Proċedura : 2008/0004(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0452/2008

Testi mressqa :

A6-0452/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/12/2008 - 7.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0572

RAPPORT     *
PDF 194kWORD 220k
18.11.2008
PE 409.787v01-00 A6-0452/2008

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludi l-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Korea u l-Komunità Ewropea dwar koperazzjoni dwar attivitajiet antikompetittivi

(SEC(2007)1731 - C6‑0398/2008 – 2008/0004(CNS))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: David Martin

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludi l-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Korea u l-Komunità Ewropea dwar koperazzjoni dwar attivitajiet antikompetittivi

(SEC(2007)1731 - C6‑0398/2008 – 2008/0004(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (SEC(2007)1731)

–   wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Korea u l-Komunità Ewropea dwar koperazzjoni dwar attivitajiet antikompetittivi,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 83 u 308 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, li permezz tiegħu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0398/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0452/2008),

1.  Japprova proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Korea.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a.) Minħabba li r-rikonoxximent reċiproku tal-liġi tal-kompetizzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Korea t’Isfel hu l-aktar mod effiċjenti sabiex tiġi trattata l-imġiba mhux kompetittiva, l-użu ta’ strumenti tad-difiża tal-kummerċ (TDIs)bejn iż-żewġ partijiet għandu jkun minimizzat;

Ġustifikazzjoni

L-UE u l-Korea t’Isfel iddeċidew li jirrikonoxxu l-liġijiet tal-kompetizzjoni ta’ xulxin b’mod reċiproku, u dan hu mezz effiċjenti biex tiġi trattata l-imġiba mhux kompetittiva. Minħabba li t-TDIs jintużaw biex jitrattaw l-imġiba mhux kompetittiva meta l-liġijiet tal-kompetizzjoni ma jkunux jeżistu jew ma jkunux rikonoxxuti b’mod reċiproku, id-dħul fis-seħħ tal-ftehima ta’ koperazzjoni għandu jfisser li l-UE u l-Korea t'Isfel jirrikonoxxu l-liġijiet u l-awtoritajiet ta' xulxin biex it-TDIs isiru irrelevanti fir-relazzjoni bejn iż-żewġ partijiet.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Dan il-Ftehim għandu jitqies fil-kuntest tal-qafas ġenerali tal-ftehimiet eżistenti bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea u dawk li bħalissa qed jiġu nnegozjati, partikolarment in-negozjati dwar ftehima potenzjali dwar il-kummerċ ħieles.

Ġustifikazzjoni

Hekk kif il-Parlament ġibed l-attenzjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2007(1) dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-Korea, ftehim b'ambitu wiesa', ambizzjuż u bbilanċjat sew jista' jkollu benefiċċji sinifikanti fuq kull naħa. Fl-istess ħin, huwa importanti li dan il-Ftehim, li għandu skop li jiġġieled prattiki antikompetittivi, għandu jifforma parti minn pakkett ta’ ftehimiet wiesa’ u bbilanċjat bejn l-UE u l-Korea, li jkun ikopri wkoll il-koperazzjoni dwar kwistjonijiet bħall-promozzjoni tal-istandards soċjali u ambjentali.

(1)

P6_TA(2007)0629.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Ftehim dwar il-Kompetizzjoni bejn il-Korea u l-KE

Id-DĠ tal-Kummissjoni Ewropea għall-Kompetizzjoni u l-Kummissjoni Koreana għall-Kummerċ Ġust (KFTC) iffirmaw Memorandum ta' Fehim f'Ottubru tal-2004, li jistabbilixxi djalogu strutturat. Diskussjonijiet esploratorji rigward ftehima formali ta' koperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea beda f'Ġunju tal-2006. Il-Ftehim ġie konkluż fil-bidu tal-2008 u ġie deklassifikat fit-18 ta’ Frar għalkemm it-test baqa’ jsirulu l-emendi. Diġà jeżistu ftehimiet simili mal-Istati Uniti (1991), mal-Kanada (1999) u mal-Ġappun (2003).

