RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura unika ta’ applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru

7.11.2008 - (COM(2007)0638 – C6‑0470/2007 – 2007/0229(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Patrick Gaubert
Rapporteur għal opinjoni (*) :
Rumiana Jeleva, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
(*) Proċedura b'kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2007/0229(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0431/2008

(*) Proċedura ma' kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' ProċeduraABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura unika ta’ applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru

(COM(2007)0638 – C6‑0470/2007 – 2007/0229(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0638),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 63(3)(a) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0470/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u għall-Affarijiet Soċjali (A6–0431/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-kundizzjonijiet u l-kriterji li fuqhom tista’ tiġi rrifjutata applikazzjoni għal permess uniku huma stabbiliti fil-liġi nazzjonali inkluż l-obbligu li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-preferenza Komunitarja kif inhu espress partikolarment fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-Atti ta’ Adeżjoni tas-16 ta’ April 2003 u tal-25 ta’ April 2005.

(6) Il-kundizzjonijiet u l-kriterji li fuqhom tista’ tiġi rrifjutata applikazzjoni għal permess uniku għandhom ikunu oġġettivi, verifikabbli u stabbiliti fil-liġi nazzjonali.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Il-perjodu ta' validità tal-permess uniku għandu jkun stabbilit minn kull Stat Membru.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Iċ-ċittadini kollha ta' pajjiżi terzi b’residenza legali u b’xogħol fl-Istati Membri għandhom igawdu mill-inqas l-istess ġabra komuni ta’ drittijiet fil-forma ta' trattament ugwali maċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru ospitanti rispettiv, irrispettivament mill-għan inizjali tal-ammissjoni jew il-bażi għaliha. Id-dritt għat-trattament ugwali fl-oqsma speċifikati minn din id-Direttiva għandu jingħata mhux biss lil dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ġew ammessi fit-territorju ta' Stat Membru biex jaħdmu iżda wkoll lil dawk kollha li ġew ammessi għal skopijiet oħra u ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru skont leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità jew nazzjonali inklużi l-membri tal-familja ta' ħaddiem ta' pajjiż terz li huma ammessi fl-Istat Membru skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt għar-reunifikazzjoni tal-familja, iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ammessi fit-territorju ta’ Stat Membru skont id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ l-istudenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju u r-riċerkaturi ammessi skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta’ Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ riċerka xjentifika.

(10) Iċ-ċittadini kollha ta' pajjiżi terzi b’residenza legali u b’xogħol fl-Istati Membri għandhom igawdu tal-anqas mill-istess ġabra komuni ta’ drittijiet relatati mal-impjieg fil-forma ta' trattament ugwali maċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru ospitanti rispettiv, irrispettivament mill-għan inizjali tal-ammissjoni jew il-bażi għaliha. Id-dritt għat-trattament ugwali fl-oqsma speċifikati minn din id-Direttiva għandu jingħata mhux biss lil dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ġew ammessi fit-territorju ta' Stat Membru biex jaħdmu iżda wkoll lil dawk kollha li ġew ammessi għal skopijiet oħra u ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru skont leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità jew nazzjonali inklużi l-membri tal-familja ta' ħaddiem ta' pajjiż terz li huma ammessi fl-Istat Membru skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt għar-reunifikazzjoni tal-familja, iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ammessi fit-territorju ta’ Stat Membru skont id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ l-istudenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju u r-riċerkaturi ammessi skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta’ Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ riċerka xjentifika.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew ammessi fit-territorju ta’ Stat Membru għal perjodu ta' mhux aktar minn 6 xhur fi kwalunkwe perjodu ta’ tnax-il xahar biex jaħdmu fuq bażi staġjonali m’għandhomx ikunu koperti mid-Direttiva minħabba l-istatus temporanju tagħhom.

(13) Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew ammessi fit-territorju ta’ Stat Membru biex jaħdmu fuq bażi staġjonali m’għandhomx ikunu koperti mid-Direttiva minħabba l-istatus temporanju tagħhom kif ukoll minħabba l-fatt li se jiġu ttrattati f'direttiva speċifika.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Il-benefiċjarji ta' protezzjoni temporanja għandhom ikunu suġġetti għal din id-Direttiva f'dak li jirrigwarda l-ġabra komuni ta' drittijiet, minħabba li dawn huma awtorizzati li jaħdmu b'mod legali fit-territorju ta' Stat Membri.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 18 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Din id-Direttiva għandha tkun implimentata mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli li jinsabu fil-leġiżlazzjoni u fl-istrumenti internazzjonali tal-UE.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija f'minoranza nazzjonali, ġid, twelid, diżabilitajiet, età jew orjentazzjoni sesswali partikolarment skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol.

(19) L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija f'minoranza nazzjonali, ġid, twelid, diżabilitajiet, età jew orjentazzjoni sesswali partikolarment skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, u bi qbil mal-leġiżlazzjoni futura f'dan il-qasam, bħall-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426).

Ġustifikazzjoni

Leġiżlazzjoni futura għandha wkoll tinżamm preżenti.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) proċedura unika ta’ applikazzjoni għall-ħruġ ta’ permess uniku għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex ikunu jistgħu jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru, sabiex tkun simplifikata l-ammissjoni tagħhom u jiġi ffaċilitat il-kontroll ta’ l-istatus tagħhom u;

(a) proċedura unika ta’ applikazzjoni għall-ħruġ ta’ permess uniku għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex ikunu jistgħu jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru, sabiex tkun simplifikata l-proċedura ta' ammissjoni tagħhom u jiġi ffaċilitat il-kontroll ta’ l-istatus tagħhom u;

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru.

