Proċedura : 2008/2286(ACI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0430/2008

Testi mressqa :

A6-0430/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/11/2008 - 7.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0536

RAPPORT     
PDF 207kWORD 135k
7.11.2008
PE 414.967v02-00 A6-0430/2008

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod

(COM(2008)0609 – C6-0345/2008 – 2008/2286(ACI))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Reimer Böge

PR_ACI_Funds

MOZZJONI GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod

(COM(2008)0609 – C6-0345/2008 – 2008/2286(ACI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0609 – C6-0345/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(1), u b'mod partikolari l-punt 28 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0430/2008),

A. billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jingħata appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed isofru l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u biex tgħinhom sabiex jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-assistenza finanzjarja min-naħa tal-Unjoni lill-ħaddiema li sfaw qegħda għandha tkun dinamika u disponibbli malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008,

C. billi l-Italja talbet assistenza fir-rigward ta' erba' każijiet li jirrigwardaw qgħad fis-settur tessili f'Sardinja, fil-Pjemonte, fil-Lombardija u fit-Toskana(3),

1.  Jistieden lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond skont id-dikjarazzjoni konġunta msemmija hawn fuq li permezz tagħha l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkonfermaw l-importanza li tkun żgurata proċedura mħaffa li tirrispetta l-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;

2.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)

ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)

EGF/2007/005 IT/Sardegna, EGF/2007/006 IT/Pjemonte, EGF/2007/007 IT/Lombardia u EGF/2008/001 IT/Toscana


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta'… Novembru 2008

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, fl-applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(1), u b'mod partikolari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)      Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ("il-Fond") twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg minħabba nuqqas ta' xogħol għalihom u li jsofru l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)      Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(3)      L-Italja ssottomettiet erba' applikazzjonijiet biex tniedi l-Fond fir-rigward ta' ħaddiema li m'hemmx xogħol għalihom fis-settur tat-tessuti: fid-9 ta' Awwissu 2007 għal Sardinja, fl-10 ta' Awwissu 2007 għall-Pjemonte, fis-17 ta' Awwissu 2007 għal-Lombardija u fit-12 ta' Frar 2008 għat-Toskana. Dawn l-applikazzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

(4)      Il-Fond, għalhekk, għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 35 158 075 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, ... Novembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

(1)

ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)

ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

I. Sfond

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni nħoloq biex jagħti għajnuna addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(1) u tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006(2), il-Fond ma jistax jaqbeż l-ammont massimu ta' EUR 500 miljun, meħuda mill-marġinu li jinsab taħt il-limitu massimu tal-infiq globali mis-sena preċedenti, u/jew mill-approprjazzjonijiet għall-impenji kkanċellati mis-sentejn ta' qabel, esklużi dawk relatati mal-Intestatura 1b. L-ammonti xierqa jiddaħħlu fil-baġit b'mod proviżorju hekk kif jiġu identifikati l-marġini u/jew l-impenji kkanċellati suffiċjenti.

Fir-rigward tal-proċedura sabiex jiġi attivat il-Fond, il-Kummissjoni, f'każ ta' evalwazzjoni pożittiva ta' applikazzjoni, tippreżenta proposta għall-mobilizzazzjoni tal-Fond lill-awtorità baġitarja u, fl-istess ħin, talba korrispondenti għal trasferiment. B'mod parallel, jiġi organizzat trijalogu sabiex jintlaħaq ftehim dwar l-użu tal-Fond u l-ammonti meħtieġa. It-trijalogu jista' jsir f'forma ssimplifikata.

II. Is-sitwazzjoni attwali: Il-proposta tal-Kummissjoni

Fl-2008, it-tieni sena tat-tħaddim tal-Fond, kien mobilizzat għall-ammont totali ta' EUR 13.9 miljun, wara evalwazzjoni pożittiva ta' erba' applikazzjonijiet minn Malta (VF Ltd. u Bortex Clothing Ind Ltd), mill-Portugall (Opel u Johnson Controls), minn Spanja (Delphi) u mil-Litwanja (Alytaus Tekstile).

