RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri
17.11.2008 - (COM(2008)0717 – C6‑0389/2008 – 2008/0208(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Pervenche Berès
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri
(COM(2008)0717 – C6‑0389/2008 – 2008/0208(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0717),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0389/2008),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi tal-pagamenti tal-Istati Membri[1] u r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-6 ta' Settembru 2001 dwar għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi tal-pagamenti tal-Istati Membri[2] u tal-xx ta' Novembru 2008 dwar li tkun stabbilita faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi tal-pagament tal-Istati Membri[3],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0450/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Għandha tiġi stabbilita proċedura ad hoc għal reviżjonijiet ta’ dak il-limitu fil-futur, bil-ħsieb li tittejjeb il-kapaċità tal-Komunità li tirreaġixxi malajr għall-bidliet kbar fl-ambjent finanzjarju li jaffettwaw l-ammont totali ta’ appoġġ li potenzjalment ikun meħtieġ mill-Istati Membri. |
(2) Fil-każ li jinqalgħu sitwazzjonijiet eċċezzjonali li jistgħu jirrikjedu reazzjoni Komunitarja ta' malajr għal bidliet kbar fl-ambjent finanzjarju, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jaġixxu malajr kemm jista' jkun sabiex jiżguraw li l-fiduċja fis-swieq ma tiddgħajjifx. |
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 119 tat-Trattat jistipola l-possibilità li jkun hemm l-involviment tal-Istati Membri kkonċernati fl-għajnuna finanzjarja makroekonomika ta' żmien medju.
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 2 Regolament (KE) nru 332/2002 Artikolu 1 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 a (ġdid) Regolament (KE) nru 332/2002 Artikolu 10 | |||||||||||||||||||
|
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 jistabbilixxi, fuq il-bażi tal-artikoli 119 u 308 tat-Trattat, faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal-żmien medju għall-bilanċi tal-pagamenti tal-Istati Membri, li tieħu post l-istrument preċedenti li nħalaq mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1969/88. Din il-faċilità timplimenta l-mekkaniżmu stipulat fl-Artikolu 119 tat-Trattat, li bih il-Komunità tista’ tagħti għajnuna reċiproka lil Stat Membru "li jinsab f'diffikultajiet jew li jkun mhedded serjament b’diffikultajiet fir-rigward tal-bilanċ tal-pagamenti tiegħu bħala riżultat ta' skwilibriju ġenerali fil-bilanċ tal-pagamenti tiegħu jew bħala riżultat tat-tip ta’ munita li jkollu għad-diżpożizzjoni tiegħu”, sakemm dan l-Istat Membru ma jkunx jagħmel parti miż-żona tal-euro.
Bl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament fi Frar 2002 il-limitu massimu li kien jeżisti fir-regolament preċedenti tniżżel minn EUR 16-il biljun għal EUR 12-il biljun minħabba d-dħul fis-seħħ tal-euro, u b'hekk il-Membri li kienu jinsabu fiż-żona tal-euro ma kinux aktar eliġibbli għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 119 fir-rigward tal-bilanċ tal-pagamenti. Minn dak iż-żmien l-UE kibret u l-għadd ta' Stati Membri li ma jipparteċipawx fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja żdied b'mod sostanzjali. Fuq dan l-isfond u minħabba l-evoluzzjoni tal-kuntest finanzjarju internazzjonali l-Kummissjoni tqis li l-limitu massimu għandu jiżdied għal EUR 25 biljun.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li jeħtieġ ukoll li tkun stabbilita proċedura speċifika għar-reviżjoni tal-limitu massimu meta tinqala' ħtieġa urġenti. Il-Kummissjoni tqis li għandu jkollha l-possibilità li tiddeċiedi dwar ir-reviżjoni tal-limitu massimu, wara li tkun irċeviet l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF) kemm dwar il-ħtieġa urġenti li din issir u kemm dwar il-limitu massimu l-ġdid li għandu jiddaħħal.
Ir-rapporteur tagħkom iqis li hija ħaġa raġonevoli li l-limitu massimu jiżdied għal EUR 25 biljun. Madankollu, ma jidhirx li hemm xi ħtieġa li tkun stabbilita proċedura speċifika biex il-Kummissjoni tkun tista' tirrevedi l-limitu massimu barra mill-proċeduri normali tat-teħid tad-deċiżjonijiet. minkejja dan, jista' jkun xieraq li jkun ikkonfermat li l-istituzzjonijiet lesti li jaġixxu malajr meta jkun meħtieġ.
PROĊEDURA
Titolu |
Faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0717 – C6-0389/2008 – 2008/0208(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
7.11.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG |
|
|
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 5.11.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Pervenche Berès 7.11.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
17.11.2008 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
17.11.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 1 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mariela Velichkova Baeva, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Christian Ehler, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Donata Gottardi, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Othmar Karas, Wolf Klinz, Kurt Joachim Lauk, Hans-Peter Martin, Gay Mitchell, Sirpa Pietikäinen, Alexander Radwan, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Harald Ettl, Piia-Noora Kauppi, Alain Lipietz, Gianni Pittella |
|||||||