RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għoljin

10.11.2008 - (COM(2007)0637 – C6‑0011/2007 – 2007/0228(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur:(*): Jan Tadeusz Masiel, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
(*) Proċedura b'kumitati Assoċjali - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2007/0228(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0432/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għoljin

(COM(2007)0637 – C6‑0011/2007 – 2007/0228(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0637),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 63(3)(a) u (4) tat-Trattat KE,

– wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0011/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0432/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-4 ta' Marzu, 1975, jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi (tgħaddi) l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Fil-laqgħa speċjali tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew innota li kienet meħtieġa l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini minn pajjiżi terzi. F'dak ir-rigward, iddikjara b'mod partikolari li l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura trattament ġust taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi li huma residenti legalmet fit-territorju ta' l-Istati Membri u li politika ta' integrazzjoni aktar enerġetika għandha timmira li tagħtihom drittijiet u obbligi simili għal dawk taċ-ċittadini ta' l-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-Kunsill Ewropew ta' Liżbona ta' Marzu 2000 stipula l-għan għal-Komunità li ssir l-ekonomija msejsa fuq l-għarfien l-aktar kompetittiva u dinamika fid-dinja sa l-2010.

(3) Il-Kunsill Ewropew ta' Liżbona f'Marzu 2000 stipula għall-Komunità l-objettiv li ssir l-ekonomija msejsa fuq l-għarfien l-aktar kompetittiva u dinamika fid-dinja sa l-2010, li tkun kapaċi għal tkabbir ekonomiku sostenibbli b'impjiegi aktar u aħjar u b'koeżjoni soċjali akbar. Il-miżuri maħsuba biex jattiraw u jżommu lill-ħaddiema bi kwalifiki għoljin li ġejjin minn pajjiżi terzi bħala parti minn approċċ imsejjes fuq il-bżonnijiet tal-Istati Membri għandhom jitqiesu fil-kuntest usa' stabbilit mill-Istrateġija ta' Liżbona u mil-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) F'suq tax-xogħol dejjem aktar globalizzat, l-Unjoni Ewropea għandha ssir aktar attraenti għall-ħaddiema, b'mod partikolari il-ħaddiema bi kwalifiki għolja minn pajjiżi terzi. Dan l-objettiv jista' jintlaħaq b'mod aktar effettiv bil-konċessjoni ta' privileġġi, pereżempju derogi partikulari, u billi jagħmluha possibbli li jkun hemm aċċess aktar faċli għall-informazzjoni relevanti.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Proċess ta' Liżbona huwa importanti wkoll li titħaddan il-mobilità ta' ħaddiema bi kwalifiki għolja li huma ċittadini ta' l-UE fi ħdan l-Unjoni, b'mod partikolari mill-Istati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 u l-2007. Bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri huma marbuta li jirrispettaw il-prinċipju ta' preferenza tal-Komunità kif espress b'mod partikolari fid-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Atti ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 u l-25 ta' April 2005.

(6) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Proċess ta' Liżbona huwa importanti wkoll li titħaddan il-mobilità ta' ħaddiema bi kwalifiki għolja li huma ċittadini ta' l-UE fi ħdan l-Unjoni, b'mod partikolari mill-Istati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 u l-2007. Meta tiġi implimentata din id-Direttiva, il-prinċipju tal-preferenza tal-Komunità kif espress b'mod partikolari fid-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Atti ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 u l-25 ta' April 2005 għandu jkun irrispettat.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Din id-Direttiva għandha tipprovdi għal sistema ta' dħul flessibbli li tiddependi fuq id-domanda, ibbażata fuq kriterji oġġettivi bħal-limitu minimu ta' salarju kumparabbli mal-livelli ta' salarji fl-Istati Membri u fuq kwalifiki professjonali. Id-definizzjoni ta' denominatur komuni minimu għall-limitu nazzjonali ta' salarji huwa meħtieġ biex ikun żgurat livell minimu ta' armonizzazzjoni fil-kondizzjonijiet ta' dħul fl-UE kollha. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-livell nazzjonali tagħhom skond is-sitwazzjoni tas-swieq tax-xogħol rispettivi tagħhom u l-politiki ta' immigrazzjoni ġenerali tagħhom.

(10) Din id-Direttiva għandha tipprovdi għal sistema ta' dħul flessibbli li tiddependi fuq id-domanda, ibbażata fuq kriterji oġġettivi bħal m'huma l-kwalifiki professjonali. L-applikazzjoni tal-prinċipju ta' 'salarju ugwali għall-istess xogħol' hija meħtieġa biex ikun żgurat li ċ-ċittadini u ċ-ċittadni ta' pajjżi terzi jkunu trattati l-istess.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) F'dak li jirrigwarda d-derogi mill-iskema prinċipali tal-livelli tas-salarji għall-applikanti bi kwalifiki għolja taħt it-30 sena li, minħabba l-esperjenza professjonali limitata tagħhom u l-pożizzjoni tagħom fis-suq tax-xogħol, jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' salarju ta' l-iskema ewlenija jew, għal dawk li kisbu l-kwalifiki tagħhom ta' edukazzjoni ogħla fl-Unjoni Ewropa.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-aċċess iffaċilitat għall-persuni ta' taħt it-30 sena bi kwalifiki għolja m'huwiex konsistenti mal-prinċipju tal-UE ta' trattament ugwali, skont liema prinċipju ma jrid ikun hemm l-ebda diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' età. Barra minn hekk, l- aċċess iffaċilitat għall-persuni ta' taħt it-30 sena bi kwalifiki għolja, jġib miegħu l-periklu li jkun ittraskurat l-investiment fit-taħriġ taċ-ċittadini żgħażagħ tal-UE. Dan ma jridx jitħalla li jseħħ, peress li r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ ta' taħt it-30 sena fl-UE kollha qiegħda ta' madwar 15% (statistika tal-Eurostat għall-2007) u titla' għal 20% fil-Greċja, fi Franza, fl-Italja, fil-Polonja, fir-Rumanija u fis-Slovakkja.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15) Fil-każ tal-mobilità intrakomunitarja minn Stat Membru għal ieħor wara t-tiġdid tal-Karta Blu tal-UE, l-ivvjaġġar transkonfinali lejn ix-xogħol u lura tista' tkun għażla għad-detentur tal-Karta Blu tal-UE. Peress li l-Karta Blu tal-UE tiġbor fiha nfisha permess tax-xogħol u tar-residenza, ma toffrix l-għażla li wieħed jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor għal raġunijiet ta' xogħol u lura filwaqt li jkollu r-residenza tiegħu fl-Istat Membru li jkun ħareġ il-Karta Blu tal-UE. Il-possibilità ta' vvjaġġar transkonfinali lejn ix-xogħol u lura għandha tkun indirizzata mid-Direttiva tal-Kunsill .../.../KE ta' ..., ta' ..., dwar proċedura ta' applikazzjoni waħdanija għal permess waħdieni biex ċittadini ta' pajjiżi terzi jirresjedu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru u dwar ġabra komuni ta' drittijiet għal ħaddiema ta' pajjizi terzi li jkunu jgħixu legalment fi Stat Membru.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-mobilità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja bejn il-Komunità u l-pajjiż ta' oriġini tagħhom għandha titrawwem u tiġi appoġġjata. Id-derogi mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma residenti għat-tul għandhom ikunu previsti sabiex jiġi estiż il-perjodu ta' assenza mit-territorju tal-Komunità li m'huwiex ikkunsidrat għall-kalkolu tal-perjodu ta' residenza legali u kontinwa neċessarja għall-eliġibilità għall-istatus ta' resident tal-KE għat-tul. Perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE għandhom jingħataw wara ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja jkunu kisbu l-istatus ta' residenza tal-KE għat-tul. B'mod partikolari, biex titħeġġeġ il-migrazzjoni ċirkolari ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi li joriġinaw mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-użu ta' possibilitajiet offruti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE biex tippermetti perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza b'mod partikolar ma' l-iżvilupp għaddej ta' l-għanijiet, dawn id-derogi għandhom japplikaw biss jekk jista' jiġi ppruvat li l-persuna kkonċernata rritornat lura għall-pajjiżha għal raġunijiet ta' xogħol, studju jew attivitajiet ta' volontarjat.

(17) Il-mobilità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja bejn il-Komunità u l-pajjiż ta' oriġini tagħhom għandha titrawwem u tiġi appoġġjata. Id-derogi mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma residenti għat-tul għandhom ikunu previsti sabiex jiġi estiż il-perjodu ta' assenza mit-territorju tal-Komunità li m'huwiex ikkunsidrat għall-kalkolu tal-perjodu ta' residenza legali u kontinwa neċessarja għall-eliġibilità għall-istatus ta' resident tal-KE għat-tul. Perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE għandhom jingħataw wara ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja jkunu kisbu l-istatus ta' residenza tal-KE għat-tul. B'mod partikolari, biex titħeġġeġ il-migrazzjoni ċirkolari ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi li joriġinaw mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-użu ta' possibilitajiet offruti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE biex tippermetti perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza b'mod partikolari ma' l-iżvilupp li għaddej ta' l-għanijiet, dawn id-derogi għandhom japplikaw biss jekk jista' jiġi ppruvat li l-persuna kkonċernata rritornat lura għall-pajjiż ta' oriġini tagħha.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit li permezz tiegħu ċittadini ta' pajjiż terz jistgħu jirritornaw fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom biss jekk ikunu jistgħu jagħtu prova li hemmhekk se jaħdmu, jistudjaw jew iwettqu attivitajiet ta' volontarja jirrapreżenta obbligu amministrattiv żejjed u komplikazzjoni li hi sproporzjonata għal kollox meta mqabbla mas-sitwazzjoni mas-sitwazzjoni. Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jridu jkunu jistgħu wkoll jirritornaw temporanjament lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom għal raġunijiet ta' familja jew personali.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda ta’ kompromess

(20) Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom joqgħodu lura milli jwettqu reklutaġġ attiv f'setturi li qed ibgħatu minn nuqqas ta' riżorsi umani fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Politiki u prinċipji ta' reklutaġġ etiku applikabbli għall-imjegati tas-settur pubbliku u privat għandu jiġi żviluppat partikolarment fis-settur tas-saħħa, kif enfasizzat fil-konklużjoni tal-Kunsill u l-Istati Membri fl-14 ta' Mejju 2007 dwar il-Programm Ewropew għal Azzjoni biex jiġi indirizzat in-nuqqas kritiku ta' ħaddiema tas-saħħa fil-pajjżi li qed jiżviluppaw (2007-2013). Dawn għandhom jissaħħu bl-iżvilupp ta' mekkaniżmi, linji gwida u għodod oħra biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni ċirkolari u termporanja, kif ukoll miżuri oħra li jnaqqsu l-effetti negattivi u jżidu l-effetti pożittiv ta' immigrazzjoni ta' kapaċità għolja fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Kwalunkwe intervent ta' dan it-tip għandu jittieħed konformi mal-linji tad-Dikjarazzjoni Konġunta Afrika-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp, adottata fi Tripli fit-22 u t-23 ta' Novembru 2006 bil-għan li tistabbilixxi politika komprensiva ta' migrazzjoni kif stabbilit mill-Kunsill Ewropew ta' l-14 u l-15 ta' Diċembru 2006.

(20) Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri m’għandhomx ifittxu b’mod attiv li jattiraw ħaddiema kkwalifikati ħafna fis-setturi li diġà huma soġġetti, jew huma mistennija li jkunu soġġetti, għal nuqqas ta’ ħaddiema kkwalifikati ħafna fil-pajjiż terz. Dan japplika għas-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni b’mod partikulari. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ftehimiet ta' koperazzjoni ma' pajjiżi terzi bil-għan li jkunu ssalvagwardjati kemm il-ħtiġijiet tal-Unjoni kif ukoll l-iżvilupp tal-pajjiżi terzi li minn jiġu immigranti kkwalifikati ħafna. Il-ftehimiet ta' koperazzjoni għandhom jinkludu politiki u prinċipji ta' reklutaġġ etiku u għandhom jissaħħu bl-iżvilupp ta' mekkaniżmi, linji gwida u għodod oħra biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni ċirkolari u termporanja li biha immigranti li jkunu kwalifikati ħafna jkunu jistgħu jerġgħu lura lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom. Kwalunkwe intervent ta' dan it-tip għandu jsir f'konformità mal-linji tad-Dikjarazzjoni Konġunta Afrika-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp, adottata fi Tripli fit-22 u t-23 ta' Novembru 2006 u l-konklużjonijiet tal-ewwel laqgħa tal-Forum Globali dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp li sar f'Lulju 2007, u bil-għan li tkun stabbilita politika komprensiva tal-migrazzjoni kif intalab mill-Kunsill Ewropew ta' l-14 u l-15 ta' Diċembru 2006. Barra minn hekk, l-Istati Membri, f'koperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini, għandhom joffru appoġġ konkret għat-taħriġ ta' professjonisti f'setturi ewlenin li jkunu ddgħajfu minħabba l-eżodu ta' dawk li jkollhom it-talent.

5Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda ta’ kompromess

(b)       "impjieg bi kwalifiki għolja" jfisser l-eżerċizzju ta' xogħol ġenwin u effettiv taħt id-direzzjoni ta' xi ħadd ieħor għal liema persuna titħallas u li għalih huwa meħtieġ kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla jew minimu ta' tliet snin esperjenza professjonali;

(b) "impjieg bi kwalifiki għolja" tfisser l-eżerċizzju ta' xogħol ġenwin u effettiv bħala impjegat taħt id-direzzjoni ta' xi ħadd ieħor li għalih persuna titħallas u li għalih huma meħtieġa kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla jew kwalifiki professjonali ogħla;

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Il-"Karta Blu ta’ l-UE" tfisser l-awtorizzazzjoni bl-isem ta' "Karta Blu ta’ l-UE" li tintitola d-detentur jirresjedi u jaħdem legalment fit-territorju tagħha u jiċċaqlaq għal Stat Membru ieħor għal impjieg bi kwalifiki għolja skond il-kondizzjonijiet ta' din id-Direttiva;

(c) Il-"Karta Blu ta’ l-UE" tfisser l-awtorizzazzjoni bl-isem ta' "Karta Blu ta’ l-UE" li tintitola d-detentur tagħha biex jirresjedi u jaħdem legalment fit-territorju tagħha u, skont il-Kapitolu V, biex jiċċaqlaq għal Stat Membru ieħor għal impjieg bi kwalifiki għolja;

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċaqliq għal Stat Membru ieħor huwa possibbli biss skont il-kondizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu V.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) "membri tal-familja" jfisser iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi skond id-definizzjoni f'Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/86/KE.

