RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 biex jiġġieled il-frodi fiskali marbuta mat-tranżazzjonijiet intrakomunitarji
14.11.2008 - (COM(2008)0147 – C6‑0155/2008 – 2008/0059(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: José Manuel García-Margallo y Marfil
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 biex jiġġieled il-frodi fiskali marbuta mat-tranżazzjonijiet intrakomunitarji
(COM(2008)0147 – C6‑0155/2008 – 2008/0059(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0147),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0155/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0449/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid) Regolament (KE) Nru 1798/2003 Premessa 17 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Meta miżuri ta' implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003 huma previsti, hi rakkomandabbli informazzjoni f'waqtha lill-Parlament Ewropew. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-fatt li l-miżura kkonċernata tibqa' tiġi adottata permezz tal-proċedura regolatorja. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 b (ġdid) Regolament (KE) Nru 1798/2003 L-Artikolu 18 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-proċedura applikabbli għall-miżuri ta' implimentazzjoni u, fl-istess waqt, tissimplifika l-irwol tal-Istati Membri billi tnaqqas is-setgħa ta’ diskrezzjoni tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskambju ta' informazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1798/2003 L-Artikolu 25 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-proċedura applikabbli għall-miżuri ta' implimentazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid) Regolament (KE) Nru 1798/2003 L-Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-proċedura applikabbli għall-miżuri ta' implimentazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 c (ġdid) Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 29 – paragrafi 1 u 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-proċedura applikabbli għall-miżuri ta' implimentazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 d (ġdid) Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 30 – paragrafi 1 u 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-proċedura applikabbli għall-miżuri ta' implimentazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 e (ġdid) Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 35 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Habida cuenta de las críticas justificadas del Tribunal de Cuentas a propósito de la ausencia de una cooperación administrativa eficaz en materia de lucha contra el fraude fiscal en el ámbito del IVA, el ponente propone una enmienda tendente a reforzar el papel de la Comisión en la elaboración de análisis y en el intercambio de buenas prácticas. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 f (ġdid) Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 37 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-proċedura applikabbli għall-miżuri ta' implimentazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 g (ġdid) Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 44 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Meta miżuri ta' implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003 huma previsti, hi rakkomandabbli informazzjoni f'waqtha lill-Parlament Ewropew. |
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Fis-17 ta’ Marzu 2008 il-Kummissjoni adottat żewġ proposti leġiżlattivi relatati ma’ strateġija għall-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa: waħda li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud ('id-direttiva tal-VAT') u r-Regolament l-ieħor li jemenda (KE) Nru 1798/2003, l-iskop huwa li tkun miġġielda l-evażjoni tat-taxxa relatata ma’ tranżazzjonijiet fi ħdan il-Komunità.
Kif il-membri ta’ dan il-kumitat huma konxji, il-ġlieda kontra l-frodi, minkejja li hija responsabilità kbira tal-Istati Membri, ma tistax titwettaq fil-livell nazzjonali biss. Il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa trid tkun prijorità għall-UE u trid tinkludi koperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u mal-Kummissjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni, wara l-linjigwidi mmarkati mill-Kunsill mill-2007, ippreparat strateġija b’żewġ aspetti, ie:
§ 1) biex taħseb għal riforma maġġuri tal-VAT, li tista tikkonsisti f’li jew tintroduċi mekkaniżmu ta’ ħlas lura jew ta' intaxxar ta’ tranżazzjonijiet intrakomunitarji permezz ta’ miżuri li jinkludu kamra ta' ikklerjar;
§ 2) sett ta’ miżuri konvenzjonali, ie, alterazzjonijiet għar-regoli tal-VAT li ma jitolbux tibdil drastiku għas-sistema fis-seħħ u huma immirati lejn l-introduzzjoni ta’ titjib tekniku għall-amministrazzjoni tat-taxxa.
Il-veloċità ta’ diskussjoni attwali fil-Kunsill ECOFIN ma tissuġġerix li se jkun hemm riforma tal-VAT fil-fond fil-futur qrib. Dan kien ikkonfermat mill-Kummissarju Kovács meta indirizza l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji f'Ġunju 2008. Fl-istess waqt, il-presidenza Franċiża ma nkludietx riforma drastika tal-VAT fil-prijoritajiet tagħha. Li jibqa’ għalhekk huma l-miżuri konvenzjonali.