(b) ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru, irrispettivament mill-għanijiet li għalihom kienu ammessi inizjalment fit-territorju ta' Stat Membru.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-direttiva ma tbiddilx il-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tal-ammissjoni ta' ċittadini ta’ pajjiżi terzi għas-swieq tax-xogħol tagħhom.

Emenda                     11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ''Proċedura unika ta’ applikazzjoni'': tfisser kwalunkwe proċedura li twassal, abbażi ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ residenza u tax-xogħol ta’ ċittadin minn pajjiż terz fit-territorju ta’ Stat Membru, għal deċiżjoni dwar permess uniku għal dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz.

(d) ''Proċedura unika ta’ applikazzjoni'': tfisser kwalunkwe proċedura li twassal għal deċiżjoni dwar permess uniku li tawtorizza ċittadin ta’ pajjiż terz biex jgħix u jaħdem fit-territorju ta’ Stat Membru, fuq il-bażi ta’ applikazzjoni magħmula minn dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew minn min ikun se jimpjegah.

Ġustifikazzjoni

Huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu min jista' jagħmel l-applikazzjoni. Barra minn hekk, dan huwa l-ispirtu tal-artikolu 4 (proċedura ta’ applikazzjoni unika) tal-proposta tal-Kummissjoni, li b’mod intenzjonat mhuwiex ċar dwar il-kwistjoni ta’ min għandu jagħmel l-applikazzjoni.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu (d) a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

da) "xogħol tal-fruntiera": tfisser it-twettiq ta' xogħol fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru ta' residenza min-naħa ta' ħaddiem tal-fruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiddefinixxi t-terminu 'xogħol tal-fruntiera'.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikoku 3 – paragrafu 1 – punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għall-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi b’residenza legali fi Stat Membru.

(b) għall-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi b’residenza legali fi Stat Membru, irrispettivament mill-għanijiet li għalihom kienu ammessi inizjalment fit-territorju ta' Stat Membru.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-Direttiva ma tapplikax għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li:

2. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-proċedura unika biex jinħareġ permess uniku li jawtorizza ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru ma japplikawx għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li:

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda sservi biex tiċċara l-ambigwitajiet fil-proposta tal-Kummissjoni. Waqt li proċedura ta' permess uniku tapplika biss għal ċerti ħaddiema ta' pajjiżi terzi, il-ġabra komuni ta' drittijiet tapplika wkoll għall-ħaddiema kollha ta' pajjiżi terzi (kjarifika fir-rigward tal-Artikolu 12). B'mod ieħor, tista' seħħ diskriminizzazzjoni bejn ħaddiema ta' pajjiżi terzi minħabba kwistjoni fundamentali tad-dritt ta' trattament ugwali.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ġew ammessi fit-territorju ta’ Stat Membru għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur fi kwalunkwe perjodu ta’ 12-il xahar biex jaħdmu fuq bażi staġjonali;

(d) li ġew ammessi fit-territorju ta' Stat Membru biex jaħdmu fuq bażi staġjonali;

Ġustifikazzjoni

Il-ħaddiema staġjonali għandhom ikunu koperti minn direttiva separata; huwa f’dan il-qafas li l-kunċett ta’ “ħaddiem staġjonali” għandu jiġi ddefinit.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - paragrafu 2 - punt d) a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) li ġew ammessi fit-territorju ta’ Stat Membru biex jaħdmu hemm għal mhux aktar minn sitt xhur, esklussivament fir-rigward tal-qasam tal-proċedura unika;

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - paragrafu 2 - punt (f)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f) jgħixu fi Stat Membru bħala applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew taħt skemi ta' protezzjoni temporanja;

f) jgħixu fi Stat Membru bħala applikanti għal protezzjoni internazzjonali;

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex ċar għaliex il-perusni li jibbenfikaw minn protezzjoni temporanja taħt id-Direttiva 2001/55/KE tal-Kunsill tal-20 ta' Lulju 2001 għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, speċjalment meta l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/55/KE jgħid "L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw, għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx dak tal-protezzjoni temporanja, persuni li jgawdu l-protezzjoni temporanja li jidħlu għall-attivitijajiet tax-xogħol jew tax-xogħol għal rasu", u li dan il-perjodu, skont l-Artikolu 4, għandu jkun ta' sena, bil-possibilità li jiġġedded awtomatikament għal perjodi ta' sitt xhur sa żmien massimu ta' sena.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Hija r-responsabilità tal-Istati Membri li jiddeterminaw jekk l-applikazzjoni unika għall-permess għandhiex issir miċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat, mill-persuna li tkun se timpjegah, jew minn kwalunkwe minn dawn it-tnejn.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 b. F’każ li l-applikazzjoni unika għall-permess issir miċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat, din l-applikazzjoni għandha tkun tista’ ssir u tiġi eżaminata kemm meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun qed jgħix barra mit-territorju tal-Istat Membru fejn huwa jixtieq jidħol, kif ukoll meta huwa diġà jinsab legalment fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi evitat ir-riskju tal-klandestinità, jaqbel li jiġi stipulat li ċittadin ta’ pajjiż terz li jinsab legalment fit-territorju ta’ Stat Membru u li jixtieq iwettaq attività bi ħlas f’dan l-Istat Membru jkun jista’ jressaq l-applikazzjoni unika tiegħu għall-permess.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F’każ li l-permess tal-applikant jiskadi qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-applikazzjoni tiegħu, l-Istat Membru inkarigat biex jeżamina l-applikazzjoni għandu jawtorizza lill-persuna kkonċernata, u fejn applikabbli lill-familja tiegħu, biex tgħix legalment fit-territorju tiegħu sakemm tkun ittieħdet deċiżjoni rigward l-applikazzjoni tiegħu għal tiġdid tal-permess uniku.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk l-informazzjoni li tappoġġja l-applikazzjoni ma tkunx biżżejjed, l-awtorità magħżula għandha tinnotifika lill-applikant dwar l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet jirċievu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

4. Jekk l-informazzjoni li tappoġġja l-applikazzjoni ma tkunx sħiħa fir-rigward tal-kriterji ffissati pubblikament, l-awtorità magħżula għandha tinnotifika lill-applikant dwar l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet jirċievu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a. F’każ ta’ sospensjoni jew ta’ estensjoni tad-data tal-iskadenza tal-adozzjoni tad-deċiżjoni stipulata fil-paragrafu 1, l-applikant għandu jinżamm infurmat kif xieraq mill-awtorità kompetenti.