Il-Ftehim għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-infurzar effettiv tal-liġijiet ta’ kompetizzjoni billi tiġi promossa l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u billi jitnaqqsu s-sitwazzjonijiet li jwasslu għal xi kunflitt. Dan il-Ftehim jipprovdi notifika għal attivitajiet ta’ infurzar minn waħda mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni li tista’ taffettwa l-interessi importanti tal-parti l-oħra, l-assistenza reċiproka, inkluża l-possibilità li naħa minnhom titlob lill-oħra sabiex tieħu azzjoni ta’ infurzar, u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta' infurzar kif ukoll tal-iskambju tal-informazzjoni. Hemm ukoll kwistjonijiet li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità.

Ftehimiet tal-Kompetizzjoni

Minħabba l-fatt li għal ħafna deċenni, il-kummerċ internazzjonali kiber b’mod sinifikanti aktar mgħaġġel mid-dħul nazzjonali, u li l-Investiment Barrani Dirett ukoll espanda b’mod rapidu, issa l-ekonomiji tad-dinja qed isiru dejjem aktar marbuta ma’ xulxin.

Filwaqt li huma aċċettati b’sodisfazzjon, dawn ir-rabtiet li jsaħħu, iġibu magħhom ċansijiet li prattiki antikompetittivi jistgħu jaffettwaw aktar minn suq wieħed u li l-azzjoni ta’ awtorità kompetittiva jista’ jkollha implikazzjonijiet għal oħrajn. L-iżgurar ta’ flussi effettivi ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet, filwaqt li tinżamm ċertu kunfidenzjalità, huwa għalhekk mixtieq ħafna.

Minħabba l-fatt li l-kartelli qed jinvolvu ta' spiss kumpaniji li joperaw internazzjonalment u d-dimensjoni internazzjonali ta' għaqdiet qed tikber b'aktar globalizzazzjoni u b'investiment barrani, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jeħtieġu li jikkoperaw sabiex ikun żgurat li l-interess pubbliku huwa mħares u sabiex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jiġġieldu l-attivitajiet antikopetittivi li huma mifruxa ġeografikament. Standards internazzjonali aktar ċari għandhom ikunu wkoll ta’ benefiċċju għal dawk l-intrapriżi li joperaw f’bosta kumpaniji u jipprovdu assigurazzjoni li dawk li qed jibżgħu li l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom qed tiġi ostakolata b’mod mhux ġust.

Il-Korea hija r-raba' l-akbar sieħeb kummerċjali mhux Ewropew tal-UE u l-UE hija l-akbar investitur barrani tal-Korea. Minħabba l-importanza li qed tikber ta’ din is-sħubija, huwa xieraq li l-Korea għandha tiżdied mat-tliet imsieħba l-oħra li l-KE għandha ftehimiet magħhom rigward koperazzjoni dwar attivitajiet anikompetittivi.

Ovvjament, Ftehim ta’ dan it-tip jipprovdi biss qafas għal koperazzjoni effettiva. Ħafna jiddependi fuq kif id-dispożizzjonijiet varji jiġu implimentati fil-prattika. Imma huwa raġonevoli li wieħed jistenna li aktar kuntatti u skambji frekwenti ta’ informazzjoni jiddependu fuq il-kunfidenza meħtieġa sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ assistenza reċiproka.

Fid-dawl tal-importanza li qed tiżdied tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-Ażja, għandu jitqies it-titjib tar-rabtiet ma' ekonomiji oħra sinifikanti li qed jikbru b'rata mgħaġġla bħal dik tal-Indja kif ukoll fil-viċinat tal-UE bħall-Iżvizzera. F’dan il-kuntest ta’ min jonnota li l-Istati Uniti għandha ftehimiet dwar il-kompetizzjoni mal-Awstralja, mal-Brażil, mal-Kanada, mal-Iżrael, mal-Ġappun u mal-Messiku kif ukoll mal-KE.

Ftehim ieħor mal-Korea

Il-Parlament diġà ta appoġġ wiesa għal ftehima ta’ kummerċ ħieles mal-Korea filwaqt li talab li ftehima bħal din tkun waħda ambizzjuża, ta’ kwalità għolja u li tmur lil hinn sew mit-tnaqqis tat-tariffi. Matul is-seba’ rawnd ta’ negozjati li sar bejn it-12 u l-15 ta’ Mejju 2008, kien miftiehem li r-rawnd ta’ negozjati li jmiss se jkun l-aħħar wieħed.

