akkumulazzjoni ta’ riżultati ta’ tagħlim ta’ individwi li qed jimmiraw li jiksbu kwalifika. Dan se jtejjeb it-trasparenza u l-portabbiltà tar-riżultati ta’ tagħlim ta’ ċittadini madwar u fl-Istati Membri f’żona ta’ tagħlim matul il-ħajja mingħajr fruntieri.

(5) L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tinħoloq sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (minn hawn ’il quddiem "ECVET") maħsuba sabiex tiffaċilità t-trasferiment, l-għarfien u l-akkumulazzjoni ta’ riżultati valutati ta’ tagħlim ta’ individwi li qed jimmiraw li jiksbu kwalifika. Dan se jtejjeb il-komprensjoni ġenerali tar-riżultati ta’ tagħlim ta’ ċittadini u t-trasparenza, il-mobilità transnazzjonali u l-portabilità tagħhom madwar l-Istati Membri f’żona ta’ tagħlim matul il-ħajja mingħajr fruntieri u jtejjeb ukoll il-mobilità u l-portabilità tal-kwalifiki fil-livell nazzjonali bejn setturi varji ta' l-ekonomija u fi ħdan is-suq tax-xogħol; barra minn hekk, dan se jikontribwixxi għall-iżvilupp u l-espansjoni ta' kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

Emenda  5

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-ECVET hija applikabbli għar-riżultati ta' tagħlim kollha li fil-prinċipju għandhom jinkisbu permezz ta' varjetà ta’ passaġġi ta’ edukazzjoni u tagħlim, u mbagħad jiġu trasferiti u rikonoxxuti. Din ir-Rakkomandazzjoni għalhekk tikkontribwixxi għall-għanijiet usa’ tal-promozzjoni ta’ tagħlim matul il-ħajja u ż-żieda fil-kapaċità għall-impjieg, il-mobbiltà u l-inklużjoni soċjali għall-ħaddiema u dawk li għandhom qed jitgħallmu, kif ukoll għall-modernizzar tas-sistemi ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp ta' passaġġi ta’ ETV flessibbli u individwali, ir-rabta bejn l-edukazzjoni, it-taħrig, l-impjieg u l-ħtiġijiet ta’ l-individwi, għall-bini ta’ pontijiet bejn it-tagħlim formali, mhux formali u informali, u l-għarfien ta’ riżultati ta’ tagħlim miksuba matul l-esperjenza tal-ħajja u dik professjonali.

(7) L-ECVET hija applikabbli għar-riżultati ta' tagħlim kollha li fil-prinċipju għandhom jinkisbu permezz ta' varjetà ta’ passaġġi ta’ edukazzjoni u tagħlim fil-livelli kollha tal-Qafas Ewropej għall-Kwalifiki ("European Qualifications Framework", mill-quddiem imqassar "EQR"), u mbagħad jiġu trasferiti u rikonoxxuti. Din ir-Rakkomandazzjoni għalhekk tikkontribwixxi għall-għanijiet usa’ tal-promozzjoni ta’ tagħlim matul il-ħajja u ż-żieda fil-kapaċità għall-impjieg, dispożizzjoni pożittiva lejn il-mobilità u l-inklużjoni soċjali għall-ħaddiema u dawk li għadhom qed jitgħallmu. Hija tiffaċilita b'mod partikolari l-iżvilupp ta' passaġġi flessibbli u individwali kif ukoll ir-rikonoxximent ta’ dawk ir-riżultati ta’ tagħlim li jiġu miksuba permezz ta' tagħlim formali u informali.

Emenda  6

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiffaċilità l-kompatibbiltà u l-komparabilità bejn sistemi ta’ kredits użati fl-ETV u s-Sistema Ewropea għat-Trasferiment u l-Akkumulazzjoni ta’ Kredits (ECTS) li hija użata fis-settur ta’ l-edukazzjoni ogħla, u għalhekk għandha tikkontribwixxi għal permeabilità akbar bejn il-livelli ta’ edukazjoni u taħriġ, skond il-legiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali.

(9) Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiffaċilità l-kompatibbiltà u l-komplimentarjetà tas-sistemi ta’ kredits użati fl-ETV u s-Sistema Ewropea għat-Trasferiment u l-Akkumulazzjoni ta’ Kredits (ECTS) li hija użata fis-settur ta’ l-edukazzjoni ogħla, u għalhekk għandha tikkontribwixxi għal permeabilità akbar bejn il-livelli ta’ edukazjoni u taħriġ, skond il-legiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali.

Emenda  7

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-validazzjoni ta’ riżultati ta' tagħlim mhux formali u informali għandhom jiġu promossi skond il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar prinċipji Ewropej komuni għall-identifikazzjoni u l-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali tat-28 ta’ Mejju 2004.

(10) Il-validazzjoni ta’ riżultati vvalutati ta' tagħlim mhux formali u informali għandhom jiġu promossi skond il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar prinċipji Ewropej komuni għall-identifikazzjoni u l-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali tat-28 ta’ Mejju 2004.

Emenda  8

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiffaċilita l-involviment ta' l-awtoritajiet kompetenti lokali u reġjonali fil-proċess li jgħaqqad l-oqfsa tal-kwalifiki nazzjonali/reġjonali ma' l-ECVET.