Ġustifikazzjoni

Jaqbel li jiġi żgurat l-ogħla livell ta' trasparenza fil-proċedura, sabiex l-applikant ikun jista' jsegwi l-progress tal-applikazzjoni tiegħu.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. L-awtoritajiet kompetenti maħtura mid-diversi Stati Membri għandhom jiskambjaw id-dejta dwar deċiżjonijiet biex jingħata jew jiġġedded il-permess uniku sabiex ikun evitat li l-permess uniku jinħareġ minn aktar minn Stat Membru wieħed għal applikazzjonijiet mill-istess persuna.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 6, subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Stat Membru jista' joħroġ lil detentur ta' permess uniku li jkun inħareġ minn Stat Membru ieħor permess li jippermettilu li jagħmel xogħol tal-fruntiera. Dan il-permess għandu jinħareġ skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. Il-perjodu ta' validità ta' dan il-permess ma jistax ikun itwal mill-perjodu ta' validità ta' permess uniku maħruġ mill-Istat Membru l-ieħor.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tagħmilha possibbli għal detenturi ta' permess uniku li jaħdmu fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkollhom ibiddlu r-residenza biex jagħmlu dan.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Deċiżjoni ta’ rifjut tal-applikazzjoni, li biha ma jinħariġx, ma jiġix modifikat jew imġedded, jiġi sospiż jew irtirat il-permess uniku fuq il-bażi tal-kriterji speċifikati fil-liġi Komunitarja jew nazzjonali, għandha tkun motivata fin-notifika miktuba.

1. Deċiżjoni ta’ rifjut tal-applikazzjoni, li biha ma jinħariġx, ma jiġix modifikat jew imġedded, jiġi sospiż jew irtirat il-permess uniku fuq il-bażi tal-kriterji speċifikati fil-liġi Komunitarja jew nazzjonali, għandha tkun motivata b'raġunijiet oġġettivi u verifikabbli fin-notifika miktuba. Dawk il-kriterji għandhom ikunu oġġettivi u miftuħa għall-pubbliku, sabiex id-deċiżjoni tkun tista' tiġi vverifikata.

Ġustifikazzjoni

It-trasparenza hi meħtieġa biex tinħoloq ċertezza ġuridika.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kwalunkwe deċiżjoni ta’ rifjut tal-applikazzjoni, li biha ma jinħariġx, ma jiġix modifikat jew imġedded, jiġi sospiż jew irtirat il-permess uniku tista' tiġi kkontestata quddiem il-qrati ta’ l-Istat Membru kkonċernat. In-notifika miktuba għandha tispeċifika l-proċeduri possibbli ta' rimedju disponibbli u t-terminu biex tittieħed dik l-azzjoni.

2. Kwalunkwe deċiżjoni ta’ rifjut tal-applikazzjoni, li biha ma jinħariġx, ma jiġix modifikat jew imġedded, jiġi sospiż jew irtirat il-permess uniku tista' tiġi kkontestata quddiem l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat maħtura skont il-liġi nazzjonali. In-notifika miktuba għandha tispeċifika l-proċeduri possibbli ta' rimedju disponibbli inkluża l-awtorità kompetenti u t-terminu biex tittieħed dik l-azzjoni. Il-kontestazzjoni għandha tissospendi d-deċiżjoni amministrattiva sakemm tingħata deċiżjoni definittiva mill-qorti.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jinfurmaw liċ-ċittadin minn pajjiż terz u lill-persuna li ser tħaddmu fil-futur dwar id-dokumenti ta’ prova li jinħtieġu biex jikkompletaw l-applikazzjoni.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li ġabra ta’ informazzjoni aġġornata b’mod regolari, dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u ta’ residenza taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tiegħu għal skopijiet ta’ xogħol, tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali, b’mod partikulari permezz tal-konsulat tiegħu. B’mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jinfurmaw liċ-ċittadin minn pajjiż terz u lill-persuna li ser tħaddmu fil-futur dwar id-dokumenti ta’ prova li jinħtieġu biex jikkompletaw l-applikazzjoni, kif ukoll dwar il-ħlas globali dovut sabiex tiġi pproċessata l-applikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tinkludi dispożizzjonijiet oħra rigward l-informazzjoni tal-applikant imsemmija fl-Artikolu 14 tal-kapitolu IV (Dispożizzjonijiet finali), b’mod li mhux totalment adattat billi l-kapitolu IV huwa dwar il-modalitajiet tat-traspożizzjoni tad-direttiva. Huwa għandu l-għan li jiggarantixxi li l-informazzjoni tkun tista’ tinkiseb fil-pajjiżi tal-oriġini u li din tiġi estiża għall-aspetti finanzjarji tal-ipproċessar tal-applikazzjoni.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-applikanti biex iħallsu l-miżati għall-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet skont din id-Direttiva. Il-livell tal-miżati għandu jkun proporzjonat u jista’ jkun ibbażat fuq il-prinċipju tas-servizz attwalment ipprovdut.

L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-applikanti biex iħallsu l-miżati għall-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet skont din id-Direttiva. Il-livell tal-miżati għandu jkun proporzjonat u raġjonevoli u m'għandux ikun aktar mill-ispejjeż li fil-verità tkun ġarrbet l-amministrazzjoni nazzjonali. Għandu jiġi stabbilit ammont globali massimu fil-liġi nazzjonali li jinkludi, fejn xieraq, l-ispejjeż ta’ sottokuntrattar li jirriżultaw mill-użu ta’ kumpaniji esterni għall-ġbir tad-dokumenti meħtieġa għall-fajl sabiex jinkiseb il-permess.

