Proċedura : 2008/0091(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0433/2008

Testi mressqa :

A6-0433/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/12/2008 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0573

RAPPORT     *
PDF 196kWORD 253k
10.11.2008
PE 412.172v01-00 A6-0433/2008

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan plurijennali għall-istokk ta’ aringi mifrux lejn il-Punent ta’ l-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk

(COM(2008)0240 – C6‑0204/2008 – 2008/0091(CNS))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Struan Stevenson

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan plurijennali għall-istokk ta’ aringi mifrux lejn il-Punent ta’ l-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk

(COM(2008)0240 – C6‑0204/2008 – 2008/0091(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0240),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ġie kkonsultat mill-Parlament (C6-0204/2008),

–   wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0433/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Biex tkun żgurata stabbiltà fil-possibbiltajiet tas-sajd, ikun xieraq li l-varjazzjoni fit-TACs minn sena għall-oħra tkun limitata meta d-daqs ta’ l-istokk ikun aktar minn 75 000 tunnellata metrika.

(7) Biex tkun żgurata stabbiltà fil-possibbiltajiet tas-sajd, huwa xieraq li tkun limitata l-varjazzjoni fit-TACs minn sena għall-oħra.

Ġustifikazzjoni

Il-varjazzjoni tat-TACs għandha tkun limitata biss meta d-daqs ta’ l-istokk huwa ‘l fuq minn 75 tunnellata.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ir-rata ta’ mortalità tas-sajd tinżamm f’0.25 fis-sena għal gruppi ta’ età adatta meta l-istokk li jbid jkun aktar minn 75 000 tunnellata metrika;

(a) ir-rata ta’ mortalità tas-sajd tinżamm f’0.25 fis-sena għal gruppi ta’ età adatta għas-sena ta’ wara f'dawk is-snin meta l-ICES u l-STECF jistgħu jipprovdu estimi ta' daqs ta' stokk li jbid ta' 75 000 tunnellata metrika jew akbar;

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ikun provdut għall-għeluq tas-sajd fil-każ li l-istokk li jbid jinżel taħt il-50 000 tunnellata metrika.

(c) ikun provdut għal pjan ta’ rkupru strett ibbażat fuq parir mill-ICES u mill-STECF fil-każ li l-istokk li jbid jinżel taħt il-50 000 tunnellata metrika.

Ġustifikazzjoni

Għeluq sħiħ tas-sajd jista’ jirrapreżenta tweġiba sproporzjonata għall-bidla ta’ bijomassa ta’ stokk li jbid, pereżempju meta dan huwa speċifikat li huwa ftit inqas biss mill-punt ta’ tluq ta’ 50.000 tunnellata. F’dawn iċ-ċirkustanzi, wara parir mill-STECF, is-sajd jista' jibqa' jseħħ bi pjan ta' rkurpru strett fis-seħħ. L-analiżi tal-Kummissjoni mhix ċerta u minkejja l-għeluq ta’ attivitajiet tas-sajd se tkun meħtieġa f’xi punti, mhix xierqa għas-sajd biex jingħalqu awtomatikament meta l-istokk li jbid kien stmat li huwa ftit taħt il-50.000 tunnellata.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-iskop imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintlaħaq skond l-ogħla varjazzjoni f’TAC ta’ 15% fis-sena meta l-istokk li jbid jkun aktar minn 75 000 tunnellata metrika.

3. L-iskop imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintlaħaq skond l-ogħla varjazzjoni f’TAC ta’ 15% kull sena fi kwalunkwe sena meta l-istokk li jbid jkun aktar minn 75 000 tunnellata metrika u f'varjazzjoni massima tat-TAC ta' 20% fi kwalunkwe sena meta l-istokk li jbid huwa taħt 75.000 tunnellata jew 'il fuq minn 50.000 tunnellata.

Ġustifikazzjoni

It-TAC m’għandux ivarja aktar jew inqas minn 20% mit-TAC attwali f’kull sena biex tinżamm stabilità tal-qabda fis-sajd. Meta titqies l-importanza tas-sajd u l-inċertezza ta' l-analiżi, tnaqqis għandu jitwettaq b'mod kontrollat u mmaniġġjat kif jixraq, kif ukoll jitqiesu fatturi soċjoekonomiċi. Dan l-ostakolu tat-TAC jippermetti approċċ gradwali fit-tnaqqis tat-TACs jekk il-bijomassa ta’ stokk li jbid taqa’ marġinalment biss taħt il-75.000 tunnellata u jevita tnaqqis drastiku fit-TACs li għandu jkun stabbilit b’żewġ miri ta’ mortalità differenti.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta, skond l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), il-bijomassa ta’ l-istokk li jbid taqbeż il-75 000 tunnellata metrika fis-sena li għaliha jkollu jkun iffissat it-TAC, it-TAC għandu jkun stabbilit f’livell li, skond il-parir ta’ STECF, jirriżulta f’rata ta’ mortalità fis-sajd ta’ 0.25 fis-sena. Jekk ikun jaqbel, dak il-livell għandu jkun aġġustat skond l-Artikolu 5.

