Proċedura : 2008/0058(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0448/2008

Testi mressqa :

A6-0448/2008

Dibattiti :

PV 03/12/2008 - 20
CRE 03/12/2008 - 20

Votazzjonijiet :

PV 04/12/2008 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0577

RAPPORT     *
PDF 195kWORD 255k
14.11.2008
PE 411.932v01-00 A6-0448/2008

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud biex tiġġieled il-frodi fiskali marbuta mat-tranżazzjonijiet intrakomunitarji

(COM(2008)0147 – C6‑0154/2008 – 2008/0058(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: José Manuel García-Margallo y Marfil

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud biex tiġġieled il-frodi fiskali marbuta mat-tranżazzjonijiet intrakomunitarji

(COM(2008)0147 – C6‑0154/2008 – 2008/0058(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0147),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6–0154/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6–0448/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tolqot b'mod sinifikanti d-dħul fiskali ta’ l-Istati Membri, filwaqt li tfixkel l-attività ekonomika fis-suq intern, billi toħloq flussi mhux ġustifikati ta’ merkanziji u billi tqiegħed merkanziji fis-suq bi prezzijiet eċċezzjonalment baxxi.

(1) L-evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tolqot b'mod sinifikanti d-dħul fiskali ta’ l-Istati Membri, filwaqt li tfixkel l-attività ekonomika fis-suq intern, billi toħloq flussi mhux ġustifikati ta’ merkanzija u billi tqiegħed merkanzija fis-suq bi prezzijiet baxxi b'mod mhux normali. Barra minn hekk, l-evażjoni tal-VAT ma taffettwax biss il-finanzjament tal-baġits tal-Istati Membri iżda anke l-bilanċ globali tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea billi t-tnaqqis li jsir fir-riżorsi proprji tal-VAT irid ikun ikkumpensat minn żieda fir-riżorsi proprji mid-dħul gross nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda proposta għandha l-għan li tiċċara li l-evażjoni tal-VAT ma taffettwax biss il-finanzjament tal-baġits tal-Istati Membri, imma anke s-sistema ta' riżorsi proprji tal-UE. Dan jikkostitwixxi raġuni ulterjuri għall-ġlieda kontra l-evażjoni tal-VAT fil-livell UE.

Emenda  2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Sabiex l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/112/KE tittejjeb u tkun aktar effiċjenti, il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa fl-Istati Membri biex jiżviluppaw il-kapaċità amministrattiva tagħhom sabiex ikunu jistgħu jirċievu dikjarazzjonijiet b’mezzi elettroniċi għall-massimu possibbli ta' kategoriji ta’ persuni suġġetti għat-taxxa.

Ġustifikazzjoni

Biex jitħaffef il-piż amministrattiv għall-persuni suġġetti għat-taxxa (u jitnaqqsu l-ispejjeż), anke minħabba ż-żieda fil-frekwenza li biha għandhom isiru d-dikjarazzjonijiet.

Emenda  3

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Fid-dawl tal-bidliet fl-ambjent tan-negozju u fl-għodda ta’ l-operaturi kummerċjali, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-impriżi jkunu jistgħu jaqdu l-obbligi tagħhom ta’ dikjarazzjoni permezz ta’ proċeduri elettroniċi sempliċi, bil-għan li jeħfief kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv.

(6) Din id-Direttiva mhi bl-ebda mod intenzjonata biex taffettwa l-azzjonijiet imwettqa fil-livell Komunitarju bil-għan li sal-2012 jinkiseb tnaqqis ta' 25 % fil-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji. B'mod partikolari, fid-dawl tal-bidliet li jirriżultaw fl-ambjent tan-negozju u fl-għodda ta’ l-operaturi kummerċjali, huwa mixtieq li jiġi żgurat li l-impriżi jkunu jistgħu jaqdu l-obbligi tagħhom ta’ dikjarazzjoni permezz ta’ proċeduri elettroniċi sempliċi, bil-għan li jeħfief kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv.

