RAPPORT dwar l-impatt tal-iffalsifikar fuq il-kummerċ internazzjonali

19.11.2008 - (2008/2133(INI))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Gianluca Susta

Proċedura : 2008/2133(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0447/2008

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-impatt tal-iffalsifikar fuq il-kummerċ internazzjonali

(2008/2133(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-OECD tal-2007 bit-titolu "L-impatt ekonomiku tal-iffalsifikar u tal-ikkuppjar illegali",

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-10 ta' Novembru 2005 bit-titolu "Li timplimenta l-programm Komunitarju ta' Liżbona - Politika Moderna tal-SMEs għat-Tkabbir u l-Impjiegi" (COM(2005)0551),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2006 bit-titolu "L-Ewropa Globali: Kompetizzjoni Dinjija - Kontribut lill-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi" (COM(2006)0567),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta' April 2007 bit-titolu "L-Ewropa Globali: Partenarjat Aktar b'saħħtu Biex Itejjeb l-Aċċess għas-Swieq għall-Esportaturi Ewropej" (COM(2007)0183),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2008 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea li tiżgura aċċess għas-suq għall-kumpaniji Ewropej [1],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2007 dwar l-Ewropa globali – l-aspetti esterni tal-kompetittività[2],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar regoli u proċeduri tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni effiċjenti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika tal-kummerċ[3],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi tranżatlantiċi UE-USA[4],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-Merkosur għall-konklużjoni ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali[5],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-Korea[6],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Mejju 2008 dwar ir-relazzjonijiet kummercjali u ekonomiċi ma" l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk ta" l-Ażja (ASEAN)[7],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar il-prospetti tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina[8],

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2006 bit-titolu "UE-Ċina: Msieħba aktar mill-qrib, tkabbir tar-responsabbiltajiet" (COM(2006)0631) u d-dokument li jakkumpanjaha, bit-titolu "Partenarjat Imsaħħaħ: Responsabbiltajiet Ikbar - Dokument ta' politika dwar il-kummerċ u l-investiment bejn l-UE u ċ-Ċina: Kompetizzjoni u Partnerjat" (COM(2006)0632),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 3286/94 tal-Kunsill, tat-22 ta' Diċembru 1994, li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skond ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ(TBR)),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 bit-titolu 'Strateġija għall-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali' (COM(2008)0465),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' Frar 2001 bit-titolu 'Programm ta' azzjoni: Azzjoni aċċellerata fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi fil-kuntest tat-tnaqqis tal-faqar' (COM(2001)0096),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2006 bit-titolu 'Aġġornament tal-programm ta' azzjoni komunitarja - Azzjoni aċċellerata fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi fil-kuntest tat-tnaqqis tal-faqar' (COM(2003)0093),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru bit-titolu "Qafas ta’ Politika Koerenti Ewropea għal Azzjoni Esterna biex tingħeleb il-problema tal-HIV/AIDS, il-Malarja u t-Tuberkulosi" (COM(2004)0726),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 816/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 2006, dwar il-liċenzjar obbligatorju ta' privattivi relatati mal-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li għandhom problemi ta' saħħa pubblika,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 980/2005 tal-Kunsill, tas-27 ta' Ġunju 2005, dwar l-applikazzjoni ta' sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 2008 dwar l-attivitajiet doganali tal-komunita fir-rigward tal-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat)[9],

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-1 ta' April 2008 bit-titolu 'Strateġija għall-evoluzzjoni tal-Unjoni Doganali' (COM(2008)0169),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu mħarsa (COM(2006)0168),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar l-erbgħin anniversarju tal-Unjoni Doganali[10],

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali [11],

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet[12],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0447/2008),

A. billi jeħtieġ li l-iffalsifikar ikun miġġieled b'mod effettiv sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda ta' Liżbona l-ġdida, kemm fir-rigward tal-aspetti interni tagħha u kemm dawk esterni kif stabbiliet il-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tat-18 ta' April 2007 bit-titolu "L-Ewropa globali: Partenarjat Aktar b'saħħtu Biex Itejjeb l-Aċċess għas-Swieq għall-Esportaturi Ewropej" (COM(2007)0183),

B.  billi l-Unjoni Ewropea hi t-tieni l-akbar importatur fid-dinja ta' oġġetti u servizzi, u li s-suq waħdieni tagħha, estremament miftuħ u trasparenti, joffri opportunitajiet enormi, imma jippreżenta wkoll riskji serji ta' invażjoni ta' prodotti ffalsifikati,

C. billi l-ekonomija tal-UE speċjalizzat fi prodotti ta' kwalità għolja, b'valur miżjud għoli, ħafna drabi protetti minn trademarks, privattivi u indikazzjonijiet ġeografiċi, li, min-natura tagħhom, huma l-aktar suxxettibbli li jkunu ffalsifikati,

D. billi l-każi ta' ksur serju tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) joħolqu barriera kummerċjali mhux tariffarja li tagħmel l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi aktar diffiċli u jiswa ħafna, l-aktar għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) minħabba li għandhom mezzi u riżorsi limitati,

E.  billi l-kompetittività Ewropea hi tradizzjonalment marbuta mal-kwalità tal-forza tax-xogħol, u sa ċertu punt, l-aktar għall-SMEs, mar-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR),

F.  billi l-IPRs, kif ukoll l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini, mhumiex dejjem protetti b'mod effettiv mill-imsieħba tan-negozju tal-Unjoni Ewropea,

G. billi jeżisti ammont kbir u li qed jiżdied ta' tipi ta' prodotti ffalsifikati, mhux aktar ristretti għal prodotti ta' lussu u ta' kwalità għolja imma jinkludi wkoll prodotti ta' użu komuni, bħal ġugarelli, mediċini, kosmetiċi u ikel,

H. billi stħarriġ reċenti mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) kkalkula li l-kummerċ internazzjonali marbut ma' ksur tal-IPR ammonta għal EUR 150 biljun fl-2005, li miegħu għandu jiżdied il-valur ta' tranżazzjonijiet nazzjonali u ta' prodotti ffalsifikati u illegali li qed jitqassmu permezz tal-internet,

I.   billi fl-2007 l-ammont ta' oġġetti li kienu jiksru l-IPRs sekwestrati mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Unjoni Ewropea żdied bi 17% meta mqabbel mas-sena preċedenti, b'żieda ta' 264% għall-kosmetiċi u prodotti tal-iġjene personali, ta' 98% għall-ġugarelli u ta' 51% għall-mediċinali,

J.   billi l-fenomenu tal-iffalsifikar u tal-ikkuppjar illegali iġib konsegwenzi allarmanti għall-ekonomija tal-Unjoni Ewropea u għas-sistema soċjo-ekonomika komunitarja kollha, inaqqas l-inċentivi għall-innovazzjoni, iżomm l-investiment barrani dirett, waqt li jelimina postijiet kwalifikati tax-xogħol mill-industrija u joħloq il-bażi għall-iżvilupp ta' sistema ekonomika illegali, parallela ma' dik legali, u kkontrollata mill-kriminalità organizzata,

K. billi r-rapport tal-2007 mill-Organizzazzjoni Għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) bit-titolu 'L-impatt ekonomiku tal-iffalsifikar u tal-ikkuppjar illegali', kif ukoll ir-rapport li jmiss tal-Phase II mill-OECD dwar 'L-ikkuppjar illegali ta' kontenut diġitali', jenfasizzaw l-iskala globali, it-tkabbir mgħaġġel u l-impatt ekonomiku detrimentali tal-piraterija diġitali fuq id-detenturi tad-drittijiet,

L.  billi l-iffalsifikar jagħmel ħsara gravi lill-ambjent, kemm minħabba l-insuffiċjenza tal-istandards ta' kwalità tal-merkanzija ffalsifikata u kemm minħabba l-ispejjeż għolja tar-rimi u tal-qerda tagħha,

M  billi l-aċċess għal proċeduri fil-ġlieda kontra oġġetti ffalsifikati hu kkumplikat, jiswa l-flus u jieħu ż-żmien, speċjalment għall-SMEs,

N. billi s-suq waħdieni jiggarantixxi lill-konsumaturi Ewropej il-possibilità li jagħżlu b'mod ħieles, trasparenti u sikur liema prodotti jixtru u billi l-prodott iffalsifikat, jekk ma jkunx ikkontrollat fil-ħin, jista' jaffettwa ħażin mhux biss il-prinċipju tal-fiduċja li fuqu sserraħ is-sistema kollha imma jista' wkoll jikkawża riskji serji għas-sikurezza, is-saħħa u, f'każi estremi, il-ħajja stess tal-konsumaturi, u għalhekk hu importanti li jkunu ggarantiti aħjar id-drittijiet tagħhom,

O. billi inizjattivi biex titqajjem kuxjenza fost il-konsumaturi dwar ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom u, b'mod ġenerali, dwar il-konsegwenzi ta' xiri ta' oġġetti ffalsifikati huma għodda effettiva fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar,

P.  billi teħtieġ tittieħed azzjoni aktar ripressiva kontra min jiffalsifika prodotti li għandhom impatt dirett fuq is-saħħa pubblika,