(f) "membri tal-familja" tfisser iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi skont id-definizzjoni f'Artikolu 4(1), 4(2)(b) u 4(3) tad-Direttiva 2003/86/KE;

Ġustifikazzjoni

L-esklużjoni tal-persuni msemmija fl-Artikolu 4.2(b) tad-Direttiva 2003/86/KE m'hi mixtieqa xejn mil-lat uman. L-esklużjoni tal-persuni msemmija fl-Artikolu 4.3 tad-Direttiva 2003/86/KE hija diskriminatorja lejn il-koppji mhux miżżewġin li jinsabu f'relazzjoni fit-tul u ta' impenn.

Emenda                     13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda ta’ kompromess

(g)       "kwalifika ta' edukazzjoni ogħla" tfisser kwalunkwe lawrea, diploma jew ċertifikat ieħor maħruġ minn awtorità kompetenti li jiddikjara t-tmiem b'suċċess ta' programm ta' edukazzjoni ogħla, notevolment għadd ta' korsijiet ipprovduti minn stabbiliment edukattiv magħruf bħala istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla mill-Istat li jinsab fih. Dawn il-kwalifiki jiġu kkunsidrati, għall-iskop ta' din id-Direttiva, fuq kondizzjoni li l-istudji meħtieġa biex jinkisbu damu minimu ta' tliet snin.

 

(g)       "kwalifika ta' edukazzjoni ogħla" tfisser kwalunkwe lawrea, diploma jew ċertifikat ieħor maħruġ minn pajjiż terz u sussegwentement rikonoxxut mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li jiċċertifika t-tmiem b'suċċess ta' programm ta' edukazzjoni ogħla, jiġifieri għadd ta' korsijiet ipprovduti minn stabbiliment edukattiv magħruf bħala istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla mill-Istat li jinsab fih. Dawn il-kwalifiki jiġu kkunsidrati, għall-iskop ta' din id-Direttiva, bil-kondizzjoni li l-istudji meħtieġa biex jinkisbu damu minimu ta' tliet snin. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, sabiex issir evalwazzjoni dwar jekk ċittadin ta' pajjiż terz għandux edukazzjoni ogħla, għandha ssir referenza għall-Klassifika Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni (ISCED) 1997 livelli 5a u 6;

 

 

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda ta’ kompromess

(h)       "kwalifiki professjonali għolja" jfisser kwalifiki ċċertifikati b'evidenza ta' kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla jew ekwivalenti ta' minimu ta' tliet snin esperjenza professjonali;

(h)       "kwalifiki professjonali għolja" jfisser kwalifiki ċċertifikati b'evidenza ta' mill-inqas ħames snin ta' esperjenza professjonali ta' livell komparabbli ma' kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla, inklużi għall-anqas sentejn f'pożizzjoni superjuri;

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) "esperjenza professjonali" tfisser iż-żmien attwali u legali fil-professjoni kkonċernata.

(i) "esperjenza professjonali" tfisser iż-żmien attwali u legali fil-professjoni kkonċernata, awtentikat bi kwalunkwe dokument maħruġ mill-awtoritajiet pubbliċi, pereżempju ċertifikat ta' impjieg, ċertifikat ta' assigurazzjoni soċjali jew ċertifikat tat-taxxa.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt i a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) "professjoni regolata" tfissru attività professjonali jew grupp ta' attivitajiet professjonali li l-aċċess għalihom, l-eżerċizzju tagħhom jew wieħed mill-modi ta' eżerċizzju tagħhom huwa suġġett, direttament jew indirettament, bis-saħħa ta' dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi għall-pussess ta' kwalifiki professjonali speċifiċi; b'mod partikolari, l-użu ta' titlu professjonali ristrett minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi għad-detenturi ta' ċerti kwalifiki professjonali partikulari jikkostitwixxi mod ta' eżerċizzju ta' l-attività.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva għandha tapplika lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għad-dħul fit-territorju ta' Stat Membru għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għolja.

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għad-dħul fit-territorju ta' Stat Membru għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għolja kif ukoll għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma diġà legalment residenti skont skemi oħra fi Stat Membru u li japplikaw biex ikollhom Karta Blu tal-UE.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu inkuraġġiti, pereżempju, studenti li jkunu lestew l-edukazzjoni ogħla tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru biex jibqgħu fl-UE jagħmel sens li din id-direttiva tkun applikata wkoll għal dawk li jkunu jixtiequ jibqgħu fit-'territorju ta' Stat Membru għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għolja'.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jirresjedu fi Stat Membru bħala applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew taħt skemi ta' protezzjoni temporanji;

(a) jirresjedu fi Stat Membru bħala applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew taħt skemi ta' protezzjoni temporanji jew li, f'kull wieħed minn dawn il-każijiet, ikunu applikaw għal permess ta' residenza u li ma tkunx għadha ttieħdet deċiżjoni dwar l-istatus tagħhom;

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - paragrafu 2 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jkunu refuġjati jew ikunu applikaw għar-rikonoxximent bħala refuġjati u li l-applikazzjoni tagħhom tkun għada ma tatx lok għal deċiżjoni finali;

(b) ikunu applikaw għar-rikonoxximent bħala refuġjati u li l-applikazzjoni tagħhom tkun għadha ma tatx lok għal deċiżjoni finali;

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) li jidħlu fi Stat Membru taħt impenji li jinsabu fi ftehim internazzjonali li jiffaċilita d-dħul u r-residenza temporanja ta’ persuni naturali minn ċerti kategoriji ta’ negozju u relatati ma’ l-investiment;

(f) li jidħlu fi Stat Membru taħt impenji li jinsabu fi ftehima internazzjonali li tiffaċilita d-dħul u r-residenza temporanja ta' ċerti kategoriji ta’ persuni naturali tan- negozju u relatati ma’ l-investiment, b'mod partikolari, impjegati trasferiti internament f'kumpanija, dawk li jipprovdu servizzi kontrattwali u apprendisti bi kwalifiki edukattivi ogħla li huma koperti mill-obbligi tal-Komunità Ewropea skond il-Ftehima Ġenerali dwar il-Kummerċ tas-Servizzi (GATS);

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) li jkunu ngħataw permess jidħlu fit-territorju ta' Stat Membru bħala ħaddiema staġjunali.

Ġustifikazzjoni

B'hekk il-lista ta' kategoriji tkun kompluta.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Din id-Direttiva hija bla ħsara għal kwalunkwe ftehim futur bejn il-Komunità jew bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha fuq naħa u pajjiż jew pajjiżi terzi fuq naħa oħra, li jagħmlu lista tal-professjonijiet li ma jaqgħux taħt din id-Direttiva sabiex jiżgura reklutaġġ etiku, f'setturi li fihom hemm nuqqas ta' persunal, billi jitħarsu r-riżorsi umani fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, firmatarji ta' dawn il-ftehimiet.

3. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għal kwalunkwe ftehim futur bejn il-Komunità jew bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha fuq naħa u pajjiż jew pajjiżi terzi fuq naħa oħra, li jagħmlu lista tal-professjonijiet li ma jaqgħux taħt din id-Direttiva sabiex ikun żgurat reklutaġġ etiku, f'setturi li jkunu qed ibatu min- nuqqas ta' persunal, f'setturi vitali għall-kisba tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp li għandha n-NU, b'mod partikulari s-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni, u fis-setturi vitali għall-kapaċità tal-pajjiżi terzi li jwasslu servizzi soċjali bażiċi, billi jitħarsu r-riżorsi umani fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, firmatarji ta' dawn il-ftehimiet.

 

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-Direttiva ma taffettwax id-dritt ta' Stati Membri li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli dwar kondizzjonijiet ta' dħul u residenza għal persuni li tapplika, ħlief għad-dħul fl-ewwel Stat Membru.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet dwar persuni li għalihom tapplika din id-Direttiva li jkunu iktar favorevoli mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) l-Artikolu 5 (2) fil-każ ta' residenza fit-tieni Stat Membru;

 

(b) l-Artikoli 12, 13(1) u (2), 14, 16, 17(4) u 20.

Ġustifikazzjoni

Il-għan tal-proposta għal direttiva huwa li jiġu standardizzati l-kundizzjonijiet ta' aċċess għal ċittadini minn pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja fil-ħiliet tagħhom fl-Istati Membri kollha. Għandu jiġi evitat kull tbegħid mill-kriterji bażiċi għad-dħul li jirreferi għalihom l-Artikolu 5(1). Madanakollu, jidher li huwa ġustifikabbli li l-Istati Membri jingħataw il-possibilità, fil-każ ta' ċaqliq għal Stat Membru ieħor, li jadottaw deroga pożittiva mil-limitu minimu tas-salarju li jitkellem dwaru l-Artikolu 5(2).

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

Kriterji għall-għoti ta' Karta Blu tal-UE

Il-Karta Blu tal-UE għandha tingħata biss lill-immigranti bi kwalifiki għolja li jiġu minn pajjiżi terzi li magħhom l-UE tkun diġà ffirmat ftehimiet ta' koperazzjoni u sħubija, inklużi fl-oqsma tal-mobilità u l-immigrazzjoni.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jippreżenta kuntratt validu ta' xogħol jew offerta ta' impjieg li torbot ta' minimu sena fl-Istat Membru kkonċernat;

(a) jippreżenta kuntratt ta' xogħol għal impjieg bi kwalifika għolja li jkun validu skont il-liġi nazzjonali jew offerta ta' impjieg li torbot ta' mill-inqas sena fl-Istat Membru kkonċernat;

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li jkun hemm ġerarkija xierqa ta' klassifika li tkun taqbel mal-għan tad-direttiva, hija ħaġa essenzjali li tkun imfissra l-aktar kundizzjoni importanti - li wieħed iwettaq impjieg bi kwalifika għolja - bħala l-ewwel kriterju ta' ammissjoni fl-Artikolu 5. (It-terminu huwa diġà inkluż fl-Artikolu 19 bħala l-kundizzjoni biex wieħed imur joqgħod fi Stat Membru ieħor.)

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) għall-professjonijiet mhux irregolati, jippreżenta d-dokumenti li jiċċertifikaw il-kwalifiki professjonali għolja rilevanti fl-attività professjonali jew is-settur speċifikat fil-kuntratt ta' xogħol jew fl-offerta ta' impjieg li torbot;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-klawsola m'hijiex meħtieġa aktar, peress li l-prova ta' impjieg bi kwalifika għolja, li, skond id-definizzjoni emendata fl-Artikolu 2(b), tinkludi wkoll ir-rikonoxximent ta' esperjenza professjonali fi professjonijiet mhux regolati, issa hija diġà meħtieġa fl-Artikolu 5(1)(a). M'huwiex meħtieġ li ssir distinzjoni aktar bejn impjiegi regolati u impjiegi mhux regolati.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jippreżenta prova li għandu assigurazzjoni għall-mard għall-applikant u għall-familja tiegħu/tagħha għar-riskji kollha normalment koperti għaċ-ċittadini ta' l-Istat Membru kkonċernat għall-perjodi fejn kopertura minn assigurazzjoni u l-benefiċċji ekwivalenti m'humiex ipprovduti b'konnessjoni ma' kuntratt tax-xogħol, jew jirriżultaw minnu.

(e) jippreżenta prova li għandu assigurazzjoni għall-mard għall-applikant u għall-familja tiegħu/tagħha għar-riskji kollha normalment koperti għaċ-ċittadini ta' l-Istat Membru kkonċernat għall-perjodi fejn kopertura minn assigurazzjoni u l-benefiċċji tal-assigurazzjoni tal-mard ekwivalenti m'humiex ipprovduti b'konnessjoni ma' kuntratt tax-xogħol, jew jirriżultaw minnu.

Ġustifikazzjoni

B'din iż-żieda qed jiġi ċċarat li din ir-regola qed tirreferi għall-benefiċċji tal-assigurazzjoni tal-mard marbuta mal-kuntratt tax-xogħol, jew li jirriżultaw minnu. Inkella jkun possibbli li d-dispożizzjoni tiġi interpretata li benefiċċji oħra relatati mal-kuntratt tax-xogħol, jew li jirriżultaw minnu, ineħħu l-ħtieġa ta' assigurazzjoni obbligatorja.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt (f)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) li l-persuna kkonċernata ma tikkostitwixxix theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika.

(f) li l-persuna kkonċernata, minħabba raġunijiet li jistgħu jintwerew b'mod oġġettiv, ma tikkostitwixxix theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni dwar jekk persuna tikkostitwixxix theddida għall-politika pubblika, għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika m'għandhiex tiġi ddeterminata permezz ta' deċiżjoni amministrattiva arbitrarja.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda ta’ kompromess

2. Barra mill-kondizzjonijiet stipulati fl-1 paragrafu, is-salarju gross fix-xahar speċifikat fil-kuntratt tax-xogħol jew offerta ta' impjieg li torbot m'għandhiex tkun inqas mill-livell nazzjonali ta' salarju definit u ppublikat għall-iskop ta' l-Istati Membri li għandu jkun mill-inqas tliet darbiet il-minimu tal-paga minima gross kif stipulat fil-liġi nazzjonali.

2. Barra mill-kondizzjonijiet stipulati fl-1 paragrafu, is-salarju gross fix-xahar speċifikat fil-kuntratt tax-xogħol jew offerta ta' impjieg li torbot m'għandux ikun inqas minn livell nazzjonali definit u ppublikat għal dan l-iskop mill-Istati Membri li għandu jkun mill-inqas 1.7 darbiet tal-paga gross fix-xahar jew tal-pagi medji annwali fl-Istat Membru konċernat, u m’għandux ikun inqas mill-pagi li japplikaw għal ħaddiem kumparabbli fil-pajjiż ospitanti.

L-Istati Membri fejn il-pagi minimi m'humiex iddefiniti għandhom jistabbilixxu l-livell nazzjonali ta' salarju sabiex ikun mill-inqas tliet darbiet id-dħul minimu li bih iċ-ċittadini ta' l-Istat Membru kkonċernat huma intitolati għal għajnuna soċjali f'dak l-Istat Membru.

 

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

Nevitaw nuqqas ta’ħaddiema bi kwalifiki għolja f’pajjiżi terzi

L-Istati Membri m’għandhomx ifittxu b’mod attiv li jattiraw ħaddiema bi kwalifiki għolja fis-setturi li diġà huma suġġetti, jew huma mistennija li jkunu suġġetti, għal nuqqas ta’ ħaddiema bi kwalifiki għolja fil-pajjiż terz. Dan japplika għas-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni b’mod partikulari.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

imħassar

Deroga

 

Jekk l-applikazzjoni hija ppreżentata minn ċittadin ta' pajjiż terz ta' inqas minn 30 sena u li għandu kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla, japplikaw id-derogi li ġejjin:

 

(a) L-Istati Membri għandhom iqiesu sodisfatti l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(2) jekk is-salarju gross fix-xahar offrut huwa ekwivalenti għal mill-inqas żewġ terzi tal-livell nazzjonali tas-salarju definit skond Artikolu 5(2);

 

(b) L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx il-kondizzjoni ta' salarju imniżżla fl-Artikolu 5(2) fuq kondizzjoni li l-applikant ikun temm edukazzjoni ogħla fil-post ta' studju u kiseb lawrea ta' Baċċellerat jew Masters f'istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla li tinsab fit-territorju tal-Komunità.