Filwaqt li l-prospett ta’ konklużjoni għal dawn in-negozjati huwa milqugħ tajjeb, speċjalment meta wieħed iqis il-problemi li ġew affaċċjati minn negozjati kummerċjali bilaterali u intereġjonali oħra, il-Parlament għandu jkompli jinsisti li s-sustanza tal-ftehima hija aktar importanti minn kwalunkwe skadenza artificjali

Il-klawsoli ta’ kompetizzjoni fil-ftehima iktar ġenerali għandhom ikunu konsistenti ma’ u jappoġġjaw lil dawk il-klawsoli tal-ftehima ta’ kompetizzjoni speċifika. B’mod iktar ġenerali, sabiex tkun assigurata l-aċċettazzjoni politika u pubblika tal-ftehima kemm fil-Korea u kemm fl-UE, se jkun importanti li l-livell ta’ ambizzjoni rigward żieda fl-aċċess għas-suq, ikun ibbilanċjat b’approċċ daqstant ieħor ambizzjuż għall-iżvilupp sostenibbli.

Wieħed għandu jiftakar li l-objettiv aħħari huwa l-infurzar ta’ standards soċjali u ambjentali miftiehma. Dan ifisser li l-kapitolu tal-iżvilupp sostenibbli għandu jkun suġġett għal mekkaniżmi ta' infurzar effettivi. Forum tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, magħmul minn rappreżentanti minn organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem u minn NGOs, jista’ jkollu rwol essenzjali fl-iżgurar li aktar ftuħ tas-suq ikun akkumpanjat minn standards ambjentali u soċjali dejjem jogħlew. Madanakollu, biex ikun żgurat li forum bħal dan huwa iktar minn kliem fieraħ, għandu jkun stabbilit mekkaniżmu li permezz tiegħu assoċjazzjonijiet rikonoxxuti tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem kemm tal-UE u kemm tal-Korea, ikunu jistgħu jressqu talbiet għal azzjoni.. Talbiet bħal dawn għandhom ikunu investigati u indirizzati f’perjodu ta’ żmien speċifiku bil-possibilità ta’ segwitu kontinwu u ta’ reviżjoni, sabiex tinżamm il-pressjoni fuq dawk li jiksru d-drittijiet tal-ħaddiema jew l-istandards ambjentali.

Fi stqarrijiet tal-midja dwar in-negozjati, id-DĠ għall-Kummerċ enfasizza l-liberalizzazzjoni tat-tariffi industrijali, minbarra l-kwistjonijiet tal-fruntieri bħall-istandards u ċ-ċertifikazzjoni f’industriji bħal pereżempju tal-mezzi elettroniċi u l-awtomotivi u l-liberalizzazzjoni f’setturi ta’ servizzi differenti fil-Korea. Filwaqt li dawn ċertament huma importanti u jista’ jkollhom implikazzjonijiet sinifikanti għall-impriżi u l-ħaddiema Ewropej, l-aċċess għas-suq huwa element wieħed biss biex tintlaħaq ftehima li tkun suċċess. Li huwa meħtieġ hu li l-Kummissjoni turi l-istess interess fil-promozzjoni ta’ kwistjonijiet mhux kummerċjali li jaffettwaw b’mod dirett lill-ambjenti fiżiċi u tax-xogħol taċ-ċittadini Ewropej u Koreani.

Filwaqt li dawn il-punti jidhru li b’xi mod tneħħew mill-ftehima li titratta l-koperazzjoni biex ikunu evitati prattiki antikompetittivi, dawn isiru relevanti meta dan il-Ftehim jitqies bħala parti mill-qafas ta' koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea mfassal biex jiżgura l-koperazzjoni effettiva tal-objettivi tal-politika pubblika. F’dan il-kuntest, huwa perfettament raġonevoli li wieħed jilqa’ b’sodisfazzjon il-konklużjoni tal-Ftehima ta’ Kompetizzjoni filwaqt li wieħed jistieden lill-Kummissjoni biex tinvesti l-istess sforz fil-promozzjoni ta' ftehimiet li jindirizzaw kwistjonijiet soċjali u ambjentali li huma ta' interess dirett għaċ-ċittadini tal-UE u tal-Korea.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (8.10.2008)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludi l-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Korea u l-Komunità Ewropea dwar koperazzjoni dwar attivitajiet antikompetittivi

(SEC(2007)1731 - C6-0000/2008 - 2008/0004(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Gunnar Hökmark app

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

F'nofs Jannar, il-Kummissjoni Ewropea preżentat proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-ftehima ta' koperazzjoni bejn l-KE u l-Korea. Skond l-Artikolu 83 tat-Trattat, il-Parlament għandu jiġi kkonsultat dwar il-proposta.