Fil-konklużjonijiet tagħha tal-5 ta’ Ġunju 2007, l-ECOFIN identifikat il-miżuri konvenzjonali li jmiss bħala ta’ prijorità:
§ introduzzjoni ta’ modifiki għad-dikjarazzjoni ta’ bejgħ intrakomunitarju bil-ħsieb li jinqatgħu l-iskadenzi;
§ l-iżgurar li l-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri jwettqu aktar qsim rapidu tal-informazzjoni tad-dikjarazzjonijiet;
§ titqies il-possibilità li tkun introdotta responsabilità maqsuma fejn l-operatur ma provdiex dejta rekwiżita jew wettaq dan b’mod mhux korrett u dan wassal għal nuqqasijiet tal-VAT aktar tard fil-proċedura ta’ ġbir;
§ titjieb tal-informazzjoni disponibbli għal operaturi identifikati għal skopijiet tal-VAT mingħajr ma jkunu affettwati b’mod negattiv l-analiżi ta’ riksju tal-Istati Membri.
Il-proposta għal direttiva u l-proposta għal regolament li jiffurmaw il-pakkett attwali ikopru parzjalment biss xi wħud mill-aspetti mmarkati bħala ta’ prijorità mill-ECOFIN. Il-Kummissarju Kovács ikkonferma fid-diskors tiegħu tal-25 ta' Ġunju li l-Kummissjoni se, fil-ftit xhur li ġejjin, tressaq proposti għal implimentar tal-proposti tal-ECOFIN ta’ Ġunju 2007. Dawn se jieħdu l-forma ta’:
§ proposta għal modifika leġiżlattiva mmirata biex tintroduċi responsabilità maqsuma fejn operatur ma provdiex id-dejta mitluba jew wettaq dan b’mod mhux korrett (għal Ottubru 2008);
§ proposta leġiżlattiva mmirata li tiżgura li Stati Membri jkollhom aċċess awtomatiku għal bażijiet tad-dejta rigward l-identità u l-attivitajiet ta’ individwi (għal Novembru 2008);
§ riforma tal-VIES (Sistema ta’ Skambju ta’ Informazzjoni tal-VAT) immirata lejn twaqqif ta’ standards minimi għall-reġistrazzjoni u nuqqas ta’ reġistrazzjoni ta’ individwi (għal Novembru 2008).
Għandha titwettaq ukoll referenza għar-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 8, li hija kritika ħafna tal-Istati Membri, u tikkritikahom li ma għamlux sforzi biżżejjed rigward koperazzjoni amministrattiva dwar kwistjonijiet tal-VAT. Dan ir-rapport jagħmel numru ta’ rakkomandazzjonijiet, inklużi dawn li ġejjin:
- tnaqqis drastiku tal-iskadenzi għal akkwist u ġbir ta’ dejta;
- żgurar ta’ rettifika rapida ta’ dejta mhux korretta;
- titjib tal-ħidmiet tal-validazzjoni ta’ numri tal-VAT;
- tisħiħ ta’ kontroll sħiħ, eż, billi tkun inkluża dejta dwar tranżazzjonijiet intrakomunitarji;
- faċilitar ta’ aċċess dirett għal dejta bil-ħsieb ta’ konsultazzjoni multilaterali.
Skop tal-miżuri
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-rapport jaqgħu fi ħdan il-qafas ta’ hawn fuq. Il-Kummissjoni tipproponi l-aċċellerar tal-ġbir u skambju ta’ dejta relatata ma’ tranżazzjonijiet introkomunitarji. Id-dispożizzjonijiet attwali li l-Kummissjoni tixtieq tara li jkunu riformati jinkludu l-ġbir ta’ dejta relatata ma’ kumpaniji (sommarji b’informazzjoni dwar provvisti ta’ prodotti intrakomunitarji), li attwalment iseħħu kull tliet xhur. B’din il-miżura ġdida, il-Kummissjoni tipproponi:
§ li tarmonizza u tnaqqas għal xahar il-perjodu għal dikjarazzjoni ta' tranżazzjonijiet intrakomunitarji permezz tas-sommarji stipulati fid-direttiva tal-VAT;
§ tnaqqas minn tliet xhur għal xahar l-iskadenza għal tressiq ta’ informazzjoni bħal din bejn Stati Membri.