Il-proposta attwali hija t-tlielet waħda kkunsidrata skont il-baġit tal-2008 u tirreferi għall-applikazzjonijiet minn erba' reġjuni fl-Italja: Sardinja, Pjemonte, Lombardija u Toskana u jirrigwardaw il-qgħad fis-settur tat-tessuti.

L-applikazzjonijiet(3) ġew ippreżentati mill-Awtoritajiet Taljani lill-Kummissjoni f'dawn id-dati: Sardinja 9 ta' Awwisu 2007, u ġiet kompletata b'informazzjoni addizzjonali fit-12 ta' Settembru 2007, fl-10 ta' Ottubru 2007 u fid-9 ta' Ġunju 2008; Pjemonte fl-10 ta' Awwisu 2007, u ġiet kompletata b'informazzjoni addizzjonali fid-19 ta' Novembru 2007, u fid-9 ta' Ġunju 2008; Lombardija fis-17 ta' Awwisu 2007, u ġiet kompletata b'informazzjoni addizzjonali fid-19 ta' Novembru 2007, fl-1 ta' Frar 2008 u fid-9 ta' Ġunju 2008; u Toskana fit-12 ta' Frar 2008, u ġiet kompletata b'informazzjoni addizzjonali fid-9 ta' Ġunju 2008.

L-erba' applikazzjonijiet kienu msejsa fuq il-kriterji ta' intervent speċifiku tal-Artikolu 2(b) tal-bażi legali(4) u tressqu fi żmien 10 ġimgħat kif imsemmi fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

L-awtoritajiet Taljani talbu kontribuzzjoni ta' EUR 35 158 075 biex ikopru parti mill-ispiża totali tal-miżuri ta' għajnuna, rispettivament: EUR 10.7 miljun għall-ħaddiema li m'għadx hemm xogħol għalihom fir-reġjun ta' Sardinja, EUR 7.8 miljun fir-reġjun tal-Pjemonte, EUR 12.5 miljun fir-reġjun tal-Lombardija u EUR 3.8 miljun fir-reġjun tat-Toskana.

Wara l-evalwazzjoni tagħha l-Kummissjoni tqis li dawn l-applikazzjonijiet huma konformi mal-kriterji ta' intervent u rekwiżiti oħra stipulati fir-Regolament Nru 1927/2006.

Il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond u t-talba rispettiva għat-trasferiment tal-ammont totali ta'

EUR 35 158 075 tressqu quddiem il-Parlament fit-3 ta' Ottubru 2008.

Wara l-evalwazzjoni tal-erba' talbiet, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Ewropew ta l-fehma tiegħu dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond, kif espressa fl-opinjoni mehmuża mar-rapport preżenti.

L-ammont totali annwali disponibbli għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni huwa ta' EUR 500 miljun. Dan l-ammont jista' jiġi mobilizzat u ttrasferit biss għal-linja baġitarja 04 05 01 ladarba jiġu adottati l-istrumenti baġitarji u legali xierqa.

Diġà kien mobilizzat ammont ta' EUR 3 106 882 għal żewġ applikazzjonijiet u diġà ġew proposti żewġ każijiet oħra b'total ta' EUR 10 770 772 mill-Kummissjoni u saret votazzjoni fil-Parlament fit-13 ta' Ottubru 2008, minn EUR 500 miljun allokati b'mod annwali għal dan l-istrument skont il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF):

Ħarsa ġenerali tal-applikazzjonijiet - 2008

 

 

 

 

 

1. Applikazzjonijiet approvati:

 

 

 

Referenza

Stat Membru

Każ

Kontribuzzjoni mill-EGF (€)

Sensji

EGF/2007/008

Malta

Malta

681 207

675

EGF/2007/010

Il-Portugall

Lisboa-Alentejo

2 425 675

1 549

Total (1)

3 106 882

 

 

 

2. Applikazzjonijiet attwali:

 