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta tagħmilha ċara illi l-konsegwenzi tal-approċċ il-ġdid fuq in-negozji ma jistgħux jaffettwaw l-objettiv ġenerali - kif diġà ġie espress f'diversi okkażjonijiet fil-livell tal-UE - li l-piżijiet amministrattivi fuq il-kumpaniji jitnaqqsu b'25% sal-2012.

Emenda  4

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Sabiex wieħed ikun jista' japprezza b'mod aħjar l-impatt tal-obbligi formali ġodda, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mal-estensjoni tal-obbligu ta' informazzjoni għall-forniment tas-servizzi, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' evalwazzjoni dwar l-impatt ta' dawk l-obbligi, b'mod partikulari fuq l-ispejjeż amministrattivi għall-individwi affettwati u għall-amministrazzjonijiet, u dwar l-effettività ta' dawk l-obbligi formali fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva li timmodifika l-kontenut tal-obbligi formali.

Emenda  5

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a) Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibilità li twaqqaf bażi ta’ dejta fil-livell tal-Unjoni Ewropea li tkun tinkludi d-dejta ta’ identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi li jkunu stabbilew, amministraw jew immaniġġjaw kumpaniji involuti fi tranżazzjonijiet frawdolenti intra-Komunitarji fir-rigward tal-VAT. Qabel ma tiġi reġistrata kumpanija ġdida, l-entità nazzjonali relevanti għandha titlob lill-amministrazzjoni tat-taxxa nazzjonali għal rekord fiskali tal-UE maħruġ minnha wara li tkun ikkonsultat il-bażi tad-dejta rispettiva, li għandha tkun konnessa magħha.

Ġustifikazzjoni

Peress li t-tranżazzjonijiet frawdolenti intra-Komunitarji qed jitwettqu permezz ta’ intermedjarji li jkunu kumpaniji fantażmi li jieqfu joperaw wara tranżazzjoni waħda, dawk il-persuni fiżiċi li jkunu stabbilixxew, amministraw jew immaniġġjaw kumpanija fantażma ta' dan it-tip għandhom jitwaqqfu milli jibdew kumpaniji ġodda fil-livell Ewropew.

Emenda  6

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 263 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li d-dikjarazzjoni tintbagħat b'mezzi oħra għal ċerti kategoriji ta’ persuni taxxabbli.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li d-dikjarazzjonijiet rikapitulattivi jintbagħtu b'mezzi oħra għal ċerti kategoriji ta’ persuni taxxabbli sal-...*.

 

* Nota lill-ĠU - hawn għandha tiddaħħal id-data: l-1 ta' Jannar tas-sena wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE (id-direttiva li temenda).

Ġustifikazzjoni

Jekk jintużaw mezzi alternattivi għat-trasferiment ta' informazzjoni, ir-rata tal-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni titnaqqas b’mod konsiderevoli . Minħabba l-fatt li l-operaturi tal-VAT kollha reġistrati għandhom aċċess għal kompjuter u l-internet, jekk l-informazzjoni tiġi ttrasferita b'mod elettroniku, ma twassalx għal żieda tal-piż amministrattiv għalihom. L-informazzjoni tinġabar xorta allura hija biss l-operazzjoni biex tintbagħat l-informazzjoni li tkun issir aktar ta' spiss, u din ma twassalx għal żieda fil-piż amministrattiv iżda tħaffef it-trasferiment ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u tippermetti li titjieb il-ġlieda kontra l-frodi.

Emenda  7

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2a

 

Rapport tal-Kummissjoni

 

Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport li jevalwa l-impatt ta' din id-Direttiva. Dan ir-rapport għandu jiffoka, b’mod partikulari, fuq l-ispejjeż amministrattivi li jirriżultaw mill-obbligi formali l-ġodda għall-individwi affettwati u fuq il-grad ta’ effettività ta’ dawk l-obbligi formali fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva li timmodifika l-kontenut tal-obbligi formali.

 

* Nota lill-ĠU - hawn għandha tiddaħħal id-data: sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

1) Sabiex tiġi miġġielda l-evażjoni tat-taxxa relatata mat-tranżazzjonijiet fil-Komunità, grad għoli ta' flessibilità u effettività hu essenzjali.