Q. billi d-diverġenzi persistenti bejn il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, partikolarment fir-rigward tal-miżuri penali li għandhom l-għan li jiżguraw li dawk id-drittijiet ikunu rispettati, idgħajfu l-pożizzjoni tan-negozjar tal-Unjoni Ewropea u jistgħu jimminaw l-isforzi li saru s'issa biex ikun ikkontrollat b'mod aktar effettiv l-iffalsifikar f'livell internazzjonali,

R.  billi l-proċedura simplifikata mniżżla fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tal-21 ta' Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet[13] hi effettiva partikolarment fi Stati Membri bħall-Portugal, il-Greċja, l-Ungerija, l-Olanda u l-Litwanja li jippermettu li jinqerdu kwantitajiet kbar ta' oġġetti ffalsifikati f'qasir żmien u bi spejjeż relattivament żgħar,

S.  billi s-samit tal-2006 f'St Petersburg irrikonoxxa n-natura globali tal-problema tal-iffalsifikar u tal-ikkuppjar illegali u saħaq dwar il-ħtieġa li titjieb il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-G8, pajjiżi terzi u l-istituzzjonijiet kompetenti internazzjonali,

T.  billi s-samit sussegwenti tal-G8 f'Heilingendamn stabbilixxa Task Force dwar l-IPR biex tiġġieled l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali bħala parti mill-"Proċess Heiligendamn"[14],

U. billi fl-2007 l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun u l-Istati Uniti ħabbru l-bidu ta' negozjati dwar il-ftehima multilaterali ġdida maħsuba biex issaħħaħ l-applikazzjoni tal-IPRs u l-kontroll tal-fenomenu tal-iffalsifikar u tal-ikkuppjar illegali (Anti-Counterfeiting Trade Agreement - ACTA),

V. billi konklużjoni favorevoli tal-Ftehima ACTA se tagħmilha possibbli li jkunu stabbiliti standards komuni għall-ħarsien ċivili, kriminali u amministrattiv, għal koperazzjoni interistituzzjonali msaħħa u koperazzjoni mas-settur privat, kif ukoll l-inkorporazzjoni ta' assistenza teknika, bil-għan li r-rispett għall-IPR isir aktar sempliċi kif ukoll iktar sikur u b'inqas spejjeż,

W. billi jeħtieġ issir distinzjoni bejn il-mediċini ġeneriċi, li għandu jkollhom inċentivi biex jiċċirkulaw u jkunu kkummerċjalizzati kemm fl-Unjoni Ewropea u kemm fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u mediċini ffalsifikati li, min-naħa huma perikolużi għas-saħħa pubblika u mill-oħra jwasslu biex ikun hemm telf ekonomiku sostanzjali għall-impriżi fis-settur u jistgħu jxekklu l-iżvilupp ta' skoperti ġodda, mingħajr benefiċċju għall-popolazzjonijiet tal-pajjiżi l-inqas żviluppati, billi, barra minn hekk, il-mediċini ffalsifikati huma biss parti mill-mediċini illegali,

X. billi, fir-rigward ta' prodotti li għandhom impatt dirett fuq is-saħħa pubblika, l-internet u netwerks ta' distribuzzjoni parallela tal-kummerċ għandhom kontribut kbir fit-tqassim ta' prodotti ffalsifikati li huma ta' ħsara għas-saħħa pubblika,

Y. billi l-Unjoni Ewropea qed tagħmel sforzi kontinwi biex tarmonizza l-miżuri ta' infurzar tal-IPR, l-aktar bi proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kriminali bil-għan li jkun garantit l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (COM(2005)0276), u dan il-proċess m'għandux jitwarrab minn negozjati ta' kummerċ li huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-proċessi normali tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE,

Z.  billi hu kruċjali wkoll li jkun żgurat li l-iżvilupp ta' miżuri tal-infurzar tal-IPR iseħħ b'mod li ma jfixkilx l-innovazzjoni jew il-kompetizzjoni, ma jdgħajjifx il-limitazzjonijiet u l-eċċezzjonijiet tal-IPR jew id-dejta personali , ma jirrestrinġix l-iskambju ħieles tal-informazzjoni, jew ma joħloqx piżijiet bla bżonn għall-kummerċ leġittimu,

AA. billi l-Unjoni Ewropea uriet l-impenn tagħha favur infurzar effettiv u bilanċjat tal-IPR bl-adozzjoni ta' ġabra ta' diretttivi f'dan il-qasam wara skrutinju dettaljat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq numru ta' snin,

AB. billi hu fundamentalment importanti, meta wieħed jikkunsidra miżuri legali, li tiġi rikonoxxuta d-differenza sostanzjali bejn id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali u dik materjali, u għalhekk bejn il-ksur tad-drittijiet u s-serq,

AC. billi l-każi kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jagħmlu ħsara lill-kummerċ u lin-negozju, iżda billi l-każi ta' ksur fuq skala kummerċjali għandhom effetti addizzjonali u aktar mifruxa,

AD. billi, fil-każ ta’ privattivi fuq prodotti farmaċewtiċi, filwaqt li l-każi ta' ksur tal-privattivi jiġu trattati każ b’każ fuq il-bażi ta’ argumenti konkreti magħmula fi proċeduri ċivili fuq il-bażi ta’ ksur ta’ privattivi, il-każi ta' ksur tad-drittijiet tal-awtur u tat-trademarks jikkostitwixxu offiżi intenzjonati,

Il-qafas multilaterali

1.  Iqis li s-sistema tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) għandha l-għan li tiżgura rikonoxximent aktar wiesa' tal-IPRs f'livell internazzjonali waqt li tipprovdi livell ta' standards li hemm qbil dwarhom permezz tal-Ftehima dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS), tad-djalogu bejn l-Istati Membri u istituzzjonijiet oħra bħall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Uffiċċji tad-Dwana (WCO), kif ukoll permezz ta' mekkaniżmu ta' prevenzjoni u ta' soluzjoni ta' tilwim;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinsisti fil-Kunsill TRIPS biex ir-regoli minimi inkorporati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jkunu akkumpanjati minn miżuri effettivi ta' applikazzjoni u tal-prevenzjoni tal-każi ta' ksur;

3.  Hu tal-fehma li l-flessibilità prevista fil-ftehima TRIPS u kkonfermata fid-Dikjarazzjoni ta' Doha dwar is-saħħa pubblika, għandha tinżamm sakemm jibqa' jitħares l-għan li jkun garantit bilanċ ġust bejn l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet u dawk tal-utenti aħħarija;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti lill-Parlament Ewropew li jiggarantixxu li l-esportazzjoni, it-tranżitu u l-operazzjonijiet tal-kunsinja jkunu ttrattati kif xieraq fil-ftehima TRIPS u biex teżamina jekk hemmx ħtieġa ta' aktar bidliet fil-ftehima, sabiex jinħoloq bilanċ ġust bejn l-interessi tal-awturi u dawk tal-utenti potenzjali tal-IPR, partikolarment meta wieħed iqis il-livell ta' żvilupp tal-partijiet involuti u jiddistingwi bejn pajjiżi li jipproduċu prodotti ffalsifikati u kkuppjati illegalment, dawk li jużawhom, u dawk li l-prodotti jgħaddu mit-territorju tagħhom;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar fl-Unjoni Ewropea fi programmi ta' assistenza teknika li għenu biex jissaħħu l-IPRs f'pajjiżi emerġenti u li qed jiżviluppaw, u jenfasizza l-importanza li dawn il-programmi jitkomplew minħabba l-għan siewi li dawn jistgħu jiksbu f'termini ta' żvilupp ekonomiku sostenibbli u l-irwol importanti tagħhom fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw miżuri speċifiċi, appoġġjati minn għajnuna finanzjarja xierqa, favur edukazzjoni aktar wiesgħa tal-konsumatur fl-Ewropa kif ukoll fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, sabiex ikunu evitati riskji marbuta ma' prodotti ffalsifikati u potenzjalment perikolużi;

7.  Jappoġġja s-soluzzjonijiet imressqa fit-Tnax-il Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp, fi ħdan l-Inizjattiva "Afrika Kreattiva", li jikkonsidraw l-industriji kreattivi bħala fattur essenzjali fit-tkabbir ta' pajjiżi li mhumiex żviluppati, u jaffermaw mill-ġdid l-irwol vitali tal-IP għall-iżvilupp sostenibbli ta' dawn ir-reġjuni;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipproponu u jappoġġjaw abbozz ta' protokoll dwar l-iffalsifikar, li għandu jiżdied mal-Konvenzjoni Internazzjonali ta' Palermo dwar il-kriminalità organizzata;

9.  Ifakkar li, fi wħud mill-ekonomiji emerġenti, il-produzzjoni tal-oġġetti ffalsifikati u illegali laħqet dimensjonijiet allarmanti; waqt li jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi ta' koperazzjoni li kien hemm s'issa, hu ta' l-opinjoni li jeħtieġu miżuri speċjali biex tissaħħaħ il-koordinazzjoni mal-pajjiżi kkonċernati bejn l-uffiċċji tad-dwana, l-entitajiet ġudizzjarji u tal-pulizija, kif ukoll biex titħeġġeġ l-armonizzazzjoni tar-regoli ta' dawn il-pajjiżi ma' dawk tal-Unjoni Ewropea;