 

(c) L-Istati Membri ma jitolbux prova ta' esperjenza professjonali minbarra l-kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla, sakemm dan huwa meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-eżerċizzju miċ-ċittadini ta' l-UE tal-professjoni rregolata speċifikata fil-kuntratt ta' xogħol jew l-offerta' ta' impjieg li torbot.

 

Ġustifikazzjoni

Id-derogi previsti għal ċittadini ta' pajjiżi terzi taħt it-30 sena jwasslu għal diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ età.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-validità inizjali tal-Karta Blu ta’ l-UE tkun ta' sentejn u tiġġedded mill-inqas għall-istess ammont. Jekk il-kuntratt ta' xogħol ikopri perjodu ta' inqas minn sentejn, il-Karta Blu ta’ l-UE tingħata għat-tul ta' żmien tal-kuntratt ta' xogħol b'żieda ta' tliet xhur.

2. Il-validità inizjali tal-Karta Blu ta’ l-UE tkun ta' tliet snin u tiġġedded mill-inqas għal sentejn oħra. Jekk il-kuntratt ta' xogħol ikopri perjodu ta' inqas minn tliet snin, il-Karta Blu ta’ l-UE għandha tingħata għat-tul ta' żmien tal-kuntratt ta' xogħol b'żieda ta' sitt xhur.

Justification

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda ta’ kompromess

 

2a. Wara 36 xahar ta’ residenza legali fi Stat Membru bħala detentur ta’ Karta Blu, il-persuna kkonċernata għandha titħalla tagħmel xogħol ta’ kwalifiki għolja fi Stat Membru ieħor waqt li tkun residenti fl-ewwel Stat Membru. Dettalji ulterjuri dwar l-ivvjaġġar transkonfinali huma stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill .../.../KE dwar proċedura ta' applikazzjoni waħdanija għal permess waħdieni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi biex jirresjedu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru u dwar għadd komuni ta' drittijiet għal ħaddiema ta' pajjizi terzi li joqogħdu legalment fi Stat Membru.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar applikazzjoni għal Karta Blue ta’ l-UE, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tagħhom u japplikaw il-proċeduri nazzjonali tagħhom dwar il-kondizzjonijiet għal mili ta' pożizzjoni battala.

2. Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar applikazzjoni għal Karta Blu ta’ l-UE, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tagħhom u japplikaw il-proċeduri nazzjonali u Komunitarji dwar il-kondizzjonijiet għal mili ta' pożizzjoni battala. Id-deċiżjoni diskrezzjonali tagħhom għandha tikkunsidra d-domanda għall-ħaddiema fil-livell nazzjonali u reġjonali.

Ġustifikazzjoni

Għal aktar trasparenza fir-rigward ta' ċittadini minn pajjiżi terzi, u bi prinċipju, għandu jiġi ċċarat fid-direttiva li biex tinħareġ Karta Blu tal-UE mhux biss għandhom jiġu sodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 6, iżda barra minn hekk m'għandu jkun hemm l-ebda raġunijiet biex din ma tinħariġx, skont l-Artikolu 9 (anke fid-dawl ta' eżami tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol). Għaldaqstant għandu jiġi identifikat li d-dispożizzjoni tinvolvi deċiżjoni diskrezzjonali.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 - paragrafu 2 - subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda ta’ kompromess

 

L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw applikazzjoni għal Karta Blu tal-UE sabiex jevitaw esodu tal-imħuħ f’setturi li jbatu minn nuqqas ta’ persunal ikkwalifikat fil-pajjiżi tal-oriġini.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jagħtu preferenza lil ċittadini ta' l-Unjoni, lil ċittadini ta' pajjiżi terzi, fejn hemm provvediment dwar dan fil-leġislazzjoni tal-Komunità, kif ukoll għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment u li jirċievu l-benefiċċji tal-qgħad fl-Istati Membri konċernati.

imħassar

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 - paragrafu 1 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu Karta Blu ta’ l-UE maħruġa fuq il-bażi ta' din id-Direttiva fil-każijiet li ġejjin:

1. L-Istati Membri għandhom jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu Karta Blu ta’ l-UE maħruġa fuq il-bażi ta' din id-Direttiva meta l-Karta l-Blu tal-UE tkun inkisbet b'mod frawdolenti, jew iffalsifikata jew imbagħbsa.

(a) meta din tkun inkisbet b'mod frawdolenti, jew iffalsifikata jew imbagħbsa, jew

1a. L-Istati Membri jistgħu jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu Karta Blu tal-UE li tkun inħarġet fuq il-bażi ta’ din id-Direttiva fil-każijiet li jmiss:

(b) meta jidher li d-detentur ma laqax jew m'għadux jilqa' l-kondizzjonijiet għal dħul u residenza stipulati fl-Artikoli 5 u 6 jew li qed jirresjedi għal skopijiet oħra minbarra dak li għalih ingħata awtorizzazzjoni għal residenza.

(a) meta jidher li d-detentur ma jissodisfax jew m'għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet għal dħul u residenza stipulati fl-Artikoli 5 u 6 jew li qed jirresjedi għal skopijiet oħra minbarra dak li għalih ingħata awtorizzazzjoni għal residenza;

(c) meta d-detentur ma rrispettax il-limitazzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13(1) u (2) u 14.

(b) meta d-detentur ma rrispettax il-limitazzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13(1) u (2) u 14.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istat Membri jistgħu jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu Karta Blu ta’ l-UE għal raġunijiet ta' politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika.

3. L-Istati Membri jistgħu jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu Karta Blu ta’ l-UE biss jekk ikun hemm theddida għall-implimentazzjoni ta’ politika pubblika, jew għas-sigurtà pubblika jew saħħa pubblika li tkun tista' tintwera b'mod oġġettiv.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni dwar jekk persuna tikkostitwixxix theddida għall-politika pubblika, għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika m'għandhiex tiġi ddeterminata permezz ta' deċiżjoni amministrattiva arbitrarja.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta Stat Membru joħroġ Karta Blu huwa jimpenja ruħu li joħroġ id-dokumentazzjoni u l-viżi relevanti, fejn dan ikun japplika, malajr kemm jista' jkun, iżda mill-inqas f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma l-applikant jibda l-impjieg li fuq il-bażi tiegħu tkun ħarġet il-Karta Blu, sakemm l-Istat Membru ma jkunx jista' raġonevolment jiġi mistenni li jagħmel dan, jew minħabba li l-applikazzjoni għall-Karta l-Blu tkun saret tard jew min-naħa ta' min iħaddem jew min-naħa taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li wara li jkunu ddeċiedew li joħorġu Karta Blu lil ċittadin ta' pajjiż terz, huma jiżguraw li l-viżi u d-dokumentazzjoni neċessarji kollha jiġu pproċessati kemm jista' jkun malajr sabiex jinkiseb l-akbar benefiċċju mis-sistema tal-Karta Blu.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk l-informazzjoni pprovduta ma' l-applikazzjoni m'hijiex adegwata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant dwar l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet ikunu rċevew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

2. Jekk l-informazzjoni pprovduta ma' l-applikazzjoni m'hijiex adegwata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant malajr kemm jista’ jkun dwar l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet ikunu rċevew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni għal Karta Blu ta’ l-UE, jew nuqqas ta' tiġdid jew irtirar ta' Karta Blu ta’ l-UE, għandha tiġi nnotifikata bil-miktub liċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat u, fejn dan ikun relevanti, lil min ikun ser jimpjegah skond il-proċeduri ta' notifika skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti u din tista' tiġi kkontestata quddiem il-qrati ta’ l-Istat Membru kkonċernat. In-notifikazzjoni għandha tispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni, il-proċeduri possibbli ta' rimedju disponibbli u l-limitu ta' żmien biex tittieħed dik l-azzjoni.

3. Kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni għal Karta Blu ta’ l-UE, jew nuqqas ta' tiġdid jew irtirar ta' Karta Blu ta’ l-UE, għandha tiġi nnotifikata bil-miktub liċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat u, fejn dan ikun relevanti, lil min ikun ser jimpjegah skond il-proċeduri ta' notifika skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti u din tista' tiġi kkontestata quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat li tkun maħtura skont il-liġi nazzjonali. In-notifikazzjoni għandha tispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni, il-proċeduri possibbli ta' rimedju disponibbli u l-limitu ta' żmien biex tittieħed dik l-azzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-korp responsabbli għal kontestazzjonijiet bħal dawn għandu jkun maħtur skont il-liġi nazzjonali. Barra minn dawn, ir-rekwiżiti għal deċiżjonijiet li jirrifjutaw li l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu kontestati quddiem il-qrati tal-Istat Membru kkonċernat, jistgħu jirriżultaw f’dewmien mhux neċessarju fis-sistema.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-ewwel sentejn ta' residenza legali fl-Istat Membru kkonċernat bħala detentur tal-Karta Blu ta’ l-UE, l-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-persuna kkonċernata jkun ristrett għall-eżerċizzju ta' attivitajiet ta' impjieg imħallas li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul stipulati fl-Artikoli 5 u 6. Tibdil fit-termini tal-kuntratt tax-xogħol li jaffettwaw il-kondizzjonijiet għad-dħul jew tibdil fir-relazzjoni tax-xogħol għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza, skond il-proċeduri nazzjonali u fil-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 12(1).

1. Għall-ewwel sentejn ta' residenza legali fl-Istat Membru kkonċernat bħala detentur tal-Karta Blu ta’ l-UE, l-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-persuna kkonċernata jkun ristrett għall-eżerċizzju ta' attivitajiet ta' impjieg imħallas li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul stipulati fl-Artikoli 5 u 6. Tibdil fit-termini tal-kuntratt tax-xogħol li jaffettwaw il-kondizzjonijiet għad-dħul jew tibdil fir-relazzjoni tax-xogħol għandhom ikunu notifikati bil-quddiem, bil-miktub, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza, skond il-proċeduri nazzjonali u fil-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 12(1).

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Wara l-ewwel sentejn ta' residenza legali fl-Istat Membru kkonċernat bħala detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE, il-persuna kkonċernata għandha tgawdi minn trattament ugwali bħaċ-ċittadini f'dak li jirrigwarda aċċess għal impjieg bi kwalifiki għolja. Id-detentur tal-Karta Blu tal-UE għandu jgħarraf l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza dwar tibdil fir-relazzjoni tax-xogħol tiegħu, skont il-proċeduri nazzjonali.

2. Wara l-ewwel sentejn ta' residenza legali fl-Istat Membru kkonċernat bħala detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE, il-persuna kkonċernata għandha tgawdi minn trattament ugwali bħaċ-ċittadini.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-qgħad fih innifsu m'huwiex raġuni biex tkun irrevokata Karta Blu ta’ l-UE, sakemm il-perjodu ta' qgħad ma jkunx iktar minn tliet xhur konsekutivi.

1. Il-qgħad fih innifsu m'huwiex raġuni biex tkun irtirata Karta Blu ta’ l-UE jew biex din ma tiġġeddidx, sakemm il-perjodu ta' qgħad ma jkunx iktar minn sitt xhur konsekuttivi.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Dententur ta’ Karta l-Blu tal-UE għandu jkollu d-dritt li jibqa' fit-territorju tal-Istati Membri sakemm ikun qed iwettaq attivitajiet ta' taħriġ bil-għan li jkompli jżid il-kapaċitajiet professjonali tiegħu jew għal kwalifika mill-ġdid tal-profil professjonali tiegħu.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Matul dan il-perjodu, id-detentur tal-Karta Blu ta’ l-UE jingħata permess ifittex u jaċċetta impjieg il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13(1) jew (2) skond liema jkun applikabbli.

2. Matul il-perjodi msemmija fil-paragrafi 1 u 1a, id-detentur tal-Karta Blu ta’ l-UE għandu jingħata permess biex ifittex u jaċċetta impjieg bi kwalifiki għolja bil-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13(1) jew (2) skond liema jkun applikabbli.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. l-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-drittijiet mogħtija skond il-paragrafi 1(b) u (h) f'dak li jirrigwarda boroż ta' studju u proċeduri għall-kisba ta' akkomodazzjoni pubblika għall-każijiet fejn id-detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE ilu joqgħod jew għandu d-dritt li joqgħod fit-territorju tiegħu għal minimu ta' tliet snin.

imħassar

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw trattament ugwali fuq il-post tax-xogħol f'dak li jirrigwarda għajnuna soċjali għall-każijiet fejn id-detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE ingħata status ta' resident tal-KE għal żmien twil skond l-Artikolu 17.

imħassar

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Artikolu 8(2) għandu jiġi interpretat li jfisser li detentur ta' Karta Blu tal-UE għandu jkun irrisjeda legalment fit-territorju tal-ewwel Stat Membru għall-perjodu ta’ validità tal-Karta Blu tal-UE, inkluż it-tiġdid tagħha.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 - paragrafu 2 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) residenza legali u kontinwa bħala detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn tkun ippreżentata l-applikazzjoni għal permess ta' residenza tal-KE għat-tul sentejn immedjatament qabel il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni.

(b) residenza legali u kontinwa bħala detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn tkun ippreżentata l-applikazzjoni għal permess ta' residenza tal-KE għat-tul tliet snin immedjatament qabel il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Jista’ jkun li jaqbel li t-terminu għall-kisba ta’ status ta’ resident fit-tul jiżdied għal tliet snin.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 2003/109/KE, l-Istati Membri għandhom iġeddu b'24 xahar il-perjodu ta' assenza permess lil detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE u tal-membri tal-familja tiegħu/tagħha li ngħataw status ta' residenti tal-KE għat-tul mit-territorju tal-Komunità.

4. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 2003/109/KE, l-Istati Membri jistgħu iġeddu b'24 xahar il-perjodu ta' assenza permess lil detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE u tal-membri tal-familja tiegħu/tagħha li ngħataw status ta' residenti tal-KE għat-tul mit-territorju tal-Komunità.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Id-derogi mid-Direttiva 2003/109/KE stipulati fil-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw biss f'każijiet fejn iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat jista' jippreżenta evidenza li hu/hi kien assenti mit-territorju tal-Komunità biex jeżerċita attività ekonomika f'kapaċità ta' impjegat jew impjieg għal rasu, jew biex iwettaq servizz volontarju jew biex jistudja fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu/tagħha.