2. Meta, skond l-STECF, il-bijomassa ta’ l-istokk li jbid tilħaq jew taqbeż il-75 000 tunnellata metrika fis-sena li għaliha jkollu jkun iffissat it-TAC, it-TAC għandu jkun stabbilit f’livell li, skond il-parir ta’ STECF, jirriżulta f’rata ta’ mortalità fis-sajd ta’ 0.25 fis-sena. Jekk ikun jaqbel, dak il-livell għandu jkun aġġustat skond l-Artikolu 5.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta, skond l-opinjoni ta’ STECF, il-bijomassa ta’ l-istokk li jbid tkun anqas minn 75 000 tunnellata metrika iżda aktar minn 50 000 tunnellata metrika fis-sena li għaliha jkollu jkun iffissat it-TAC, it-TAC għandu jkun stabbilit f’livell li, skond il-parir ta’ STECF, jirriżulta f’rata ta’ mortalità fis-sajd ta’ 0.2 fis-sena.

3. Meta, skond l-opinjoni ta’ STECF, il-bijomassa ta’ l-istokk li jbid tkun anqas minn 75 000 tunnellata metrika iżda aktar minn 50 000 tunnellata metrika fis-sena li għaliha jkollu jkun iffissat it-TAC, it-TAC għandu jkun stabbilit f’livell li, skond il-parir ta’ STECF, jirriżulta f’rata ta’ mortalità fis-sajd ta’ 0.2 fis-sena. It-TAC m’għandux jiċċaqlaq mit-TAC tas-sena ta’ qabel b’aktar minn 20% f’sena stabbilita. Jekk ikun xieraq, dan il-livell għandu jkun aġġustat bi qbil ma’ l-Artikolu 5(2)a u l-Artikolu 5(2)b.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li jkun hemm tnaqqis gradwali tal-mortalità tas-sajd li huwa konsistenti mar-regoli ta’ twaqqif tat-TACs.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta, skond l-opinjoni ta’ STECF, il-bijomassa ta’ l-istokk li jbid tkun anqas minn 50 000 tunnellata metrika fis-sena li għaliha jkollu jkun iffissat it-TAC, it-TAC għandu jkun stabbilit għal 0 tunnellati metriċi.

4. Meta, skond l-opinjoni ta’ STECF, il-bijomassa ta’ l-istokk li jbid tkun anqas minn 50 000 tunnellata metrika fis-sena li għaliha jkollu jkun iffissat it-TAC, it-TAC għandu jkun suġġett għal pjan strett ta’ rkupru ibbażat fuq parir mill-ICES u l-STECF.

Ġustifikazzjoni

Għeluq sħiħ tas-sajd jista’ jirrapreżenta tweġiba sproporzjonata għall-bidla ta’ bijomassa ta’ stokk li jbid, pereżempju meta dan huwa speċifikat li huwa ftit inqas biss mill-punt ta’ tluq ta’ 50.000 tunnellata. F’dawn iċ-ċirkustanzi, wara parir mill-STECF, is-sajd jista' jibqa' jseħħ bi pjan ta' rkurpru strett fis-seħħ. L-analiżi tal-Kummissjoni mhix ċerta u minkejja l-għeluq ta’ attivitajiet tas-sajd se tkun meħtieġa f’xi punti, mhix xierqa għas-sajd biex jingħalqu awtomatikament meta l-istokk li jbid kien stmat li huwa ftit taħt il-50.000 tunnellata.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. F’kull sena meta l-ICES u l-STECF ma jkunux jistgħu jipprovdu estimi ta’ daqs ta’ stokk li jbid jew mortalitajiet ta’ sajd, it-TAC għandu jibqa’ kif ikun mis-sena preċedenti. Iżda, fit-tieni u f’kull sena sussegwenti li matulha ebda previżjoni xjentifika m’hi disponibbli, it-TAC għandu jitnaqqas b'10% meta mqabbel mas-sena preċedenti.