Bil-ħsieb li tkun disponibbli l-informazzjoni meħtieġa biex tkun miġġielda l-frodi, huwa propost ukoll li għandu jkun hemm ġbir kull xahar ta’ dejta dwar tranżazzjonijiet intrakomunitarji ta’ prodotti u servizzi li jinkludu fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor u li dwarhom il-fornitur għandu jħallas il-VAT. Għal dan il-għan, xerrejja jew reċipjenti involuti fi tranżazzjonijiet bħal dawn fejn somma ta' aktar minn 200 000 hija involuta kull sena kalendarja se jkunu obbligati li jippreżentaw ir-ritorni tal-VAT tagħhom fuq bażi ta' xahar. Il-Kummissjoni tispjega li dan il-limitu kien stabbilit bl-intenzjoni li kumpaniji jwettqu xiri intrakomunitarju okkażjonalment biss jew b’somom żgħar ħafna involuti m’għandhomx jitgħabbew b’obbligi addizzjonali, waqt li jqisu wkoll dawk li jitqiesu bħala somom sinifikanti rigward frodi. Minbarra dan, huwa propost li l-ammonti relatati mat-tranżazzjonijiet ikkonċernati għandhom ikunu indikati b’mod separat fid-dikjarazzjoni biex ikun faċilitat kontroll sħiħ. Il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet immirati biex jarmonizzaw ir-regoli dwar l-applikabilità tal-VAT għal servizzi, bil-ħsieb li jiżguraw li kemm il-fornitur u kemm ix-xerrej jiddikjaraw it-tranżazzjonijiet fl-istess perjodu. Dan għandu jippermetti kontroll sħiħ effettiv tal-informazzjoni provduta.
Il-proposta tinkludi wkoll miżura ta’ simplifikazzjoni importanti għal intrapriżi, peress li hija tobbliga Stati Membri biex jaċċettaw trasferiment ta’ fajl elettroniku bħala mezz ta' forniment ta’ sommarji u ritorni tal-VAT.
Il-Kummissjoni tagħmilha ċara fil-memorandum spjegattiv tagħha li bosta kumpaniji jirrikonoxxu li t-tfassil ta’ ritorni tagħhom kull xahar ma jirrappreżentax piż eċċessiv għalihom. Ir-rappreżentanti tal-SME kkonfermaw li bosta SMEs m’għandhomx isofru minn miżura bħal din.
Skont il-Kummissjoni, il-miżura se taffettwa biss numru limitat ta’ kumpaniji, partikularment dawk li jwettqu tranżazzjonijiet intrakomunitarji (ie, 4% tal-kumpaniji reġistrati għal skopijiet ta’ VAT fil-Komunità). Minkejja dan, wieħed jista’ jistaqsi b’mod raġonevoli kemm kien meqjus il-kalkolu ta’ dan l-impatt fuq il-fatt li intrapriżi li huma fornituri ta’ servizzi huma eżentati attwalment mill-formalitajiet ikkonċernati. Għal kumpaniji bħal dawn, ir-riforma leġiżlattiva se tinkludi formalitajiet ġodda u addizzjonali.