EGF/2008/002

Spanja

Delphi

10 471 778

1 589

EGF/2008/003

Il-Litwanja

Alytaus Tekstile

298 994

1 089

EGF/2007/005

Italja/Sardinja

Settur tat-tessuti: 5 kumpaniji

10 971 000

1 044

EGF/2007/006

Italja/Pjemonte

Settur tat-tessuti: 202 kumpaniji

7 798 750

1 537

EGF/2007/007

Italja/Lombarija

Settur tat-tessuti: 190 kumpanija

12 534 125

1 816

EGF/2008/001

Italja/Toskana

Settur tat-tessuti: 461 kumpanija

3 854 200

1 558

 

 

Total (2)

45 928 847

 

 

 

TOTAL (1+2)

49 035 729

 

 

 

 

 

 

N.B. Il-Fond ma jistax jaqbeż ammont massimu ta' EUR 500 miljun fis-sena

III. Il-Proċedura

Il-Kummissjoni ppreżentat talba għal trasferiment(5) sabiex iddaħħal approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet speċifiċi fil-baġit għall-2008, kif mitlub fil-Punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

It-trijalogu dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jista' possibilment ikollu forma ssimplifikata (skambju ta' ittri), kif previst fl-Artikolu 12(5) tal-bażi legali, ħlief jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill.

Skont ftehim intern mal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, dan il-kumitat għandu jiġi assoċjat fil-proċess, sabiex jingħataw appoġġ u kontribut kostruttivi għall-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni.

Id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, adottata matul il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, ikkonfermat l-importanza li tiġi żgurata proċedura rapida fejn ikun hemm rispett xieraq tal-Ftehima Interistituzzjonali għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(1)

ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)

ĠU L 406, 30.12.2006, p 1.

(3)

EGF/2007/005 IT/Sardegna, EGF/2007/006 IT/Pjemonte, EGF/2007/007 IT/Lombardia u EGF/2008/001 IT/Toscana

(4)

Regolament (KE) Nru. 1927/2006, ĠU L 406 tat-30.12.2006, p. 1 Regolament kif korrett fil-ĠU L 48, 22.2.2008, p.82

(5)

DEC 29/2008, BUDG/A7/2008/D/57259


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI

ES/sg

Is-Sur Reimer Böge

Chairman tal-Kumitat għall-Baġits

ASP 05F365

D(2008)62900

Suġġett:         Opinjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fil-każ ta' EGF/2007/005 IT/Sardegna, EGF/2007/006 IT/Pjemonte, EGF/2007/007 IT/Lombardia u EGF/2008/001 IT/Toscana

Sur Böge,

Fil-laqgħa tal-20 ta' Ottubru 2008, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL) eżamina l-mobilizzazzjoni tal-EGF fil-każ ta' EGF/2007/005 IT/Sardegna, EGF/2007/006 IT/Pjemonte, EGF/2007/007 IT/Lombardia, and EGF/2008/001 IT/Toscana. Fuq proposta tar-Rapporteur, is-Sna Stauner, il-Kumitat EMPL iddeċieda li jagħti l-opinjoni li ġejja f'din l-ittra sabiex b'hekk il-Kumitat BUDG ikun jista' jadotta r-rapport tiegħu fil-ħin.

Wara li sar eżami bir-reqqa tal-erba' applikazzjonijiet il-Kumitat EMPL irrikonoxxa li ż-żewġ talbiet jissodisfaw il-kriterji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 u għalhekk huwa favur il-mobilizzazzjoni tal-EGF fil-każijiet imressqa mill-Italja: EGF/2007/005 IT/Sardegna, EGF/2007/006 IT/Pjemonte, EGF/2007/007 IT/Lombardia u EGF/2008/001 IT/Toscana.

Fil-qosor, l-aktar elementi importanti tal-evalwazzjoni huma dawn:

a)        Osservazzjonijiet ġenerali

Kriterji ta' applikazzjoni (Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

L-erba' applikazzjonijiet tressqu qabel l-iskadenza ta' għaxar ġimgħat imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

Kriterji ta' intervent (Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

L-għadd ta' telf ta' impjiegi f'kull waħda mill-applikazzjonijiet mhux biżżejjed biex ikun hemm konformità mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Minħabba li l-qgħad seħħ f'erba' reġjuni speċifiċi NUTS II u f'NACE waħda Taqsima rev 2 (Taqsima 13: "Manifattura ta' tessuti"), il-kundizzjonijiet għal applikazzjoni skont l-Artikolu 2(b) tar-Regolament EGF intlaħqu.