Emenda  9

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) L-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-ECVET huma volontarji filwaqt li għandhom jiġu osservati l-Artikoli 149 u 150 tat-Trattat KE u għalhekk jistgħu jitwettqu biss b'konformità mal-liġijiet u r-regoli nazzjonali fis-seħħ. Din ir-rakkomandazzjoni b’hekk tissodisfa l-prinċipju ta' sussidjarjetà billi tappoġġja l-attivitajiet ta' l-Istati Membri u tikkompletahom, tissimplifika l-kooperazzjoni bejniethom, iżżid it-trasparenza u tippromwovi l-mobilità u t-tagħlim tul il-ħajja.

Emenda  10

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. jippromwovu s-sistema Ewropea ta’ kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (minn hawn ’il quddiem “ECVET”) kif stipulat fl-Anness 1 u 2 sabiex tkun iffaċilitatà l-mobbiltà transnazzjonali fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim matul il-ħajja mingħajr fruntieri;

1. jippromwovu s-sistema Ewropea ta’ kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali fil-livelli kollha ta' l-EQF kif stipulat fl-Anness 1 u 2 sabiex ikunu ffaċilitati l-mobbiltà transnazzjonali u r-rikonoxximent tar-riżultati tat-tagħlim fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim matul il-ħajja mingħajr fruntieri;

Emenda  11

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjoni 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. jużaw l-ECVET mill-2012, b’mod partikolari billi jadottaw miżuri għall-applikazzjoni gradwali tagħha għall-kwalifiki ta’ edukazzjoni u taħriġ, skond il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali, għall-għan tat-trasferiment, l-għarfien u l-akkumulazzjoni ta’ riżultati ta’ tagħlim ta’ individwi miksuba f’kuntesti formali, mhux formali u informali.

2. jużaw l-ECVET, b’mod partikolari billi jadottaw miżuri għall-ittestjar tagħha, li għandu jibda kemm jista’ jkun malajr, u għall-applikazzjoni gradwali tagħha għall-kwalifiki ta’ edukazzjoni u taħriġ mil-livelli 1 sa 8 ta' l-EQF, skond il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali, għall-għan tat-trasferiment, l-għarfien u l-akkumulazzjoni ta’ riżultati ta’ tagħlim ta’ individwi miksuba f’kuntesti formali u, fejn xieraq, mhux formali u informali.

Emenda  12

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjoni 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ sħubiji u netwerks nazzjonali u Ewropej li jinvolvu istituzzjonijiet u awtoritajiet kompetenti, imsieħba soċjali, setturi u fornituri ta' l-ETV, dedikati għall-esperimentazzjoni, l-implimentazzjoni u l-promozzjoni ta’ l-ECVET;

3. jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ sħubiji u netwerks nazzjonali u Ewropej li jinvolvu l-uffiċċji responsabbli għall-kwalifiki u d-diplomi, il-fornituri ta' l-ETV u entitajiet relevanti oħra dedikati għall-esperimentazzjoni, l-implimentazzjoni u l-promozzjoni ta’ l-ECVET;

Emenda  13

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjoni 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. jiżguraw li l-partijiet interessati u l-individwi fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom aċċess għat-tagħrif u l-gwida għall-użu ta' l-ECVET. B’żieda ma’ dan, jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ l-ECVET għall-kwalifiki hija ppublikata b’mod xieraq mill-awtoritajiet kompetenti u li dokumenti “Europass” assoċjati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ikun fihom tagħrif rilevanti espliċitu;

4. jiżguraw li l-partijiet interessati, inklużi individwi, fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jkollhom aċċess għat-tagħrif u l-gwida għall-użu ta' l-ECVET. B’żieda ma’ dan, jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ l-ECVET għall-kwalifiki hija ppublikata b’mod xieraq mill-awtoritajiet kompetenti u li dokumenti “Europass” assoċjati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ikun fihom tagħrif rilevanti espliċitu;

Emenda  14

Proposta għal rakkomandazzjoni

Intenzjoni 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. tiżviluppa gwida u għodod għall-utenti b’kollaborazzjoni ma’ esperti u utenti nazzjonali u Ewropej, tiżviluppa għarfien espert għat-tisħiħ tal-kompatibbiltà bejn l-ECVET u s-Sistema Ewropea għat-Trasferiment u l-Akkumulazzjoni ta’ Kredits użata fis-settur ta’ l-Edukazzjoni Ogħla, u tipprovdi tagħrif regolari dwar l-iżviluppi ta' l-ECVET;

2. tiżviluppa gwida, għodod għall-utenti u għarfien espert għat-tisħiħ tal-kompatibbiltà u l-kumplimentarjetà bejn l-ECVET u s-Sistema Ewropea għat-Trasferiment u l-Akkumulazzjoni ta’ Kredits użata fis-settur ta’ l-Edukazzjoni Ogħla, b’kollaborazzjoni ma' l-esperti tal-VET u ta' l-edukazzjoni ogħla u ma' l-utenti fil-livell Ewropew u nazzjonali, u tipprovdi tagħrif regolari dwar l-iżviluppi ta' l-ECVET;

Emenda  15

Proposta għal rakkomandazzjoni

Intenzjoni 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. tissorvelja u ssegwi l-azzjoni meħuda, b’mod partikolari billi taġġorna l-materjal ta' gwida u, wara li tevalwa u tivvaluta din l-azzjoni mwettqa b'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri, tirraporta, erba' snin wara l-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba u l-implikazzjonijiet għall-futur, inkluż, jekk meħtieġ, reviżjoni possibbli u l-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni.