10. Jistieden lill-Kummissjoni biex tintroduċi, fl-istess linja tal-Artikolu 3(2)[15] tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali[16], salvagwardji fuq livell internazzjonali sabiex ikun garantit li kull miżura addizzjonali ta' infurzar tal-privattivi ma tkunx abbużata biex tfixkel kummerċ leġittimu;

11. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-koperazzjoni tagħhom mal-pajjiżi msieħba Ewro-Mediterranji fi ħdan il-programm 'Euromed Market' u sabiex jippromwovu fir-reġjun Ewro-Mediterranju metodu komuni ta' leġiżlazzjoni, ta' proċeduri u ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-koperazzjoni tal-uffiċċji tad-dwana u tal-azzjoni kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ bejn il-pajjiżi msieħba Ewro-Mediterranji;

12. Hu konvint li biex il-ġlieda kontra l-iffalsifikar tissaħħaħ għandu jsir użu aktar frekwenti u mmirat tal-Entità ta' Soluzzjoni ta' Tilwim tad-WTO li, flimkien mal-qrati Komunitarji u nazzjonali, tista' tiggarantixxi ħarsien aħjar tal-industrija u tal-konsumaturi Ewropej billi tikkonsolida l-każistika li ssaħħaħ il-kontenut u l-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehima TRIPS;

13. Jafferma mill-ġdid li kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġi sustantiva għandha tirrispetta s-sovranità nazzjonali u t-trattati internazzjonali f'dan il-qasam;

Il-Ftehima Kummerċjali Kontra l-Iffalsifikar (ACTA) u inizjattivi bilaterali u reġjonali oħra tal-UE

14. Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'mod parallel man-negozjati multilaterali, tkompli l-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali anke permezz ta' ftehimiet bilaterali, reġjonali u multilaterali biex tqarreb lejn xulxin il-leġiżlazzjonijiet u l-applikazzjoni effettiva tagħhom, waqt li tipprevedi t-twaqqif ta' sistemi effiċjenti ta' soluzzjoni ta' tilwim kif ukoll ta' sanzjonijiet f'każ li ma jitħarsux l-obbligi sottoskritti;

15. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinnegozjaw l-ACTA taħt kundizzjonijiet l-aktar trasparenti favur iċ-ċittadini tal-UE, speċjalment dwar id-definizzjonijiet tat-termini 'ffalsifikar' u 'kkupjar illegali' kif ukoll il-miżuri ta' sanzjonijiet kriminali previsti; hu tal-fehma li għandu jkun evalwat l-impatt soċjali tal-ftehima kif ukoll l-impatt fuq il-libertajiet ċivili; jappoġġja t-twaqqif ta' task force biex teżamina l-implimentazzjoni tal-ftehima, billi tippromwovi dan is-suġġett fi djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi u bħala parti minn miżuri ta' koperazzjoni ma' dawk il-pajjiżi;

16. Jikkunsidra li għadu inċert jekk it-Trattat KE jipprovdix bażi legali għal miżuri Komunitarji li jippreskrivu t-tip u l-livell ta' pieni kriminali u li, għaldaqstant, il-Kummissjoni ma jistax ikollha l-kompetenza biex tinnegozja f'isem il-Komunità ftehima internazzjonali li tispeċifika n-natura u l-livell tal-miżuri tal-liġi kriminali li għandhom jittieħdu kontra min jikser trademarks u drittijiet tal-awtur;

17. Jenfasizza li f'kull ftehima ta' applikazzjoni tal-IP prevista, użu personali li mhux għall-profitt għandu jitqies b'mod differenti minn kummerċ frawdolenti u intenzjonat ta' ffalsifikar u kkuppjar illegali ta' oġġetti;

18. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinnegozja ma' pajjiżi terzi t-twaqqif ta' task forces biex jiġġieldu l-iffalsifikar;

19. Jitlob lill-Kummissjoni biex tassigura li l-ACTA ma tagħtix aċċess għall-kompjuters privati u mezzi elettroniċi oħra lill-awtoritajiet pubbliċi;

20. Jilqa' b'sodisfazzjon l-interess li qed jikber minn numru ta' pajjiżi tad-WTO fl-ACTA, jemmen li għandhom isiru sforzi biex ekonomiji emerġenti bħaċ-Ċina, l-Indja, il-Brażil, kif ukoll blokki ta' kummerċ reġjonali bħall-Merkosur, il-CARICOM u l-ASEAN ikunu inklużi, sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem fin-negozjati tal-ftehima, waqt li jkunu mistiedna minn issa biex jimpenjaw irwieħhom li jiggarantixxu r-rispett għall-IPR fit-territorju tagħhom;

21. Jistieden lill-Kummissjoni biex tevita l-periklu ta' kontradizzjonijiet u ta' duplikazzjoni bejn l-ACTA, il-ftehima TRIPS u trattati internazzjonali oħra dwar l-IPR;

22. Jistieden lill-Kummissjoni biex tassigura li l-ACTA tikkonċentra biss fuq miżuri ta' applikazzjoni tal-IPR u mhux fuq kwistjonijiet sostantivi tal-IPR bħall-kamp ta' applikazzjoni tal-protezzjoni, il-limitazzjonijiet u l-eċċezzjonijiet;

23. Jistieden lill-Kummissjoni biex tassigura li l-ACTA ma tintużax bħala mezz biex ikun modifikat il-qafas ta' applikazzjoni tal-IPR Ewropew attwali, imma li tirrifletti b'mod sħiħ il-bilanċ stabbilit mid-direttivi differenti adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f'dan il-qasam, u l-aktar id-dispożizzjoni tal-Premessa 2 tad-Direttiva 2004/48/KE;

24. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Presidenza biex jiċċaraw l-irwol u l-kompetenza tal-Kumitat tal-Artikolu 133 u l-kumitati l-oħra involuti fin-negozjati dwar l-ACTA;

25. Jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra ċerta kritika qawwija dwar l-ACTA fin-negozjati li għaddejjin, fosthom li tista' tippermetti li detenturi ta' trademarks u ta' drittijiet tal-awtur jinvadu l-privatezza ta' persuni li allegatament ikunu ħatja ta' ksur mingħajr proċess legali, li tikkriminalizza ulterjurment lil każi ta' ksur mhux kummerċjali tad-dritt tal-awtur u tat-trademark, li tista' tkompli ssaħħaħ it-teknoloġiji tal-Ġestjoni tad-Drittijiet Diġitali (DRM) għas-spejjeż tad-drittijiet ta' 'użu ġust', li tista' tistabbilixxi proċedura ta' soluzzjoni ta' tilwim barra mill-istrutturi attwali tad-WTO u fl-aħħar li tista' ġġiegħel lill-firmatarji kollha biex ikopru l-ispiża ta' infurzar ta' każi ta' ksur tad-drittijiet tal-awtur u tat-trademarks;

26. F'dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni biex tassigura proċess pubbliku ta' konsultazzjoni kontinwu u trasparenti, u sabiex tappoġġja l-benefiċċji ta' dan il-proċess mal-pajjiżi kollha li qed jinnegozjaw, u sabiex tassigura li l-Parlament ikun infurmat sew u b'mod regolari dwar l-istat attwali tan-negozjati;

27. Ifakkar li t-Trattat KE jinkludi derogi fejn in-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet fil-qasam tal-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali huma relatati mal-kummerċ f’servizzi kulturali u awdjoviżivi; jirrimarka li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, in-negozar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet huma parti mill-kompetenza komuni tal-Komunità u tal-Istati Membri tagħha; barra minn hekk jenfasizza li, flimkien ma’ deċiżjoni Komunitarja meħuda skont id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat KE, in-negozjar ta’ dan it-tip ta’ ftehimiet jirrikjedi l-kunsens tal-Istati Membri, u ftehimiet negozjati b’dan il-mod iridu jiġu konklużi b’mod konġunt bejn il-Komunità u l-Istati Membri;

28. Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-qafas tan-negozjati tal-ACTA, fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li tirrigwarda l-protezzjoni tad-dejta personali, u d-Direttiva 95/46/KE tal-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data[17];

29. Hu tal-fehma li, fl-iżvelar tal-abbozzi ta' tħejjija għall-ACTA, inklużi r-rapporti ta' progress, u fil-mandat għan-negozjar tal-Kummissjoni, l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001[18] m'għandux ikollu prevalenza fuq l-interess pubbliku, u jħeġġeġ lill-Kunsill biex japplika l-Artikolu 255 tat-Trattat KE b'tali mod li jiġi żgurat l-akbar aċċess possibbli għad-dokumenti, sakemm jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa kif titlob il-liġi tal-protezzjoni tad-dejta;