5. Id-derogi mid-Direttiva 2003/109/KE stipulati fil-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw biss f'każijiet fejn iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat jista' jippreżenta evidenza li hu/hi kien assenti mit-territorju tal-Komunità biex jeżerċita, fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu/tagħha, attività ekonomika f'kapaċità ta' impjegat jew impjieg għal rasu, jew biex iwettaq servizz volontarju jew biex jistudja. Dan għandu jħeġġeġ il-mobilità ċirkulari ta’ dawn il-professjonisti, kif ukoll l-involviment sussegwenti tal-istess ħaddiema migranti f’attivitajiet ta’ taħriġ, ta’ riċerka u tekniċi fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Skond il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 12, it-tieni Stat Membru għandu jipproċessa n-notifika u jinforma bil-miktub l-applikant u l-ewwel Stat Membru dwar id-deċiżjoni tiegħu li:

3. 3. Skond il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 12, it-tieni Stat Membru għandu jipproċessa l-applikazzjoni u d-dokumenti elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u jinforma bil-miktub l-applikant u l-ewwel Stat Membru dwar id-deċiżjoni tiegħu li:

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jirrifjuta li joħroġ Karta Blu ta’ l-UE u jobbliga lill-applikant u l-membri tal-familja tiegħu, skond il-proċeduri pprovduti mil-liġi nazzjonali, inkluż il-proċeduri ta' tkeċċija, biex jitlaq mit-territorju tiegħu jekk il-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu m'humiex sodisfatti. L-ewwel Stat Membru għandu jdaħħal immedjatament u mingħajr formalitajiet id-detentur tal-Karta Blu tal-UE u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14 japplikaw wara d-dħul mill-ġdid.

(b) jirrifjuta li joħroġ Karta Blu ta’ l-UE, jekk il-kundizzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu ma jiġux issodisfati jew jekk ikun hemm raġuni biżżejjed biex ma tinħariġx skont l-Artikolu 9. F'dan il-każ, l-Istat Membru għandu jobbliga lill-applikant, jekk dan ikun diġà jinsab fit-territorju tiegħu, u l-membri tal-familja tiegħu, skond il-proċeduri pprovduti mil-liġi nazzjonali, inkluż il-proċeduri ta' tkeċċija, biex jitlaq mit-territorju tiegħu. L-ewwel Stat Membru għandu jdaħħal immedjatament u mingħajr formalitajiet id-detentur tal-Karta Blu tal-UE u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14 japplikaw wara d-dħul mill-ġdid.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-applikant ikun responsabbli għall-ispejjeż relatati mar-ritorn u d-dħul mill-ġdid tiegħu/tagħha u tal-membri tal-familja, inkluż bir-rimbors ta' l-ispejjeż li tħallsu mill-finanzi pubbliċi fejn applikabbli, skond il-paragrafu 3(b).

4. L-applikant ikun responsabbli għall-ispejjeż relatati mar-ritorn u d-dħul mill-ġdid tiegħu/tagħha u tal-membri tal-familja, inkluż bir-rimbors ta' l-ispejjeż li tħallsu mill-finanzi pubbliċi, skond il-paragrafu 3(b).

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F'każijiet fejn Stat Membru jiddeċiedi li japplika r-restrizzjonijiet dwar aċċess għas-suq tax-xogħol previst fl-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/109/KE, tingħata preferenza għad-detenturi tal-permess ta' residenza "resident tal-KE għat-tul / detentur tal-Karta Blu ta’ l-UE" fuq ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għar-residenza hemmhekk għall-istess skopijiet.

2. F'każijiet fejn Stat Membru jiddeċiedi li japplika r-restrizzjonijiet dwar aċċess għas-suq tax-xogħol previst fl-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/109/KE, jista’ jagħti preferenza lid-detenturi tal-permess ta' residenza "resident tal-KE għat-tul / detentur tal-Karta Blu ta’ l-UE" fuq ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għar-residenza hemmhekk għall-istess skopijiet.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra jekk miżuri leġiżlattivi jew regolatorji huma ppromulgati fir-rigward ta' l-Artikoli 7, 9(2), 19(5) u 20 permezz tan-netwerk stabbilit bid-Deċiżjoni 2006/688/KE.

1. 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra jekk miżuri leġiżlattivi jew regolatorji huma ppromulgati fir-rigward ta' l-Artikoli 7, 9(2), 19(5) u 20 permezz tan-netwerk stabbilit bid-Deċiżjoni 2006/688/KE u għandhom jidentifikaw il-miżuri speċifiċi konċernati.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull sena, u għall-ewwel darba mhux iktar tard mill-1 ta' April [sena wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istatistiċi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra permezz tan-netwerk stabbilit bid-Deċiżjoni 2006/688/KE dwar il-volumi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ngħataw, li ġġedditilhom jew li ċċaħditilhom Karta Blu ta’ l-UE matul is-sena kalendarja ta' qabel, bl-indikazzjoni tan-nazzjonalità tagħhom u l-impjieg. Statistika dwar membri tal-familja li jidħlu għandhom jiġu kkomunikati wkoll. Għad-detenturi tal-Karta Blu ta’ l-UE u l-membri tal-familja tagħhom li jidħlu skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 19 sa 21, l-informazzjoni pprovduta għandha wkoll tispeċifika l-Istat Membru ta' residenza preċedenti.

3. Kull sena, u għall-ewwel darba mhux iktar tard mill-1 ta' April [sena wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istatistiċi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra permezz tan-netwerk stabbilit bid-Deċiżjoni 2006/688/KE dwar il-volumi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ngħataw, li ġġedditilhom jew li ċċaħditilhom Karta Blu ta’ l-UE matul is-sena kalendarja ta' qabel, bl-indikazzjoni tan-nazzjonalità u l-impjieg tagħhom b'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali. Statistika dwar membri tal-familja li jitħallew jidħlu għandha tiġi kkomunikata wkoll bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni li tikkonċerna l-impjieg tagħhom. Għad-detenturi tal-Karta Blu ta’ l-UE u l-membri tal-familja tagħhom li jidħlu skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 19 sa 21, l-informazzjoni pprovduta għandha wkoll tispeċifika l-Istat Membru ta' residenza preċedenti.

EXPLANATORY STATEMENT

Economic immigration is a challenge which the EU, in an increasingly globalised world and tougher competitive environment, will have to face up to. The EU is still not regarded as attractive by high-skilled workers, as is made clear by the figures. In the competition for the 'best and brightest', the EU comes off relatively badly by comparison with the traditional immigration countries such as the United States, Canada or Australia. Only 5.5% of highly qualified migrants from the Maghreb states come to the EU, while about 54% opt for the United States or Canada. By contrast, the EU has admitted the greatest number of unskilled Maghreb workers (87%). Highly qualified workers from all third countries account for 1.72% of the EU's total workforce, which is also well behind other important immigration countries such as Australia (9.9%), Canada (7.3%), the US (3.2%) and Switzerland (5.3%).

The 27 different admission regimes at present in the EU are the main reason for its low level of attractiveness as an immigration destination, making it considerably more difficult for potential migrant workers from third countries to move easily from one Member State to another. The different rules in the Member States lead to competition between them. Only 10 or so Member States have special regimes for admitting highly qualified migrant workers, while, in others, regimes are either non-existent or highly segmented. Only six Member States have specific programmes for the employment of highly qualified migrant workers.

The rapporteur therefore stresses the need for a comprehensive and coherent overall approach to European immigration policy which takes account of development policy, employment policy and integration policy aspects. Common European rules are required in order to direct migration flows to and within Europe and stem illegal migration. If there are prospects and scope for legal migration, countries of origin and transit countries will have an interest in jointly combating illegal immigration. The Commission proposal to make the EU more attractive to highly qualified third-country workers through fast-track and flexible admission procedures and favourable residence conditions is therefore expressly welcomed. Prompt admission procedures without red tape and common standard definitions for access to a total of 27 different labour markets in the EU are crucial. That is the only way for the EU to be able to keep up and compete. A system based on common criteria is a clear signal to highly qualified third-country workers that the EU has a serious interest in drawing on skilled workers from third countries on Member States' national labour markets and in employing them there in the longer term. By recruiting highly qualified skilled workers, the EU helps to boost its own competitiveness and economic growth. The rapporteur expressly stresses, however, that immigration for taking up highly qualified employment cannot be a long-term solution to economic problems or to the demographic problem. Admitting highly qualified workers can help to solve those problems in the short term only. In the medium and long term, Member States must take further employment, economic and family policy measures in order to deal with present and future developments in the EU.

The rapporteur underlines the fact that economic migration fundamentally influences Member States' national labour markets. Member States must therefore continue to have the right to determine the scale of immigration in terms of numbers. The subsidiarity principle must be maintained: at EU level, there is no European labour market, and there are no integrated social security schemes, no common arrangements for old-age provision and no harmonised health insurance schemes. National labour market structures differ fundamentally, which is why economic migration must be geared to needs on the respective national labour markets. Decisions on the number of skilled workers from third countries and on their necessary qualifications can only be demand-driven and therefore taken locally.

Immigration by highly qualified third-country workers can only take place in strict compliance with the principle of Community preference, appropriately and usefully complementing national labour market strategies if demand for skilled workers for jobs cannot be met either by EU citizens or by any of the some 18 ½ million third-country nationals lawfully residing in the EU. It should be borne in mind that EU citizens from the new Member States, whose freedom of movement is still constrained by transitional arrangements, must not be disadvantaged, with regard to labour market access, vis-à-vis highly qualified workers from non-EU countries. It must continue to be a priority concern of Member States to train their own workers, and demand cannot be alternatively met through migration only; rather, a reasonable balance must be achieved between the two approaches.

Rapporteur's position

In her draft report, the rapporteur has added many details and clarifications so as to standardise EU entry conditions for third-country nationals as far as possible and define the rights of Member States and of third-country nationals clearly.

The rapporteur has broadened the scope of the directive to include both graduates, who should usually be assumed to have studied for four or, possibly, five years, and to individuals with six years' appropriate professional experience, including at least two years in a senior position. The increase in length of professional experience is appropriate and is modelled on the European Professional Qualifications Recognition Directive[1], which provides for periods of professional experience well in excess of three years, in order to place graduates and non-graduates on as equal a footing as possible.

In addition to the qualifications necessary, provision has been made for a minimum wage as a criterion for admitting third-country nationals. In this connection, the rapporteur is advocating that national gross average pay be used as the reference unit and is proposing a minimum pay threshold of 1.7 times gross average pay in the relevant Member State, thus enabling small and medium-sized enterprises and higher-education establishments, too, to recruit highly qualified individuals.

Member States must continue to have the right to lay down more favourable conditions in national legislation for access to highly qualified employment. For first-time entry into the EU, the rapporteur does stress the need for standard access arrangements deriving from the basic admission criteria referred to in Article 5(1). Member States should nonetheless be given the option, in the event of a move to a second Member State, of departing, in a positive way, from the minimum pay threshold provided for in Article 5(2). It should be borne in mind that as regards the minimum pay requirement, for first-time entry, there are already differences because of Member States' differing pay levels taken as the calculation basis.

Determining the scale on which third-country nationals are admitted on to the national labour market is an expression of the sovereignty of each and every Member State. The rapporteur has made that right more specific by expressly allowing Member States to set a zero quota or not to set an admission volume for particular areas. In this connection, the rapporteur is proposing that the fact of not determining a volume or quota exhaustion be a ground for refusal to issue an EU Blue Card. Any application by an EU Blue Card holder for public assistance or possession of insufficient funds for a worker to support himself and his family would be further grounds for refusal.

It is made clear in the draft report that third-country nationals applying for an EU Blue Card who meet all admission conditions do not have the right to have such a card issued; rather, decisions would remain at the discretion of the Member State concerned. That would enable Member States to take account of national and regional demand for labour, too, by giving preference to Union citizens or to third-country nationals already resident in the EU, and, in so doing, to direct immigration on to the domestic labour market.

The rapporteur stresses that the directive's European added value lies principally in the fact that, after a waiting period, intra-European mobility would be ensured. After two years' lawful residence in the first Member State, highly-skilled third-country nationals would be able to move to any other Member State in order to take up highly qualified employment, provided that that Member State had not set a zero quota or had already exhausted its quota. The rapporteur would not like to place further constraints on the right of third-country nationals to move, since that is one of the directive's key benefits making European Union entry attractive to them.

  • [1]  Directive 2005/36/EC of the European Parliament and of the Council of 7 September 2005 on the recognition of professional qualifications (repealing Directives 77/452/EEC, 77/453/EEC, 78/686/EEC, 78/687/EEC, 78/1026/EEC, 78/1027/EEC, 80/154/EEC, 80/155/EEC, 85/384/EEC, 85/432/EEC; 85/433/EEC, 89/48/EEC, 92/51/EEC, 93/16/EEC and 1999/42/EC), OJ L 255, 30.9.2005.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (11.9.2008)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għoljin
(COM (2007)0637 – C6-0011/2008 – 2007/0288(CNS))

Rapporteur għal opinjoni(*): Jan Tadeusz Masiel(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Ċitazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikoli 63(3)(a) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikoli 63(3)(a) u (4) tiegħu, u waqt li jikkunsidraw ukoll it-Titolu III, Kapitolu 1,

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-Kunsill Ewropew ta' Liżbona ta' Marzu 2000 stipula l-għan għal-Komunità li ssir l-ekonomija msejsa fuq l-għarfien l-aktar kompetittiva u dinamika fid-dinja sa l-2010.