4. tissorvelja u ssegwi l-azzjoni meħuda u tiggarantixxi aċċess għall-materjal ta' gwida għaċ-ċittadini kollha interessati, u, wara li tevalwa u tivvaluta din l-azzjoni mwettqa u t-testijiet magħmula b'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri, tirraporta, ħames snin wara l-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba u l-implikazzjonijiet għall-futur, inkluż, jekk meħtieġ, reviżjoni u l-adattament ta' Rakkomandazzjoni finali, li jinvolvu l-aġġornar ta' l-annessi tekniċi u tal-materjal ta’ gwida.

Emenda  16

Proposta għal rakkomandazzjoni

Anness 2 – punt 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Unità hija komponent ta’ kwalifika, li hija magħmula minn parti mill-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza meħtieġa għal kwalifika partikolari. Kwalifika tinkludi fil-prinċipju bosta unitajiet u hija magħmula minn sett sħiħ ta’ unitajiet. Għalhekk, individwu li jkun għadu qed jitgħallem jista’ jikseb kwalifika billi jakkumula l-unitajiet meħtieġa, miksuba f’pajjiżi differenti u f’kuntesti differenti (formali, mhux formali u informali).

1. Unità hija komponent ta’ kwalifika, li hija magħmula minn parti mill-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza meħtieġa għal kwalifika partikolari. Kull unità għandha għadd ta’ punti ta’ kredits ta' l-ECVET assoċjati. Kwalifika tinkludi fil-prinċipju bosta unitajiet u hija magħmula minn sett sħiħ ta’ unitajiet. Għalhekk, individwu li jkun għadu qed jitgħallem jista’ jikseb kwalifika billi jakkumula l-unitajiet meħtieġa, miksuba f’pajjiżi differenti u f’kuntesti differenti (formali, mhux formali u informali).

Emenda  17

Proposta għal rakkomandazzjoni

Anness 2 – punt 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Ftehim ta’ Tagħlim għandu jistabbilixxi li, jekk dak li għadu qed jitgħallem kiseb ir-riżultati ta’ tagħlim mistennija u dawn ġew evalwati b’mod pożittivi mill-istituzzjoni tal-pajjiż “ospitant”, l-istituzzjoni tal-pajjiż “ta’ oriġini” jista’ jivvalidhom u jirrikonoxxihom bħala parti mir-rekwiżiti għal kwalifika, skond ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti mill-istituzzjoni kompetenti.

Il-Ftehim ta’ Tagħlim għandu jistabbilixxi li, jekk dak li għadu qed jitgħallem kiseb ir-riżultati ta’ tagħlim mistennija u dawn ġew evalwati b’mod pożittiv mill-istituzzjoni tal-pajjiż “ospitant”, l-istituzzjoni tal-pajjiż “ta’ oriġini” għandha tivvalidahom u tirrikonoxxihom bħala parti mir-rekwiżiti għal kwalifika, skond ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti mill-istituzzjoni kompetenti.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-globalizzazzjoni tippreżenta sfida għall-kompetittività taz-zona ekonomika u soċjali ta' l-UE. Abilitajiet u kapaċitajiet stabbiliti qed jiġu studjati bir-reqqa u għandhom jiġu rinnovati l-ħin kollu. Jekk l-UE għandha tkun kapaċi tikkompeti mad-dinja kollha f'termini ta' politika edukattiva, l-ammont ta' studenti li jħallu l-iskola kmieni għandu jonqos, il-parteċipazzjoni fit-tagħlim matul il-ħajja għandu jiżdied u l-permeabilità bejn l-universitajiet u t-taħriġ vokazzjonali jittejjeb. L-esperjenza ta' ħajja u xogħol barra l-pajjiż waqt it-taħriġ vokazzjonali jgħinu sabiex jiggarantixxu l-kapaċità li wieħed isib impjieg. L-ekonomija ta' l-Ewropa għandha ħtieġa dejjem tikber għall-professjonisti b'kapaċità ta' ilsna barranin u esperjenza professjonali barra l-pajjiż, li jkunu kapaċi jaħdmu ma' kollegi u klijenti barra l-pajjiż. Madanakollu, minkejja l-interess kunsiderevoli fil-mobilità transkonfinali bħala element wieħed ta' edukazzjoni u taħriġ, hemm ostakli kunsiderevoli x'jingħelbu: ir-riżultati tat-tagħlim akkwistati barra l-pajjiż ma jistgħux jiġu dokumentati, determinati u evalwati sewwa; il-kwalifiki jiġu akkwistati u definiti b'modi differenti fl-Istati Membri; ftehimiet bilaterali jistgħu jagħmlu t-tqabbil ma' sistemi oħra diffiċli; spiss il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u nazzjonali u l-awtoritajiet reġjonali tkun insuffiċjenti. Is-Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) ippjanata għandha tgħin biex tiffaċilita l-mobilità transkonfinali tal-ħaddiema u toħloq trasparenza għall-kwalifiki professjonali akkwistati barra l-pajjiż.