Ġustifikazzjoni

Dawn ir-regoli huma inklużi għal konsistenza ma’ l-approċċ ta’ prekawzjoni meta l-kundizzjonijiet huma aktar inċerti.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fejn l-applikazzjoni ta’ l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 4(3) tirriżulta f’livell ta’ TAC li jaqbeż it-TAC għas-sena ta’ qabel b’aktar minn 20%, il-Kunsill għandu jaddotta livell ta’ TAC li jkun 20% akbar mit-TAC ta’ dik is-sena.

Ġustifikazzjoni

Skond l-Istqarrija tal-Politika tal-Kummissjoni dwar Opportunitajiet tas-Sajd għall-2009 (doc. 10264/08 PECHE 130), 20% limitu fuq flessibilità ta’ kwota se japplika fejn l-istokk ikun barra limiti bijoloġiċi sikuri u l-Kummissjoni tnaqqas it-TAC b’mill-inqas 20% fejn l-ICES jirrakkomanda egħluq. Għalhekk huwa meħtieġ li jkun hemm varjazzjoni massima fit-TACs ta’ 20% kull sena meta l-istokk huwa ta' madwar 50.000 u 75.000 tunnellata.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Fejn l-applikazzjoni ta’ l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(3) tirriżulta f’livell ta’ TAC li jkun aktar minn 20% taħt it-TAC tas-sena ta’ qabel, il-Kunsill għandu jadotta livell ta’ TAC li jkun 20% anqas mit-TAC ta’ dik is-sena.

Ġustifikazzjoni

Skond l-Istqarrija tal-Politika tal-Kummissjoni dwar Opportunitajiet tas-Sajd għall-2009 (doc. 10264/08 PECHE 130), 20% limitu fuq flessibilità ta’ kwota se japplika fejn l-istokk ikun barra limiti bijoloġiċi sikuri u l-Kummissjoni tnaqqas it-TAC b’mill-inqas 20% fejn l-ICES jirrakkomanda egħluq. Għalhekk huwa meħtieġ li jkun hemm varjazzjoni massima fit-TACs ta’ 20% kull sena meta l-istokk huwa ta' madwar 50.000 u 75.000 tunnellata.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-paragrafu 3 m’għandux japplika għal bastimenti li jibagħtu r-rapport dwar il-qabda tagħhom abbażi ta’ kull jum liċ-ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd ta’ l-Istat Membru tal-bandiera, kif imsemmi fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, biex jidħol fid-database kompjuterizzata tiegħu.

4. Il-paragrafu 3 m’għandux japplika għal bastimenti li jibagħtu r-rapport dwar il-qabda tagħhom abbażi ta’ kull jum, u li, f’kull każ, iwettqu dan qabel ma jħallu z-zona fil-Punent ta’ l-Iskozja, liċ-ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd ta’ l-Istat Membru tal-bandiera, kif imsemmi fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, biex jidħol fid-database kompjuterizzata tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Bastimenti pelaġiċi kbar, bħal dawk li jintużaw għas-sajd ta' l-aringi fiz-zona tal-Punent ta’ l-Iskozja, jistgħu jittrażmettu informazzjoni dwar statistiki tal-qabda b’mod elettroniku u mingħajr il-ħtieġa li jirritornaw fil-port. L-iżgurar li l-bastimenti jittrażmettu r-rapport tal-qabda relevanti liċ-Ċentru ta’ Mmonitorjar tas-Sajd qabel ma jħallu z-zona fil-Punent ta’ l-Iskozja jevita rappurtar żbaljat ta’ statistika tal-qabda.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Kummissjoni, abbażi ta’ parir minn STECF, issib li r-rati ta’ mortalità fis-sajd u l-livelli relatati ma’ bijomassa ta’ stokkijiet li jbidu speċifikati fl-Artikolu 3(2) ma jkunux adatti biex tintlaħaq il-mira speċifikata fl-Artikolu 3(1), il-Kunsill għandu fuq bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata dwar reviżjoni ta’ dawk il-kwantitajiet.

Meta l-Kummissjoni, abbażi ta’ parir minn STECF, issib li r-rati ta’ mortalità fis-sajd u l-livelli relatati ma’ bijomassa ta’ stokkijiet li jbidu speċifikati fl-Artikolu 3(2) ma jkunux adatti biex tintlaħaq il-mira speċifikata fl-Artikolu 3(1), il-Kunsill għandu, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 tat-Trattat, jiddeċiedi dwar reviżjoni ta’ dawk il-kwantitajiet.

