RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti ta' kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku (tfassil mill-ġdid) (verżjoni kodifikata)
7.11.2008 - (COM(2008)0357 – C6‑0237/2008 – 2008/0123(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: József Szájer
(Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti ta' kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku (tfassil mill-ġdid) (verżjoni kodifikata)
(COM(2008)0357 – C6‑0237/2008 – 2008/0123(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0357),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0237/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 għall-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid ta' l-Atti Legali[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80 a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0429/2008),
A. billi, skont il-Grupp Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u li, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti preċedenti flimkien ma' dawn l-emendi, il-proposta tillimita lilha nnifisha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr bidla fil-kontenut tagħhom,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni hekk kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex tirreferi mill-ġdid il-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
NOTA SPJEGATTIVA
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[1] ġiet modifikata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006[2]. L-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE mmodifikata jintroduċi "proċedura regolatorja bi skrutinju" għall-"miżuri ta' ambitu ġenerali li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skont il-proċedura tal-kodeċiżjoni, inkluża t-tneħħija ta' wħud minn dawn l-elementi jew billi jissupplimentawh biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali”.
Wara li evalwat il-leġiżlazzjoni eżistenti u l-proċeduri fis-seħħ[3], il-Kummissjoni ppreżentat, fost l-oħrajn, din il-proposta ta' tfassil mill-ġdid li bdiet bħala kodifikazzjoni u ġiet trasformata sabiex tinkorpora l-emendi neċessarji biex jiġu adattati għall-proċedura regolatorja bi skrutinju.
Permezz ta' deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2007, il-Konferenza tal-Presidenti ħatret lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali bħala l-kumitat prinċipali responsabbli għal dan "l-allinjament kumitoloġiku" u lill-kumitati speċjalizzati bħala l-kumitati mitluba jagħtu opinjoni. Fil-15 ta' Jannar 2008, il-Konferenza taċ-Chairpersons tal-Kumitati stipulat il-modi ta’ koperazzjoni bejn il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-kumitati l-oħra konċernati.
Ir-rapporteur aċċetta l-adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju hekk kif ġiet proposta u m’hu qed jissuġġerixxi ebda emenda, apparti l-adattamenti tekniċi suġġeriti mill-Grupp Konsultattiv tas-Servizzi Legali.
- [1] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
- [2] ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.
- [3] COM(2007)0740.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
IL-KUNSILL IL-KUMMISSJONI
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti ta' kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku
COM(2008)357 finali tat-13.6.2008 - 2008/0123 (COD)
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 għall-użu aktar strutturat għat-teknika tat-tfassil mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikulari għall-punt 9 tiegħu, il-Grupp Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fid-19 ta' Ġunju u l-15 ta' Lulju 2008 kellu laqgħat iddedikati għall-eżami, fost l-oħrajn, tal-proposta msemmija hawn fuq, ippreżentata mill-Kummissjoni.
Waqt l-eżami[1] tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bil-għan tat-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva 71/316/KEE tal-Kunsill tat-26 ta’ Lulju 1971 li tikkonċerna t-tqabbil tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tad-dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti ta' kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku, il-Grupp innota, bi qbil komuni, dan li ġej:
1) Fi tmiem it-test tal-premessa 9, li tikkorrispondi għall-aħħar premessa tad-Direttiva 71/316/KEE, il-parti finali tat-test ta' din l-aħħar premessa għandha terġa' tiddaħħal. Il-premessa 9 tal-proposta għal kodifikazzjoni għandha għalhekk tinqara kif ġej: "Ir-regoli metroloġiċi nazzjonali jkopru diversi kategoriji ta’ strumenti u prodotti li jkejlu. Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali li għandhom x’jaqsmu, b’mod partikolari, mal-mudell KE approvat u proċeduri ta’ kontroll inizjali KE, kif ukoll metodi KE ta’ kontroll metroloġiku. Id-direttivi ta' implimentazzjoni li jkopru d-diversi kategoriji ta’ strumenti u prodotti għandhom jistabbilixxu l-ħtiġijiet tekniċi rigward id-disinn, il-funzjonament u l-preċiżjoni, il-proċeduri ta’ kontroll u, fejn xieraq, il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-ħtiġijiet tekniċi tal-Komunità għandhom jieħdu post il-dispożizzjonijiet nazzjonali li jkunu fis-seħħ."