Ġustifikazzjoni

L-applikanti għandhom ikunu infurmati b’mod ċar dwar l-ammont ta' ħlas dovut biex jinkiseb permess uniku, u fejn jintuża sottokuntrattar għall-ġbir tal-informazzjoni għall-fajl, għandu jiġi evitat kwalunkwe abbuż.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul il-perjodu tal-validità tiegħu, il-permess uniku għandu jintitola lid-detentur tiegħu għall-inqas:

Matul il-perjodu tal-validità tiegħu, kif stabbilit minn kull Stat Membru, il-permess uniku għandu jintitola lid-detentur tiegħu għall-inqas:

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li jkollu aċċess liberu għat-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat li joħroġ il-permess uniku, fil-limiti li hemm hemm dispożizzjoni dwarhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal raġunijiet ta' sigurtà;

(c) li jkollu aċċess liberu għat-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat li joħroġ il-permess uniku. L-Istati Membri jistgħu jimponu restrizzjonijiet territorjali fuq id-dritt ta' residenza u d-dritt tax-xogħol fil-limiti li hemm dispożizzjoni dwarhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal raġunijiet ta' sigurtà fejn l-istess restrizzjonijiet japplikaw għaċ-ċittadini tagħhom stess;

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 a(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Notifika tad-deċiżjonijiet

 

In-notifika u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 5, 8 u 9 għandhom ikunu komunikati b'mod li l-applikant ikun jista' jifhem il-kontenut u l-implikazzjonijiet tagħhom.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 - paragrafu 1 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-ħlas u t-tkeċċija kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

(a) il-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-ħlas, il-vaganzi, il-ħin ta' ħidma u t-tkeċċija kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta' xi organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi l-benefiċċji konferiti minn dawn l-organizzazzjonijiet, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika;

(b) il-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta' xi organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi l-benefiċċji konferiti minn dawn l-organizzazzjonijiet, bħall-informazzjoni u l-appoġġ, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika;

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

(c) l-edukazzjoni fis-sens il-wiesa' tat-terminu (it-tagħlim tal-ilsna u l-familjarizzazzjoni kulturali bl-iskop li titjieb l-integrazzjoni) u taħriġ vokazzjonali;

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ir-rikonoxximent ta' diplomi, ċertifikati u kwalifiki professjonali oħra, skont il-proċeduri nazzjonali rilevanti;

(d) ir-rikonoxximent ta' diplomi, ċertifikati u kwalifiki professjonali oħra, skont il-proċeduri nazzjonali rilevanti applikabbli skont it-termini tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali1.

 

1 ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 - paragrafu 1 - punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) il-ħlas ta’ pensjonijiet miksuba meta jiċċaqalqu għal pajjiż terz;

(f) il-portabilità ta’ pensjonijiet jew annwalitajiet fir-rigward tax-xjuħija, mewt, jew invalidità bir-rata applikata skont il-liġi tal-Istat Membru (jew Stati Membri) debitur meta dak li jkun imur jgħix f’pajjiż terz;

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 - paragrafu 1 - punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) il-benefiċċji tat-taxxa;

(g) il-benefiċċji tat-taxxa, jekk kemm-il darba l-ħaddiem jitqies bħala residenti għal finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru kkonċernat;

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt h a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) servizzi ta' informazzjoni u konsulenza mogħtija mill-uffiċċji tal-impjiegi;

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw it-trattament ugwali bħaċ-ċittadini:

2. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw it-trattament ugwali maċ-ċittadini f'dawn il-każijiet li ġejjin biss:

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) billi jitolbu evidenza tal-profiċjenza adattata fil-lingwa għall-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ. L-aċċess għall-università jista' jkun suġġett għat-twettiq ta' prerekwiżiti speċifiċi edukattivi.

imħassar

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) billi jillimitaw id-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafi 1(c) rigward għotjiet għall-istudju;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni tkun aktar xierqa fi strument li jkun jirregola b'mod uniformi l-jedd għall-istudju.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) billi jillimitaw id-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafi 1(h) rigward l-akkomodazzjoni pubblika għal każijiet fejn iċ-ċittadin minn pajjiż terz ikun ilu jgħix jew li jkollu d-dritt li jgħix fit-territorju għal mill-inqas tliet snin;

(c) billi jillimitaw id-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafi 1(h) rigward l-akkomodazzjoni;

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) billi jillimitaw id-drittijiet mogtħija taħt il-paragrafi 1 (a), (b) u (g) għal dawk il-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jkollhom impjieg;

imħassar

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) billi jillimitaw id-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafu 1(e) għall-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jkollhom impjieg ħlief għall-benefiċċji tal-qgħad.

imħassar

Amendement  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 12, subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe ksur tad-drittijiet imniżżla f'din id-Direttiva jintlaqa' minn miżuri effettivi, proporzjonati u deterrenti.

Ġustifikazzjoni

Ma jkunx possibbli li tittieħed azzjoni effettiva kontra ksur eventwali tad-drittijiet għal trattament ugwali imniżżla f'din id-Direttiva jekk ma jkunux previsti rimedji legali.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 a(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Sanzjonijiet

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li kull ksur tad-drittijiet maħluqa minn dan il-Kapitolu jkun suġġett għal miżuri effettivi, proporzjonati u dissważivi, inkluż l-użu ta' sanzjonijiet meta dan ikun xieraq.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jiżgura li ġabra ta’ informazzjoni aġġornata b’mod regolari, dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u ta’ residenza taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tiegħu għal skopijiet ta’ xogħol, tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Rappurtar

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-artikolu 9.