30. Jinnota b'dispjaċir li l-protezzjoni tal-IPR fit-Turkija għadha ma tilħaqx l-istandards tal-UE u għalhekk teħtieġ li tkun riveduta; jirrimarka li t-Turkija tista' ssir kandidat kredibbli għall-adeżjoni meta tkun f'pożizzjoni li timplimenta l-acquis communautaire u li tiggarantixxi rispett sħiħ għall-IPR 'il ġewwa mill-fruntieri tagħha;

Relazzjonijiet UE-Ċina

31. Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi biex iżidu l-isforzi tagħhom u jieħdu azzjoni legali b'aktar enerġija kontra dawk li jiksru l-IPRs u, f'dan ir-rigward, jilqa' b'sodisfazzjon il-bidla fl-attitudni min-naħa tal-entitajiet ġuridiċi li reċentement irrikonoxxew il-jeddijiet taċ-ċittadini tal-UE għall-IPR fiċ-Ċina u ġġudikaw kumpaniji lokali li kisru dawk id-drittijiet;

32. Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tiżdied il-koperazzjoni mal-awtoritajiet tad-dwana Ċiniżi waqt li jkunu garantiti l-għajnuna u l-appoġġ mis-servizzi amministrattivi korrispondenti Ewropej;

33. Jenfasizza l-fatt li 60% tal-oġġetti ffalsifikati maqbuda mill-awtoritajiet tad-dwana tal-UE kienu magħmula fiċ-Ċina; jitlob lill-Kummissjoni, flimkien mal-awtoritajiet Ċiniżi, biex jippreżentaw pjan ta' azzjoni li jiġġieled l-iffalsifikar malajr kemm jista' jkun;

Miżuri ta' appoġġ estern fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar

34. Jirrikmanda l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ effettiv fir-rigward ta' każi ta' ksur possibbli tal-IPRs li huma protetti skont ftehimiet varji, flimkien ma' mezzi ta' inċentivi tal-kummerċ bħala parti minn impenn speċifiku fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali;

35. Ifakkar li r-regolament tas-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati jipprevedi, fost l-oħrajn, il-possibilità ta' sospensjoni temporanja tal-preferenzi għall-imsieħba li jużaw prattiki kummerċjali mhux leali; hu tal-fehma li fil-każ ta' każi ta' ksur serju tal-proprjetà intellettwali, bħal f'każi li jikkostitwixxu theddida serja għas-sikurezza u s-saħħa pubblika, l-użu ta' dan id-deterrent għandu jitqies sew mill-Kummissjoni;

36. Hu ta' l-fehma li r-Regolament dwar l-Ostakli għall-Kummerċ jista' joffri għajnuna importanti lill-impriżi Ewropej li għandhom problemi ta' aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi fir-rigward ta' każi ta' ksur tal-proprjetà intellettwali u jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi u tiffaċilita l-użu tiegħu partikolarment għall-SMEs;

37. Hu tal-fehma li koperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri f'pajjiżi terzi tista' tiggrantixxi skambji ta' informazzjoni aktar effettivi, użu aħjar tar-riżorsi disponibbli u impatt akbar fuq miżuri li jiġġieldu l-iffalsifikar kemm fir-rigward ta' azzjoni politikodiplomatika u b'mod aktar strett f'aspetti tekniċi;

38. Jistieden lill-Kummissjoni biex 'it-tim tal-aċċess għas-suq' fid-delegazzjonijiet tal-UE isiru punt ta' referenza tanġibbli għall-kumpaniji Komunitarji (partikolarment l-SMEs) li jilmentaw minn każi ta' ksur tal-IP;

Kwistjonijiet normativi u organizzativi

39. Jinnota l-impenn tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-proprjetà intellettwali fl-Unjoni Ewropea u jitlob impenn akbar biex ikun ikkontrollat il-fenomenu tal-iffalsifikar u biex ikun hemm armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-Istati Membri;

40. Jinnota li ma hemm l-ebda definizzjoni armonizzata fl-Unjoni Ewropea ta' 'ffalsifikar' u ta' 'kkuppjar illegali' u li d-definizzjonijiet tal-Istati Membri huma differenti;

41. Jinnota bi tħassib l-evoluzzjoni tal-iffalsifikar u tal-ikkupjar illegali, partikolarment f'ekonomija globalizzata, kif ukoll l-implikazzjonijiet serji għall-kompetittività tal-Unjoni Ewropea u tan-negozji, l-awturi u l-konsumaturi tagħha; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex jipprovdu lill-konsumaturi b'informazzjoni biżżejjed dwar il-perikli ta' ffalsifikar u ta' kkupjar illegali, partikolarment ir-riskju konsiderevoli għas-saħħa u s-sikurezza li prodotti ffalsifikati, inklużi mediċini, joħolqu lill-konsumaturi;

42. Jitlob lill-Kummissjoni biex tinvestiga b'mod speċifiku r-riskji għas-saħħa u s-sikurezza marbuta ma' ffalsifikar sabiex ikun evalwat jekk humiex meħtieġa aktar miżuri;

43. Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-ħila kollha tagħha ħalli jkun hemm ftehim dwar sanzjonijiet minimi fil-liġi kriminali Ewropea għal każi ta' ksur serju tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

44. Jemmen li hi meħtieġa armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali fis-seħħ kontra l-iffalsifikar sabiex tkun garantita applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-ftehima futura ACTA;

45. Jenfasizza l-ħtieġa ta' koordinazzjoni imtejba fi ħdan il-Kummissjoni bejn id-dipartimenti li jittrattaw it-trażżin tal-iffalsifikar u t-tqassim aħjar tal-inizjattivi Komunitarji li l-Kummissjoni tadotta f'dan ir-rigward, minħabba li l-frammentazzjoni tal-arranġamenti tas-sanzjonijiet hi ta' ħsara għas-suq intern u ddgħajjef l-Unjoni Ewropea fin-negozjati tagħha tal-kummerċ; jenfasizza wkoll li s-setturi privati u pubbliċi għandhom jestendu l-koperazzjoni tagħhom biex jassiguraw li l-miżuri biex jikkumbattu l-iffalsifikar ikunu aktar attivi, dinamiċi u effettivi;

46. Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu żviluppati korsijiet kontinwi ta' taħriġ adatt għall-istaff tal-uffiċċju tad-dwana, maġistrati u professjonisti oħra involuti u li l-Istati Membri jitħeġġu jwaqqfu timijiet speċjalizzati kontra l-iffalsifikar;

47. Jinnota r-rikonoxximent mill-Kummissjoni, fil-White Paper tagħha ta' Lulju 2007 dwar l-Isport, li l-vijabilità ekonomika tal-isfruttar tad-drittijiet tal-isport tiddependi mid-disponibilità ta' mezzi effettivi li jipproteġu kontra l-attivitajiet ta' min jikser l-IP fuq livell nazzjonali u dak internazzjonali u jitlob biex is-sidien ta' drittijiet sportivi jkunu inklużi fi kwalunkwe azzjoni li teħodha kontra l-iffalsifikar u l-ikkupjar diġitali illegali;

48. Jirrikmanda aktar titjib u koordinazzjoni aħjar tal-proċeduri tad-dwana fl-Unjoni Ewropea sabiex b'mod sostanzjali ikun ristrett l-aċċess għas-suq waħdieni għal prodotti ffalsifikati jew illegali; hu tal-fehma li kontroll aktar effettiv tal-iffalsifikar għandu jqis l-irwol prominenti li l-internet akkwista fil-kummerċ u fil-promozzjoni ta' prodotti ffalsifikati u illegali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tressaq proposta lill-Parlament u lill-Kunsill li tipprovdi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha b'dejta kwalitattiva u statistika dwar l-iffalsifikar f'livell tal-UE, partikolarment permezz tal-internet;

49. Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis l-użu speċifiku tal-internet bħala mezz li bih jitqassmu prodotti ffalsifikati u biex tkejjel l-impatt tiegħu fuq l-ekonomija tal-Istati Membri billi tiżviluppa għodda statistika li tista' tiffaċilita reazzjoni kkoordinata;

50. Jitlob lill-Kummissjoni biex twaqqaf jew tiffaċilita helpdesk għall-SMEs, preferibbilment integrat ma' faċilitajiet simili, biex tingħata għajnuna teknika lill-SMEs dwar il-proċeduri li jirregolaw oġġetti ffalsifikati;

51.  Iqis essenzjali li l-industrija Ewropea tagħti l-appoġġ tagħha u l-għajnuna tagħha lill-inizjattivi li se jittieħdu mill-istituzzjonijiet Ewropej; iqis partikolarment essenzjali li l-SMEs jitqiegħdu f'pożizzjoni minn fejn ikunu jistgħu jiddefendu b'mod effettiv id-drittijiet tagħhom speċjalment fir-rigward tal-każi ta' ksur tal-IPRs f'pajjiżi terzi;

52. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jinkoraġġixxu inizjattivi li jkomplu jqajmu l-kuxjenza tal-konsumatur dwar il-konsegwenzi ta' xiri ta' oġġetti ffalsifikati; jenfasizza l-irwol importanti li s-settur tan-negozju għandu f'dawn l-inizjattivi;