Barra minn hekk l-analiżi tal-applikazzjonijiet jixhdu li dan il-qgħad jista' jiġi konness ma' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji, f'dan il-każ bidla radikali fid-distribuzzjoni tal-produzzjoni tat-tessuti. Pajjiżi terzi, (speċifikament iċ-Ċina u l-Indja) qed jiddominaw dejjem iktar il-kummerċ dinji tat-tessuti u l-ħwejjeġ, u pajjiżi bħat-Turkija u l-Bangladexx qed ikomplu jżidu s-sehem tagħhom fil-produzzjoni dinjija. Ristrutturar fuq skala kbira fl-industriji Ewropej tat-tessuti u l-ħwejjeġ mis-snin 90 ’il quddiem diġà wassal għal żieda fil-produttività u orjentazzjoni tal-produzzjoni lejn prodotti ta' kwalità għolja, flimkien ma’ tnaqqis fin-numru tal-ħaddiema b’terz bejn l-1990 u l-2004(1).

Flimkien mal-bidliet globali fis-suq, il-produtturi tat-tessuti fl-UE ffaċċjaw kompetizzjoni speċifika u miżjuda minħabba t-tmiem tal-Arranġament Mutlifibre (MFA) kif ukoll minħabba l-Ftehima dwar it-Tessuti u l-Ilbies (ATC). Bejn l-2004 u l-2006, kien hemm żieda annwali ta' madwar 10% fil-kwantità ta' ħwejjeġ importati fl-UE.

F'dak li jirrigwarda l-kategoriji ta' ħaddiema milquta, il-qgħad huwa mifrux fil-kategoriji kollha involuti fit-tħaddim ta' għadd daqshekk kbir ta' kumpaniji tat-tessuti (madwar 850). Fil-Pjemonte (68%) u fil-Lombardija (67%) il-biċċa l-kbira huma nisa. F'Sardinja, il-biċċa l-kbira tal-ħaddiema qegħda huma rġiel (59%). Fit-Toskana, il-qgħad huwa aktar mifrux b'mod indaqs, b'għadd ftit akbar ta' rġiel (52%).

In-natura mhux prevista tal-qgħad (Artikolu 5.2 a tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

Filwaqt li t-tmiem tal-MFA u l-ATC ma kienx mistenni, l-awtoritajiet Taljani stennew li dan, b'mod ġenerali, ikollu impatt baxx fuq il-produzzjoni u l-impjiegi. Imma speċjalment f'dawn l-erba' reġjuni l-konsegwenzi kienu ħafna akbar milli mistenni. Minkejja li kien hemm tnaqqis tal-ispejjeż, diversifikazzjoni tal-prodotti u investimenti f'għadd ta' titjib teknoloġiku fil-proċess ta' produzzjoni, ħafna kumpaniji li ġarrbu l-qgħad soffrew minn tnaqqis kbir fl-ordnijiet u żieda fil-kompetizzjoni minn produtturi ta' tessuti minn pajjiżi terzi.

Kriterji ta' kumplimentarjetà, konformità u koordinazzjoni (Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

Skont l-awtoritajiet Taljani l-azzjonijiet proposti huma konformi ma' oħra mfassla u implimentati permezz tal-fondi ESF u ERDF. Barra minn hekk, se jidħlu fis-seħħ miżuri li jiżguraw li azzjonijiet li huma eliġġibbli ma jingħatawx assistenza minn strumenti finanzjarji Komunitarji oħra.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani għandhom iġibu evidenza li l-fondi mhux se jintużaw għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji imma għal azzjonijiet rigward il-ħaddiema milquta.

Fl-aħħar, l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li l-kontribut finanzjarju mill-EGF ma jissostitwix miżuri li huma fir-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew skont il-ftehimiet kollettivi.