NOTA SPJEGATTIVA

Matul l-aħħar snin kemm l-Istati Membri kif ukoll l-opinjoni pubblika wrew appoġġ qawwi favur politika Ewropea komuni fil-qasam tal-immigrazzjoni ekonomika, minkejja d-diverġenzi fl-approċċi meħuda u r-riżultat aħħari mistenni.

Il-previżjonijiet demografiċi, kif ukoll il-qagħda ekonomika tal-Istati Membri tagħna, urew li l-politika dwar l-immigrazzjoni tista’ titfassal bħala strument li jirregola l-ħtiġijiet tagħna rigward il-forza tax-xogħol. Matul id-deċenni li ġejjin, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Ewropa se jiddependi mill-influss ta' migranti ekonomiċi ġodda. Għalhekk, hemm bżonn li jitwaqqfu politiki attivi għad-dħul ta’ ħaddiema kemm bi kwalifiki għolja kif ukoll dawk inqas kwalifikati.

Fl-2001 il-Kummissjoni pproponiet Direttiva dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ xogħol bi ħlas u attivitajiet ekonomiċi ta’ persuni li jaħdmu għal rashom. Minkejja l-opinjoni favorevoli tal-Parlament Ewropew, din il-proposta m’għaddietx mill-ewwel qari tagħha fi-Kunsill.

Il-proposta għal Direttiva tal-Kummissjoni, li dwarha l-Parlament intalab jagħti opinjoni, minn naħa waħda tistipula proċedura ta’ applikazzjoni unika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru sabiex jaħdmu hemm u, min-naħa l-oħra, tistipula drittijiet li għandhom jingħataw lil ċittadini ta’ pajjiż terzi li qed jaħdmu legalment fi Stat Membru.

Wieħed mill-għanijiet tal-programm ta’ azzjoni dwar l-immigrazzjoni legali adottat mill-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2006 kien li jitwaqqaf ‘qafas ġenerali għal approċċ ġust u bbażat fuq ir-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema migranti’. Din il-proposta għal Direttiva għandha wkoll l-għan li tikseb l-objettivi tagħha billi tistabbilixxi status legali għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li diġà tħallew jidħlu, b'konformità mal-filosofija ġenerali tal-Aġenda ta' Liżbona.

Opinjoni tar-Rapporteur

Ir-rapporteur tenfasizza li l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u ta’ dik dwar il-Karta l-Blu jikkumplimentaw lil xulxin. L-adozzjoni simultanja tagħhom tevita l-effetti ta’ politika ta’ immigrazzjoni fuq żewġ binarji, li tiffavorixxi l-immigrazzjoni ta’ persuni b’livell għoli ta’ kwalifiki filwaqt li tiċħad l-aċċess u d-drittijiet għal dawk b’inqas kwalifiki. Dawn iż-żewġ testi għandhom ukoll l-għan li jeqirdu l-illużjoni tal-fruntieri magħluqa.

Ir-rapporteur tilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni fasslet proposta ġdida li tistabbilixxi qafas ġenerali leġiżlattiv orizzontali għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li jitħallew jidħlu fit-territorju tal-UE biex jaħdmu hawnhekk u li hi intenzjonata biex jiġu ttrattati bl-istess mod kif jiġu ttrattati ċ-ċittadini tal-UE. Ir-rapporteur temmen li din id-Direttiva għandha sservi ta’ dokument ta’ referenza għad-direttivi settorjali li l-Kummissjoni ppubblikat jew għandha l-ħsieb li tippubblika fil-ġejjieni qarib (jiġifieri d-direttiva dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’livell għoli ta’ kwalifiki, id-direttiva dwar l-impjieg staġjonali, id-direttiva dwar il-ħaddiema ssekondati).

Hi tiddeplora l-fatt li l-proposta mhijiex aktar ambizzjuża u ma tkoprix il-kundizzjonijiet tad-dħul għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jwettqu attività ekonomika fit-territorju tal-Unjoni, iżda hi konxja min-nuqqas ta’ rieda tal-Istati Membri rigward proposta ta’ dan it-tip.

Ir-rapporteur tipproponi għadd ta’ modifiki għall-proposta kif ippreżentata mill-Kummissjoni, sabiex xi aspetti jiġu ċċarati jew supplimentati.

Ir-rapporteur tqis li huwa importanti li wieħed jiċċara li l-kontenut ta’ din id-Direttiva ma jaffettwax id-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tad-dħul jew l-għadd ta’ migranti li jixtiequ jħallu jidħlu fit-territorju tagħhom.

Ir-rapporteur hija konvinta dwar il-ħtieġa li l-kamp ta' applikazzjoni jinżamm wiesa' kemm jista' jkun, kif stipulat fil-proposta. Il-qafas komuni ta’ drittijiet għandu japplika għaċ-ċittadini kollha li jitħallew jidħlu fit-territorju għal skopijiet ta' xogħol, kif ukoll għal dawk li kienu tħallew jidħlu inizjalment għal raġunijiet oħra iżda li kisbu d-dritt li jaħdmu fuq il-bażi tal-liġi nazzjonali jew Komunitarja.

Barra minn hekk l-esklużjoni tal-ħaddiema staġjonali hija ġustifikata permezz tal-introduzzjoni fil-ġejjieni qarib ta’ direttiva li hija ddedikata b’mod speċifiku għal din il-kategorija ta' ħaddiema.

Ta' min wieħed jinnota li l-ħaddiema "transkonfinali", jiġifieri dawk li jaħdmu f'pajjiż fejn mhumiex residenti, mhumiex koperti minn din id-direttiva. Fil-fatt, skont l-Artikolu 2b), huma biss il-persuni li jgħixu u li jwettqu attività professjonali fl-istess pajjiż li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. Madankollu, il-ħaddiema “transkonfinali” wkoll għandhom jibbenefikaw minn protezzjoni u garanziji xierqa rigward l-impjieg. Fi kwalunkwe każ, se jkun hemm bżonn ta' regolament speċifiku aktar tard għal din il-kategorija ta' ħaddiema.