Stadji fl-iżvilupp ta' l-ECVET

It-titjib fit-taħriġ vokazzjonali huwa element ewlieni biex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-Istrateġija ta' Liżbona: it-tkabbir ekonomiku, kompetittività mtejba, l-impjiegi u l-koeżjoni soċjali. Il-Kunsill Ewropew enfasizza wkoll il-bżonn ta' trasparenza aħjar fl-attestazzjoni ta' kwalifiki formali u tagħlim tul il-ħajja bħala elementi importanti fl-adattament għall-ħtiġijiet tas-soċjetà bbażata fuq l-għarfien. Fi Bruges fl-2001 ġie deċiż li għandu jkun hemm kooperazzjoni Ewropea aktar intensiva fit-taħriġ vokazzjonali. Fis-summit ta' Barċellona f'Marzu 2002, tqiegħed il-pedament għar-rikonoxximent transnazzjonali tar-riżultati tat-tagħlim fit-taħriġ vokazzjonali, li huwa mmirat lejn ir-rikonoxximent tal-kisbiet edukattivi permezz tas-Sistema Ewropea għat-Trasferiment ta' Kredits (ECTS). F'Novembru 2002 il-Kunsill adotta l-proċess ta' Copenhagen u ta prijorità lil sistema ta' trasferiment ta' kredits għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Dan jikkunsidra b'mod partikolari t-trasparenza, il-komparabilità, it-trasferibbilità u r-rikonoxximent tal-ħiliet.

L-ECVET hija waħda minn numru ta' inizzjattivi edukattivi f'livell Ewropej u hija maħsuba biex toħloq rabta bejn it-taħriġ vokazzjonali u l-edukazzjoni universitarja. Inizzjattivi oħra bħall-ECTS (biex issir promozzjoni tal-mobilità ta' l-istudenti u l-apprendisti), EUROPASS (għall-promozzjoni tat-trasparenza rigward il-kwalifiki u l-kompetenzi), il-Karta Ewropea ta’ Kwalità favur il-Mobbiltà (EQCM) u l-Qafas Ewropew dwar il-Kwalifiki (EQF), li għalih ir-rapporteur kien l-awtur, fl-2006, tar-rapport EQF fuq inizzjattiva proprja tal-Parlament Ewropew.

Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon l-involviment ta' esperti u l-parteċipazzjoni tagħhom fi gruppi ta' ħidma, konsultazzjonijiet u preparazzjoni ta' studji. Dawn jagħmluha possibbli li l-ECVET tiġi meqjusa bħala strument utli għall-aħjar adattament possibbli tas-sistemi ta' taħriġ vokazzjonali għall-bżonnijiet ta' individwi u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xoħol. Il-kunsidreazzjoni ta' karatteristiċi nazzjonali u reġjonali u l-utilità ta' l-impjegati u l-intrapriżi fl-Ewropa bħala dawk li jimpjgawhom huma prerekwiżiti għal dan. Ir-rapporteur jista' jikkonferma li, fuq il-bażi ta' konversazzjonijiet, l-impressjoni li l-importanza tat-taħriġ vokazzjonali prattiku bbażat fuq il-kooperazzjoni bejn l-iskejjel u l-industrija (p.e. is-sistema dualistika fil-Ġermanja) mhijiex biżżejjed magħrufa f'pajjiżi fejn l-edukazzjoni hija, tipikament, ibbażata biss fl-iskejjel, u lanqas mhuwa l-investiment kunsiderevoli f'dik li hija kompetenza esperta, il-ħin u l-ispejjeż li ġġib magħha l-kisba ta' kwalifika edukattiva ogħla professjonali ta' kwalità bħal dik ta' diploma ta' mgħallem ta' sengħa jew ir-rikonoxximent bħala "Fachwirt" (kwalifika professjonali mhux akkademika). Ir-riżultati ta' konsultazzjonijiet rigward l-ECVET ġew diskussi f'konferenza fi Munich f'Ġunju 2007, waqt il-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill, li għaliha r-rapporteur kien preżenti.

L-għanijiet tas-sistema ta' kredits

L-ECVET hija qafas ibbażat fuq il-metodu, li jiddeskrivi l-għarfien, il-ħiliet u l-kapaċitajiet miksuba fuq il-bażi ta' riżultati tat-tagħlim, jagħti l-kredits u jpoġġihom fil-kuntest ta' kwalifiki li huma maħsuba biex ikunu trasferibbli bejn sistemi differenti ta' kwalifiki professjonali, primarjament fil-qasam ta' l-edukazzjoni formali. L-applikazzjoni u l-għoti ta' kredits għadhom jeħtieġu diskussjoni twila. Fit-teorija, l-istudenti jakkwistaw units wieħed wieħed, li huma jkunu jistgħu jikkombinaw bis-saħħa ta' kredits sussegwenti fi profil ta' kompetenza komprensiv jew, taħt ċerti ċirkostanzi, kwalifika li ttirrappreżenta diploma ġeneralment rikonoxxuta. L-akkumulazzjoni awtomatika ta' kwalifiki parzjali, maħsuba biex twassal għal kwalifika sħiħa, tmur kontra l-prattika ġenerali fl-Istati Membri, fejn jeżisti approċċ ħolistiku fit-taħriġ vokazzjonali u jiġi appplikat il-"Berufsprinzip" (taħriġ vokazzjonali imfassal preċiżament għal xogħol b'ħila speċifika), li jwassal għal eżami finali.