53. Iqis li, għal skopijiet ta' traċċabilità, għandhom jittieħdu passi biex jinkoraġġixxu miżuri meħuda mill-industrija li jużaw teknoloġiji moderni biex jiddistingwu b'mod aktar effettiv bejn prodotti oriġinali u prodotti ffalsifikati, u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi meħtieġa ħalli tippromwovi u tistabbilixxi passi kostruttivi bħal dawn fuq bażi permanenti;

54. Iħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma implimentawx id-Direttiva 2004/48/KE biex jagħmlu dan mingħajr dewmien; jistieden lill-Istati Membri biex ma jippermettux li jsiru eżenzjonijiet fil-fruntieri tal-UE kemm għall-vjaġġaturi kif ukoll għall-impriżi, peress li l-biċċa l-kbira tal-importazzjoni ta' prodotti ffalsifikati hija ta' dannu;

55. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu rispettati l-erba' drittijiet fundamentali tas-suq intern u li jibda jitħaddem aħjar;

56. Jistieden lill-Kummissjoni biex, mill-Istati Membri, tiġbor dejta dwar il-ħsara għas-saħħa tal-konsumaturi li ġrat bħala riżultat ta' prodotti ffalsifikati u dwar l-ilmenti tal-konsumatur dwar prodotti ffalsifikati; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li din id-dejta tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet fl-Istati Membri kollha;

57. Jisħaq, f'dan ir-rigward, dwar il-ħtieġa li jiġu mmobilizzati l-operaturi kollha kkonċernati sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-istrumenti li jiġġieldu kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali fis-suq intern;

58. Jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu l-istaff doganali tagħhom fit-territorju nazzjonali tagħhom u biex jibdew iħaddmu servizz, identifikabbli minn partijiet terzi (inklużi l-Istati Membri, pajjiżi terzi, istituzzjonijiet tal-Komunità, intrapriżi u individwi) inkarigati mill-ġlieda kontra l-iffalsifikar u mill-informazzjoni dwar din il-problema;

59. Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-importanza li jkollhom brevett Komunitarju u sistema ta' ġurisdizzjoni għall-privattivi bħala mod kif jiżguraw il-konformità mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-utenti fit-territorju kollu tal-Unjoni, u b’hekk jagħtu ċ-ċans lill-intrapriżi innovattivi li jipproteġu kemm jista' jkun l-invenzjonijiet tagħhom u li jagħmlu profitt akbar minnhom;

60. Jistieden lill-Istati Membri biex ikomplu jqajmu kuxjenza u jkabbru l-informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali fiz-zoni turistiċi, kif ukoll fil-fieri u fil-laqgħat professjonali;

61. Jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza li jiġu armonizzati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-privattivi nazzjonali u Komunitarji eżistenti fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar, u jistieden lill-Istati Membri biex iħeġġu lill-kumpaniji biex jipproteġu s-servizzi u l-prodotti tagħhom billi jirreġistraw it-trademarks, id-diżinji u l-privattivi, sabiex id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom jitħarsu aħjar;

62. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa tabella ta' valutazzjoni sabiex tiġi mkejla l-prestazzjoni doganali tal-Istati Membri u sabiex tkompli għaddejja l-ġlieda kontra l-iffalsifikar, kif ukoll biex jibda jaħdem netwerk għall-iskambju rapidu tal-informazzjoni dwar il-prodotti ffalsifikati, fuq il-bażi tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali u ta' għodda moderna għall-iskambju tal-informazzjoni;

63. Jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-koordinazzjoni bejn is-servizzi doganali tagħhom u biex japplikaw ir-regoli Komunitarji dwar id-dazji b’mod uniformi fl-Unjoni;

64. Jistieden lill-Istati Membri biex, flimkien mal-Kummissjoni, jiżviluppaw metodu komuni għall-qerda ta' prodotti ffalsifikati;

65. Jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-implimentazzjoni tal-proċedura simplifikata mniżżla fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tal-21 ta' Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet[19] fl-Istati Membri kollha;

66. Barra minn hekk jissuġġerixxi li aspetti sinifikanti tal-iffalsifikar (l-imitazzjoni tal-prodotti/ksur tat-trademark fuq skala kummerċjali) huma differenti minn dawk tal-ikkuppjar illegali (ksur tad-drittijiet tal-awtur fuq skala kummerċjali), u li għandha tingħata kunsiderazzjoni li dawn jiġu trattati b’mod indipendenti u separat, b’mod speċjali rigward il-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati aspetti tas-saħħa pubblika u tas-sikurezza li jeżistu fl-iffalsifikar;

67. Jappoġġja, rigward il-qasam tas-saħħa pubblika, id-definizzjoni tad-WHO tal-mediċina ffalsifikata: “mediċina ttikkettata ħażin, b'mod intenzjonat u bi frodi, rigward l-identità u/jew is-sors. L-iffalsifikar jista’ japplika kemm għal prodotti tad-ditta kif ukoll għal dawk ġeneriċi, u l-prodotti ffalsifikati jistgħu jinkludu prodotti bl-ingredjenti korretti jew bl-ingredjenti ħżiena, prodotti mingħajr ingredjenti attivi, b’ingredjenti attivi insuffiċjenti jew b’imballaġġ falz.”

68. Jenfasizza l-importanza li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali bħall-ħarsien tal-privatezza u d-dejta meta jittieħdu miżuri biex jiġu miġġielda l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali;

Kunsiderazzjonijiet finali

69. Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Kunsill u l-Istati Membri, biex jiddefinixxu linja ta' politika ċara, strutturata u ambizzjuża li, flimkien ma' miżuri interni tad-dwana u penali, jikkoordinaw u jindirizzaw l-azzjonijiet "esterni" tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali;

70. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi miżuri li huma kumplimentari ma' standards leġiżlattivi u, b'mod partikolari, biex tistabbilixxi kuxjenza Ewropea akbar dwar il-perikli tal-iffalsifikar bil-għan li jinbidlu l-attitudnijiet tal-persuni dwar l-iffalsifikar u l-ikkupjar illegali;

71. Iqis li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-twaqqif ta' tabella ta' valutazzjoni internazzjonali dwar l-iffalsifikar li għandha tkun immudellata fuq it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern u li tista' titfa' l-attenzjoni fuq pajjiżi li huma taħt il-medja fir-rigward tat-trażżin ta' oġġetti ffalsifikati;

72. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippermettu lill-Parlament li jkollu rwol aktar ċentrali fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar; iqis partikolarment xieraq li l-UE tippromwovi preżenza politika tagħha f'laqgħat internazzjonali speċjalizzati bħall-Kungress Globali Kontra l-Iffalsifikar u l-Ikkuppjar Illegali, kif ukoll f'organizzazzjonijiet internazzjonali involuti fil-ħarsien tal-proprjetà intellettwali;

73. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iżommuh kompletament infurmat u biex jistednuh jipparteċipa fl-inizjattivi relevanti kollha; jemmen li fl-ispirtu tat-Trattat ta' Liżbona, l-ACTA għandha tkun ratifikata mill-Parlament Ewropew skont il-proċedura ta' kunsens;

o

o        o

74. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati.

  • [1]  Testi adottati, P6_TA(2008)0053.
  • [2]  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 128.
  • [3]  Testi adottati, P6_TA(2008)0247.
  • [4]  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 235.
  • [5]  ĠU C 308 E, 16.12.2006, p. 182.
  • [6]  Testi adottati, P6_TA(2007)0629.
  • [7]  Testi adottati, P6_TA(2008)0195.
  • [8]  ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 103.
  • [9]  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.
  • [10]  Testi Adottati, P6_TA(2008)0305.
  • [11]  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.
  • [12]  ĠU L 196, 2.8.2003, p. 7.
  • [13]  ĠU L 196, 2.8.2003, p. 7.
  • [14]  Dikjarazzjoni tas-Samit, Tkabbir u Responsabilità fl-Ekonomija Dinjija, 7 ta' Ġunju 2007, Sammit tal-G8 Heiligendamn.
  • [15]  L-Artikolu 3(2) jgħid li “Dawk il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għandhom ukoll ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi u għandhom ikunu applikati b'mod u manjiera li jevitaw il-ħolqien ta' ostakoli għall-kummerċ leġittimu u biex jiġu provduti salvagwardji kontra l-abbuż tagħhom.”
  • [16]  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.
  • [17]  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
  • [18]  Regolament (KE) Nru. 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
  • [19]  ĠU L 196, 2.8.2003, p. 7.

NOTA SPJEGATTIVA

The 2006 Commission Communication ‘Global Europe’ acknowledged that, as far as multilateral and bilateral measures were concerned, the external aspects of European competitiveness needed to be strengthened and fresh momentum given to the fight against counterfeiting in third countries.

There is a considerable amount at stake. The counterfeiting market is worth approximately €500 billion, accounting for some 7-10% of world trade. The European economy has specialised in high-end, high value-added products, often protected by IPRs. The defence of IP is therefore an essential tool for bolstering the external competitiveness of European industry and has an equally important contribution to make to the success of the Lisbon strategy.