Fir-rigward ta' dak li tipproponi d-Direttiva tal-Kummissjoni f’termini legali, ir-rapporteur tinnota li, filwaqt li hemm konvenzjonijiet tal-ILO u tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ħaddiema migranti, xi Stati Membri għadhom ma ffirmawhomx. Din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet li, minħabba n-natura speċifika tagħhom, se jkunu applikabbli direttament meta jiġi konkluż il-perjodu ta' traspożizzjoni. Għalhekk l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva jkollha l-vantaġġ li tipprovdi ħarsien aħjar tal-ħaddiema milli dak li għandhom bħalissa fuq il-bażi tal-ftehimiet internazzjonali li jinsabu fis-seħħ f'dan il-qasam.

Dwar il-proċedura unika

Il-proposta għal direttiva għandha l-għan li timplimenta proċedura ta’ applikazzjoni unika li twassal għall-ħruġ ta’ permess uniku ta’ residenza u ta’ xogħol.

L-implimentazzjoni ta’ proċedura unika tippreżenta bosta vantaġġi, meta wieħed iqis id-diversità tas-sitwazzjonijiet minn Stat Membru għal ieħor rigward ir-relazzjoni bejn il-permess ta’ residenza u l-permess tax-xogħol. L-għan iddikjarat huwa li jitnaqqsu l-proċeduri burokratiċi u li jiġu ssimplifikati l-passi amministrattivi għall-individwi kkonċernati, kemm għall-applikanti kif ukoll għall-amministrazzjoni u għal min iħaddem.

Permezz ta’ din il-proċedura u ta' dan il-permess uniku, se jkun ukoll aktar faċli għall-amministrazzjoni u għal min iħaddem biex jivverifikaw il-validità tal-permessi.

L-obbigi imposti fuq l-Istati Membri jibqgħu flessibbli biżżejjed: obbligu ġenerali li titwaqqaf sistema ta’ “one-stop-shop" u li jiġi pprojbit il-ħruġ ta' dokumenti addizzjonali, konformità mal-garanziji proċedurali (id-dritt għall-informazzjoni, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni, id-dritt tal-appell). Il-proċedura ma tinterferixxi bl-ebda mod mal-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, ħlief rigward l-iskadenza taż-żmien li għandha tiġi rrispettata.

Ir-rapporteur temmen li jeħtieġ li, fir-rigward ta' min huwa awtorizzat li jressaq applikazzjoni, jiġi ċċarat jekk min iħaddem ukoll għandux din il-possibilità.

Dwar il-ġabra komuni ta’ drittijiet

Il-Kunsill Ewropew ta’ Tampere tal-1999 iddikjara li l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura trattament ġust għaċ-ċittadini minn pajjiżi terzi li qed jgħixu b’mod legali fit-territorju tal-Istati Membri tagħha u tagħtihom drittijiet u obbligi kumparabbli ma’ dawk taċ-ċittadini tal-UE.

Bħalissa fl-UE hemm differenzi kbar fost l-Istati Membri rigward it-trattament tal-ħaddiema migranti. Barra minn hekk, għad hemm inugwaljanzi ewlenin fit-trattament tal-ħaddiema migranti legali meta mqabbel ma’ dak tal-ħaddiema Komunitarji. Jidher li dawn id-drittijiet ivarjaw ukoll skont il-pajjiż tal-oriġini tal-ħaddiema u l-pajjiż tal-UE fejn ikunu qed jaħdmu, billi jeżistu bosta ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri tal-UE u xi pajjiżi terzi, kif ukoll ftehimiet bejn l-UE u xi pajjiżi terzi.

Ir-rapporteur tilqa’ bis-sħiħ il-proposta biex jingħataw drittijiet liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li qed jaħdmu legalment fi Stat Membru, b'mod partikulari f'oqsma marbuta mal-impjieg, fejn għandu jkun garantit it-trattament ugwali meta mqabbla maċ-ċittadini tal-UE. Skont ir-rapporteur, l-għoti ta’ dawn id-drittijiet huwa esiġenza minima, bla ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar favorevoli.

Dan ir-rikonoxximent tad-drittijiet soċjali fundamentali għall-migranti legali li qegħdin fit-territorju tal-UE u għal dawk li jaslu ġodda se jgħin biex titjieb l-integrazzjoni tagħhom u għalhekk titjieb il-koeżjoni soċjali.

Din il-miżura tikkostitwixxi wkoll politika proattiva kontra l-isfruttament tal-forza tax-xogħol, b’mod partikulari tal-migranti li jkunu għadhom kif waslu, filwaqt li tħares liċ-ċittadini tal-UE mill-kompetizzjoni inġusta minħabba l-inugwaljanza. Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għalhekk jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ġusti fl-UE kollha, irrispettivament mill-post tar-residenza tagħhom.

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, ir-rapporteur tixtieq ħafna li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jilħqu ftehim ġenerali dwar il-proposta tal-Kummissjoni, sabiex id-Direttiva dwar il-"permess uniku" tkun tista' tidħol fis-seħħ mill-aktar fis.