(3) Il-Kunsill Ewropew ta' Liżbona ta' Marzu 2000 stipula l-għan għall-Komunità li ssir l-ekonomija msejsa fuq l-għarfien l-aktar kompetittiva u dinamika fid-dinja sa l-2010 u li tkun kapaċi għal tkabbir ekonomiku sostenibbli b'aktar xogħlijiet ta' kwalità aħjar u b'koeżjoni soċjali akbar. Il-miżuri intenzjonati biex jattiraw u jżommu lill-ħaddiema bi kwalifiki għoljin ġejjin minn pajjiżi terzi bħala parti ta' approċċ imsejjes fuq il-bżonnijiet tal-Istati Membri għandhom jitqiesu fil-kuntest usa' stabbilit mill-Istrateġija ta' Liżbona u mil-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3 (a) (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Fil-laqgħa speċjali tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew irrikonoxxa li hemm bżonn jiġu approssimati l-liġijiet nazzjonali dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini minn pajjiżi terzi. Għalhekk, iddikjara li l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura trattament ġust għaċ-ċittadini minn pajjiżi terzi li huma residenti legali fit-territorju tal-Istati Membri u li politika ta' integrazzjoni aktar qawwija għandha tkun orjentata b'mod li jkunu offerti lilhom drittijiet u obbligi li jistgħu jitqabblu ma' dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Għal dak il-għan talab lill-Kunsill biex malajr jadotta deċiżjonijiet fuq il-bażi tal-proposti tal-Kummissjoni.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Fuq sfond ta' globalizzazzjoni dejjem tiżdied tas-suq tax-xogħol, l-Unjoni Ewropea għandha ssir aktar attraenti għall-ħaddiema, b'mod partikolari il-ħaddiema bi kwalifiki għolja minn pajjiżi terzi. Proċedura amministrattiva ssimplifikata, omoġenea fl-Istati Membri kollha, l-għoti ta' ċerti faċilitajiet, inklużi derogi minn ċerti dispożizzjonijiet applikabbli, u aċċess aktar faċli għat-tagħrif relevanti għandhom jiffaċilitaw l-ilħuq ta' dan l-objettiv.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Proċess ta' Liżbona huwa importanti wkoll li titħaddan il-mobilità ta' ħaddiema bi kwalifiki għolja li huma ċittadini ta' l-UE fi ħdan l-Unjoni, b'mod partikolari mill-Istati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 u l-2007. Bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri huma marbuta li jirrispettaw il-prinċipju ta' preferenza tal-Komunità kif espress b'mod partikolari fid-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Atti ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 u l-25 ta' April 2005.

(6) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Proċess ta' Liżbona huwa importanti wkoll li titrawwem il-mobilità ta' ħaddiema bi kwalifiki għolja li huma ċittadini ta' l-UE fi ħdan l-Unjoni, b'mod partikolari mill-Istati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 u l-2007. Meta tiġi implimentata din id-Direttiva, il-prinċipju ta' preferenza tal-Komunità, kif espress b'mod partikolari fid-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Atti ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 u l-25 ta' April 2005, għandu jkun irrispettat.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha l-għan li tikkontribwixxi fil-kisba ta' dawn l-għanijiet u tindirizza dawn in-nuqqasijiet ta' xogħol billi tħaddan id-dħul u l-mobilità - għall-iskopijiet ta' impjieg bi kwalifiki għolja - ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għal perjodu ta' iktar minn tliet xhur, sabiex il-Komunità tidher iktar attraenti għal ħaddiema bħal dawn minn madwar id-dinja u biex tappoġja l-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku tagħha. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, huwa neċessarju li jkun iffaċilitat id-dħul ta' ħaddiema bi kwalifiki għolja u l-membri familjari tagħhom billi titwaqqaf proċedura rapida ta' dħul u billi jingħataw drittijiet soċjali u ekonomiċi indaqs bħaċ-ċittadini ta' l-Istat Membru li qed jilqahom f'ċerti oqsma. Għal dak li jikkonċerna dawn id-drittijiet, din id-Direttiva tibni fuq id-dispożizzjoni korrespondenti tad-Direttiva... ["dwar proċedura ta' applikazzjoni waħdanija għal permess waħdani għal ċittadini ta' pajjiżi terzi biex jirresjedi u jaħdem fit-territorju ta' Stat Membru u dwar għadd komuni ta' drittijiet għal ħaddiema ta' pajjizi terzi li jirresjedu legalment fi Stat Membru"].

Din id-Direttiva għandha l-għan li tikkontribwixxi fil-kisba ta' dawn l-għanijiet u tindirizza dawn in-nuqqasijiet ta' ħaddiema billi tħaddan id-dħul u l-mobilità - għall-iskopijiet ta' impjieg bi kwalifiki għolja - ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għal perjodu ta' iktar minn tliet xhur, sabiex il-Komunità tidher iktar attraenti għal ħaddiema bħal dawn minn madwar id-dinja. Biex jintlaħqu l-għanijiet kollha ta' Liżbona, huwa neċessarju li jkun iffaċilitat id-dħul ta' ħaddiema bi kwalifiki għolja, kemm maskili u femminili, u l-membri familjari tagħhom billi titwaqqaf proċedura rapida ta' dħul u billi jingħataw drittijiet soċjali u ekonomiċi indaqs bħaċ-ċittadini ta' l-Istat Membru li qed jilqagħhom f'ċerti oqsma. Għal dak li jikkonċerna dawn id-drittijiet, din id-Direttiva tibni fuq id-dispożizzjoni korrespondenti tad-Direttiva... ["dwar proċedura ta' applikazzjoni waħdanija għal permess waħdani għal ċittadini ta' pajjiżi terzi biex jirresjedi u jaħdem fit-territorju ta' Stat Membru u dwar għadd komuni ta' drittijiet għal ħaddiema ta' pajjizi terzi li jirresjedu legalment fi Stat Membru"].

Ġustifikazzjoni

L-Istrateġija ta' Liżbona ma tħaddanx biss il-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Din id-Direttiva għandha tipprovdi għal sistema ta' dħul flessibbli li tiddependi fuq id-domanda, ibbażata fuq kriterji oġġettivi bħal-limitu minimu ta' salarju kumparabbli mal-livelli ta' salarji fl-Istati Membri u fuq kwalifiki professjonali. Id-definizzjoni ta' denominatur komuni minimu għall-limitu nazzjonali ta' salarji huwa meħtieġ biex ikun żgurat livell minimu ta' armonizzazzjoni fil-kondizzjonijiet ta' dħul fl-UE kollha. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-livell nazzjonali tagħhom skond is-sitwazzjoni tas-swieq tax-xogħol rispettivi tagħhom u l-politiki ta' immigrazzjoni ġenerali tagħhom.

(10) Din id-Direttiva għandha tipprevedi sistema ta' dħul flessibbli mmexxija mid-domanda tal-Istati Membri, ibbażata fuq kriterji oġġettivi bħal kwalifiki professjonali Għandu japplika l-prinċipju ta' paga indaqs għal xogħol indaqs jew għal xogħol ta' valur indaqs.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) F'dak li jirrigwarda d-derogi mill-iskema prinċipali tal-livelli tas-salarji għall-applikanti bi kwalifiki għolja taħt it-30 sena li, minħabba l-esperjenza professjonali limitata tagħhom u l-pożizzjoni tagħom fis-suq tax-xogħol, jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' salarju ta' l-iskema ewlenija jew, għal dawk li kisbu l-kwalifiki tagħhom ta' edukazzjoni ogħla fl-Unjoni Ewropa.

imħassra

Ġustifikazzjoni

L-aċċess iffaċilitat għall-persuni bi kwalifiki għolja taħt it-30 sena mhuwiex konsistenti mal-prinċipju tal-UE ta' trattament ugwali, skont liema ma jrid ikun hemm l-ebda diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' età. Barra minn hekk, jekk jingħata aċċess iffaċilitat lill-persuni bi kwalifiki għolja taħt it-30 sena, ikun hemm il-periklu li jitwarrab l-investiment fit-taħriġ taċ-ċittadini żgħażagħ tal-UE. Dan ma jridx jitħalla jseħħ, peress li r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ taħt it-30 fost l-UE qiegħda madwar 15% (statistika tal-Eurostat għall-2007) u titla' għal 20% fil-Greċja, Franza, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakja.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Ladarba Stat Membru jkun iddeċieda li jdaħħal ċittadin ta' pajjiż terzi li jissodisfa l-kriterji komuni, iċ-ċittadin ta' pajjiż terż għandu jirċievi permess ta' residenza speċifiku, li għandu jissejjaħ Karta Blu ta’ l-UE u li għandu jagħtih aċċess progressiv għas-suq tax-xogħol, u jgawdi mid-drittijiet ta' residenza u mobilità mogħtija lilu/lilha u l-familja tiegħu/tagħha.

(12) Ladarba Stat Membru jkun iddeċieda li jdaħħal ċittadin ta' pajjiż terzi li jissodisfa l-kriterji komuni, iċ-ċittadin ta' pajjiż terż għandu jirċievi permess ta' residenza speċifiku, li għandu jissejjaħ Karta Blu ta’ l-UE.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Fil-każ li Stat Membru jiddeċiedi li t-talba għal-Karta Blu ta' l-UE tista' titressaq minn min jimpjega ċittadin ta' pajjiżi terz, iċ-ċittadin ta' pajjiż terz u min jimpjegah għandhom jikkoperaw sabiex jiġu rrispettati l-obbligi previsti fir-Regolament 1030/2002/KE.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-mobilità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja bejn il-Komunità u l-pajjiż ta' oriġini tagħhom għandha titrawwem u tiġi appoġġjata. Id-derogi mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma residenti għat-tul għandhom ikunu previsti sabiex jiġi estiż il-perjodu ta' assenza mit-territorju tal-Komunità li m'huwiex ikkunsidrat għall-kalkolu tal-perjodu ta' residenza legali u kontinwa neċessarja għall-eliġibilità għall-istatus ta' resident tal-KE għat-tul. Perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE għandhom jingħataw wara ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja jkunu kisbu l-istatus ta' residenza tal-KE għat-tul. B'mod partikolari, biex titħeġġeġ il-migrazzjoni ċirkolari ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi li joriġinaw mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-użu ta' possibilitajiet offruti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE biex tippermetti perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza b'mod partikolar ma' l-iżvilupp għaddej ta' l-għanijiet, dawn id-derogi għandhom japplikaw biss jekk jista' jiġi ppruvat li l-persuna kkonċernata rritornat lura għall-pajjiżha għal raġunijiet ta' xogħol, studju jew attivitajiet ta' volontarjat.

(17) Il-mobilità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja bejn il-Komunità u l-pajjiż ta' oriġini tagħhom għandha titrawwem u tiġi appoġġjata. Id-derogi mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul għandhom ikunu previsti sabiex jiġi estiż il-perjodu ta' assenza mit-territorju tal-Komunità li m'huwiex ikkunsidrat għall-kalkolu tal-perjodu ta' residenza legali u kontinwa neċessarja għall-eliġibilità għall-istatus ta' resident tal-KE għat-tul. Perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE għandhom jingħataw wara li ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja jkunu kisbu l-istatus ta' residenza tal-KE għat-tul. B'mod partikolari, biex titħeġġeġ il-migrazzjoni ċirkolari ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi li joriġinaw mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-użu ta' possibilitajiet offruti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE biex jiġu permessi perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza b'mod partikolari ma' l-iżvilupp li għaddej ta' l-għanijiet, dawn id-derogi għandhom japplikaw biss jekk jista' jiġi ppruvat li l-persuna kkonċernata rritornat lura għall-pajjiż ta' oriġini tagħha.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit li ċittadini ta' pajjiż ma jistgħux jirritornaw fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom sakemm ma jistgħux jippruvaw li hemmhekk se jaħdmu, jistudjaw jew iwettqu attivitajiet ta' volontarja jirrapreżenta obbligu amministrattiv żejjed u komplikazzjoni li hi kompletament mhux proporzjonata mas-sitwazzjoni. Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi wkoll iridu jkunu jistgħu jirritornaw temporanjament lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom għal raġunijiet familjari jew personali.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jwettqu reklutaġġ attiv f'setturi li qed ibatu minn nuqqas ta' riżorsi umani fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Politiki u prinċipji ta' reklutaġġ etiku applikabbli għall-impjegati tas-settur pubbliku u privat għandu jiġi żviluppat partikolarment fis-settur tas-saħħa, kif enfasizzat fil-konklużjoni tal-Kunsill u l-Istati Membri fl-14 ta' Mejju 2007 dwar il-Programm Ewropew għal Azzjoni biex jiġi indirizzat in-nuqqas kritiku ta' ħaddiema tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2007-2013). Dawn għandhom jissaħħu bl-iżvilupp ta' mekkaniżmi, linji gwida u għodod oħra biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni ċirkolari u temporanja, kif ukoll miżuri oħra li jnaqqsu l-effetti negattivi u jżidu l-effetti pożittivi ta' immigrazzjoni ta' kapaċità għolja fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Kwalunkwe intervent ta' dan it-tip għandu jittieħed b’konformità mal-linji tad-Dikjarazzjoni Konġunta Afrika-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp, adottata fi Tripli fit-22 u t-23 ta' Novembru 2006 bil-għan li tistabbilixxi politika komprensiva ta' migrazzjoni kif stabbilit mill-Kunsill Ewropew ta' l-14 u l-15 ta' Diċembru 2006.

(20) Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jwettqu reklutaġġ f'setturi li qed ibatu minn nuqqas ta' riżorsi umani fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, f'setturi fejn jista' jxekkel il-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jipprovdu servizzi soċjali bażiċi jew f'setturi li huma vitali biex jinkisbu l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp tan-NU, b'mod partikulari s-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni. Fis-setturi msemmija hawn fuq politiki u prinċipji ta' reklutaġġ etiku applikabbli għall-impjegati kemm tas-settur pubbliku u kemm dak privat għandhom jiġu żviluppati partikolarment fis-settur tas-saħħa, kif enfasizzat fil-konklużjoni tal-Kunsill u l-Istati Membri fl-14 ta' Mejju 2007 dwar il-Programm Ewropew għal Azzjoni biex jiġi indirizzat in-nuqqas kritiku ta' ħaddiema tas-saħħa fil-pajjżi li qed jiżviluppaw (2007-2013). Dawn għandhom jissaħħu bl-iżvilupp ta' mekkaniżmi, linji gwida u għodod oħra biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni ċirkolari u temporanja, kif ukoll miżuri oħra li jnaqqsu l-effetti negattivi u jżidu l-effetti pożittivi ta' immigrazzjoni ta' kapaċità għolja fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Kwalunkwe intervent ta' dan it-tip għandu jsir b'mod konformi mal-linji tad-Dikjarazzjoni Konġunta Afrika-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp, adottata fi Tripli fit-22 u t-23 ta' Novembru 2006 bil-għan li tistabbilixxi politika komprensiva ta' migrazzjoni kif stabbilit mill-Kunsill Ewropew ta' l-14 u l-15 ta' Diċembru 2006. Għandu jsir ukoll b'konsultazzjoni mas-sieħba soċjali f'kemm il-pajjżi ta' oriġini u f'kemm il-pajjiżi ospitanti fis-setturi relevanti. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-kodiċijiet ta' kondotta meta jkunu qed jimplimentaw il-politiki tagħhom ta' ammissjoni ta' ħaddiema b'kapaċitajiet għolja minn pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li l-Istati Membri ma jiġbdux ħaddiema b'kapaċitajiet għolja minn dawk is-setturi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jonqoshom persunal u li huma vitali fl-iżvilupp tas-servizzi soċjali bażiċi u/jew li huma kruċjali biex jinkisbu l-objettivi għall-iżvilupp tal-MDGs tan-NU. L-Istati Membri għandhom joqogħdu partikularment attenti fil-każ ta' reklutaġġ fis-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni. L-introduzzjoni tal-Karta Blu tal-UE m'għandha bl-ebda mod ixxekkel l-iżvilupp tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza għal iktar minn tliet xhur fit-territorju ta' l-Istati Membri ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u tal-membri tal-familja tagħhom għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għolja,

(a) il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza fit-territorju ta' l-Istati Membri għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u għall-membri tal-familja tagħhom għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għolja,

Ġustifikazzjoni

Hu evidenti li meta wieħed jitkellem fuq dħul u residenza għal skopijiet ta' xogħol, qed jitkellem fuq żmien ta' residenza ta' aktar minn tliet xhur, li hu riżervat għat-turisti mingħajr id-dritt li jaħdmu

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Atikolu 2 – punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "impjieg bi kwalifiki għolja" jfisser l-eżerċizzju ta' xogħol ġenwin u effettiv taħt id-direzzjoni ta' xi ħadd ieħor għal liema persuna titħallas u li għalih huwa meħtieġ kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla jew minimu ta' tliet snin esperjenza professjonali;

(b) "impjieg bi kwalifiki għolja" jfisser l-eżerċizzju ta' xogħol ġenwin u effettiv taħt id-direzzjoni ta' xi ħadd ieħor għal liema xogħol persuna titħallas u li għalih huwa meħtieġ kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla jew f'każi ġġustifikati kif jixraq, kompetenza professjonali għola;

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Arikolu 2 – punt (f)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) "membri tal-familja" jfisser iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi skond id-definizzjoni f'Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/86/KE.