It would, however, be misleading to believe that new anti-counterfeiting measures are being implemented in the sole interest of Community industry. In addition to the serious economic damage caused to companies by counterfeiting and piracy, these unlawful practices are causing the loss of hundreds of thousands of skilled, well-paid jobs in Europe (where an estimated 200 000 jobs have been lost) and in other parts of the world each year and can often endanger consumers’ health, fund criminal and terrorist organisations and cause serious damage to the environment.

Counterfeiting is a multiform, diversified phenomenon which, with varying degrees of severity, affects nearly all economic sectors. The times of crude imitations of easily recognisable luxury products are now over. Over the past few years the counterfeiting and piracy industry has been booming and now devotes itself to producing toys, clothing, computer programmes, medicines, cosmetics, foods, cigarettes and spare parts for cars and aircraft.

Not all consumers realise that by purchasing products of dubious origin they are committing an offence and are helping to support parallel economic circuits dominated by organised crime. This Parliament has already expressed its views on the matter, stressing that personal use that is not for profit should be distinguished from the fraudulent and intentional marketing of counterfeit and pirated products. Care should certainly be taken to make such a distinction, but awareness-raising campaigns should also be held, to give consumers a better understanding of the risks involved in their unwise purchases.

Counterfeiting often assumes underhand and dangerous forms. For instance, it is calculated that 10% of medicines are counterfeit. These products, like cosmetics, may contain potentially harmful substances which can cause serious damage to the health of unaware users. One example of this is the antifreeze cough mixture which caused more than 130 deaths in Panama in 2006. Likewise, the flourishing market in fake quality food products (including wines and spirits), in addition to causing very serious damage to European products of maximum excellence, may pose a worrying threat to consumers, especially in markets that are different from the market of origin of the adulterated product. Combating counterfeiting thus means ensuring that consumers can choose what they buy freely and in total safety.

Developing countries are the No 1 victims of counterfeiting and rarely have appropriate instruments with which successfully to combat this scourge. The rapporteur takes the view that specific measures need to be taken to help them combat this phenomenon effectively and prevent the establishment of ‘free zones’ controlled by organised crime. In particular, the suppression of the counterfeiting of food products and medicines in developing countries remains one of the priorities of the EU’s external anti-counterfeiting action.

The aim of this report is to put forward a concrete, consistent proposal for a coordinated, consistent European policy dealing with the external aspects of the fight against counterfeiting. The fight against counterfeiting should become one of the EU’s priorities and its implications should be taken into due consideration when framing the EU’s trade policy for the next decade.

Modernising the TRIPS agreement

When it entered into force, the TRIPS agreement was a firm step towards a world regulation of IP, but the results have not always lived up to expectations, since many WTO members have not been able, or have not wanted, to ensure that it was fully enforced. The Commission should therefore promote appropriate diplomatic initiatives with a view to ensuring that the minimum standards set out in the TRIPS agreement are correctly applied by all WTO members.

On the other hand, the agreement in question is not perfect, and some parts of it should be revised. In particular, its scope should be extended to export, transit and transhipment operations as well as to other IP infringements.

In the event of serious breaches of the TRIPS agreement, the EU should not hesitate to take its case to the WTO’s Dispute Settlement Body, both to ensure that the European parties concerned are defended and to build up a body of case-law to clarify the content of the agreement, thereby making it easier and more effective to implement.

The rapporteur is also convinced that the use of the TBR should be encouraged and facilitated for European companies complaining of problems of access to third-country markets owing to an illegitimate and in any case improper use of their IP rights by local operators.

ACTA and other bilateral and regional EU initiatives

However much the multilateral WTO framework remains the top priority for the EU, it is clear that without any further bilateral or multilateral initiatives such as the ACTA agreement, it will be impossible to combat counterfeiting effectively at the international level. In this regard, Parliament expects to be kept duly informed and to be able to make its own contribution to the agreement in question before it is formally submitted.

The proposal concerning the ACTA agreement stemmed from the need to move beyond the TRIPS agreement and to make the fight against counterfeiting more effective and consistent. From this point of view, the fact that the industrialised countries that have been the most penalised by counterfeiting, such as the EU, USA and Japan, have decided to coordinate their efforts, is certainly to be welcomed. The process is still at the initial stage but care will need to be taken to ensure that it does not overlap with the TRIPS agreement and that the agreement’s ultimate objectives are sufficiently clear and realistic.

In addition to ACTA, the rapporteur takes the view that the Commission should include an IPR protection clause (providing for an efficient dispute settlement system) in all the new free trade agreements to be negotiated over the next few years.

Full compliance with the obligations of TRIPS and other bilateral and multilateral agreements will require a substantial economic and organisational effort on the part of third countries, especially developing countries. The rapporteur believes that the EU should take charge of this problem, at least in part, by providing those states which so request, and which show they are committed to the fight against counterfeiting, with appropriate economic and technical support, encouraging staff training and adopting, where possible, Community customs procedures.

A special anti-counterfeiting effort should be made in countries through which goods transit and against those who use ‘factory ships’ located in extra-territorial waters.

‘Made in...’ and traceability of imported products

If adopted, the proposal for a Council Regulation[1] introducing compulsory indication of the country of origin of certain products imported from third countries in the EU will not only increase the transparency of the origin of certain categories of product, such as textiles, which are often counterfeited, but will also make an important contribution to the fight against counterfeiting. The rapporteur thus hopes that the incomprehensible divisions which have hitherto slowed down the procedure relating to this proposal may be overcome and that it may be swiftly adopted.

At the same time it would also be advisable to look at, together with the industrial sectors involved, methods whereby the authenticity of products from third countries can be easily identified by customs operators, but also by final consumers.

Regulatory and organisational issues

The rapporteur takes the view that better coordination at Community level is necessary in order to achieve major results in the external fight against counterfeiting.

The establishment of a single European authority responsible for combating counterfeiting and able to coordinate both the efforts of the Member States and those of the various Commission departments can no longer be postponed. This new authority should be guaranteed sufficient resources and powers to be able to fulfil its mandate whilst respecting the competences of the Member States. The Commission should also ensure that, internally, the various departments responsible for this important topic work in a coordinated, harmonious manner.

One of the aspects of the fight against counterfeiting on which both the Member States and the Commission should insist, is the defence of SMEs, both in Europe and in third countries. The role of companies is vital for the success of the anti-counterfeiting strategy, and industry, as recently pointed out by the Commission itself, has to play its part; however, it is inconceivable that the luxury multinationals should be placed on the same footing as small-scale producers who have become leaders in their product sector.

SMEs therefore need to be helped to defend themselves as best they can against this serious problem which is damaging them considerably; more generally speaking, public-private cooperation systems that are more efficient and less costly for business should also be set up .

The saturation of traditional markets and the opening up of new ones, such as those in the emerging countries, also calls for a new operational strategy which does not confine itself to prosecuting counterfeiting in Europe but which tackles the problem in those areas in which counterfeiting is more deeply rooted, taking action also in third countries which are often the recipients of counterfeit European goods produced elsewhere.

Moreover, the rapporteur hopes that customs procedures may be improved and increasingly harmonised within the EU and that a system of criminal laws common to all Member States may be established. A system of strong, universally approved common rules in the EU must be a prerequisite for combating counterfeiting and piracy outside Europe.

The role of the European Parliament

Parliament has an important role to play in the fight against counterfeiting, especially in the light of the new powers to be conferred upon it if the Treaty of Lisbon enters into force. It would also be appropriate, in cooperation with the other parliamentary committees concerned, to promote an annual forum on the topic, place greater emphasis on the issue in the EU’s bilateral (first and foremost with the US Congress) or multilateral (WTO Assembly) relations and send a parliamentary delegation to the Global Congress Combating Counterfeiting.

  • [1]  Ref. 2005/0254 (ACC)

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (21.10.2008)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar l-Impatt ta' l-Iffalsifikar fuq il-Kummerċ Internazzjonali
(2008/2133(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Karin Riis-Jørgensen

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 2008 dwar l-attivitajiet doganali tal-komunita fir-rigward tal-iffalsifikar u l-piraterija,

- wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat)[1],

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-1 ta' April 2008 bl-isem'L-Istrateġija għall-evoluzzjoni ta' l-Unjoni Doganali' (COM(2008)0169),

- wara li kkunsidra l-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu infurzati (COM(2006)0168),

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar l-erbgħin anniversarju tal-Unjoni Doganali[2],

- wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 rigward l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali[3],

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem ' Strateġija Industrijali għad-Drittijiet tal-Proprjetà' (COM(2008)0465),

- wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 li jittratta azzjoni dogonali kontra prodotti suspettati li jiksru ċerti drittijiet tal-proprjetà intelletwali u l-miżuri li jridu jittieħdu kontra prodotti li jinstabu li kisru dawn id-drittijiet[4],

1.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma implimentawx id-Direttiva 2004/48/KE li jagħmlu hekk mingħajr dewmien; jistieden lill-Istati Membri biex ma jippermettux li jsiru eżenzjonijiet fil-fruntieri tal-UE kemm għall-vjaġġaturi kif ukoll għall-impriżi, peress li l-biċċa l-kbira tal-importazzjoni ta' prodotti ffalsifikati hija ta' dannu;