5.11.2008

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar proċedura unika ta’ applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru

(COM(2007)0638 – C6‑0470/2007 – 2007/0229(CNS))

Rapporteur għal opinjoni (*): Rumiana Jeleva

(*) Proċedura ma' kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar proċedura unika ta’ applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru tagħmel parti mill-politika tal-UE li tiżviluppa politika tal-immigrazzjoni komprensiva. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2006 qablu fuq serje ta’ passi li għandhom jittieħdu għall-2007, fosthom biex "jiġu żviluppati, f’dak li għandu x’jaqsam mal-migrazzjoni legali, politiki tal-migrazzjoni ġestiti sew, li jirrispettaw bis-sħiħ il-kompetenzi nazzjonali, sabiex jassistu lill-Istati Membri ħalli jissodisfaw il-ħtiġijiet eżistenti u futuri tax-xogħol filwaqt li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi kollha; partikolarment, il-proposti tal-Kummissjoni li ġejjin fi ħdan il-qafas tal-Pjan ta’ Politika dwar il-Migrazzjoni Legali ta’ Diċembru 2005 għandhom jiġu eżaminati malajr”.

Din il-proposta tipprova twieġeb għal dawn it-talbiet skond il-Pjan ta’ Politika dwar il-Migrazzjoni Legali intiż biex minn naħa waħda jistabbilixxi kondizzjonijiet ta’ ammissjoni għal kategoriji speċifiċi ta’ migranti (ħaddiema bi kwalifiki għoljin, ħaddiema staġjonali, apprentisti mħallsa u trasferimenti intra-azjendali) f’erba’ proposti leġiżlattivi speċifiċi u min-naħa l-oħra biex jintroduċi qafas ġenerali għal approċċ ġust u msejjes fuq id-drittijiet għall-migrazzjoni tal-ħaddiema. Din il-proposta għandha tilħaq dan l-għan ta’ l-aħħar billi tassigura l-istatus legali tal-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi diġà ammessi, skond il-filosofija wiesgħa ta’ l-Aġenda ta’ Liżbona, u billi tintroduċi simplifikazzjonijiet proċedurali għall-applikanti.

Biex jinkisbu dawn l-għanijiet il-Kummissjoni tipproponi li tiggarantixxi ġabra komuni ta’ drittijiet lill-ħadiema kollha ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membri u li għadhom mhumiex intitolati għal status ta’ residenza fit-tul, u li tintroduċi proċedura unika ta’ applikazzjoni, flimkien ma’ permess uniku ta’ residenza/tax-xogħol.

Fil-qasam ta’ l-immigrazzjoni legali ġew adottati numru ta’ Direttivi li jkopru gruppi speċifiċi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi: id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja; id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul; id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE dwar il-kondizzjonijiet ta' ammissjoni ta' cittadini ta' pajjiżi terzi għal skopijiet ta' studju, skambju ta' studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju; id-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka xjentifika.

Din il-proposta trid titqies bħala strument orizzontali, li jkun jagħti ġabra minima ta’ drittijiet tal-ħaddiema lil kull ħaddiem minn pajjiż terz li jkun legalment residenti fi Stat Membru. Dak li r-rapporteur għal opinjoni tara bħala ħaġa essenzjali huwa d-dritt ta’ kull persuna, li tkun diġà ammessa biex taħdem u tgħix fi Stat Membru, li jkollha ġabra ta’ drittijiet iggarantiti li jkunu ugwali għal dawk li japplikaw għaċ-ċittadini tal-pajjiż, fejn ikun jirrigwarda l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn id-drittijiet. Huwa għalhekk li din l-opinjoni hija ffukata fuq il-għoti ta’ drittijiet bħal dawn lil dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew ammessi b’mod speċjali biex jaħdmu u mhux għal kwalunkwe raġuni oħra.

Kif ġie nnutat aktar kmieni, l-interpretazzjoni tar-rapporteur għal opinioni hija li din il-proposta għal Direttiva timmira li tiggarantixxi ġabra komuni ta’ drittijiet tal-ħaddiema fis-sura ta’ trattament li jkun ugwali għal dak mogħti liċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 12 dwar id-dritt għal trattament ugwali huwa estremament importanti, għax huwa hawn li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ammessi għax-xogħol, li jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru, għandhom ikunu ggarantiti l-ġabra ta’ drittijiet tal-ħaddiema li se jqiegħduhom fl-istess livell meta mqabbla maċ-ċittadini tal-pajjiż u ma' ħaddiema oħra li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea.

Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom tappoġġja bis-sħiħ id-drittijiet mogħtija skond l-Artikolu 12(1)(a) u (b). Fil-paragrafu 1(a) id-drittijiet għall-vaganzi huma miżjuda b'mod espliċitu, peress li dawk jiffurmaw parti mir-relazzjonijiet industrijali.

Il-fatt li wieħed jingħata ġabra ta’ drittijiet iġib miegħu ukoll ċerti responsabilitajiet. Waħda minn dawn hija riflessa fid-dritt għat-taħriġ vokazzjonali. Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom tappoġġja d-dritt għall-benefiċċji tat-taxxa bil-kundizzjoni li l-ħaddiem li jkun ġej minn pajjiż terz ikun meqjus bħala resident għall-għanijiet tat-taxxa fl-Istat Membru kkonċernat. Ir-rapporteur għal-opinjoni tagħkom tqis li ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom jingħataw aċċess għal proċeduri biex jakkwistaw akkomodazzjoni pubblika biss meta jakkwistaw status aktar permanenti fl-UE - bħal pereżempju status fit-tul - u fl-opinjoni ddaħħlet emenda f'dan is-sens. Il-portabilità ta’ pensjonijiet u annwalitajiet fir-rigward tax-xjuħija, mewt (jew invalidità) bir-rata applikata bis-saħħa tal-liġi ta’ l-Istat Membru jew Stati Membri debituri meta dak li jkun imur jgħix f’pajjiż terz għandha tkun iggarantita u hija żviluppata f’aktar dettall fl-opinjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill- Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpa l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 - paragrafu 1 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-ħlas u t-tkeċċija kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

(a) il-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-ħlas, il-vaganzi, l-ħin tax-xogħol u t-tkeċċija kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta' xi organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi l-benefiċċji konferiti minn dawn l-organizzazzjonijiet, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika.