2) Waqt il-mandat tal-Kummissjoni li jmiss, hi mistennija riforma tal-VAT.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Nhar is-17 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni adottat żewġ proposti leġiżlattivi relatati mal-istrateġija għall-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa: waħda li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud ("id-Direttiva dwar il-VAT") u l-oħra li temenda r-Regolament (KE) Nru 1798/2003, bil-għan li tiġi miġġielda l-evażjoni tat-taxxa relatata ma' tranżazzjonijiet fil-Komunità.

Kif jafu sew il-membri ta' dan il-kumitat, il-ġlieda kontra l-frodi, li għalkemm fil-biċċa l-kbira tagħha hija r-responsabilità tal-Istati Membri, ma tistax titwettaq biss fil-livell nazzjonali. Il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa trid tkun prijorità għall-UE u trid tinvolvi koperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u mal-Kummissjoni. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni, fuq il-linji gwidi indikati mill-Kunsill mill-2007, ħejjiet strateġija minn żewġ naħat:

§ 1) it-tbassir ta' riforma importanti tal-VAT, li tista' tikkonsisti jew mill-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' awtolikwidazzjoni (reverse-charge) jew mill-intaxxar tat-tranżazzjonijiet inter-Komunitarji permezz ta' miżuri li jinkludu kamra tal-ikklerjar (clearing house).

§ 2) sett ta' miżuri konvenzjonali, jiġifieri, alterazzjonijiet għar-regoli dwar il-VAT li ma jirrikjedux bidliet minn fuq s'isfel għas-sistema attwali u li huma mmirati lejn l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għall-amministrazzjoni tat-taxxa.

Il-ritmu attwali tad-diskussjoni fil-Kunsill ECOFIN ma jawgurax li se jkun hemm riforma fil-fond tal-VAT fil-ġejjieni qarib. Dan ġie kkonfermat mill-Kummissarju Kovács meta kien qed jindirizza lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji f'Ġunju 2008. Lanqas il-Presidenza Franċiża ma inkludiet riforma minn fuq s'isfel tal-VAT fost il-prijoritajiet tagħha. Dak li jibqa', għaldaqstant, huma l-miżuri konvenzjonali.

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2007, l-ECOFIN identifika l-miżuri konvenzjonali li ġejjin bħala prijoritarji:

§ li jiġu introdotti modifiki għad-dikjarazzjoni ta' bejgħ intra-Komunitarju, bl-intenzjoni li jitnaqqsu l-iskadenzi;

§ li jiġi żgurat li l-awtoritajiet tat-taxxi tal-Istati Membri jaqsmu b'aktar ħeffa l-informazzjoni li tkun tinsab fid-dikjarazzjonijiet;

§ li titqies il-possibilità li tiġi introdotta responsabilità maqsuma fejn operatur ma jkunx provda d-dejta rikjesta jew ikun provdiha b'mod inkorrett u dan ikun wassal għal telf tal-VAT fi stadju aktar avvanzat tal-proċedura tal-ġbir;

§ li tittejjeb l-informazzjoni disponibbli dwar l-operaturi identifikati għal skopijiet ta' VAT mingħajr ma jiġu affettwati ħażin l-analiżijiet tar-riskji tal-Istati Membri.

Il-proposta għal direttiva u l-proposta għal regolament li jiffurmaw dan il-pakkett attwali ikopru biss parzjalment uħud mill-aspetti li ġew indikati bħala prijoritarji mill-ECOFIN. Meta tkellem fil-25 ta' Ġunju, il-Kummissarju Kovács ikkonferma li l-Kummissjoni, fil-ftit xhur li ġejjin, se tippreżenta proposti għall-implimentazzjoni tal-proposti tal-ECOFIN ta' Ġunju 2007 Dawn se jkunu fis-sura ta':

§ proposta għal modifika leġiżlattiva mmirata biex tintroduċi responsabilità maqsuma meta operatur ma jkunx provda d-dejta rikjesta jew ikun provdiha b'mod inkorrett (għal Ottubru 2008):

§ proposta leġiżlattiva mmirata biex tiżgura li l-Istati Membri jkollhom aċċess awtomatiku għall-bażijiet tad-dejta li jikkonċernaw l-identità u l-attivitajiet ta' individwi (għal Novembru 2008);

§ riforma tas-Sistema għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT immirata biex tistabbilixxi standards minimi għar-reġistrazzjoni u d-dereġistrazzjoni ta' individwi (għal Novembru 2008).