Il-ftehima hija parti minn serje ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill fil-qasam tal-koperazzjoni internazzjonali dwar attivitajiet antikompetittivi. Għaldaqstant jeżistu ftehimiet intergovernattivi formali mal-Istati Uniti (ffirmati fl-1991), mal-Kanada (1999) u mal-Ġappun (2003). Il-KE kkonkludiet ukoll l-hekk immsejħa arranġamenti bejn l-aġenziji li jippermettu lill-partijiet li jistabbilixxu kuntatti aktar mill-qrib u aktar regolari. Il-Memorandum ta' Ftehim konkluż bejn id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni u l-Kummissjoni Koreana għall-Kummerċ Ġust (2004) huwa eżempju tajjeb ta' dan it-tip ta' ftehim.

KUNTEST:

Il-proposta attwali sabiex jintlaħaq ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Korea u l-Komunità Ewropea rigward il-koperazzjoni fil-qasam tal-attivitajiet anti-kompetittivi jesprimi l-opinjoni taż-żewġ partijiet: li l-ekonomiji dinjin qed jersqu aktar qrib xulxin u qed isiru aktar dipendenti fuq xulxin. Fuq il-livell mikroekonomiku, il-kumpaniji joperaw b'mod transkonfinali. Il-volum tal-kummerċ bejn il-pajjiżi Ażjatiċi u l-istati membri tal-UE tkattar fil-kwantità f'dawn l-aħħar snin. Għalhekk, iż-żewġ partijiet, il-KE u l-Gvern Korean, huma tal-opinjoni li l-liġi tal-kompetizzjoni hija vitali sabiex is-swieq rispettivi jaħdmu b'mod effiċjenti, kif ukoll għall-ġid ekonomiku tal-konsumaturi Ewropej u Koreani.

Il-ftehima mifthema għandha l-għan li tinforza l-liġijiet rispettivi tal-kompetizzjoni billi tippromwovi l-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-KE u l-awtoritajiet Koreani għall-Kompetizzjoni u tevita, jew għallinqas tnaqqas, il-probabilità ta' kunflitti.

Fil-qosor, id-dispożizzjonijiet prinċipali tal-ftehima huma kif ġej:

- Notifika (Artikolu 2)

- Koperazzjoni fl-infurzar (Artikolu 3)

- Koordinazzjoni tal-attivitajiet ta' infurzar (Artikolu 4)

- Evitar ta' kunflitti/Relazzjoni negattiva (Artikolu 5)

- Relazzjoni pożittiva (Artikolu 6)

- Kunfidenzjalità (Artikolu 7)

- Laqgħat (Artikolu 8)

L-EVALWAZZJONI TAR-RAPPORTEUR:

Bla dubju, il-pressjoni riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kompetizzjoni se tiżdied fis-snin li ġejjin. Għalhekk, l-importanza ta' koperazzjoni effiċjenti bejn min jinforza l-kompetizzjoni se tiżdied b'pass aktar mgħaġġel.

Għalhekk, ir-Rapporteur jilqa' bi pjaċir il-proposta għal ftehima bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Korea u l-Komunità Ewropea. F'dan is-sens u skont ix-xewqa tal-Parlament Ewropew, espressa f'riżoluzzjonijiet differenti, sabiex it-tielet dinja tkun inkluża fl-applikazzjoni tal-liġi Ewropea tal-kompetizzjoni.

Fil-fatt, approċċ nazzjonali jew reġjonali biss lejn il-politika tal-kompetizzjoni, ma jirriflettix ir-realtà kummerċjali ta' llum. Pereżempju, jekk il-kumpaniji jiffurmaw konsorzju u joperaw b'mod transkonfinali, isir vitali li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jirreaġixxu b'mod xieraq. Sabiex dan iseħħ, jeħtieġ li jikkomunikaw bejniethom fi stadju bikri tal-investigazzjoni sabiex jikkoordinaw l-attivitajiet ta' nfurzar u l-iskambju ta' informazzjoni.