Is-sistema tkun effettiva jekk dawk involuti jagħżlu li jkunu konformi mal-kriterji li jassiguraw il-kwalità. Huma jridu wkoll jiżguraw li ma jkunx hemm modularizzazzjoni sfurzata tat-taħriġ vokazzjonali, u li tipi ta' xogħol rikonoxxut li jeħtieġ it-taħriġ ma jsirux frammentati.

L-ECVET hija bbażata fuq riżultati ta' tagħlim li jvarjaw sewwa bħala riżultat tad-differenzi fis-sistemi nazzjonali tat-taħriġ vokazzjonali. Għandhom jintlaħqu ftehimiet bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, in-negozji u l-awtoritajiet nazzjonali, u b'hekk jiġu involuti ammont kbir ta' entitajiet interessati. Is-suċċess tal-proġett jiġi ggarantit jekk ikun hemm kooperazzjoni fi spirtu ta' fiduċja. Fl-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti sħubiji u netwerks ta' kwalità għolja u sostenibbli fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali, bl-użu ta' l-istrutturi eżistenti bħala bażi.

In-natura volontarja ta' l-ECVET hija kruċjali jekk trid tiġi aċċettata. M'għandux ikun hemm kundizzjonijiet legali imposti fuq l-entitajiet interessati. L-esklużjoni ta' l-armonizzazzjoni stabbilita fl-Artikoli 149 u 150 tat-Trattat UE għandha tiġi rispettata u l-varjazzjonijiet bejn is-sistemi ta' kwalifiki nazzjonali m'għandhiex titħassar. Lanqas m'għandhom jiġu mminati l-prattiki ta' taħriġ stabbiliti u l-arranġamenti nazzjonali eżistenti fl-Istati Membri; id-diversità tas-sistemi edukattivi għandha tinżamm. L-aħjar prattika u esperjenza prattika stabbilita sew għandhom isaħħu d-dinamiżmu inerenti tal-proċess.

L-ECVET huwa proġett fuq terminu ta' żmien twil, li huwa ddisinnjat li jevolvi bis-saħħa ta' proċess kostanti. Erba' snin wara l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni se tgħaddi rapport lill-Kunsill u l-Parlament dwar l-esperjenza miksuba u l-effetti antiċipati. Dan se jirrekjedi l-involviment ta' l-entitajiet interessati (l-utenti u r-rappreżentanti tagħhom).

L-ECVET tista' tagħti kontribut sostanzjali biex jinkisbu l-għanijiet ta' l-EQF. Hija tinkoraġġixxi l-mobilità transnazzjonali u l-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja fit-taħriġ vokazzjonali. Hija għandha tgħin lill-istudenti biex jibdew karrieri individwali. L-introduzzjoni ta' l-ECVET se toħloq valur miżjud sinifikattiv għall-Ewropa u tfisser kontribut importanti għall-ħolqien ta' suq tax-xogħol Ewropew u s-sostenibilità ta' l-Ewropa.

Ir-rapporteur jirrakkomanda:

· li l-ECVET tiġi introdotta, bil-parteċipazzjoni volontarja tal-Istati Membri, b'mod gradwali u bbażat fuq l-esperjenza; qafas għall-implimentazzjoni li jiġi kkreat b'kunsens u bir-rispett tal-karatteristiċi nazzjonali

· li jiġu stabbiliti kriterji sabiex jiġu ssalvagwardjati r-relevanza, it-trasparenza, il-komparabilità u l-fiduċja reċiproka; bażi kwantitattiva uniformi ma' l-Ewropa kollha għall-għoti ta' kredits hija mixtieqa

· li kwalifiki komprensivi ma jinkisbux biss permezz ta' l-akkumulazzjoni tal-units meħtieġa fi Stati Membri fejn kwalifika, biex tkun meqjusa kompluta, teħtieġ eżami finali

· li l-iskadenza li tmexxiet 'il quddiem mill-Kummissjoni għall-introduzzjoni ta' l-ECVET tiġi estiża; l-implimentazzjoni sa l-2012 tidher li mhijiex realistika. Għandu jkun hemm perjodu ta' prova sabiex l-esperjenza prattika tkun tista' tiġi inkanalata fl-iżvilupp tal-programm; fl-istess ħin, madanakollu, dewmien intenzjonali għandu jiġi evitat.

· li tiġi ppreparata gwida għal dawk li jużaw l-ECVET. Din għandha tkun prattika u titfassal immedjatament

· li l-piż amministrattiv ta' l-ECVET għandu jinżamm kemm jista' jkun baxx. Dan jinkludi l-istrutturar tas-sistema tar-rapputar b'mod sempliċi u ċar sabiex tkun tista' tiġi użata mill-SMEs u minn istituzzjonijiet żgħar. Minflok il-ħolqien ta' pjattaforma Ewropea fuq skala wiesgħa, għandu jsir użu minn istituzzjonijiet, sħubiji u netwerks li diġà qed jikkoperaw b'suċċess

· li s-sistema ECVET għandha tkun disponibbli u utli għal sistemi oħra barra l-UE, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' Liżbona ta' zona ekonomika flessibbli, ibbażata fuq l-għarfien.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (7.10.2008)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET)
(COM(2008)0180 – C6‑0162/2008 – 2008/0070(COD))

Rapporteur għal opinjoni(*): Dumitru Oprea

(*)       Kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta’ Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

A. Ġabra fil-qosor

Ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tipproponi Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET), sabiex tiffaċilita t-trasparenza, it-trasferiment u l-akkumulazzjoni tar-riżultati tat-tagħlim bejn diversi kuntesti tat-tagħlim u diversi pajjiżi.