(f) "membri tal-familja" jfisser iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi skond id-definizzjoni fl-Artikolu 4(1), (2) u (3) tad-Direttiva 2003/86/KE.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Arikolu 2 – punt (g)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) "kwalifika ta' edukazzjoni ogħla" tfisser kwalunkwe lawrea, diploma jew ċertifikat ieħor maħruġ minn awtorità kompetenti li jiddikjara t-tmiem b'suċċess ta' programm ta' edukazzjoni ogħla, notevolment għadd ta' korsijiet ipprovduti minn stabbiliment edukattiv magħruf bħala istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla mill-Istat li jinsab fih. Dawn il-kwalifiki jiġu kkunsidrati, għall-iskop ta' din id-Direttiva, fuq kondizzjoni li l-istudji meħtieġa biex jinkisbu damu minimu ta' tliet snin.

(g) "kwalifika ta' edukazzjoni ogħla" tfisser kwalunkwe lawrea, diploma jew ċertifikat ieħor maħruġ minn awtorità kompetenti li jiddikjara t-tmiem b'suċċess ta' programm ta' edukazzjoni ogħla, jiġifieri għadd ta' korsijiet ipprovduti minn stabbiliment edukattiv rikonoxxut bħala istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla mill-Istat li jinsab fih. Dawn il-kwalifiki jiġu kkunsidrati, għall-iskop ta' din id-Direttiva, bil-kondizzjoni li l-istudji meħtieġa biex jinkisbu damu minimu ta' tliet snin. Fl-evalwazzjoni dwar jekk ċittadin ta' pajjiż terz lestiex programm ta' edukazzjoni ogħla, għandha ssir referenza għal-livelli 5a u 6 tal-ISCED tal-1997;

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Arikolu 2 – punt (h)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) "kwalifiki professjonali għolja" jfisser kwalifiki ċċertifikati b'evidenza ta' kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla jew ekwivalenti ta' minimu ta' tliet snin esperjenza professjonali.

(h) "kompetenza professjonali għolja" tfisser esperjenza professjonali ta' ħames snin mill-inqas li turi għarfien ta' livell ekwivalenti għal dak rikjest għal kwalifika ta' livell għoli, akkreditata b'ċertifikat ta' ħidma u kkonfermata b'ċertifikazzjoni mill-amministrazzjoni kompetenti;

 

(Din l-emenda tapplika fit-test kollu. Jekk tiġi adottata, ikun hemm bżonn li jiddaħħlu l-bidliet korrispondenti fil-bqija tat-test.)

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva għandha tapplika lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għad-dħul fit-territorju ta' Stat Membru għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għolja.

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għad-dħul fit-territorju ta' Stat Membru għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għolja u anke għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma diġà legalment residenti skont skemi oħra fi Stat Membru u li japplikaw għal Karta Blu.

Ġustifikazzjoni

Sabiex, pereżempju, jiġu promossi studenti li jkunu lestew l-edukazzjoni ogħla tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru li jibqgħu fl-UE jagħmel sens li din id-direttiva tkun applikata wkoll għal dawk li jkunu jixtiequ jibqgħu fit-'territorju ta' Stat Membru għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għolja'.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jirresjedu fi Stat Membru bħala applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew taħt skemi ta' protezzjoni temporanji;

(a) li għandhom l-opportunità li jirresjedu fi Stat Membru taħt skemi ta' protezzjoni temporanja jew li ppreżentaw applikazzjoni u qed jistennew risposta biex jiġi ddeterminat l-istatus tagħhom;

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt (a a) ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) li jaqgħu fil-kategorija ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva 2004/83/KE u li l-applikazzjoni tagħhom tkun għadha ma tatx lok għal deċiżjoni finali;

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jkunu refuġjati jew ikunu applikaw għar-rikonoxximent bħala refuġjati u li l-applikazzjoni tagħhom tkun għada ma tatx lok għal deċiżjoni finali;

(b) li jkunu applikaw għall-protezzjoni b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew mal-prattika ta' l-Istat Membru u li l-applikazzjoni tagħhom tkun għadha ma tatx lok għal deċiżjoni finali;

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Din id-direttiva għandha tapplika bla ħsara għall-ftehimiet jew prattiki kollettivi li huma applikabbli fil-fergħat okkupazzjonali relevanti.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-eżerċizzju miċ-ċittadini ta' l-UE tal-professjoni rregolata speċifikata fil-kuntratt ta' xogħol jew offerta' ta' impjieg li torbot;

(b) jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-eżerċizzju miċ-ċittadini ta' l-UE tal-professjoni rregolata speċifikata fil-kuntratt ta' xogħol jew offerta' ta' impjieg li torbot, kif stipulat permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) għall-professjonijiet mhux irregolati, jippreżenta d-dokumenti li jiċċertifikaw il-kwalifiki professjonali għolja rilevanti fl-attività professjonali jew is-settur speċifikat fil-kuntratt ta' xogħol jew fl-offerta ta' impjieg li torbot;

(c) għall-professjonijiet mhux irregolati, jippreżenta d-dokumenti li jiċċertifikaw il-kwalifiki professjonali għolja rilevanti fl-attività professjonali jew is-settur speċifikat fil-kuntratt ta' xogħol jew fl-offerta ta' impjieg li torbot, kif stipulat permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt (f)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) li l-persuna kkonċernata ma tikkostitwixxix theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika.

(f) li l-persuna kkonċernata, minħabba raġunijiet li jistgħu jintwerew b'mod oġġettiv, ma tikkostitwixxix theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni dwar jekk persuna tikkostitwixxix theddida għall-politika pubblika, għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika m'għandhiex tiġi ddeterminata permezz ta' deċiżjoni amministrattiva arbitrarja.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Barra mill-kondizzjonijiet stipulati fl-1 paragrafu, is-salarju gross fix-xahar speċifikat fil-kuntratt tax-xogħol jew offerta ta' impjieg li torbot m'għandhiex tkun inqas mill-livell nazzjonali ta' salarju definit u ppublikat għall-iskop ta' l-Istati Membri li għandu jkun mill-inqas tliet darbiet il-minimu tal-paga minima gross kif stipulat fil-liġi nazzjonali.

2. Barra mill-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, is-salarju gross fix-xahar speċifikat fil-kuntratt tax-xogħol jew offerta ta' impjieg li torbot m'għandux ikun inqas minn livell nazzjonali definit u ppublikat għal dan l-iskop mill-Istati Membri li għandu jkun mill-inqas 1.7 darbiet il-paga medja grossa.

 

Fi kwalunkwe każ, is-salarju gross fix-xahar speċifikat fil-kuntratt tax-xogħol jew offerta ta' impjieg li torbot m'għandux ikun inqas mill-pagi li japplikaw jew li kieku japplikaw għal ħaddiem kumparabbli fil-pajjiż ospitanti.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-applikazzjoni hija ppreżentata minn ċittadin ta' pajjiż terz ta' inqas minn 30 sena u li għandu kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla, japplikaw id-derogi li ġejjin:

imħassar

(a) L-Istati Membri għandhom iqiesu sodisfatti l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(2) jekk is-salarju gross fix-xahar offrut huwa ekwivalenti għal mill-inqas żewġ terzi tal-livell nazzjonali tas-salarju definit skond Artikolu 5(2);

 

(b) L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx il-kondizzjoni ta' salarju imniżżla fl-Artikolu 5(2) fuq kondizzjoni li l-applikant ikun temm edukazzjoni ogħla fil-post ta' studju u kiseb lawrea ta' Baċċellerat jew Masters f'istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla li tinsab fit-territorju tal-Komunità.

 

(c) L-Istati Membri ma jitolbux prova ta' esperjenza professjonali minbarra l-kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla, sakemm dan huwa meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-eżerċizzju miċ-ċittadini ta' l-UE tal-professjoni rregolata speċifikata fil-kuntratt ta' xogħol jew l-offerta' ta' impjieg li torbot.

 

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-validità inizjali tal-Karta Blu ta’ l-UE tkun ta' sentejn u tiġġedded mill-inqas għall-istess ammont. Jekk il-kuntratt ta' xogħol ikopri perjodu ta' inqas minn sentejn, il-Karta Blu ta’ l-UE tingħata għat-tul ta' żmien tal-kuntratt ta' xogħol b'żieda ta' tliet xhur.

2. Il-validità inizjali tal-Karta Blu ta’ l-UE għandha tkun ta' sentejn u tiġġedded mill-inqas għall-istess ammont ta' żmien. Jekk il-kuntratt ta' xogħol ikopri perjodu ta' inqas minn sentejn, il-Karta Blu ta’ l-UE għandha tingħata għat-tul ta' żmien tal-kuntratt ta' xogħol b'żieda ta' sitt xhur.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jagħtu preferenza lil ċittadini ta' l-Unjoni, lil ċittadini ta' pajjiżi terzi, fejn hemm provvediment dwar dan fil-leġislazzjoni tal-Komunità, kif ukoll għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment u li jirċievu l-benefiċċji tal-qgħad fl-Istati Membri konċernati.

imħassar

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istat Membri jistgħu jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu Karta Blu ta’ l-UE għal raġunijiet ta' politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika.

3. L-Istati Membri jistgħu jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu Karta Blu ta’ l-UE biss jekk ikun hemm theddida għall-implimentazzjoni politika pubblika, jew għas-sigurtà pubblika jew saħħa pubblika li tkun tista' tintwera b'mod oġġettiv.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni dwar jekk persuna tikkostitwixxix theddida għall-politika pubblika, għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika m'għandhiex tiġi ddeterminata permezz ta' deċiżjoni amministrattiva arbitrarja.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta Stat Membru joħroġ Karta Blu huwa jikkommetti ruħu li joħroġ il-viżi u d-dokumentazzjoni relevanti, fejn dan ikun japplika, kemm jista' jkun malajr, iżda ta' l-inqas f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma l-applikant jibda l-impjieg li fuq il-bażi tiegħu tkun ħarġet il-Karta Blu, sakemm l-Istat Membru ma jkunx jista' raġonevolment jiġi mistenni li jagħmel dan jew minħabba li l-applikazzjoni għall-Karta l-Blu tkun saret tard jew min-naħa ta' min iħaddem jew min-naħa taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom sabiex, wara li jiddeċiedu li joħorġu l-Karta Blu lil ċittadin ta' pajjiż terz, huma jiżguraw li l-viżi u d-dokumentazzjoni neċessarji kollha jiġu pproċessati kemm jista' jkun malajr sabiex jinkiseb l-akbar benefiċċju mis-sistema tal-Karta Blu.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk l-informazzjoni pprovduta ma' l-applikazzjoni m'hijiex adegwata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant dwar l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet ikunu rċevew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

2. Jekk l-informazzjoni jew id-dokumenti pprovduti ma' l-applikazzjoni ma jkunux adegwati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant dwar l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa filwaqt li jispeċifikaw tul ta' żmien raġonevoli li matulu trid tiġi pprovduta din l-informazzjoni. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet ikunu rċevew l-informazzjoni jew id-dokumenti addizzjonali meħtieġa. Jekk id-dokumenti jew l-informazzjoni addizzjonali ma jaslux fil-perjodu ta' żmien speċifikat l-applikazzjoni għandha tiġi rrifjutata.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-ewwel sentejn ta' residenza legali fl-Istat Membru kkonċernat bħala detentur tal-Karta Blu ta’ l-UE, l-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-persuna kkonċernata jkun ristrett għall-eżerċizzju ta' attivitajiet ta' impjieg imħallas li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul stipulati fl-Artikoli 5 u 6. Tibdil fit-termini tal-kuntratt tax-xogħol li jaffettwaw il-kondizzjonijiet għad-dħul jew tibdil fir-relazzjoni tax-xogħol għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' residenza, skond il-proċeduri nazzjonali u fil-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 12(1).

1. Għall-ewwel sentejn ta' residenza legali fl-Istat Membru kkonċernat bħala detentur tal-Karta Blu ta’ l-UE, l-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-persuna kkonċernata jkun ristrett għall-eżerċizzju ta' attivitajiet ta' impjieg imħallas li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul stipulati fl-Artikoli 5 u 6. Modifiki fit-termini tal-kuntratt tax-xogħol li jaffettwaw il-kondizzjonijiet għad-dħul jew tibdil fir-relazzjoni tax-xogħol għandhom jiġu nnotifikati minn qabel bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' residenza, skond il-proċeduri nazzjonali u fil-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 12(1).

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Wara l-ewwel sentejn ta' residenza legali fl-Istat Membru kkonċernat bħala detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE, il-persuna kkonċernata għandha tgawdi minn trattament ugwali bħaċ-ċittadini f'dak li jirrigwarda aċċess għal impjieg bi kwalifiki għolja. Id-detentur tal-Karta Blu ta’ l-UE għandu jgħarraf l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' residenza dwar tibdil fir-relazzjoni tax-xogħol, skond il-proċeduri nazzjonali.