Għandha ssir referenza għar-Rapport Speċjali Nru 8 tal-Qorti tal-Awdituri, li jikkritika sew lill-Istati Membri, u ċanfarhom li m'għamlux biżżejjed sforzi fir-rigward tal-koperazzjoni amministrattiva dwar kwistjonijiet ta' VAT. Dan ir-rapport jagħmel għadd ta' rakkomandazzjonijiet, inklużi dawn li ġejjin:

-    it-tnaqqis drastiku tal-iskadenzi biex id-dejta tinkiseb tiġi ukkompilata;

-    l-iżgurar tal-korrezzjoni ta' malajr ta' dejta inkorretta;

-    it-titjib ta' kif taħdem il-validazzjoni tan-numri tal-VAT;

-    it-tisħiħ tal-kontrolli inkroċjati, eż. permezz tal-inklużjoni tad-dejta dwar tranżazzjonijiet intra-Komunitarji;

-    l-iffaċilitar tal-aċċess dirett għad-dejta sabiex tkun tista' ssir konsultazzjoni multilaterali.

Kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri

Il-miżuri msemmija f'dan ir-rapport jaqgħu fil-qafas t'hawn fuq. Il-Kummissjoni qed tipproponi li tħaffef il-ġbir u l-iskambju tad-dejta li għandha x'taqsam mat-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji. Id-dispożizzjonijiet eżistenti li l-Kummissjoni tixtieq tara riformati jinkludu l-ġbir tad-dejta li għandha x'taqsam mal-kumpaniji (sommarji b'informazzjoni dwar il-provvisti intra-Komunitarji ta' merkanzija), li issa qed issir kull tliet xhur. Permezz ta' din il-miżura l-ġdida, il-Kummissjoni qed tipproponi:

§ li tarmonizza u tnaqqas għal xahar il-perjodu biex jiġu ddikjarati t-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji permezz tas-sommarji msemmija fid-Direttiva dwar il-VAT;

§ li l-iskadenza għat-trażmissjoni ta' informazzjoni ta' dan it-tip bejn l-Istati Membri titnaqqas minn tliet xhur għal xahar.

Bl-intenzjoni li ssir disponibbli l-informazzjoni li hemm bżonn għall-ġlieda kontra l-frodi, qed jiġi propost ulterjurment li kull xahar tinġabar id-dejta dwar it-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji fil-merkanzija u s-servizzi li jinvolvu fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor u li għalihom ix-xerrej irid iħallas il-VAT. Għal dan il-għan, ix-xerrejja jew id-destinatarji li jkunu involuti fi tranżazzjonijiet ta' dan it-tip li jinvolvu somma ta' aktar minn EUR 200 000 għal kull sena kalendarja se jiġu obbligati li jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tal-VAT tagħhom kull xahar. Il-Kummissjoni tispjega li dan il-limitu minimu ġie stabbilit bl-intenzjoni li d-ditti li jagħmlu xiri intra-Komunitarju fuq bażi okkażjonali biss jew b'somom żgħar ħafna involuti ma jiġux mgħobbija b'obbligi addizzjonali, waqt li jitqiesu wkoll dawk li huma kkunsidrati somom sinifikanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-frodi. Barra minn hekk, qed jiġi propost li l-ammonti relatati mat-tranżazzjonijiet ikkonċernati għandhom jiġu indikati apparti fid-dikjarazzjoni sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli inkroċjati. Il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet immirati biex jarmonizzaw ir-regoli dwar l-applikabilità tal-VAT għas-servizzi, bl-intenzjoni li jiġi żgurat li kemm il-fornitur u kemm ix-xerrej jiddikjaraw it-tranżazzjonijiet tagħhom fi żmien l-istess perjodu. Dan għandu jippermetti li jsiru kontrolli inkroċjati effettivi tal-informazzjoni provduta.