Id-diversità, anzi l-frammentazzjoni fis-sistemi tal-edukazzjoni, tal-VET u tal-kwalifiki fl-Ewropa kif ukoll in-nuqqas ta’ koperazzjoni bejn id-diversi atturi fis-suq (il-fornituri, l-awtoritajiet eċċ) huma sfida serja għall-mobbiltà tal-Ewropej fil-proċess tat-tagħlim matul il-ħajja. Fl-edukazzjoni ogħla, il-mobbiltà ingħatat spinta permezz tal-ħolqien tas-Sistema Ewropea tat-Trasferiment u tal-Akkumulazzjoni tal-Kredits (ECTS), għaldaqstant l-idea li titwaqqaf sistema simili għall-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali hi mistennija li jkollha l-istess impatt.

F’dan il-kuntest, ir-rakkomandazzjoni tistabbilixxi l-ECVET bħala qafas metodoloġiku li jista’ jintuża biex jiddeskrivi l-kwalifiki f’termini ta’ unitajiet ta’ riżultati tat-tagħlim b’punti assoċjati, bil-għan li jkun hemm trasferiment u akkumulazzjoni tar-riżultati tat-tagħlim. L-ECVET m’għandhiex l-għan, u lanqas teħtieġ, li jkun hemm armonizzazzjoni tal-kwalifiki u tas-sistemi tal-VET; minflok għandha l-għan li ttejjeb il-kumparabilità u l-kompatibilità, u tista’ tiġi applikata għal kwalunkwe livell ta’ referenza tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (EQF). Ir-rakkomandazzjoni se tiġi applikata fuq bażi volontarja mill-Istati Membri sa mill-2012.

Is-Sistema ECVET hi msejsa fuq tliet kunċetti bażiċi:

· Il-ħolqien ta’ qafas li jiddeskrivi l-kwalifiki bħala unitajiet ta’ riżultati tat-tagħlim, bil-għan li jkunu jistgħu jiġu akkumulati u trasferiti;

· Il-ħolqien ta’ sistema li permezz tagħha ir-riżultati tat-tagħlim tal-VET jirċievu numru ta’ kredits li jistgħu ikun validati, akkumulati u trasferiti minn kuntest tat-tagħlim għal ieħor, u minn pajjiż għal ieħor;

· Il-promozzjoni ta’ netwerks u sħubiji bejn l-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet u l-partijiet interessati oħra tal-VET sabiex tkun żviluppata klima ta’ fiduċja reċiproka u tifformalizza s-sħubiji mal-Memoranda ta’ Ftehim (ftehimiet bejniethom).

Ir-rakkomandazzjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jużaw l-ECVET mill-2012, b’mod partikolari billi jadottaw miżuri għall-applikazzjoni gradwali tagħha għall-kwalifiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, skond il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali, bl-għan li jkun hemm trasferiment, rikonoxximent u akkumulazzjoni tar-riżultati tat-tagħlim tal-individwi miksuba f’kuntesti formali, mhux formali u informali.

B. Il-kummenti tar-rapporteur għall-opinjoni

Ir-rapporteur għall-opinjoni jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li implimentazzjoni b’suċċess tal-ECVET trid tkun imsejsa, l-ewwel u qabel kollox, fuq l-impenn komuni ta’ rispett lejn il-prinċipju li tiġi żgurata l-kwalità. Barra minn hekk, hu importanti ħafna li l-partijiet interessati jiġu mħeġġa jibnu sħubijiet u netwerks tal-ECVET, sabiex jiżguraw mhux biss qafas sabiex jittestjaw l-ECVET, iżda wkoll biex isiru eżempji tal-prattiki tajba u sabiex jiżviluppaw klima ta’ fiduċja reċiproka fir-rikonoxximent u t-trasferiment tal-kredits minn istituzzjoni għall-oħra.

Vantaġġ kbir tas-sistema ECVET hi li din tista’ tinbena u tiġi mtejba skont esperjenza simili li kellha suċċess kbir fl-Ewropa – l-ECTS (is-Sistema Ewropea ta’ Trasferiment u ta’ Akkumulazzjoni ta’ Kredits), li ntużat fl-edukazzjoni ogħla. Għaldaqstant, l-ECVET trid tqis ukoll is-suq daqstant diversifikat tal-VET; din hi wkoll ir-raġuni għalfejn is-sistema tiffoka fuq ir-riżultati tat-tagħlim flok fuq il-ħin użat biex jiġu akkumulati l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi.