2. Wara l-ewwel sentejn ta' residenza legali fl-Istat Membru kkonċernat bħala detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE, il-persuna kkonċernata għandha tgawdi minn trattament ugwali bħaċ-ċittadini.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-qgħad fih innifsu m'huwiex raġuni biex tkun irrevokata Karta Blu ta’ l-UE, sakemm il-perjodu ta' qgħad ma jkunx iktar minn tliet xhur konsekutivi.

1. Il-qgħad fih innifsu m'huwiex raġuni biex tkun irtirata Karta Blu ta’ l-UE jew biex ma tiġġeddidx, sakemm il-perjodu ta' qgħad ma jkunx iktar minn sitt xhur konsekuttivi.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Id-dententur tal-Karta l-Blu ta' l-UE għandu jkollu d-dritt li jibqa' fit-territorju sakemm ikun qed iwettaq attivitajiet ta' taħriġ bil-għan li jkompli jżid il-kapaċitajiet professjonali tiegħu/tagħha jew għal kwalifika mill-ġdid tal-profil professjonali tiegħu/tagħha.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Matul dan il-perjodu, id-detentur tal-Karta Blu ta’ l-UE jingħata permess ifittex u jaċċetta impjieg taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13(1) jew (2) skond liema jkun applikabbli.

2. Matul il-perjodi msemmija fil-paragrafi 1 u 1a, id-detentur tal-Karta Blu ta’ l-UE għandu jingħata permess biex ifittex u jaċċetta impjieg bi kwalifiki għolja taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13(1) jew (2) skond liema jkun applikabbli.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. l-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-drittijiet mogħtija skond il-paragrafi 1(b) u (h) f'dak li jirrigwarda boroż ta' studju u proċeduri għall-kisba ta' akkomodazzjoni pubblika għall-każijiet fejn id-detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE ilu joqgħod jew għandu d-dritt li joqgħod fit-territorju tiegħu għal minimu ta' tliet snin.

imħassar

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw trattament ugwali fuq il-post tax-xogħol f'dak li jirrigwarda għajnuna soċjali għall-każijiet fejn id-detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE ingħata status ta' resident tal-KE għal żmien twil skond l-Artikolu 17.

imħassar

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(4) ta' l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 2003/86/KE, il-permessi ta' residenza għall-membri tal-familja jingħataw mhux iktar tard minn sitt xhur mid-data ta' meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni.

3. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(4) ta' l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 2003/86/KE, il-permessi ta' residenza għall-membri tal-familja jingħataw kemm jista' jkun malajr, kull fejn ikun possibbli flimkien mad-deċiżjoni li tinħareġ Karta Blu ta' l-UE, u fi kwalunkwe każ fi żmien sitt xhur mid-data ta' meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Artikoli 13, 15 u 16 għanhom ikomplu japplikaw, fejn dan huwa relevanti, wara li d-detentur tal-Karta Blu ta’ l-UE jingħata permess ta' residenza skond l-Artikolu 18.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċittadini ta' pajjiż terzi b'permessi ta' residenza madwar l-UE għal perjodu ta' żmien fit-tul għandu jkollhom l-istess opportunitajiet bħaċ-ċittadini ta' l-UE.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Wara sentejn ta' residenza legali fl-ewwel Stat Membru bħala detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE, il-persuna kkonċernata u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha jingħataw permess jiċċaqalqu għal Stat Membru ieħor minbarra l-ewwel Stat Membru għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għolja taħt il-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

1. Wara sentejn ta' residenza legali fl-ewwel Stat Membru bħala detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE, il-persuna kkonċernata u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha għandhom jitħallew jiċċaqalqu għal Stat Membru ieħor minbarra l-ewwel Stat Membru għall-iskop ta' impjieg skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mhux iktar tard minn xahar wara d-dħul fit-territorju tat-tieni Stat Membru, id-detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE għandu jinnotifika l-preżenza tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru u jippreżenta d-dokumenti kollha li jippruvaw li hu/hi jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5 u 6 għat-tieni Stat Membru.

2. Mhux iktar tard minn xahar wara d-dħul fit-territorju tat-tieni Stat Membru, id-detentur ta' Karta Blu ta’ l-UE għandu jinnotifika l-preżenza tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru u jippreżenta d-dokumenti kollha li jippruvaw li hu/hi jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5 u 6 għat-tieni Stat Membru. Id-detentur ta' Karta Blu ta' l-UE jista' japplika wkoll bil-miktub ma' l-awtorità kompetenti għal awtorizzazzjoni biex jibqa' fit-tieni Stat Membru qabel il-wasla u għandu jforni d-dokumenti meħtieġa.

Ġustifikazzjoni

L-ivvjaġġar lejn Stat Membru ieħor jinvolvi taqlib u inċertezza legali serji għall-persuni bi kwalifiki għolja u għall-familji tagħhom. Għalhekk dejjem għandu jkun hemm dispożizzjoni biex l-istatus ta' residenza tagħhom fit-tieni Stat Membru jiġi konfermat qabel ma jbiddlu l-post ta' residenza tagħhom.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-applikant ikun responsabbli għall-ispejjeż relatati mar-ritorn u d-dħul mill-ġdid tiegħu/tagħha u tal-membri tal-familja, inkluż bir-rimbors ta' l-ispejjeż li tħallsu mill-finanzi pubbliċi fejn applikabbli, skond il-paragrafu 3(b).

4. L-applikant u/jew min jimpjegah għandhom ikunu responsabbli għall-ispejjeż relatati mar-ritorn u d-dħul mill-ġdid tiegħu/tagħha u tal-membri tal-familja, inkluż bir-rimbors ta' l-ispejjeż li tħallsu mill-finanzi pubbliċi fejn applikabbli, skond il-paragrafu 3(b).

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mhux iktar tark minn xahar wara d-dħul fit-territorju tat-tieni Stat Membru, il-membri tal-familja kkonċernati għandhom jinnotifikaw il-preżenza tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru u jippreżentaw applikazzjoni għal permess ta' residenza.

2. It-talba għal permess ta' residenza f'tieni Stat Membru għall-membri tal-familja tad-detentur tal-Karta Blu ta' l-UE tista' ssir waqt li l-persuna kkonċernata tkun għadha toqgħod fit-territorju ta' l-ewwel Stat Membru, jew sa mhux iktar tard minn xahar wara d-dħul fit-territorju tat-tieni Stat Membru, jekk il-persuna kkonċernata tkun diġà tinsab fit-territorju tat-tieni Stat Membru.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull sena, u għall-ewwel darba mhux iktar tard mill-1 ta' April [sena wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istatistiċi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra permezz tan-netwerk stabbilit bid-Deċiżjoni 2006/688/KE dwar il-volumi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ngħataw, li ġġedditilhom jew li ċċaħditilhom Karta Blu ta’ l-UE matul is-sena kalendarja ta' qabel, bl-indikazzjoni tan-nazzjonalità tagħhom u l-impjieg. Statistika dwar membri tal-familja li jidħlu għandhom jiġu kkomunikati wkoll. Għad-detenturi tal-Karta Blu ta’ l-UE u l-membri tal-familja tagħhom li jidħlu skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 19 sa 21, l-informazzjoni pprovduta għandha wkoll tispeċifika l-Istat Membru ta' residenza preċedenti.

3. Kull sena, u għall-ewwel darba mhux iktar tard mill-1 ta' April [sena wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istatistiċi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra permezz tan-netwerk stabbilit bid-Deċiżjoni 2006/688/KE dwar il-volumi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ngħataw, li ġġedditilhom jew li ċċaħditilhom Karta Blu ta’ l-UE matul is-sena kalendarja ta' qabel, bl-indikazzjoni tan-nazzjonalità u l-impjieg tagħhom b'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali. Statistika dwar membri tal-familja li jitħallew jidħlu għandha tiġi kkomunikata wkoll bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni li tikkonċerna l-okkupazzjoni tagħhom. Għad-detenturi tal-Karta Blu ta’ l-UE u l-membri tal-familja tagħhom li jidħlu skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 19 sa 21, l-informazzjoni pprovduta għandha wkoll tispeċifika l-Istat Membru ta' residenza preċedenti.

PROĊEDURA

Titolu

Il-kundizzjonijiet ta’ dħul u ta’ residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin

Referenzi

COM(2007)0637 – C6-0011/2008 – 2007/0228(CNS)

Kumitat responsabbli

LIBE

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

17.1.2008

 

 

 

Koperazzjoni msaħħa - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

13.3.2008

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Jan Tadeusz Masiel

20.11.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

25.6.2008

9.9.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

10.9.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Edit Bauer, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Jean Louis Cottigny, Proinsias De Rossa, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Roger Helmer, Stephen Hughes, Karin Jöns, Ona Juknevičienė, Jean Lambert, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Jan Tadeusz Masiel, Maria Matsouka, Mary Lou McDonald, Elisabeth Morin, Juan Andrés Naranjo Escobar, Siiri Oviir, Pier Antonio Panzeri, Rovana Plumb, Elisabeth Schroedter, José Albino Silva Peneda, Jean Spautz, Gabriele Stauner, Ewa Tomaszewska, Anne Van Lancker, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriela Creţu, Petru Filip, Sepp Kusstatscher, Roberto Musacchio, Csaba Sógor

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Matthias Groote, Tadeusz Zwiefka

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (3.9.2008)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għoljin
(COM(2007)0637 – C6‑0011/2008 – 2007/0228(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Danutė Budreikaitė

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għoljin, magħruf ukoll bħala l-"Karta l-Blu" (Blue Card), bil-għan li jiġu mħajra migranti bi kwalifiki għolja sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet tal-ħaddiema u jkunu kompettittivi fil-"glieda għall-imħuħ" globali. Minkejja li l-qafas tal-proposta huwa li l-UE ssir l-aktar ekonomija kompetittiva fis-Seklu XXI, hemm bosta kwistjonijiet li prinċipalment jaffettwaw il-Politika tagħha tal-Iżvilupp. Fil-fatt, l-UE tirrikonoxxi l-importanza li jkun hemm koerenza bejn il-Politika tagħha tal-Iżvilupp u l-bqija tal-politiki tagħha inkluża dik dwar il-migrazzjoni, madankollu il-Karta l-Blu għandha r-riskju li żżid in-nuqqas ta' ħaddiema kwalifikati jew it-telf tal-imħuħ fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'konsegwenzi negattivi fis-setturi prinċipali tal-iżvilupp. F'dak is-sens, il-proposta tal-Karta l-Blu tista' tkun qed tmur kontra l-qafas tal-Koerenza Politika fil-qasam tal-Iżvilupp imwaqqaf fl-2006, wieħed mill-kontributuri prinċipali tal-UE fl-ilħuq tal-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp fl-2015.

Bħalissa, aktar minn 25% tal-ħaddiema kwalifikati mill-pajjiżi Afrikani, bħall-Możambik, il-Gana, il-Kenja u l-Uganda qed jgħixu fil-pajjiżi żviluppati. Fil-Karibew u fil-Paċifiku l-ammonti jilħqu s-70%[1]. Dan it-telf ta' mħuħ għandu impatt ħażin fuq is-setturi essenzjali bħall-edukazzjoni u s-saħħa u jaffettwa l-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jilħqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs), waħda mill-prijoritajiet tal-politika tal-UE għall-iżvilupp.

Kwistjoni oħra li trid tiġi diskussa fil-proposta hija d-dikjarazzjoni li l-impjegar isir fuq il-bażi ta' migrazzjoni temporanja, u dan ifisser li wara ċertu perjodu ta' xogħol fl-UE l-migrant għandu jirritorna fil-post ta' oriġini tiegħu (dan jissejjaħ ukoll "migrazzjoni ċirkolari"). Wara sentejn xogħol fl-ewwel Stat Membru, migrant jista' jmur fi Stat Membru ieħor u jista' jġemma' l-perjodi ta' residenza sabiex jikseb status fit-tul, u b'hekk dan ibiddel il-migrazzjoni temporanja f'migrazzjoni permanenti. B'konnessjoni mal-opportunitajiet ta' xogħol għall-migranti hemm il-kwistjoni ta' reklutaġġ etiku, tip ta' kodiċi ta' kondotta li jipprevjeni l-impjegar attiv f'setturi li jbatu minn nuqqas ta' riżorsi umani. Madankollu, kodiċi bħal dan ma jkunx jista' jwaqqaf lill-ħaddiema milli jmorru fil-pajjiżi żviluppati. Barra minn hekk, il-kodiċi ta' kondotta proposta ma jinkludix il-prattiki ta' reklutaġġ tas-settur privat u mhux se jinkludi pajjiżi bħar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka, li mhumiex sħab fin-negozjati tal-Karta l-Blu.

Fil-qosor, minkejja li l-UE tirrikonoxxi l-effetti negattivi possibbli ta' ħaddiema kwalifikati fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, hija ssostni li migrazzjoni ta' ħaddiema kwalifikati tibbenefika wkoll lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw billi tnaqqas il-pressjoni mis-suq tax-xogħol domestiku u billi l-migranti barra minn pajjiżhom jibagħtu xi parti mill-paga f'pajjiżhom. L-ebda wieħed minn dawn il-punti ma wera li huwa kompletament tajjeb: jista' jkun veru li l-Karta l-Blu tnaqqas il-pressjoni mis-suq domestiku tax-xogħol imma tattira ħaddiema minn setturi li diġà jbatu minn nuqqas ta' ħaddiema inter alia l-edukazzjoni u s-saħħa; fl-istess ħin, s'issa, ma ntlaħaq l-ebda qbil rigward il-kontribut veru tal-parti mill-paga li tintbagħat lura fil-pajjiż ta' oriġini fl-iżvilupp ta' setturi soċjali bħas-saħħa u l-edukazzjoni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Sabiex l-Istati Membri jkunu assistiti aħjar fl-iżvilupp tal-istrateġiji u l-politiki tagħhom dwar l-immigrazzjoni, kif ukoll biex il-migranti jkunu megħjuna jifhmu u jsegwu aħjar il-proċess ta’ migrazzjoni, għandha titfassal u tkun implimentata politika komuni dwar l-immigrazzjoni fuq livell Ewropew.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Proċess ta' Liżbona huwa importanti wkoll li titħaddan il-mobilità ta' ħaddiema bi kwalifiki għolja li huma ċittadini ta' l-UE fi ħdan l-Unjoni, b'mod partikolari mill-Istati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 u l-2007. Bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri huma marbuta li jirrispettaw il-prinċipju ta' preferenza tal-Komunità kif espress b'mod partikolari fid-dispożizzjonijiet relevanti tal-Atti ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 u tal-25 ta' April 2005.