2) Fl-ewwel Artikolu, paragrafu 3, tat-test kodifikat għandu jerġa' jiddaħħal il-kliem "jew ta' prodott imsemmi fil-paragrafu 1", li attwalment jidher wara l-kliem "ta' strument" fl-ewwel Artikolu, paragrafu 2, tad-Direttiva 71/316/KEE. Għalhekk, fil-verżjoni kodifikata tal-Att, l-ewwel Artikolu, paragrafu 3, għandu jinqara kif ġej: "L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw, jipprojbixxu jew jirrestrinġu għal raġunijiet marbuta ma' din id-Direttiva u direttivi partikulari li jikkonċernawhom id-dħul fis-suq u /jew id-dħul fis-servizz ta' strument jew ta' prodott imsemmi fil-paragrafu 1, li jkun bil-marki u/jew bis-sinjali CE fil-kondizzjonijiet previsti permezz ta’ din id-Direttiva u d-Direttivi partikulari li jikkonċernawhom."
3) Il-formulazzjoni attwali tal-ewwel Artikolu, paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 71/316 għandha terġa' tiddaħħal minflok it-test adattat li jidher fl-ewwel Artikolu, paragrafu 5, tat-test ikkodifikat. Il-formulazzjoni tal-ewwel Artikolu, paragrafu 5, tal-proposta għal kodifikazzjoni għandu jinqara kif ġej:
"5. Id-direttivi partikulari li jikkonċernaw is-suġġetti msemmija fil-paragrafu 1 se jispeċifikaw:
- b’mod partikulari, il-proċeduri u l-kwalitajiet metroloġiċi u l-ħtiġijiet tekniċi tal-attwazzjoni u l-funzjonament, fir-rigward tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, punt a),
- il-ħtiġijiet li jikkonċernaw paragrafu 1, punti b) u c)”.
4) Fl-Anness III, l-att ta' adeżjoni tal-Greċja għandu jissemma fost l-atti li mmodifikaw id-direttiva.
Dan l-eżami b'hekk ippermetta lill-Grupp Konsultattiv li jistabbilixxi bi qbil komuni li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp Konsultattiv innota wkoll li, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att preċedenti flimkien mat-tibdil sustanzjali msemmi, il-proposta tillimita ruħha għall-kodifikazzjoni pura u sempliċi, mingħajr tibdil sustanzjali tal-atti kkonċernati.
C. PENNERA J.-C. PIRIS C.F. DURAND Ġurikonsult
Ġurikonsult Aġent Direttur Ġenerali
- [1] Il-Grupp kellu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Franċiża, il-verżjoni oriġinali tad-dokument ta' ħidma.
PROĊEDURA
Titolu |
Strumenti ta' kejl u metodi ta’ kontroll metroloġiku (Tfassil mill-ġdid) |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0357 – C6-0237/2008 – 2008/0123(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
13.6.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 19.6.2008 |
|||||||
Kumitat mitlub jagħti opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 19.6.2008 |
|
|
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
IMCO 24.6.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur Data tal-ħatra |
József Szájer 19.12.2007 |
|
|
|||||
Data tal-adozzjoni |
4.11.2008 |
|
|
|
||||
Riżultati tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
24 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Carlo Casini, Titus Corlăţean, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Othmar Karas, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Diana Wallis, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka |
|||||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Sharon Bowles, Eva Lichtenberger, Rareş-Lucian Niculescu, Georgios Papastamkos, Gabriele Stauner, József Szájer, Jacques Toubon, Renate Weber |
|||||||