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali hu parti essenzjali mill-proċess tat-tagħlim matul il-ħajja, flimkien mal-edukazzjoni ogħla. Rigward il-fatt li dawn iż-żewġ elementi normalment jikkompletaw lil xulxin, ir-rapporteur għall-opinjoni jixtieq jenfasizza l-ħtieġa għall-kompatibilità, il-kumparabilità u l-kumplimentarjetà bejn l-ECVET u l-ECTS.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-iskemi ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, li jikkostitwixxu wieħed mill-oqsma ewlenin tat-tagħlim matul il-ħajja, huma marbuta direttament mal-edukazzjoni ġenerali u ogħla, u mal-politiki tal-impjiegi u soċjali ta' kull Stat Membru. Permezz tal-impatt trans-settorjali tagħhom, dawn jippromwovu mhux biss il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u jgħinu biex jilħqu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol iżda wkoll il-koeżjoni soċjali, l-ugwaljanza u l-parteċipazzjoni u l-involviment taċ-ċittadini;

Emenda  2

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 dwar il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (“il-proċess ta’ Kopenħagen”), u r-Rapport Konġunt tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma dwar l-Edukazzjoni u Taħriġ ta’ l-2010 adottat fl-2004, jisħqu fuq l-importanza ta’ sistema ta’ trasferiment ta’ kredits għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

(3) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 dwar il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (“il-proċess ta’ Kopenħagen”), u r-Rapport Konġunt tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma dwar l-Edukazzjoni u Taħriġ ta’ l-2010 adottat fl-2004, jisħqu fuq l-importanza ta’ sistema ta’ trasferiment ta’ kredits għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, filwaqt li r-rapport konġunt tal-2008 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (dokument 5723/08) jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi sabiex l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jkunu ta’ kwalità aħjar u aktar attraenti.

Emenda  3

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tinħoloq sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (minn hawn ’il quddiem "ECVET") maħsuba sabiex tiffaċilità t-trasferiment, l-għarfien u l-akkumulazzjoni ta’ riżultati ta’ tagħlim ta’ individwi li qed jimmiraw li jiksbu kwalifika. Dan se jtejjeb it-trasparenza u l-portabbiltà tar-riżultati ta’ tagħlim ta’ ċittadini madwar u fl-Istati Membri f’żona ta’ tagħlim matul il-ħajja mingħajr fruntieri.

(5) L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tinħoloq sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (minn hawn ’il quddiem "ECVET") maħsuba sabiex tiffaċilità t-trasferiment, l-għarfien u l-akkumulazzjoni ta’ riżultati ta’ tagħlim ta’ individwi li qed jimmiraw li jiksbu kwalifika. Dan se jtejjeb it-trasparenza, il-mobbiltà transkonfinali u l-portabbiltà tar-riżultati ta’ tagħlim ta’ ċittadini madwar l-Istati Membri f’żona ta’ tagħlim matul il-ħajja mingħajr fruntieri u jtejjeb ukoll il-mobbiltà u l-portabbiltà tal-kwalifiki fil-livell nazzjonali bejn setturi varji tal-ekonomija u fi ħdan is-suq tax-xogħol.

Emenda  4

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiffaċilità l-kompatibbiltà u l-komparabilità bejn sistemi ta’ kredits użati fl-ETV u s-Sistema Ewropea għat-Trasferiment u l-Akkumulazzjoni ta’ Kredits (ECTS) li hija użata fis-settur ta’ l-edukazzjoni ogħla, u għalhekk għandha tikkontribwixxi għal permeabilità akbar bejn il-livelli ta’ edukazjoni u taħriġ, skond il-legiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali.

(9) Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiffaċilità l-kompatibbiltà, il-komparabilità u l-kumplimentarjetà bejn sistemi ta’ kredits użati fl-ETV u s-Sistema Ewropea għat-Trasferiment u l-Akkumulazzjoni ta’ Kredits (ECTS) li hija użata fis-settur ta’ l-edukazzjoni ogħla, u għalhekk għandha tikkontribwixxi għal permeabilità akbar bejn il-livelli ta’ edukazzjoni u taħriġ, skond il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali.

Emenda  5

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiffaċilita l-involviment tal-awtoritajiet kompetenti lokali u reġjonali fil-proċess li jgħaqqad l-oqsfa tal-kwalifiki nazzjonali/reġjonali mal-ECVET.

Emenda  6

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. jippromwovu s-sistema Ewropea ta’ kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (minn hawn ’il quddiem “ECVET”) kif stipulat fl-Anness 1 u 2 sabiex tkun iffaċilitatà l-mobbiltà transnazzjonali fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim matul il-ħajja mingħajr fruntieri;

1. jippromwovu s-sistema Ewropea ta’ kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (minn hawn ’il quddiem “ECVET”) kif stipulat fl-Anness 1 u 2 sabiex tkun iffaċilitatà l-mobbiltà transnazzjonali u r-rikonoxximent tar-riżultati tat-tagħlim fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim matul il-ħajja mingħajr fruntieri;

Emenda  7

Proposta għal rakkomandazzjoni

Rakkomandazzjoni 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. jiżguraw li l-partijiet interessati u l-individwi fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom aċċess għat-tagħrif u l-gwida għall-użu ta' l-ECVET. B’żieda ma’ dan, jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ l-ECVET għall-kwalifiki hija ppublikata b’mod xieraq mill-awtoritajiet kompetenti u li dokumenti “Europass” assoċjati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ikun fihom tagħrif rilevanti espliċitu;

4. jiżguraw li l-partijiet interessati, inklużi l-individwi fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom aċċess għat-tagħrif u l-gwida għall-użu ta' l-ECVET. B’żieda ma’ dan, jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ l-ECVET għall-kwalifiki hija ppubblikata b’mod xieraq mill-awtoritajiet kompetenti u li dokumenti “Europass” assoċjati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ikun fihom tagħrif rilevanti espliċitu;