(b) il-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta' xi organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi l-benefiċċji konferiti minn dawn l-organizzazzjonijiet, bħall-informazzjoni u l-appoġġ, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt ċ

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

(c) l-edukazzjoni fis-sens il-wiesa' tat-terminu (it-tagħlim tal-ilsna u l-familjarizzazzjoni kulturali bl-iskop li titjieb l-integrazzjoni) u taħriġ vokazzjonali;

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ir-rikonoxximent ta' diplomi, ċertifikati u kwalifiki professjonali oħra, skond il-proċeduri nazzjonali rilevanti;

(d) ir-rikonoxximent ta' diplomi, ċertifikati u kwalifiki professjonali oħra, skont il-proċeduri nazzjonali rilevanti applikabbli skont it-termini tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 fir-rigward tal-għarfien tal-kwalifiki professjonali1.

 

1 ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 - paragrafu 1 - punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) il-ħlas ta’ pensjonijiet miksuba meta jiċċaqalqu għal pajjiż terz;

(f) il-portabilità ta’ pensjonijiet jew annwalitajiet fir-rigward tax-xjuħija, mewt, jew invalidità bir-rata applikata bis-saħħa tal-liġi ta’ l-istat membru jew stati membri debituri meta dak li jkun imur jgħix f’pajjiż terz;

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 - paragrafu 1 - punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) il-benefiċċji tat-taxxa;

(g) il-benefiċċji tat-taxxa, kemm-il darba l-ħaddiem ikun meqjus bħala residenti għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru kkonċernat;

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(i) servizzi ta' informazzjoni u ta' konsulenza mogħtijin mill-uffiċċji tal-impjiegi;

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw it-trattament ugwali bħaċ-ċittadini:

2. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw it-trattament ugwali maċ-ċittadini f'dawn il-każijiet li ġejjin biss:

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) billi jitolbu evidenza tal-profiċjenza adattata fil-lingwa għall-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ. L-aċċess għall-università jista' jkun suġġett għat-twettiq ta' prerekwiżiti speċifiċi edukattivi.

imħassar

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) billi jillimitaw id-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafi 1(c) rigward għotjiet għall-istudju;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni tkun aktar xierqa fi strument li jkun jirregola b'mod uniformi l-jedd għall-istudju.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) billi jillimitaw id-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafi 1(h) rigward l-akkomodazzjoni pubblika għal każijiet fejn iċ-ċittadin minn pajjiż terz ikun ilu jgħix jew li jkollu d-dritt li jgħix fit-territorju għal mill-inqas tliet snin;

(c) billi jillimitaw id-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafi 1(h) rigward l-akkomodazzjoni.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) billi jillimitaw id-drittijiet mogtħija taħt il-paragrafi (a), (b) u (g) għal dawk il-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jkollhom impjieg;

imħassar

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) billi jillimitaw id-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafu 1(e) għall-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jkollhom impjieg ħlief għall-benefiċċji tal-qgħad.

imħassar

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 a(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

Sanzjonijiet

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li kull infrazzjoni tal-jeddijiet li toħroġ minn dan il-Kapitolu tkun suġġetta għal miżuri effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi l-użu ta' sanzjonijiet fejn ikun jixraq.

PROĊEDURA

Titolu

Proċedura waħda ta’ applikazzjoni għal permess ta’ residenza u ta’ xogħol

Referenzi

COM(2007)0638 – C6-0470/2007 – 2007/0229(CNS)

Kumitat responsabbli

LIBE

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.1.2008

 

 

 

Koperazzjoni msaħħa - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

13.3.2008

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Rumiana Jeleva

20.11.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

10.9.2008

4.11.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

5.11.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

2

13

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Jan Cremers, Proinsias De Rossa, Harald Ettl, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Joel Hasse Ferreira, Roger Helmer, Stephen Hughes, Karin Jöns, Sajjad Karim, Jean Lambert, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Jan Tadeusz Masiel, Maria Matsouka, Elisabeth Morin, Juan Andrés Naranjo Escobar, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, Jacek Protasiewicz, Elisabeth Schroedter, José Albino Silva Peneda, Kathy Sinnott, Jean Spautz, Gabriele Stauner, Ewa Tomaszewska, Anne Van Lancker, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Mihael Brejc, Françoise Castex, Gabriela Creţu, Rumiana Jeleva, Sepp Kusstatscher, Roberto Musacchio, Dimitrios Papadimoulis, Patrizia Toia, Georgios Toussas, Claude Turmes

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Giles Chichester, Árpád Duka-Zólyomi

PROĊEDURA

Titolu

Proċedura unika ta’ applikazzjoni għal permess ta' residenza u ta' xogħol

Referenzi

COM(2007)0638 – C6-0470/2007 – 2007/0229(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

14.12.2007

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.1.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.1.2008

 

 

 

Koperazzjoni msaħħa

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

13.3.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Patrick Gaubert

18.12.2007

 

 

Eżami fil-Kumitat

27.3.2008

16.7.2008

7.10.2008

5.11.2008

Data tal-adozzjoni

5.11.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Catherine Boursier, Emine Bozkurt, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Maddalena Calia, Michael Cashman, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Gérard Deprez, Bárbara Dührkop Dührkop, Armando França, Urszula Gacek, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Roland Gewalt, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Henrik Lax, Baroness Sarah Ludford, Viktória Mohácsi, Javier Moreno Sánchez, Rareş-Lucian Niculescu, Athanasios Pafilis, Maria Grazia Pagano, Martine Roure, Sebastiano Sanzarello, Inger Segelström, Csaba Sógor, Vladimir Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Simon Busuttil, Marco Cappato, Genowefa Grabowska, Ona Juknevičienė, Jean Lambert, Marian-Jean Marinescu, Antonio Masip Hidalgo

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Giuseppe Gargani, Fernand Le Rachinel