Jekk l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni transkonfinali jikkoperaw bis-sħiħ ikun possibbli li jinħoloq deterrent importanti u effiċjenti għall-għaqdied anti-kompetittivi transkonfinali.

L-iskop għandu jkun ukoll li l-istess kumpaniji u l-istess kwistjonijiet li jirrigwardaw il-leġiżlazzjoni dwar il-kompetizzjoni jiġu trattati bl-aktar mod konsistenti possibbli miż-żewġ naħat, billi jitnaqqsu r-riskji li l-kumpaniji jagħmlu użu ta' differenzi leġiżlattivi u jnaqqsu r-riskji ta' azzjonijiet li għandhom l-għan li jxekklu l-kompetizzjoni fuq il-livell nazzjonali u internazzjonali.

Madankollu, l-ostakli għall-koperazzjoni internazzjonali huma ħafna: hemm differenzi fil-mod ta' kif joperaw is-sistemi legali, uħud jiffukaw fuq il-liġi ċivili, waqt li oħrajn fuq il-liġi kriminali; ninsabu quddiem kulturi differenti ta' nfurzar, fejn l-enfasi jista' jkun aktar fuq infurżar pubbliku milli fuq infurżar privat u fl-aħħar, hemm approċċi differenti ta' politika, pereżempju regoli dwar l-amalgamazzjoni aktar riġidi minflok kontroll wara li jseħħ l-abbuż.

Dawn id-diffikultajiet strutturali ma jistgħux jintgħelbu jew ikunu evitati permezz tal-koperazzjoni tal-awtoritajiet għall-kompetizzjoni. Għalhekk, irid ikun hemm sens ta' realiżmu dwar l-effetti pożittivi possibbli li jinbtu minn ftehimiet ta' koperazzjoni bħal dawn. L-aġenziji għall-kompetizzjoni żgur jippruvaw inaqqsu kemm jista' jkun l-impatt negattiv tagħhom permezz tal-koperazzjoni internazzjonali, imma se jiffaċċjaw xi restrinzjonijiet waqt li jagħmlu dan.

Għalhekk wara din il-ftehima għandu jkun hemm aktar ftehimiet kummerċjali li jneħħu t-tfixkil bla bżonn għall-kummerċ u l-investiment, b'hekk iżidu l-kompetizzjoni bbażata fuq il-ftehimiet politiċi u r-regoli komuni. Iż-żewġ partijiet għandhom jimmiraw li jibdlu ftehimiet politiċi bħal dawn f'soluzzjonijiet multilaterali li jinvolvu aktar pajjiżi u jżidu l-kredibilità ta' trattament ugwali ta' kumpaniji differenti. B'perspettiva usa', ir-Rapporteur jenfasizza l-importanza ta' kummerċ u regoli ta' kompetizzjoni multilaterali sabiex jinkisbu swieq transkonfinali ħielsa u miftuħa.

******

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-KE dwar kooperazzjoni fir-rigward ta’ attivitajiet antikompetittivi

Referenzi

SEC(2007)1731 – 2008/0004(CNS)

Kumitat responsabbli

INTA

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Gunnar Hökmark

22.4.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

9.9.2008

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

7.10.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mariela Velichkova Baeva, Pervenche Berès, Sebastian Valentin Bodu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Sophia in ‘t Veld, Wolf Klinz, Astrid Lulling, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Antolín Sánchez Presedo, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Katerina Batzeli, Bilyana Ilieva Raeva


PROĊEDURA

Titolu

Il-Ftehim bejn il-Korea u l-KE dwar il-koperazzjoni u l-attivitajiet antikompetittivi

Referenzi

SEC(2007)1731 – 2008/0004(CNS)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

David Martin

26.3.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

23.6.2008

 

 

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2008

 

 

 

Riżlutat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kader Arif, Daniel Caspary, Christofer Fjellner, Béla Glattfelder, Ignasi Guardans Cambó, Jacky Hénin, Caroline Lucas, Erika Mann, Helmuth Markov, David Martin, Vural Öger, Georgios Papastamkos, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Iuliu Winkler, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Bastiaan Belder, Ole Christensen, Albert Deß, Eugenijus Maldeikis, Javier Moreno Sánchez, Sirpa Pietikäinen, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sepp Kusstatscher, Roselyne Lefrançois, Michel Teychenné

Avviż legali - Politika tal-privatezza