Ġustifikazzjoni

Reviżjoni ta’ rati ta’ mortalità minimi tas-sajd u assoċjati ma’ livelli ta’ bijomassa ta’ l-istokk li jbid huma elementi speċjali tal-pjan u għandhom ikunu adottati skond il-proċedura leġiżlattiva normali attwali, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Skond il-każistika reċenti (każ C-133/06), l-użu ta’ bażi legali sekondarja tikser il-liġi Komunitarja.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha kull sena titlob parir mingħand STECF u mill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku dwar kif għandhom jintlaħħqu l-miri tal-pjan multijannwali. Fejn il-parir jindika li l-miri ma jkunux qegħdin jintlaħqu, il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni dwar miżuri addizzjonali jew alternattivi, jew it-tnejn, biex jiżgura li l-miri jintlaħqu.

1. Il-Kummissjoni għandha kull sena titlob parir mingħand STECF u mill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku dwar kif għandhom jintlaħħqu l-miri tal-pjan multijannwali. Minbarra dan, il-Kummissjoni għandha tqis it-tieni indiċi ta’ reklutaġġ u dak indipendenti għal stokk ta’ aringi tal- Punent ta’ l-Iskozja. Fejn il-parir jindika li l-miri ma jkunux qegħdin jintlaħqu, il-Kunsill għandu jiddeċiedi bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 tat-Trattat, dwar miżuri addizzjonali jew alternattivi, jew it-tnejn, biex jiżgura li l-miri jintlaħqu.

Ġustifikazzjoni

1. Id-dejta li fuqha huma bbażati analiżijiet xjentifiċi ta’ l-istokk ta’ aringi tal-Punent ta’ l-Iskozja għandhom jitjiebu, kif rakkomandat mis-sondaġġ nett ta’ l-esploratorju (MIK) fl-2008 u 2009.

2. Ir-reviżjoni tal-pjan għandha tkun adottata skond il-proċedura leġiżlattiva normali attwali, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Skond il-każistika reċenti (każ C-133/06), l-użu ta’ bażi legali sekondarja tikser il-liġi Komunitarja.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tistħarreġ mill-ġdid il-prestazzjoni u l-operazzjoni tal-pjan multijannwali f’intervalli ta’ mhux anqas minn erba’ snin mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha titlob il-parir ta’ STECF u tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku dwar l-istħarriġ. Jekk ikun il-każ, il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni dwar emendi adegwati għall-pjan multijannwali.

2. Il-Kummissjoni għandha tistħarreġ mill-ġdid il-prestazzjoni u l-operazzjoni tal-pjan multijannwali f’intervalli ta’ mhux anqas minn erba’ snin mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha titlob il-parir ta’ STECF u tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku dwar l-istħarriġ. Jekk ikun il-każ, il-Kunsill għandu jiddeċiedi bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 tat-Trattat, dwar emendi adegwati għall-pjan multijannwali.

Ġustifikazzjoni

Ir-reviżjoni tal-pjan għandha tkun adottata skond il-proċedura leġiżlattiva normali attwali, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Skond il-każistika reċenti (każ C-133/06), l-użu ta’ bażi legali sekondarja tikser il-liġi Komunitarja.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Għall-iskop tal-Artikolu 21 (a) (i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 (2)(c) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala pjan ta’ irkupru fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

Ġustifikazzjoni

Hekk kif id-disponibilità ta’ fondi hija differenti fl-istadju ta’ mmaniġġjar u l-istadju ta’ irkupru ta’ pjan, huwa meħtieġ li jkun inkluż dan il-paragrafu ġdid fil-kuntest ta’ miżuri għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 3(2)(c) ta’ dan ir-Regolament.