L-opinjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur tiegħek ċertament għandu opinjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni, waqt li jtenni li l-miżuri leġiżlattivi proposti huma parti biss mill-ħidma li trid titwettaq. Huwa mixtieq li l-Kummissjoni, fil-futur, se tressaq il-proposti tagħha fil-forma ta’ pakkett leġiżlattiv integrat, miżura li għandha ċertament ittejjeb il-kwalità leġiżlattiva. Minħabba li l-impatt tal-obbligi ġodda dwar forniment ta’ servizz ma kienx evalwat fid-dettall mill-Kummissjoni, ir-rapporteur tiegħek jipproponi emenda li għandha tipprovdi għal tfassil ta' rapport ta' evalwazzjoni dwar l-effetti tal-obbligi formali ġodda, speċjalment rigward spejjeż amministrattivi għal individwi u amministrazzjonijiet, li jqisu wkoll il-kwistjoni ta' effettività fil-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali. Minbarra dan, bil-ħsieb ta' kritiki ġustifikati tal-Qorti tal-Awdituri rigward in-nuqqas ta’ koperazzjoni amministrattiva effettiva kontra l-frodi tal-VAT, ir-rapporteur tiegħek jipproponi emenda li għandha ssaħħaħ ir-rwol tal-Kummissjoni fil-preparazzjoni tal-analiżi u l-iskambju ta' l-aqwa prattiki.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (5.11.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 biex jiġġieled il-frodi fiskali marbuta mat-tranżazzjonijiet intrakomunitarji
(COM(2008)0147 – C6‑0155/2008 – 2008/0059(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 Premessa 17 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Meta miżuri ta' implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003 huma previsti, hi rakkomandabbli informazzjoni f'waqtha lill-Parlament Ewropew. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 a (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 6 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-fatt li l-miżura kkonċernata tibqa' tiġi adottata permezz tal-proċedura regolatorja. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 a (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 18 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-proċedura applikabbli għall-miżuri ta' implimentazzjoni u, fl-istess waqt, tissimplifika l-irwol tal-Istati Membri billi tnaqqas is-setgħa ta’ diskrezzjoni tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskambju ta' informazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 b (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 22 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-proċedura applikabbli għall-miżuri ta' implimentazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 25 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-proċedura applikabbli għall-miżuri ta' implimentazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 27 – paragrafu 4 – sottoparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-proċedura applikabbli għall-miżuri ta' implimentazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 c (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 29 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-proċedura applikabbli għall-miżuri ta' implimentazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 d (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 30 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-proċedura applikabbli għall-miżuri ta' implimentazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 e (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 35 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-proċedura applikabbli għall-miżuri ta' implimentazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 f (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 37 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-emenda proposta tiċċara l-proċedura applikabbli għall-miżuri ta' implimentazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 g (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 Artikolu 44 – paragrafu 3a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Meta miżuri ta' implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003 huma previsti, hi rakkomandabbli informazzjoni f'waqtha lill-Parlament Ewropew. |
PROĊEDURA
Titolu |
Il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa marbuta ma' transazzjonijiet intra-Komunitarji |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0147 – C6-0155/2008 – 2008/0059(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ECON |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 10.4.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Lidia Joanna Geringer de Oedenberg 25.6.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-Kumitat |
7.10.2008 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
4.11.2008 |
|
|
|
||||
Riżlutat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Carlo Casini, Titus Corlăţean, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Neena Gill, Othmar Karas, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Diana Wallis, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Sharon Bowles, Eva Lichtenberger, Rareş-Lucian Niculescu, Georgios Papastamkos, Gabriele Stauner, József Szájer, Jacques Toubon, Renate Weber |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Il-ġlieda kontra l-frodi fiskali marbuta mat-tranżazzjonijiet intrakomunitarji |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0147 – C6-0155/2008 – 2008/0059(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
3.4.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 10.4.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CONT 10.4.2008 |
IMCO 10.4.2008 |
JURI 10.4.2008 |
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
CONT 6.5.2008 |
IMCO 6.5.2008 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
José Manuel García-Margallo y Marfil 22.4.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
30.6.2008 |
9.9.2008 |
4.11.2008 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
5.11.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
38 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Paolo Bartolozzi, Zsolt László Becsey, Slavi Binev, Sebastian Valentin Bodu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Christian Ehler, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Benoît Hamon, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Wolf Klinz, Kurt Joachim Lauk, Andrea Losco, Astrid Lulling, Sirpa Pietikäinen, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Antolín Sánchez Presedo, Salvador Domingo Sanz Palacio, Olle Schmidt, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Cornelis Visser, Sahra Wagenknecht |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Mia De Vits, Harald Ettl, Ján Hudacký, Werner Langen, Klaus-Heiner Lehne, Vladimír Maňka, Gianni Pittella |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Wolfgang Bulfon |
|||||||
Data tat-tressiq |
14.11.2008 |
|||||||