Spejjeż amministrattivi/assistenza teknika għall-implimentazzjoni tal-EGF (Artikolu 3.3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

L-ispejjeż amministrattivi, kif deskritti fl-erba' applikazzjonijiet Taljani, jkopru l-attivitajiet ta' preparazzjoni (inkluż l-ippjanifikar reġjonali u tal-provinċji, billi jiġu involuti l-isħab soċjali u l-partijiet interessati l-oħra), l-analiżi ta' kontroll u objettiv, id-definizzjoni dettaljata ta' pjan ta' intervent u l-ħolqien ta' netwerk ta' fornituri pubbliċi u privati ta' servizzi. L-attivitajiet speċifiċi ta' mmaniġġjar jinkludu l-koordinazzjoni, il-monitoraġġ u l-promozzjoni, kif ukoll il-ħolqien ta' Pjan ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni – parti minn Strateġija usa ta' Komunikazzjoni li għandha l-għan li l-azzjonijiet iffinanzjati jkunu publiċizzati fl-internet, fl-istampa u waqt l-avvenimenti. L-attivitajiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għandhom jevalwaw kemm l-effikaċja kontinwa tal-azzjonijiet kif ukoll ir-riżultati finali tal-azzjonijiet.

Is-sistemi ta' benefiċċji fl-Italja għall-persuni bla impjieg, fuq żmien qasir u fuq żmien twil

Is-Sistema fiha benefiċċju għall-persuni qegħda għal perjodu limitat, il-Fond Ordinarju ta' Garanzija tal-Paga (CIGO), il-Fond Straordinarju ta' Garanzija tal-Paga (CIGS), l-allowance għall-mobilità kif ukoll il-Fond Straordinarju ta' Garanzija tal-Paga f'każijiet eċċezzjonali (CIGS in dergoa).

b)        Il-każijiet differenti

EGF/2007/005 IT/Sardegna

L-impatt mistenni tal-qgħad

Il-Provinċja ta’ Nuoro, fejn kien hemm sensji, huwa ċ-ċentru ewlieni ta' produzzjoni tat-tessuti f’Sardenja. Għandha rata qawwija ta’ qgħad (10.8% fl-2006, meta mqabbla mal-medja nazzjonali fl-istess sena ta’ 6.8%), bir-rati l-iktar għolja fost il-kategoriji kemm tal-iżgħar età kif ukoll tal-ikbar età. Fl-2005, ir-rata tal-impjieg fi Nuoro kienet ta’ 51.6%, meta mqabbla mar-rata nazzjonali ta’ 57.5%. L-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li l-impatt ta’ dawn is-sensji inħass ħafna fost impjegati li huma diġà fraġili u iżolati.

Kriterji ta' intervent (Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

L-applikazzjoni ta' Sardinja tirrigwarda 1044 sensja definittiva f'5 kumpaniji. Dan l-għadd jilħaq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2 b (mill-anqas 1000 sensja fuq perjodu ta' 9 xhur, f'dan il-każ mis-27 ta' Ottubru 2006 sas-26 ta' Lulju 2007, b'mod partikulari fl-impriżi żgħar u ta' daqs medju, f'settur NACE 2 f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni li jmissu ma' xulxin fil-livell NUTS II).

Azzjonijiet eliġibbli (Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

Min qed japplika qed jipproponi li jkun hemm kombinazzjoni ta' servizzi personalizzati li jinkludu benefiċċju għall-kumpanija li timpjega taħt forma ta' rimbors għall-ispejjeż ta' taħriġ mill-ġdid u preparazzjoni għal xogħlijiet ġodda ta' dawk il-200 ħaddiema l-aktar ekonomikament żvantaġġjati u b'livell skolastiku baxx.

Barra minn hekk, qed tiġi offruta assistenza fit-tiftix ta' xogħol lill-ħaddiema kollha li ngħataw is-sensja kif ukoll allowance għat-tiftix ta' xogħol waqt il-perjodi li fihom il-ħaddiema jattendu għal taħriġ u konsulenza.

Jingħata kupun li għandu jintuża waqt il-perjodu ta' taħriġ.