NOTA SPJEGATTIVA

Proposti tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni ressqet proposta għal regolament tal-Kunsill li tintroduċi pjan ta’ mmaniġġjar plurijennali għal aringi tal-Punent ta’ l-Iskozja. Iz-zona tal-Punent ta’ l-Iskozja hija definita bħala internazzjonali u l-ibħra ta’ l-UE f’zoni ICES Vb u VIb u l-parti tat-tramuntana taz-zona ICES VIa bl-esklużjoni tal-Clyde. Il-proposta bbażata fuq l-STECF u l-ICES tagħti parir li sajd sostenibbli jista’ jinżamm bl-immaniġġjar tal-mortalità annwali (kejl tal-qbid) f’0.25 meta d-daqs ta’ l-istokk huwa ‘l fuq minn 75.000 tunnellata u f’0.20 meta d-daqs ta’ l-istokk jaqa’ taħt 75.000 tunnellata, iżda jibqa’ ‘l fuq minn 50.000 tunnellata. Is-sajd għandu jieqaf jekk il-livelli ta’ l-istokk li jbid jaqa’ taħt 50.000 tunnellata. Varjazzjonijiet massimi fit-TAC se jkunu stabbiliti fi 15% fis-sena meta l-istokk li jbid jibqa' 'l fuq minn 75.000 tunnellata.

Din l-istrateġija għandha tkun bi qbil ma’ l-impenn li jkun sfruttat is-sajd skond qbid massimu sostenibbli waqt li timmira lejn l-implimentazzjoni progressiva ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għal immaniġġjar tas-sajd. Hija tiżgura wkoll li l-isfruttament ta’ l-istokk twettaq b’mod kompatibbli ma’ kundizzjonijiet sostenibbli ambjentali, ekonomiċi u soċjali.

Pjan simili għal aringi tal-Baħar tat-Tramuntana kien introdott b’mod konġunt man-Norveġja fl-1997 u kien ta’ suċċess b’mod ġenerali. Il-Kummissjoni bdiet konsultazzjoni wiesgħa dwar il-proposti għal aringi tal-Punent ta’ l-Iskozja, b’mod partikulari ma’ l-RAC Pelaġiku. Parir akkwistat waqt din il-konsultazzjoni jindika li l-istokkijiet fl-2007 kienu ftit aktar sfruttati rigward kriterji ta’ qbid sostenibbli massimu. Servizzi ta’ Xjenza għas-Sajd (FSS) jaqblu mal-parir ta’ l-ICES li l-istokk bħalissa jvarja f’livell baxx u qed ikun sfruttat ftit aktar mill-qbid sostenibbli massimu. B’rikonoxximent tad-diffikultajiet tal-bini mill-ġdid ta’ stokkijiet ta’ merluzz meqruda fil-Baħar tat-Tramuntana skond il-pjan ta’ irkupru attwali tal-merluzz, huwa maħsub mill-Kummissjoni li wasal iż-żmien li jitwaqqaf pjan fuq perjodu ta’ żmien fit-tul biex jiżgura s-sostenibilità ta' l-arinigi tal-Punent ta' l-Iskozja, meta l-istokkijiet huma f'pożizzjoni xierqa b'mod raġonevoli. L-FSS tistipula li l-proposti tal-pjan ta’ mmaniġġjar għal ostakolu tat-TAC sena wara l-oħra kien eżaminat u misjub li kien bi qbil ma’ l-approċċ ta’ prekawzjoni.

It-TAC ġenerali fl-2007 kien ta’ 34.000 tunnellata, bis-sehem ta' l-UE jkun ta’ 33.340 tunnellata. It-TAC fl-2007 tqassam kif imiss:

L-IRLANDA 15.1%

IL-ĠERMANJA 11.2%

FRANZA 2.1%

L-OLANDA 11.2%

IR-RENJU UNIT 60.4%

Storikament, il-qbid seħħ f’din iz-zona bi tliet sajdiet:

i.  Flotta ta’ żewġ bastimenti bix-xibka tat-tkarkir domestiċi Skoċċiżi u l-flotta ta’ l-Irlanda tat-Tramuntana, li joperaw f’zoni kostali aktar baxxi, prinċipalment sajd fil-Minches u madwar il-gżira Barra fin-Nofsinhar fejn jinstabu aringi iżgħar. Din il-flotta tnaqqset fi snin reċenti.

ii.    Il-bastiment ta’ tkaxkir Skoċċiż u flotot tat-tartarun, b’tankijiet ta’ l-ilma baħar imkessħa, li l-aktar jimmiraw lejn l-aringi fit-Tramuntana tal-Baħar tat-Tramuntana, iżda joperaw ukoll fil-parti tat-Tramuntana ta’ VIa (N). Din il-flotta issa topera l-aktar b'bastimenti tat-tkaxkir, iżda bosta bastimenti jistgħu jiskjeraw it-tagħmir kollu.

iii.   Sajd internazzjonali b’bastiment ta’ tkaxkir storikament opera f’ilmijiet aktar fondi qrib il-qasma fejn ħut aktar matur jitqassam. Dawn il-bastimenti huma reġistrati prinċipalment fl-Olanda, fil-Ġermanja, fi Franza u l-Ingilterra, iżda bosta minnhom huma Olandiżi.