2.   Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jiġu rrispettati l-erba' drittijiet fundamentali tas-suq intern u li titejjeb l-operazzjoni tiegħu;

3.    Jirrikonoxxi l-gravità u l-inkwetanti tat-tkabbir tal-fenomenu tal-iffalsifikar u l-piraterija, b'mod partikolari, f'ekonomija globalizzata, għall-kompetittività tal-Unjoni u l-intrapriżi, manifatturi u konsumaturi tagħha, u jistieden għalhekk lill-Istati Membri biex jiżguraw edukazzjoni suffiċjenti tal-konsumaturi dwar ir-riskji konsiderevoli għas-saħħa u s-sikurezza li wieħed jixtri ċertu prodotti ffalsifikati, bħal ma huma l-kożmetiċi, farmaċewtiċi, ġugarelli, prodotti tad-dar u prodotti elettroniċi;

4.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tiġbor dejta mill-Istati Membri dwar il-ħsara għas-saħħa tal-konsumaturi li ġrat bħala riżultat ta' prodotti ffalsifikati u dwar l-ilmenti tal-konsumatur dwar prodotti ffalsifikati; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li din id-dejta tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet fl-Istati Membri kollha;

5.   Jistieden lill-Istati Membri biex iwaqqfu netwerk effikaċi ta' koperazzjoni transkonfinali biex jiffaċilitaw l-iskambju mgħaġġel tal-informazzjoni;

6.   Jenfasizza l-importanza mogħtija lill-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, fattur essenzjali għall-promozzjoni tal-kultura u tad-diversità tagħha u biex jiġu sfruttati r-riċerka u l-innovazzjoni u l-ħolqien ta' intrapriżi Ewropej, b'mod partikolari intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, sabiex jiġu appoġġjati t-tkabbir u l-impjiegi fl-Unjoni;

7.   Jisħaq f'dan ir-rigward dwar il-ħtieġa li jiġu mmobilizzati l-operaturi kollha kkonċernati sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-istrumenti li jiġġieldu kontra l-iffalsifikar u l-piraterija fis-suq intern;

8.   Jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu l-istaff doganali tagħhom fit-territorju nazzjonali tagħhom u biex jibdew iħaddmu servizz, identifikabbli minn partijiet terzi (inklużi l-Istati Membri, pajjiżi terzi, istituzzjonijiet tal-Komunità, intrapriżi u individwi) inkarigati mill-ġlieda kontra l-iffalsifikar u mill-informazzjoni dwar din il-problema;

9.   Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-piraterija permezz ta' ftehimiet internazzjonali ma' pajjiżi terzi; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, l-inizjattivi biex tissaħħaħ il-koperazzjoni maċ-Ċina;

10.  Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-importanza li jkollhom brevett Komunitarju u sistema ta' ġurisdizzjoni għall-privattivi bħala mod kif jiżguraw il-konformità mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-utenti fit-territorju kollu tal-Unjoni, u b’hekk jagħtu ċ-ċans lill-intrapriżi innovattivi li jipproteġu kemm jista' jkun l-invenzjonijiet tagħhom u li jagħmlu profitt akbar minnhom;

11. Jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu l-kuxjenza u l-informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-piraterija fiz-zoni turistiċi, kif ukoll fil-fieri u fil-laqgħat professjonali;

12.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jinfurmaw aħjar lill-konsumaturi dwar ir-regoli applikabbli rigward il-prodotti ffalsifikati u l-konsegwenzi tal-użu tagħhom, u, biex titbiddel il-perċezzjoni mill-pubbliku fir-rigward tal-fenomenu tal-iffalsifikar u l-piraterija, jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi azzjoni biex issaħħaħ il-leġiżlazzjoni, b'mod partikolari biex tiġi introdotta Ġurnata Ewropea biex titqajjem kuxjenza tal-perikli tal-iffalsifikar;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tintensifika l-azzjonijiet konġunti fil-qasam tad-dwana kontra l-iffalsifikar u l-piraterija mal-awtoritajiet tal-pajjiżi li jimmanifatturaw il-prodotti ffalsifikati;

14. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tagħti prijorita għolja lin-negozjati għall-ogħla standards għall-prevenzjoni tal-iffalsifikar u l-piraterija skont il-Ftehimiet Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA)

15.  Ifakkar li l-frammentazzjoni tas-sistemi tas-sanzjonijiet hija ta’ ħsara għas-suq intern u ddgħajjef l-Unjoni fix-xena internazzjonali, u jfakkar fl-importanza tal-proposta emendata hawn fuq imsemmija għal direttiva dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

16.  Jiġbel l-attenzjoni għall-importanza li jiġu armonizzati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-privattivi nazzjonali u Komunitarji eżistenti fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar, u jistieden lill-Istati Membri biex iħeġġu lill-kumpaniji biex jipproteġu s-servizzi u l-prodotti tagħhom billi jirreġistraw trademarks, id-diżinji u l-privattivi, sabiex id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom jiġu infurzati aħjar;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf osservatorju Ewropew għall-iffalsifikar, appoġġjat mis-servizzi tal-Kummissjoni li huma inkarigati mill-koordinazzjoni tal-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-piraterija, sabiex tikseb evalwazzjoni regolari tal-iskala tal-iffalsifikar u tal-piraterija u analiżi aktar ċara ta’ dawn il-fenomeni; iqis li t-twaqqif ta’ dan l-osservatorju huwa meħtieġ biex tingħata importanza akbar lill-qagħda tal-Unjoni fix-xena internazzjonali;

18. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb il-koordinazzjoni fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-piraterija u jilqa' b'sodisfazzjoni l-ħolqien ta' unità ġdida li tittratta b'mod speċifiku l-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-piraterija;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa tabella ta' valutazzjoni sabiex tiġi mkejla l-prestazzjoni doganali tal-Istati Membri sabiex tkompli għaddejja l-ġlieda kontra l-iffalsifikar, u biex tibda tħaddem netwerk għall-iskambju mgħaġġel tal-informazzjoni dwar il-prodotti ffalsifikati, fuq il-bażi tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali u għodda moderna għall-iskambju tal-informazzjoni;

20.  Jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-koordinazzjoni bejn is-servizzi doganali tagħhom u biex japplikaw ir-regoli Komunitarji dwar id-dazji b’mod uniformi madwar l-Unjoni;

21.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati miżuri effettivi kontra prodotti foloz u tal-piraterija permezz ta’ ftehimiet bejn il-professjonisti fuq livell Ewropew, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja bħall-protezzjoni tad-dejta personali u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; Huwa tal-fehma li miżuri bħal dawn għandhom jiġu indirizzati b'mod partikolari lil fornituri li qegħdin dejjem aktar, u spiss b’mod aggressiv, jużaw l-Internet biex joffru l-prodotti foloz permezz ta’ 'spamming', ħwienet fuq l-Internet jew siti tal-irkant, bla ma ssir ħsara lid-drittijiet taċ-ċittadini li jkollhom aċċess għall-internet;

22.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat taħriġ adattat u kontinwu għall-istaff tad-dwana, l-imħallfin u l-professjonisti kkonċernati, u li jiġu mħeġġa l-Istati Membri biex iwaqqfu timijiet speċjali biex jiġġieldu l-falsifikazzjoni;

23. Jistieden lill-Istati Membri biex, flimkien mal-Kummissjoni, jiżviluppaw approċċ komuni għad-distruzzjoni ta' prodotti foloz;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta’ l-adozzjoni

7.10.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Hélène Goudin, Małgorzata Handzlik, Christopher Heaton-Harris, Anna Hedh, Iliana Malinova Iotova, Kurt Lechner, Toine Manders, Catiuscia Marini, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Barbara Weiler, Marian Zlotea

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, Wolfgang Bulfon, Colm Burke, Giovanna Corda, Othmar Karas, José Ribeiro e Castro, Olle Schmidt

  • [1]  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.
  • [2]  Testi Addottati, P6_TA(2008)0305
  • [3]  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45
  • [4]  ĠU L 196, 2.8.2003, p. 7.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (4.11.2008)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar l-impatt tal-iffalsifikar fuq il-kummerċ internazzjonali
(2008/2133(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Eva Lichtenberger

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi huwa ta’ importanza fundamentali meta jkunu kkunsidrati miżuri legali, li tiġi rikonoxxuta differenza sostantiva bejn id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali u materjali u skont il-każ bejn il-ksur tad-drittijiet u tas-serq,

B.   billi l-ksur kollu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jagħmel ħsara lill-kummerċ u lin-negozju, iżda billi l-ksur fuq skala kummerċjali għandu effetti addizzjonali u aktar mifruxa,

C.  billi l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju għandhom irwol fundamentali fl-ekonomija tal-UE u billi hu essenzjali li jiġu rikonoxxuti l-preokkupazzjonijiet leġittimi tagħhom fir-rigward tal-ħarsien tal-isforzi ta' riċerka u innovazzjoni,