Il-proposta tinkludi wkoll miżura ta' simplifikazzjoni importanti għall-intrapriżi, peress li tobbliga lill-Istati Membri biex jaċċettaw it-trasferiment elettroniku ta' fajls bħala mezz biex jiġu forniti s-sommarji u d-dikjarazzjonijiet tal-VAT.

Il-Kummissjoni tagħmilha ċara fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni tagħha li l-biċċa l-kbira tad-ditti tirrikonoxxi li jekk jibgħatu d-dikjarazzjonijiet tagħhom kull xahar, dan ma jkunx ta' piż eċċessiv għalihom. Ir-rappreżentanti tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju kkonfermaw li l-biċċa l-kbira ta' dawn l-intrapriżi mhumiex se jbatu jekk tiddaħħal miżura ta' dan it-tip.

Skont il-Kummissjoni, il-miżura se taffettwa biss lil għadd limitat ta' intrapriżi, speċifikament dawk li jwettqu tranżazzjonijiet intra-Komunitarji (jiġifieri, 4% tad-ditti reġistrati għal skopijiet ta' VAT fil-Komunità). Madankollu, hu leġittimu li wieħed isaqsi, meta ġie kkalkulat dan l-impatt, sa kemm tqies il-fatt li l-intrapriżi li jipprovdu servizzi huma attwalment eżentati mill-formalitajiet ikkonċernati. Għad-ditti ta' dan it-tip, ir-riforma leġiżlattiva se tkun tinvolvi formalitajiet ġodda u addizzjonali.

L-opinjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur tagħkom għandu opinjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni, għalkemm qed jerġa' jtenni li l-miżuri leġiżlattivi proposti huma biss parti mix-xogħol li jrid isir. Ikun mixtieq li l-Kummissjoni, fil-futur, tippreżenta l-proposti tagħha fil-forma ta' pakkett leġiżlattiv integrat, miżura li ċertament ittejjeb il-kwalità leġiżlattiva. Meta wieħed iqis li l-impatt tal-obbligi l-ġodda fuq il-forniment ta' servizzi għadu ma ġiex evalwat fid-dettall mill-Kummissjoni, ir-rapporteur tagħkom qed jipproponi emenda li tipprevedi t-tfassil ta' rapport ta' evalwazzjoni dwar l-effetti tal-obbligi formali l-ġodda, speċjalment f'termini ta' spejjeż amministrattivi għall-individwi u l-amministrazzjonijiet, waqt li titqies ukoll il-kwistjoni ta' effettività fil-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali. Barra minn hekk, minħabba l-kritiki ġġustifikati li saru mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tan-nuqqas ta' koperazzjoni amministrattiva effettiva kontra l-frodi fil-qasam tal-VAT, ir-rapporteur tagħkom qed jipproponi emenda li ssaħħaħ l-irwol tal-Kummissjoni fit-tħejjija tal-analiżijiet u l-iskambju tal-aħjar prattiki.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (5.11.2008)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud biex tiġġieled il-frodi fiskali marbuta mat-tranżazzjonijiet intrakomunitarji

(COM(2008)0147 – C6‑0154/2008 – 2008/0058(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora fir-rapport tiegħu dawn l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal direttiva – att ta' emenda

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tolqot b'mod sinifikanti d-dħul fiskali ta’ l-Istati Membri, filwaqt li tfixkel l-attività ekonomika fis-suq intern, billi toħloq flussi mhux ġustifikati ta’ merkanziji u billi tqiegħed merkanziji fis-suq bi prezzijiet eċċezzjonalment baxxi.

(1) L-evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tolqot b'mod sinifikanti d-dħul fiskali ta’ l-Istati Membri, filwaqt li tfixkel l-attività ekonomika fis-suq intern, billi toħloq flussi mhux ġustifikati ta’ merkanziji u billi tqiegħed merkanziji fis-suq bi prezzijiet eċċezzjonalment baxxi. Barra minn hekk, l-evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ma taffettwax biss il-finanzjament tal-baġits tal-Istati Membri iżda wkoll is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE billi t-tnaqqis li jsir fir-riżors proprju tal-VAT irid ikun ikkumpensat minn żjieda fir-riżors proprju tad-dħul gross nazzjonali (GNI) u b’hekk id-distorsjonijiet ikkaġunati mill-evażjoni tal-VAT jaffettwaw il-bilanċ ġenerali tas-sistema tar-riżorsi proprji.