Emenda  8

Proposta għal rakkomandazzjoni

Intenzjoni 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. tiżviluppa gwida u għodod għall-utenti b’kollaborazzjoni ma’ esperti u utenti nazzjonali u Ewropej, tiżviluppa għarfien espert għat-tisħiħ tal-kompatibbiltà bejn l-ECVET u s-Sistema Ewropea għat-Trasferiment u l-Akkumulazzjoni ta’ Kredits użata fis-settur ta’ l-Edukazzjoni Ogħla, u tipprovdi tagħrif regolari dwar l-iżviluppi ta' l-ECVET;

2. tiżviluppa gwida, għodod għall-utenti u l-għarfien espert għat-tisħiħ tal-kompatibbiltà u l-kumplimentarjetà bejn l-ECVET u s-Sistema Ewropea għat-Trasferiment u l-Akkumulazzjoni ta’ Kredits użata fis-settur ta’ l-Edukazzjoni Ogħla, b’kollaborazzjoni mal-esperti tal-VET u tal-edukazzjoni ogħla u mal-utenti fil-livell Ewropew u nazzjonali, u tipprovdi tagħrif regolari dwar l-iżviluppi ta' l-ECVET;

Emenda  9

Proposta għal rakkomandazzjoni

Anness 2 – punt 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Unità hija komponent ta’ kwalifika, li hija magħmula minn parti mill-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza meħtieġa għal kwalifika partikolari. Kwalifika tinkludi fil-prinċipju bosta unitajiet u hija magħmula minn sett sħiħ ta’ unitajiet. Għalhekk, individwu li jkun għadu qed jitgħallem jista’ jikseb kwalifika billi jakkumula l-unitajiet meħtieġa, miksuba f’pajjiżi differenti u f’kuntesti differenti (formali, mhux formali u informali).

1. Unità hija komponent ta’ kwalifika, li hija magħmula minn parti mill-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza meħtieġa għal kwalifika partikolari. Kull unità għandha għadd ta’ punti ta’ kredits tal-ECVET assoċjati. Kwalifika tinkludi fil-prinċipju bosta unitajiet u hija magħmula minn sett sħiħ ta’ unitajiet. Għalhekk, individwu li jkun għadu qed jitgħallem jista’ jikseb kwalifika billi jakkumula l-unitajiet meħtieġa, miksuba f’pajjiżi differenti u f’kuntesti differenti (formali, mhux formali u informali).

Emenda  10

Proposta għal rakkomandazzjoni

Anness 2 – punt 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Ftehim ta’ Tagħlim għandu jistabbilixxi li, jekk dak li għadu qed jitgħallem kiseb ir-riżultati ta’ tagħlim mistennija u dawn ġew evalwati b’mod pożittivi mill-istituzzjoni tal-pajjiż “ospitant”, l-istituzzjoni tal-pajjiż “ta’ oriġini” jista’ jivvalidhom u jirrikonoxxihom bħala parti mir-rekwiżiti għal kwalifika, skond ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti mill-istituzzjoni kompetenti.

Il-Ftehim ta’ Tagħlim għandu jistabbilixxi li, jekk dak li għadu qed jitgħallem kiseb ir-riżultati ta’ tagħlim mistennija u dawn ġew evalwati b’mod pożittiv mill-istituzzjoni tal-pajjiż “ospitant”, l-istituzzjoni tal-pajjiż “ta’ oriġini” għandha tivvalidhom u tirrikonoxxihom bħala parti mir-rekwiżiti għal kwalifika, skond ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti mill-istituzzjoni kompetenti.

PROĊEDURA

Titolu

Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET);

Referenzi

COM(2008)0180 – C6-0162/2008 – 2008/0070(COD)

Kumitat responsabbli

EMPL

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

24.4.2008

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

19.6.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Dumitru Oprea

22.5.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

24.6.2008

10.9.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

7.10.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Belet, Marielle De Sarnez, Marie-Hélène Descamps, Věra Flasarová, Milan Gaľa, Lissy Gröner, Ruth Hieronymi, Mikel Irujo Amezaga, Manolis Mavrommatis, Ljudmila Novak, Dumitru Oprea, Doris Pack, Thomas Wise

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Rolf Berend

PROĊEDURA

Titolu

Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET);

Referenzi

COM(2008)0180 – C6-0162/2008 – 2008/0070(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.4.2008

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

24.4.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

24.4.2008

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i)

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

19.6.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Thomas Mann

6.5.2008

 

 

Eżami fil-Kumitat

10.9.2008

6.10.2008

4.11.2008

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2008

 

 

 

Riżlutat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Edit Bauer, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Alejandro Cercas, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Jan Cremers, Proinsias De Rossa, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Harald Ettl, Karin Jöns, Joel Hasse Ferreira, Jean Lambert, Stephen Hughes, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Maria Matsouka, Elisabeth Morin, Juan Andrés Naranjo Escobar, Csaba Őry, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, Elisabeth Schroedter, José Albino Silva Peneda, Jean Spautz, Gabriele Stauner, Ewa Tomaszewska, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Françoise Castex, Anna Ibrisagic, Rumiana Jeleva, Claude Turmes

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Giles Chichester, Viktória Mohácsi, Silvia-Adriana Ţicău