EGF/2007/006 IT/Pjemonte

L-impatt mistenni tal-qgħad

Il-kompetittività tal-Pjemonte hija bbażata fuq l-industriji tal-bini u s-servizzi, iktar milli tat-tessuti. Nofs il-ħaddiema fil-Provinċja ta’ Biellese (“iċ-ċentru” tradizzjonali tal-manifattura tat-tessuti fil-Pjemonte u ż-żona ġeografika li fiha saru madwar 35% tal-applikazzjonijiet tas-sensji) huma involuti fil-produzzjoni, li minnhom terz jaħdmu fil-produzzjoni tat-tessuti. L-impatt fuq is-sensji fil-Pjemonte ġie rifless ukoll fiż-żieda ta’ talbiet għal għajnuna mill-Fond Straordinarju għall-Garanzija tal-Pagi (CIGS) (ara aktar 'l fuq).

Kriterji ta' intervent (Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

L-applikazzjoni tal-Pjemonte tirrigwarda 1,537 sensja definittiva f'202 kumpaniji. Dan l-għadd jilħaq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2 b (mill-anqas 1000 sensja fuq perjodu ta' 9 xhur, f'dan il-każ mis-27 ta' Ottubru 2006 sas-26 ta' Lulju 2007, b'mod partikulari fl-impriżi żgħar u ta' daqs medju, f'settur NACE 2 f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni li jmissu ma' xulxin fil-livell NUTS II).

Azzjonijiet eliġibbli (Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

Min qed japplika qed jipproponi li jkun hemm kombinazzjoni ta' servizzi personalizzati li jinkludu assistenza fit-tiftix tax-xogħol lill-ħaddiema li l-aktar għandhom bżonn ta' konsulenza u li l-aktar għandhom bżonn għajnuna waqt il-fażi ta' tiftix (madwar 50% tal-ħaddiema qegħda).

Barra minn hekk, il-konsulenza fix-xogħol tirriżulta fi Pjan ta' Azzjoni Individwali għal kull ħaddiem li ngħata s-sensja li jinkludi taħriġ strutturat u analiżi professjonali tal-ħtiġijiet.

Se jkunu offruti kemm konsulenza u kemm Promozzjoni tal-Intraprenditorija.

Il-benefiċċji għat-tiftix ta' xogħol jitħallsu sabiex l-integrazzjoni f'kumpanija oħra tkun aktar faċli. Dan jammonta għal € 6 000 għal kull ħaddiem li kellu kuntratt permanenti, jew € 1 500 għal kull ħaddiem li kellu kuntratt temporanju ta' mill-anqas 12-il xahar, u dan il-benefiċċju jingaħta lill-kumpanija li timpjega biex jirrifletti l-investiment meħtieġ biex il-kumpanija li timpjega terġa' tħarriġhom u tippreparahom għax-xogħol il-ġdid tagħhom.

Allowance għal waqt it-tiftix tax-xogħol tgħin lill-ħaddiema li qed ifittxu impjieg ġdid b'mod attiv u huwa konness mal-perjodi li waqthom ikunu qed jattendu għal taħriġ jew konsulenza.

Jingħata kupun għat-taħriġ lill-ħaddiema kollha li ngħataw is-sensja. Dan għandu jintnefaq għat-taħriġ.

EGF/2007/007 IT/Lombardia

L-impatt mistenni tal-qgħad

L-awtoritajiet Taljani ppreżentaw stampa ta’ kuntrast bejn il-kompetittività ġenerali tas-setturi li mhumiex fil-produzzjoni tat-tessuti fir-Reġjun, kontra xejra 'l isfel fil-kompetittività tal-produzzjoni tat-tessuti. L-ikbar konċentrazzjoni tal-impriżi tat-tessuti hija f’Milan, Brescia, Varese, Bergamo u Komo u dawn diġà kienu qed imorru lura dawn l-aħħar snin. L-awtoritajiet Taljani jużaw dejta INAIL(2) biex juru li s-sitwazzjoni qed tiggrava fis-settur tat-tessuti f’dawn iż-żoni: in-numru ta’ nies impjegati fis-settur fil-Lombardija naqas minn 22 426 fl-2000 għal 17 267 fl-2004, tnaqqis ta’ madwar 23% f’erba’ snin.