Ġustifikazzjoni

Iż-żjieda proposta għandha l-għan li tikkjarifika li l-evażjoni tal-VAT ma taffettwax biss il-finanzjament tal-baġits tal-Istati Membri, imma wkoll is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE. Dan jikkostitwixxi raġuni ulterjuri għall-ġlieda kontra l-evażjoni tal-VAT f'livell UE.

Emenda  2

Proposta għal direttiva – att ta' emenda

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Fid-dawl tal-bidliet fl-ambjent tan-negozju u fl-għodda ta’ l-operaturi kummerċjali, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-impriżi jkunu jistgħu jaqdu l-obbligi tagħhom ta’ dikjarazzjoni permezz ta’ proċeduri elettroniċi sempliċi, bil-għan li jeħfief kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv.

(6) Din id-direttiva m'hija intiża bl-ebda mod biex taffettwa l-azzjonijiet magħmulin f'livell UE bil-għan li sal-2012 jinkiseb tnaqqis ta' 25% fil-piżijiet amministrattivi fuq il-kumpaniji. B'mod partikolari, fid-dawl tal-bidliet li jirriżultaw fl-ambjent tan-negozju u fl-għodda ta’ l-operaturi kummerċjali, huwa mixtieq li jiġi żgurat li l-impriżi jkunu jistgħu jaqdu l-obbligi tagħhom ta’ dikjarazzjoni permezz ta’ proċeduri elettroniċi sempliċi, bil-għan li jeħfief kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv.

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta tagħmilha ċara illi l-konsegwenzi tal-approċċ il-ġdid fuq in-negozji ma għandhomx jaffettwaw l-obbjettiv ġenerali - kif diġà ġie espress f'diversi okkażjonijiet f'livell UE - li jkunu mnaqqsa l-piżijiet amministrattivi fuq il-kumpaniji b'25%, sal-2012.

PROĊEDURA

Titolu

Il-ġlieda kontra l-frodi fiskali marbuta mat-tranżazzjonijiet intrakomunitarji (sistema komuni ta’ VAT)

Referenzi

COM(2008)0147 – C6-0154/2008 – 2008/0058(CNS)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.4.2008

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

25.6.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

7.10.2008

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

4.11.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlo Casini, Titus Corlăţean, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Neena Gill, Othmar Karas, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Diana Wallis, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sharon Bowles, Eva Lichtenberger, Rareş-Lucian Niculescu, Georgios Papastamkos, Gabriele Stauner, József Szájer, Jacques Toubon, Renate Weber

PROĊEDURA

Titolu

Il-ġlieda kontra l-frodi fiskali marbuta mat-tranżazzjonijiet intrakomunitarji (sistema komuni ta’ VAT)

Referenzi

COM(2008)0147 – C6-0154/2008 – 2008/0058(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

3.4.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.4.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

10.4.2008

IMCO

10.4.2008

JURI

10.4.2008

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CONT

6.5.2008

IMCO

6.5.2008

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

José Manuel García-Margallo y Marfil

22.4.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

30.6.2008

9.9.2008

4.11.2008

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Paolo Bartolozzi, Zsolt László Becsey, Slavi Binev, Sebastian Valentin Bodu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Christian Ehler, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Benoît Hamon, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Wolf Klinz, Kurt Joachim Lauk, Andrea Losco, Astrid Lulling, Sirpa Pietikäinen, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Antolín Sánchez Presedo, Salvador Domingo Sanz Palacio, Olle Schmidt, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Cornelis Visser, Sahra Wagenknecht

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Mia De Vits, Harald Ettl, Ján Hudacký, Werner Langen, Klaus-Heiner Lehne, Vladimír Maňka, Gianni Pittella

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Wolfgang Bulfon

Data tat-tressiq

14.11.2008

Avviż legali - Politika tal-privatezza