L-RAC Pelaġiku qabel għall-introduzzjoni ta’ pjan ta’ mmaniġġjar plurijennali suġġett għal ċerti kwistjonijiet tekniċi. Il-Kummissjoni tistipula li pjan bħal dan ma jibdilx b’mod radikali livelli attwali ta’ qbid u li mmaniġġjar aħjar għandu jirriżulta fit-twaqqif ta’ TACs fil-qafas ta’ pjan plurijennali. Il-Kummissjoni tipproponi biex tirrevedi l-pjan ta’ mmaniġġjar kull erba’ snin.

Il-pjan plurijennali jeħtieġ ċerti azzjonijiet biex jittieħdu mill-Komunità jekk livelli ta’ stokk jaqgħu taħt il-75.000 tunnellata. Azzjonijiet bħal dawn huma tal-kompetenza diretta tal-Komunità u huma meħtieġa skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità fuq il-bażi li bosta Stati Membri, inklużi r-Renju Unit, l-Irlanda, l-Olanda, il-Ġermanja u Franza għandhom drittijiet ta’ sajd storiċi li jippermettulhom li jistadu f’din iz-zona. Il-Kummissjoni tipproponi li l-pjan plurijennali jkun ibbażat direttament fuq l-Artikolu 37 tat-Trattat aktar milli fuq l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002.

Permessi speċjali ta’ sajd se jkunu meħtieġa għal bastimenti li jistadu l-istokk u dawn il-bastimenti mhux se jkunu permessi jistadu kemm ġewwa kif ukoll barra z-zona tal-Punent ta' l-Iskozja fl-istess vjaġġ ta’ sajd sakemm ma jittrażmettux rapporti tal-qabda ta’ kuljum lill-awtoritajiet tas-sajd fl-istat ta' reġistrazzjoni tagħhom. Immonitorjar ta’ bastimenti tas-sajd liċenzjati b’permessi biex jistadu fiz-zona se jkun immexxi bl-użu ta’ reġistri elettroniċi bi trażmissjoni ta’ kuljum ta’ rapporti tal-qabda liċ-Ċentru ta’ Mmonitorjar tas-Sajd ta’ l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni, VMS u kontrolli amministrattivi sħaħ bejn dikjarazzjonijiet ta’ qbid u qbid reġistrat.

L-opinjoni ta’ l-RAC Pelaġiku

L-RAC Pelaġiku jaċċetta li huwa fl-interessi fuq perjodu ta’ żmien fit-tul ta’ kulħadd involut li l-istokkijiet ta’ aringi jkunu mmaniġġjati tajjeb fil-Punent ta’ l-Iskozja. Iżda, l-RAC Pelaġiku jemmen li r-regola ta’ ħsad proposta mill-Kummissjoni hija ‘vaga’ wisq u tista’ tirriżulta fi tnaqqis ta’ l-aringi fil-Punent ta' l-Iskozja għas-sena d-dieħla bi 52%, li mhux rifless fl-analiżi ta' l-impatt. Tnaqqis drammatiku bħal dan fit-TAC imur kontra l-analiżi tal-Kummissjoni li l-proposti tagħhom “ma jibdilx radikalment livelli attwali ta’ qbid.” L-RAC jinnota li fl-2006 parir ta’ l-ICES maħruġ mill-ġdid għal aringi fil-Punent ta’ l-Iskozja t-TAC kien għal qabda stabbilita ta' 34.000 tunnellata. Iżda, l-parir ta’ l-ICES għat-TAC ta’ l-2007 kien stabbilit fi 15.000 tunnellata. Tibdil drammatiku bħal dan għandu jkun ta’ ħsara għas-settur u l-RAC jenfasizza l-ħtieġa għal stabilità tal-qabda biex tkun kunsiderazzjoni ewlenija meta jinbidel kull pjan ta’ maniġment ġdid fuq perjodu ta’ żmien fit-tul.

L-RAC Pelaġiku jixtieq jara reviżjoni tar-regola tal-ħsad biex tipprovdi bidla massima fit-TAC ta’ 20% fejn il-bijomassa hija ta’ inqas minn 75.000 tunnellata iżda ugwali għal jew akbar minn 50.000 tunnellata. L-RAC jixtieq ukoll li jara pjan ta’ irkupru ta’ l-istokk biex ikun stabbilit fejn il-bijomassa taqa’ taħt 50.000 tunnellata, milli egħluq sħiħ tas-sajd. Bijomassa ta’ stokk li jbid attwali hija stmata għal 66.510 tunnellata.