Kriterji ta' intervent (Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

L-applikazzjoni tal-Lombardija tirrigwarda 1,816 sensja definittiva f'190 kumpanija. Dan l-għadd jilħaq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2 b (mill-anqas 1000 sensja fuq perjodu ta' 9 xhur, f'dan il-każ mis-27 ta' Ottubru 2006 sas-26 ta' Lulju 2007, b'mod partikulari fl-impriżi żgħar u ta' daqs medju, f'settur NACE 2 f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni li jmissu ma' xulxin fil-livell NUTS II).

Azzjonijiet eliġibbli (Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

Min qed japplika qed jipproponi li jkun hemm kombinazzjoni ta' servizzi personalizzati li jinkludu pjan ta' intervent personalizzat għall-ħaddiema kollha qegħda li għandu jiddefinixxi l-kundizzjonijiet tal-pjan ta' impjieg mill-ġdid u juri kif dan il-pjan se jkun monitorat u evalwat.

Se jkun hemm disponibbli servizzi ta' taħriġ u servizzi għall-integrazzjoni mill-ġdid sabiex il-ħaddiema kollha jkollhom għajnuna biex jiksbu kapaċitajiet ġodda jew biex isaħħu dawk li diġà għandhom.

Ħafna mill-ħaddiema li huma fil-mira ta' dawn is-servizzi se jirċievu kupun li bih jieħdu rimbors tal-ispejjeż li jkunu saru waqt it-tiftix għax-xogħol.

Il-256 ħaddiem qiegħed li mhumiex eliġibbli għal kwalunkwe tip ta' allowance għall-qgħad jistgħu jirċievu benefiċċju għat-tiftix tax-xogħol bil-kundizzjoni li jipparteċipaw fi pjan personalizzat maħsub għall-impjieg mill-ġdid.

Allowance għal waqt it-tiftix tax-xogħol tgħin lill-ħaddiema li qed ifittxu mpjieg ġdid b'mod attiv u huwa konness mal-perjodi li waqthom ikunu qed jattendu għal taħriġ jew konsulenza.

EGF/2008/001 IT/Toscana

L-impatt mistenni tal-qgħad

L-għadd ta’ ditti tat-tessuti fil-Provinċja ta’ Prato, naqas bi kważi 20% bejn l-2002 (5 508) u l-2006 (4 429). L-għadd ta’ ħaddiema fl-impriżi tat-tessuti fi Prato naqas ukoll matul l-istess perjodu, b'25% (28 600 fl-2002, meta mqabbel ma’ 21 436 fl-2006). L-istatistika reġjonali l-iktar reċenti turi li filwaqt li ġeneralment, ix-xejriet ta’ impjieg reġjonali huma stabbli, in-numru ta’ ħaddiema fl-industrija tat-tessuti qed jonqos (-5.7 % fit-tielet kwart tal-2007, meta mqabbel mas-sena ta’ qabel).

Kriterji ta' intervent (Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

L-applikazzjoni tal-Pjemonte tirrigwarda 1,558 qgħad definittiv f'461 kumpanija. Dan l-għadd jilħaq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2 b (mill-anqas 1000 sensja fuq perjodu ta' 9 xhur, f'dan il-każ mis-27 ta' Ottubru 2006 sas-26 ta' Lulju 2007, b'mod partikulari fl-impriżi żgħar u ta' daqs medju, f'settur NACE 2 f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni li jmissu ma' xulxin fil-livell NUTS II).

Azzjonijiet eliġibbli (Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

Min qed japplika qed jipproponi li jkun hemm kombinazzjoni ta' servizzi personalizzati li jinkludu assistenza fit-tiftix tax-xogħol lill-ħaddiema li l-aktar għandhom bżonn ta' konsulenza u li l-aktar għandhom bżonn għajnuna waqt il-fażi ta' tiftix (madwar 50% tal-ħaddiema qegħda) u se tingħata konsulenza dwar ix-xogħol lill-ħaddiema kollha kkonċernati.

Sabiex dawn il-miżuru jkunu infurzati, se ssir konsulenza akar fil-fond mat-300 ħaddiem li għandhom livell ta' impjieg medju sa baxx.