D.  billi, fil-każ ta’ privattivi fuq prodotti farmaċewtiċi, filwaqt li l-ksur tal-privattivi jiġi trattat każ b’każ fuq il-bażi ta’ argumenti sustantivi magħmula fi ħdan proċeduri ċivili għal raġunijiet ta’ ksur ta’ privattivi, il-ksur tad-drittijiet tal-awtur u tat-trademarks jikkostitwixxi offiżi intenzjonati,

1.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Presidenza biex jiċċaraw l-irwol u l-kompetenza tal-Kumitat tal-Artikolu 133 u tal-kumitati l-oħra involuti fin-negozjati dwar il-Ftehima Kummerċjali Kontra l-Iffalsifikar (ACTA);

2.   Jinnota t-tħassib li ssemma dwar in-nuqqas ta' trasparenza involuta fin-negozjati dwar l-ACTA, b'mod speċjali fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha, il-firxa ta' miżuri diskussi, u r-relazzjoni tagħha ma' ftehimiet internazzjonali eżistenti dwar il-ħarsien tal-proprjetà intellettwali, b'mod speċifiku l-Ftehima dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS) u l-ftehimiet konklużi fi ħdan il-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Proprjetà Intellettwali (WIPO), u jħeġġeġ li x-xogħol li qed isir jiġi żvelat formalment minn kmieni;

3.   Iqis li hu importanti li inizjattivi internazzjonali bħall-ACTA li jittieħdu biex jiġi miġġieled l-iffalsifikar u l-piraterija ma jwasslux għall-adozzjoni ta’ miżuri aktar stretti ta’ ħarsien tal-privattivi li jmorru lil hinn mill-ftehima TRIPS;

4.   Jikkunsidra li għadu mhux ċert jekk it-Trattat KE jipprovdix bażi legali għal miżuri Komunitarji li jippreskrivu t-tip u l-livell ta' pieni kriminali u li, għaldaqstant, il-Kummissjoni ma jistax ikollha l-kompetenza biex tinnegozja f'isem il-Komunità ftehima internazzjonali li tispeċifika n-natura u l-livell tal-miżuri tal-liġi kriminali li għandhom jittieħdu kontra min jikser trademarks u drittijiet tal-awtur;

5.   Ifakkar li t-Trattat KE jinkludi derogi meta l-innegozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet fil-qasam tal-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali jirrelataw mal-kummerċ f’servizzi kulturali u awdjoviżivi; Jiġbed l-attenzjoni li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-innegozar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet jagħmel parti mill-kompetenza komuni tal-Komunità u tal-Istati Membri tagħha; barra minn hekk jiġbed l-attenzjoni li, flimkien ma’ deċiżjoni Komunitarja meħuda skont id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat KE, l-innegozjar ta’ dan it-tip ta’ ftehimiet jirrikjedi l-kunsens tal-Istati Membri, u ftehimiet negozjati b’dan il-mod iridu jiġu konklużi b’mod konġunt bejn il-Komunità u l-Istati Membri;

6.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tqis kif jixraq il-fehmiet differenti tal-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri tal-liġi kriminali, b'referenza speċifika għan-natura u l-livell tagħhom, u biex terġa' tikkunsidra n-negozjati b'dan il-mod;

7.   Jikkunsidra li t-termini "iffalsifikar" u "piraterija" ma jsegwux definizzjoni waħda li hemm qbil dwarha u jintużaw b'diversi modi, u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara dawk it-termini;

8.   Josserva li filwaqt li l-użu taż-żewġ termini jikkoinċidi, l-iffalsifikar normalment japplika għal ksur intenzjonat ta’ trademark, u li jkun siewi li wieħed jillimita dawn it-termini partikulari b'mod speċifiku għal ksur fuq skala kummerċjali; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tqis l-elementi speċifiċi tal-iffalsifikar fuq l-Internet u sabiex tkejjel l-impatt ta’ din il-prattika fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri billi tiżviluppa għodod statistiċi u ta’ kwalità biex tiffaċilita rispons koordinat għal dan il-fenomenu;

9.   Barra minn hekk jissuġġerixxi li aspetti sinifikanti tal-iffalsifikar (l-imitazzjoni tal-prodotti/ksur tat-trademark fuq skala kummerċjali) huma differenti minn dawk tal-piraterija (ksur tad-drittijiet tal-awtur fuq skala kummerċjali), u li għandha tingħata kunsiderazzjoni li dawn jiġu trattati b’mod indipendenti u separat, b’mod speċjali rigward il-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati aspetti tas-saħħa pubblika u tas-sikurezza li jeżistu fl-iffalsifikar;

10. Jenfasizza l-importanza li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali bħall-ħarsien tal-privatezza u d-data meta jittieħdu miżuri biex jiġu miġġielda l-iffalsifikar u l-piraterija;

11. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiggarantixxi, skont il-pożizzjoni tal-Parlament u l-Artikolu 61 tal-Ftehima TRIPS[1], li l-ACTA tkun limitata għall-promozzjoni ta’ miżuri kriminali applikabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-awtur u l-marki kummerċjali, u li dawn it-tip ta’ miżuri ma jkoprux il-qasam tal-privattivi;

12. Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-qafas tan-negozjati tal-ACTA, dwar l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li tirrigwarda l-protezzjoni tad-data personali, u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwali fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment ħieles ta’ din it-tip ta’ data[2];

13. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi – kif diġà hu l-każ skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali[3] – li miżuri promossi fil-livell internazzjonali biex jiġġieldu l-iffalsifikar u l-piraterija se jiġu applikati b’mod li jevitaw li joħolqu ostakoli għall-kummerċ leġittimu; iqis li, barra minn hekk, għandhom jiġi introdotti salwagwardji kontra kwalunkwe abbuż ta’ dawn il-miżuri;

14. Jerġa’ jtenni li f'dak li għandu x'jaqsam mal-ftehimiet internazzjonali, kif speċifikat fil-Ftehima ta' Qafas tas-26 ta' Mejju 2005 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni[4], il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni bikrija u ċara lill-Parlament kemm waqt il-fażi ta' tħejjija tal-ftehimiet u kemm waqt il-tmexxija u l-konklużjoni ta' negozjati internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tispjega liema miżuri ħadet sabiex tissodisfa dan l-impenn f'dak li għandu x'jaqsam mal-Parlament;

15. Hu tal-fehma li l-interess pubbliku fl-iżvelar tal-abbozzi ta' tħejjija għall-ACTA, inklużi r-rapporti ta' progress, tal-mandat għan-negozjar tal-Kummissjoni m'għandux jitwarrab minħabba l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001[5], u jħeġġeġ lill-Kunsill biex jinforza l-Artikolu 255 tat-Trattat KE b'tali mod li jiġi żgurat l-iktar aċċess possibbli għad-dokumenti, sakemm il-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa jittieħdu kif titlob il-liġi tal-protezzjoni tad-dejta.

16. Jappoġġja, rigward il-qasam tas-saħħa pubblika, id-definizzjoni tad-WHO tal-mediċina falsifikata: “mediċina ttikkettata ħażin, b'mod intenzjonat u bi frodi, rigward l-identità u/jew is-sors. L-iffalsifikar jista’ japplika kemm għal prodotti tad-ditta kif ukoll dawk ġeneriċi, u l-prodotti falsifikati jistgħu jinkludu prodotti bl-ingredjenti korretti jew bl-ingredjenti ħżiena, prodotti mingħajr ingredjenti attivi, b’ingredjenti attivi insuffiċjenti jew b’imballaġġ falz.”

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

4.11.2008

 

 

 

Riżlutat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlo Casini, Titus Corlăţean, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Neena Gill, Othmar Karas, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Diana Wallis, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sharon Bowles, Eva Lichtenberger, Rareş-Lucian Niculescu, Georgios Papastamkos, József Szájer, Jacques Toubon, Renate Weber

  • [1]  Artikolu 61 tal-Ftehima TRIPS: “Il-Membri għandhom jipprovdu għal proċeduri u pieni kriminali biex jiġu applikati tal-anqas f’każijiet ta’ ffalsifikar intenzjonat tat-trademark jew ta’ piraterija tad-drittijiet tal-awtur fuq skala kummerċjali”. http://www.wto.org/english/docs_e/legal_e/27-trips_05_e.htm
  • [2]  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
  • [3]  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45. Artikolu 3(2) jgħid li “Dawk il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għandhom ikunu applikati b'mod u manjiera li jevitaw il-ħolqien ta' ostakoli għall-kummerċ leġittimu u biex jiġu provduti salvagwardji kontra l-abbuż tagħhom.”
  • [4]  ĠU C 117 E, 18.5.2006, p. 125.
  • [5]  Regolament (KE) Nru. 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.11.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kader Arif, Daniel Caspary, Christofer Fjellner, Béla Glattfelder, Ignasi Guardans Cambó, Jacky Hénin, Caroline Lucas, Erika Mann, Helmuth Markov, David Martin, Vural Öger, Georgios Papastamkos, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Iuliu Winkler, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Bastiaan Belder, Ole Christensen, Albert Deß, Eugenijus Maldeikis, Javier Moreno Sánchez, Sirpa Pietikäinen, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sepp Kusstatscher, Roselyne Lefrançois, Michel Teychenné