Minbarra dan, l-RAC Pelaġiku fittex l-assistenza tal-Laboratorju Marittimu ta’ Servizzi ta’ Riċerka tas-Sajd biex iwettaq sondaġġ xjentifiku indipendenti ta’ reklutaġġ ta’ stokk għal aringi fiz-zona VIa fit-Tramuntana fl-2008 u fl-2009. Dawn is-sondaġġi huma mmirati biex jiddeterminaw li l-metodoloġija tkun possibbli u effettiva meta tintuża biex tipprovdi indiċi ta' reklutaġġ għal aringi tal-Punent ta' l-Iskozja, bil-ħsieb li titnaqqas l-inċertezza ta' l-analiżi ta' l-istokk. Minbarra dan, l-RAC Pelaġiku iħoss li kien importanti li l-pjan għandu jindirizza b’mod raġonevoli t-tranżizzjoni minn arranġamenti ta’ maniġment li ma sarx qbil dwarhom għal dan l-istokk għall-implimentazzjoni ta’ pjan plurijennali fuq perjodu ta’ żmien fit-tul, biex ikun evitat tibdil sena wara l-oħra fit-TAC li huwa ta' skala li jistgħu inaqqsu l-istabilità tas-settur. L-RAC rrakkomanda lill-Kummissjoni li t-TAC għall-2008 għandu jitwaqqaf f’27.200 tunnellata, li jikkorrispondi għal qtugħ ta’ 20% kif suġġerit fil-proposti ta’ pjan ta’ maniġment emendat tagħhom. It-TAC għall-2008 kien sussegwentement stabbilit f’dawn il-livelli.

Rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur

1.   L-introduzzjoni ta’ pjan ta’ mmaniġġjar plurijennali għall-istokk ta’ aringi tal-Punent ta’ l-Iskozja huwa mixtieq.

2.   Jien ma naqbilx mal-Kummissjoni li sajd sostenibbli jista’ jinżamm bl-immaniġġjar tal-mortalità annwali (kejl tal-qbid) f’0.25 meta d-daqs ta’ l-istokk huwa ‘l fuq minn 75.000 tunnellata u f’0.20 meta d-daqs ta’ l-istokk jaqa’ taħt 75.000 tunnellata, iżda jibqa’ ‘l fuq minn 50.000 tunnellata. Lanqas ma naċċetta li s-sajd għandu jingħalaq jekk livelli ta' stokk li jbid jaqgħu taħt 50.000 tunnellata. Għall-kuntrarju, jien naċċetta l-argument ta’ l-RAC Pelaġiku li regoli ta’ ħsad bħal dawn jirrappreżentaw strument ‘vag’ li jista’ jwassal għal tnaqqis drammatiku u mhux mixtieq fit-TAC u għalhekk għandu jissottovaluta l-vijabbiltà tas-sajd u jnaqqas l-istabilità ta’ l-industrija mingħajr ġustifikazzjoni xjentifika adegwata.

3.   Minbarra dan, jien naċċetta l-argument ta’ l-RAC Pelaġiku li f’dawn is-snin meta l-ICES u l-STECF jistgħu jipprovdu estimi ta’ daqs ta’ stokk li jbid ugwali għal jew akbar minn 75.000 tunnellata u jistgħu jikkalkulaw previżjoni ta’ qabda li tikkorrispondi għal mortalitajiet ta’ sajd speċifiċi. it-TAC għas-sena li jmiss għandu jkun stabbilit fil-mortalità ta’ sajd ta’ 0.25. Iżda, it-TAC m’għandux ivarja aktar jew inqas minn 15% mit-TAC attwali f’kull sena biex tinżamm stabilità tal-qabda fis-sajd.

4.   Jien naqbel ukoll ma’ l-RAC Pelaġiku li f’dawk is-snin meta l-ICES u l-STECF jistgħu jipprovdu estimi ta' bijomassa ta' stokk li jbid f'inqas minn 75.000 tunnellata iżda ugwali għal u akbar minn 50.000 tunnellata, it-TAC għas-sena ta’ wara għandu jkun stabbilit għal 0.2. Iżda, it-TAC m’għandux ivarja aktar jew inqas minn 20% mit-TAC attwali f’kull sena biex tinżamm stabilità tal-qabda fis-sajd.