Il-promozzjoni tal-intraprenditorija hija disponibbli għal dawk li għandhom potenzjal ta' intraprenditorija.

Allowance għal waqt it-tiftix tax-xogħol tgħin lill-ħaddiema li qed ifittxu mpjieg ġdid b'mod attiv u huwa konness mal-perjodi li waqthom ikunu qed jattendu għal taħriġ jew konsulenza.

Jingħata kupun għat-taħriġ lill-ħaddiema kollha li ngħataw is-sensja. Dan għandu jintnefaq għat-taħriġ.

c)        Ir-rimarki tar-Rapporteur għal opinjoni

Ir-Rapporteur għal opinjoni, is-Sra Stauner taqbel li l-erba' reġjuni Taljani jissodisfaw il-kriterji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Madankollu mhijiex kuntenta bil-komplessità tal-miżuri proposti għax b'hekk huwa diffiċili li jingħata ġudizzju dwar l-utilità tagħhom u jkun żgurat li jkunu kumplimentati mingħajr ma jkun hemm pagamenti minn għejun oħra. Barra minn hekk, jiddispjaċiha li minkejja li jidher li diġà ttieħdu miżuri għat-taħriġ, għad ma sarx rapport dwar l-għamla tat-taħriġ jew ir-riżultati. Fl-aħħar, l-għotja tad-dettalji rigward l-assistenza teknika kienet tkun mixtieqa għall-eżaminiazzjoni tal-applikazzjoni.

d)        Evalwazzjoni tal-proċedura

Il-Kumitat EMPL jinsab imħasseb minħabba li rċieva l-informazzjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-EGF f'dawn il-każijiet biss jumejn qabel it-tħabbira fil-plenarja u l-bidu tal-perjodu ta' sitt ġimgħat għall-ilħuq ta' ftehim fil-Kunsill. Fil-fatt, id-deċiżjoni kellha tittieħed f'laqgħa straordinarja tal-kumitat sabiex l-evalwazzjoni tal-każijiet titressaq fi żmien xieraq.

Għalhekk, il-Kumitat EMPL itenni li huwa assolutament meħtieġ li jkun hemm komunikazzjoni sħiħa tat-talbiet li tirċievi l-Kummissjoni fi żmien bikri sabiex ikun hemm mobilizzazzjoni effiċjenti u fil-ħin tal-EGF. It-twissija bikrija bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, kif intwera fil-każijiet DELPHI u Alytaus Tekstile, kienet siewja ħafna u għandha tibqa' sseħħ fil-futur.

Barra minn hekk, il-membri tal-Grupp ta' Ħidma japprezzaw jekk jirċievu mill-aktar fis possibbli r-rapporti dwar l-ewwel każijiet iffinanzjati mill-EGF. Dawn ir-rapporti se jkunu siewja ħafna fir-rigward ta' applikazzjonijiet futuri għaliex jipprovdu materjal għall-possibilità ta' reviżjoni tar-regolament EGF.

Il-Kumitat EMPL jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-Kumitat responsabbli, biex jiżgura li dawn il-kunsiderazzjonijiet jiddaħħlu fid-deċiżjoni tiegħu.

Dejjem tiegħek,

Jan Andersson

Cc:      Ms. Gabriele Stauner, MEP

(1)

            Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ fuq il-Bidla (EMCC). Setturi Futuri – Tessuti u Ġlud fl-Ewropa: era li spiċċat jew bidu ġdid? (2004) http://www.eurofound.europa.eu/emcc/content/source/tn04004a.htm

(2)

            INAIL: Istituto nazionale per l'assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (L-Awtorità Taljana għall-Kumpens tal-Ħaddiema)


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.11.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

0

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Paulo Casaca, Valdis Dombrovskis, Hynek Fajmon, Vicente Miguel Garcés Ramón, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Catherine Guy-Quint, Wiesław Stefan Kuc, Eleonora Lo Curto, Vladimír Maňka, Jan Mulder, Gianni Pittella, Esko Seppänen, Nina Škottová, Gary Titley, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

Avviż legali - Politika tal-privatezza