(6) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Proċess ta' Liżbona huwa importanti wkoll li fl-Unjoni Ewropea titrawwem il-mobilità tal-ħaddiema li huma ċittadini tal-UE, u b'mod partikolari mill-Istati Membri li daħlu fl-UE fl-2004 u l-2007. Bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri huma marbuta li jirrispettaw il-prinċipju ta' preferenza tal-Komunità kif espress b'mod partikolari fid-dispożizzjonijiet relevanti tal-Atti ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 u tal-25 ta' April 2005.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-mobilità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja bejn il-Komunità u l-pajjiż ta' oriġini tagħhom għandha titrawwem u tiġi appoġġjata. Id-derogi mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma residenti għat-tul għandhom ikunu previsti sabiex jiġi estiż il-perjodu ta' assenza mit-territorju tal-Komunità li m'huwiex ikkunsidrat għall-kalkolu tal-perjodu ta' residenza legali u kontinwa neċessarja għall-eliġibilità għall-istatus ta' resident tal-KE għat-tul. Perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE għandhom jingħataw wara ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja jkunu kisbu l-istatus ta' residenza tal-KE għat-tul. B'mod partikolari, biex titħeġġeġ il-migrazzjoni ċirkolari ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi li joriġinaw mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-użu ta' possibilitajiet offruti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE biex tippermetti perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza b'mod partikolar ma' l-iżvilupp għaddej ta' l-għanijiet, dawn id-derogi għandhom japplikaw biss jekk jista' jiġi ppruvat li l-persuna kkonċernata rritornat lura għall-pajjiżha għal raġunijiet ta' xogħol, studju jew attivitajiet ta' volontarjat.

(17) Għandha titrawwem u tiġi appoġġjata l-mobilità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja bejn il-Komunità u l-pajjiż ta' oriġini tagħhom . Għandhom ikunu previsti derogi mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma residenti għat-tul sabiex jiġi estiż il-perjodu ta' assenza mit-territorju tal-Komunità li m'huwiex ikkunsidrat għall-kalkolu tal-perjodu ta' residenza legali u kontinwa neċessarja għall-eliġibilità għall-istatus ta' resident tal-KE għat-tul. Perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE għandhom jingħataw wara li ċittadini ta' pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja jkunu kisbu l-istatus ta' residenza tal-KE għat-tul. B’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ April 2005 bl-isem “Il-koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp - It-tħaffif tal-progress biex jinkisbu l-Objettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp " (COM(2005)0134), għandhom jiġu enfasizzati ħames miri sabiex ikun imħeġġeġ iċ-ċirku tal-migrazzjoni, li huma: 1) it-taħriġ ta' ħaddiema fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; 2) iż-żamma ta' ħaddiema bi kwalifiki għolja fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; 3) il-promozzjoni ta' ritorn volontarju fil-pajjiż ta' oriġini permezz tal-iffaċilitar tas-sigurtà soċjali u finanzjarja; 4) reklutaġġ etiku permezz ta' kodiċi ta' kondotta li jorbot b'mod legali; u 5) it-titjib tal-migrazzjoni ċirkolari permezz tal-implimentazzjoni ta' standards dwar ċittadinanza doppja u r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi. B'mod partikolari, biex titħeġġeġ il-migrazzjoni ċirkolari ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi li joriġinaw mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-użu ta' possibilitajiet offruti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE biex tippermetti perjodi itwal ta' assenza minn dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza b'mod partikolari mal-objettivi bażiċi tal-iżvilupp, dawn id-derogi għandhom japplikaw biss jekk jista' jiġi ppruvat li l-persuna kkonċernata rritornat lura lejn pajjiżha.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom joqgħodu lura milli jwettqu reklutaġġ attiv f'setturi li qed ibgħatu minn nuqqas ta' riżorsi umani fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Politiki u prinċipji ta' reklutaġġ etiku applikabbli għall-imjegati tas-settur pubbliku u privat għandu jiġi żviluppat partikolarment fis-settur tas-saħħa, kif enfasizzat fil-konklużjoni tal-Kunsill u l-Istati Membri fl-14 ta' Mejju 2007 dwar il-Programm Ewropew għal Azzjoni biex jiġi indirizzat in-nuqqas kritiku ta' ħaddiema tas-saħħa fil-pajjżi li qed jiżviluppaw (2007-2013). Dawn għandhom jissaħħu bl-iżvilupp ta' mekkaniżmi, linji gwida u għodod oħra biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni ċirkolari u termporanja, kif ukoll miżuri oħra li jnaqqsu l-effetti negattivi u jżidu l-effetti pożittiv ta' immigrazzjoni ta' kapaċità għolja fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Kwalunkwe intervent ta' dan it-tip għandu jittieħed konformi mal-linji tad-Dikjarazzjoni Konġunta Afrika-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp, adottata fi Tripli fit-22 u t-23 ta' Novembru 2006 bil-għan li tistabbilixxi politika komprensiva ta' migrazzjoni kif stabbilit mill-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta' Diċembru 2006.

(20) Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jwettqu reklutaġġ attiv f'pajjiżi li qed jiżviluppaw f'setturi li qed ibatu minn nuqqas ta' riżorsi umani, speċjalment fis-setturi tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni. Il-politiki u l-prinċipji dwar ir-reklutaġġ etiku għandhom jissaħħu bl-iżvilupp ta' mekkaniżmi, linji gwida u għodod oħra biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni ċirkolari u termporanja, kif ukoll miżuri oħra li jnaqqsu l-effetti negattivi u jżidu l-effetti pożittivi ta' immigrazzjoni ta' persuni kwalifikati fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Kwalunkwe intervent ta' dan it-tip għandu jittieħed skont il-linji tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2007 dwar il-Programm Ewropew għal Azzjoni li tiffaċċja n-nuqqas kritiku ta' ħaddiem fis-settur tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2007-2013), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Koerenza fil-Politika għall-Iżvilupp - It-Tħaffif tal-progress lejn il-kisba ta' l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp", is-Sħubija Strateġika l-ġdida bejn l-UE u l-Afrika li tnediet fis-Samit bejn l-UE u l-Afrika f'Liżbona f'Diċembru 2007 u d-Dikjarazzjoni Konġunta bejn l-Afrika u l-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp li ġiet miftiehma fi Tripli fit-22 u t-23 ta' Novembru 2006 bil-għan li titwaqqaf politika tal-migrazzjoni komprensiva kif intalab mill-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta' Diċembru 2006.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 20 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif maħsub fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' April 2006 dwar l-Istrateġija ta' l-UE għal Azzjoni fil-Kriżi tar-Riżorsi Umani fis-settur tas-Saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw Kodiċi ta' Kondotta tal-UE għar-reklutaġġ etiku ta' ħaddiema fis-settur tas-saħħa, skont id-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u bbażat fuq l-aħjar prattiċi tal-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Wara l-idea ta' reklutaġġ etiku, il-proposta qed tfittex li timplimenta miżuri konkreti (impenn li jorbot b'mod legali) sabiex ikun evitat in-nuqqas ta' ħaddiema tas-sengħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 20 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20b) L-ambitu tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE għar-reklutaġġ etiku ta' ħaddiema fis-settur tas-saħħa għandu jkun estiż ukoll għal oqsma vitali oħra bħall-edukazzjoni, bl-objettiv li jkun żgurat li min iħaddem, kemm dawk privat kif ukoll dak pubbliku, jadotta approċċ etiku, jew jastjeni milli jħaddem migranti tas-sengħa fi kwalunkwe qasam li fih il-pajjiż ta' oriġini tagħhom għandu nuqqas kbir ta' ħaddiema.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu evitati l-effetti negattivi ta' reklutaġġ mhux etiku fis-settur tal-edukazzjoni, qed jiġi propost ukoll li l-kodiċi ta' kondotta jiġi estiż ukoll fuq dan is-settur vitali.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 20 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20c) Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq is-sħubija dwar il-migrazzjoni, il-mobilità u l-impjiegi inklużi fl-Isħubija Strateġika ġdida bejn l-Afrika u l-UE ffirmata waqt is-Samit bejn l-UE u l-Afrika li sar f’Liżbona f’Diċembru 2007.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 20 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20d) Il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza teknika adegwata u taħriġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex tibni strateġiji effettivi biex ħaddiema li għandhom sengħa ta’ livell għoli jinżammu pereżempju, permezz ta’ programmi ta’ żvilupp li għandhom l-għan li jtejbu l-opportunitajiet ta’ impjieg lokali u li jkun hemm titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 20 e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20e) L-Unjoni Ewropea għandha tiżviluppa strateġija komprensiva u koerenti biex jingħelbu l-effetti negattivi possibbli tal-migrazzjoni ta' ħaddiema li għandhom sengħa ta' livell għoli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Din l-istrateġija għandha tiffoka fuq l-investiment fit-taħriġ ta’ riżorsi umani li għandhom kwalifiki għoljin, speċjalment fis-settur tas-saħħa u l-edukazzjoni u fuq l-għajnuna għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex iżommu ħaddiema li għandhom snajja’ ta’ livell għoli f’pajjiżhom.

Ġustifikazzjoni

It-telf tal-aħjar imħuħ mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jinkludi konsegwenzi negattivi fuq il-bżonnijiet tar-riżorsi umani fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Bażikament, l-Istati Membri tal-UE qed jibbenefikaw mill-frott li qed jirriżulta mill-investimenti fl-edukazzjoni li sar mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-UE għandha l-obbligu morali li tippjana arranġamenti biex tikkumpensa għat-telf possibbli li pajjiżi differenti li qed jiżviluppaw jistgħu jiffaċċjaw.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Dispożizzjonijiet speċifiċi ta' rappurtaġġ għandhom jiġu previsti biex tkun segwita l-implimentazzjoni tal-iskema dwar il-kwalifiki għolja, ukoll bil-għan li jiġu identifikati u eventwalment kontrobattuti l-impatti possibli f'terminu ta' brain drain fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment fl-Afrika 'l isfel mis-Saħara. Id-data dwar il-professjonijiet u n-nazzjonalitajiet tal-immigranti bi kwalifiki għolja aċċettati minn Stati Membri għandha għalhekk tiġi mgħoddija kull sena mill-Istati Membri permezz tan-netwerk maħluq għal dawn l-iskopijiet bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/688/KE tal-5 ta' Ottubru 2006 dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' informazzjoni reċiproka li tikkonċerna l-miżuri tal-Istati Membri fl-oqsma tal-ażil u l-immigrazzjoni.

(21) Għandhom jiġu previsti dispożizzjonijiet speċifiċi ta' rappurtaġġ biex tkun segwita l-implimentazzjoni tal-iskema dwar il-kwalifiki għolja, ukoll bil-għan li jiġu identifikati u eventwalment ibbilanċjati l-impatti possibli f'terminu ta' brain drain fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment fl-Afrika 'l isfel mis-Saħara. Id-dejta dwar il-professjonijiet, l-età, is-sess u n-nazzjonalitajiet tal-immigranti bi kwalifiki għolja aċċettati minn Stati Membri għandha għalhekk tiġi mgħoddija kull sena mill-Istati Membri permezz tan-netwerk maħluq għal dawn l-iskopijiet bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/688/KE tal-5 ta' Ottubru 2006 dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' informazzjoni reċiproka li tikkonċerna l-miżuri tal-Istati Membri fl-oqsma tal-ażil u l-immigrazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-impatt dwar il-konsegwenzi għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw tal-applikazzjoni tal-Karta Blu proposta u għandha tgħaddi din id-dejta lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 21 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a) Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-impatt potenzjali ta’ din id-Direttiva fuq l-iżvilupp tas-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u minħabba li dawk is-setturi huma essenzjali għall-kisba tal-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp (numri 2, 4, 5 u 6, għalhekk hemm bżonn ta’ koerenza bejn id-Direttiva u l-MDGs.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 26 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26a) Minħabba li huwa importanti li l-immigranti jkunu involuti fl-iżvilupp tal-pajjiż tal-oriġini tagħhom, l-Unjoni għandha tipproponi lill-gvernijiet tal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u lill-gvernijiet ta’ pajjiżi oħra tal-oriġini, biex jikkunsidraw flimkien mal-Unjoni, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ politiki li għandhom l-għan li jimmassimizzaw l-impatt pożittiv tat-trasferimenti ta’ fondi billi jiżguraw li dawn il-fondi jgħaddu minn sistemi ta’ trasferimenti uffiċjali biex b’hekk isiru aktar sostanzjali, ikollhom inqas problemi, jiswew inqas biex jitwettqu u jkunu indirizzati aħjar.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 27 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27a) Sabiex tkun applika l-leġiżlazzjoni tal-UE u strateġija komuni għall-kundizzjonijiet tad-dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jesprimu d-dispjaċir tagħhom għan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tar-Renju Unit, tad-Danimarka u tal-Irlanda fid-Direttiva dwar il-Karta Blu u jimplimentaw kodiċi ta’ kondotta li jorbot legalment fuq il-kundizzjonijiet għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

PROĊEDURA

Titolu

Il-kundizzjonijiet ta’ dħul u ta’ residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin

Referenzi

COM(2007)0637 – C6-0011/2008 – 2007/0228(CNS)

Kumitat responsabbli

LIBE

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

17.1.2008

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Danutė Budreikaitė

18.12.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

25.6.2008

 

 

 

Data tal-adozzjoni

25.8.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Marie-Arlette Carlotti, Corina Creţu, Nirj Deva, Fernando Fernández Martín, Juan Fraile Cantón, Gay Mitchell, Horst Posdorf, Frithjof Schmidt, Jürgen Schröder, Jan Zahradil, Mauro Zani

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

John Bowis, Ana Maria Gomes, Miguel Angel Martínez Martínez, Manolis Mavrommatis, Anne Van Lancker, Renate Weber

PROĊEDURA

Titolu

Il-kundizzjonijiet ta’ dħul u ta’ residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin

Referenzi

COM(2007)0637 – C6-0011/2008 – 2007/0228(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

10.1.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

17.1.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

17.1.2008

EMPL

17.1.2008

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i)

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

13.3.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Ewa Klamt

18.12.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

27.2.2008

8.4.2008

16.7.2008

8.9.2008

 

4.11.2008

4.11.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

4.11.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

11

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Roberta Angelilli, Mario Borghezio, Catherine Boursier, Emine Bozkurt, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Maddalena Calia, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Esther De Lange, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Armando França, Urszula Gacek, Kinga Gál, Jeanine Hennis-Plasschaert, Ewa Klamt, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Baroness Sarah Ludford, Javier Moreno Sánchez, Rareş-Lucian Niculescu, Maria Grazia Pagano, Martine Roure, Sebastiano Sanzarello, Inger Segelström, Csaba Sógor, Vladimir Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Renate Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Genowefa Grabowska, Metin Kazak, Jean Lambert, Marian-Jean Marinescu, Antonio Masip Hidalgo, Hubert Pirker, Rainer Wieland

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Fernand Le Rachinel