5.   Jien naqbel ukoll ma’ l-RAC Pelaġiku li milli l-egħluq komplet tas-sajd, il-pjan ta’ irkupru ta’ l-istokk għandu jkun fis-seħħ fejn il-bijomassa taqa’ taħt 50.000 tunnellata, immirat lejn irkupru rapidu ta’ l-istokk ‘l fuq minn 50.000 tunnellata.

6.   Jien naqbel ma’ l-RAC Pelaġiku li f’kull sena meta l-ICES u l-STECF ma jkunux jistgħu jipprovdu estimi ta’ daqs ta’ stokk li jbid jew mortalitajiet ta’ sajd, it-TAC għandu jibqa’ kif ikun mis-sena preċedenti. Iżda, fit-tieni u f’kull sena sussegwenti li matulha ebda previżjoni xjentifika m’hi disponibbli, it-TAC għandu jitnaqqas b'10% meta mqabbel mas-sena preċedenti.

7.   Jien naqbel mal-Kummissjoni li mmonitorjar ta’ bastimenti tas-sajd liċenzjati b’permessi biex jistadu fiz-zona se jkun immexxi bl-użu ta’ reġistri elettroniċi bi trażmissjoni ta’ kuljum ta’ rapporti tal-qabda liċ-Ċentru ta’ Mmonitorjar tas-Sajd ta’ l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni, VMS u kontrolli amministrattivi sħaħ bejn dikjarazzjonijiet ta’ qbid u qbid reġistrat.

8.   Jien naqbel mal-Kummissjoni li bastimenti bil-Liċenzja ta’ Zona Unika m’għandhomx ikunu permessi jistadu barra z-zona tal-Punent ta’ l-Iskozja waqt l-istess vjaġġ ta’ sajd. Iżda bastimenti li jittrażmettu rapport tal-qabda tagħhom fuq bażi ta’ kuljum liċ-ċentru ta’ Mmonitorjar tas-Sajd ta’ l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni, u dejjem qabel it-tluq miz-zona fil-Punent ta’ l-Iskozja, għandhom ikunu permessi jistadu barra z-zona fil-Punent ta’ l-Iskozja waqt l-istess vjaġġ ta’ sajd biex jevitaw ritorn mhux meħtieġ lejn portijiet u rappurtar żbaljat ta’ statistiki tal-qabda.

9.   Huwa importanti li d-dejta li fuqha huma bbażati analiżijiet xjentifiċi ta’ stokkijiet ta’ aringi fil-Punent ta’ l-Iskozja għandha tittejjeb. Minbarra s-sondaġġi akustiċi attwali mwettqa biex ikunu akkwistati indiċi ta' abbundanza għal aringi adulti, jien għalhekk nappoġġja s-sondaġġ nett esploratorju (MIK) fl-2008 u fl-2009 li jiddeterminaw il-possibilità li jseħħ u l-effettività ta’ dan il-metodu, biex jipprovdu t-tieni indiċi ta’ reklutaġġ ta’ l-aringi indipendenti għall-Punent ta’ l-Iskozja u nissuġġerixxi din l-inizjattiva lill-Kummissjoni.

10. Naqbel ukoll mal-Kummissjoni li l-pjan ta’ mmaniġġjar għandu jkun rivedut kull erba' snin fuq il-bażi tal-parir ta’ l-STECF. Iżda jekk ikunu proposti xi modifiki wara reviżjoni bħal din, dan irid iseħħ wara konsultazzjoni sħiħa ma’ l-RAC Pelaġiku u l-Parlament Ewropew.


PROĊEDURA

Titolu

L-istokk ta’ aringi fil-Punent ta’ l-Iskozja

Referenzi

COM(2008)0240 – C6-0204/2008 – 2008/0091(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

26.5.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

4.6.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

4.6.2008

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

28.5.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Struan Stevenson

19.6.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Iles Braghetto, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Paulo Casaca, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Avril Doyle, Emanuel Jardim Fernandes, Carmen Fraga Estévez, Hélène Goudin, Heinz Kindermann, Rosa Miguélez Ramos, Marianne Mikko, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Maria Grazia Pagano, Ulrike Rodust, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Cornelis Visser

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marie-Hélène Descamps, Michl Ebner, Véronique Mathieu, Josu Ortuondo Larrea, Raül Romeva i Rueda, Thomas Wise

Avviż legali - Politika tal-privatezza