RAPPORT dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Kunsill dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (verżjoni kkodifikata)
25.11.2008 - (COM(2008)0358 – C6‑0271/2008 – 2008/0116(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Diana Wallis
(Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Kunsill dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (verżjoni kkodifikata)
(COM(2008)0358 – C6‑0271/2008 – 2008/0116(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0358),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0271/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0464/2008),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
||
Brussell, 16 t'Ottubru 2008
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (verżjoni kkodifikata)
COM(2008)358 of 16.6.2008 – 2008/0116(CNS)
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-7 u l-15 ta' Lulju u fit-23 ta' Settembru 2008 kellu laqgħat iddedikati għall-eżami, fost affarijiet oħra, tal-proposta msemmija hawn fuq, ippreżentata mill-Kummissjoni.
Waqt dawk il-laqgħat[1], eżami tal-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkodifika d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 90/424 (KEE) tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju, wassal għall-qbil komuni fil-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, dwar dan li ġej.
1) Fil-Premessa 7, li tikkorrispondi għal Premessa 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/782/KE, il-kelma "dispożizzjonijiet", li tidher bħala l-kelma finali tat-test tal-premessa eżistenti u li tħassret fit-test ikkodifikat, għandha terġa' tiddaħħal wara l-kliem "kontroll Komunitarju".
2) Fil-Premessa 9, il-kliem "timplika l-armonizzazzjoni tas-sistema ta’ kontroll" għandhom ikunu mibdula mill-kliem "li tissoponi sistema ta' kontroll armonizzata". Bħala konsegwenza ta' din il-bidla, it-test tal-Premessa 9 jiġi jgħid hekk: "Il-funzjonament tas-suq intern jeħtieġ strateġija ta’ kontroll u timplika l-armonizzazzjoni tas-sistema ta’ kontroll għall-prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi. Jidher li hu xieraq li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija billi tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-bidu u l-iżvilupp ta’ din l-istrateġija".
3) Fil-Premessa 12, il-kliem "id-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/145/KEE tal-20 ta’ Frar 1989 li tintroduċi miżura finanzjarja tal-Komunità għall-qerda ta’ pleuropneumonia kontaġjuża tal-bhejjem tal-ifrat (CBPP) fil-Portugall" u "id-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/649/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1986 li tintroduċi miżura finanzjarja tal-Komunità għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Portugall" għandhom jitneħħew.
4) Għandha tiddaħħal verżjoni adattata tal-Premessa 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/12/KE bejn il-Premessi 13 u 14. Din il-premessa l-ġdida, bin-numru 14, għandha tgħid hekk: "Huwa xieraq, fid-dawl tan-natura tagħha, li l-Kummissjoni jkollha l-ġestjoni diretta tan-nefqa suġġetta għal finanzjament skont it-termini ta' din id-Deċiżjoni". Konsegwentement, il-premessa li kellha n-numru 14 fil-proposta ta' kodifikazzjoni għandha tingħata n-numru 15.
5) L-Artikolu 25(2) għandu jitneħħa mit-test ikkodifikat. Konsegwentement, l-indikazzjoni "1." ukoll għandha titneħħa mit-test ta' dak l-artikolu.
6) L-Artikolu 26(2) għandu jitneħħa mit-test ikkodifikat. Konsegwentement, il-paragrafu 3 għandha jsir il-paragrafu numru 2.
7) Fl-Artikolu 27(1), l-ewwel subparagrafu, il-kelma "mard" għandha tinbidel mill-kliem "mard tal-annimali u taż-żoonosi".
8) L-Artikolu 28(3) għandu jitneħħa mit-test ikkodifikat.
9) Fl-Artikolu 37(1), l-aġġettiv "ġdid" għandu jitneħħa, u l-kelma "tlestija" għandha tinbidel mill-kelma "tħaddim".
10) L-Artikolu 41 għandu jitneħħa mit-test tal-proposta ta' kodifikazzjoni. Konsegwentement, l-artikoli bin-numri 42, 43 u 44 fil-proposta ta' kodifikazzjoni għandhom jingħataw rispettivament in-numri 41, 42 u 43, u t-test tat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III għandu jkun adattat sont din il-bidla.
11) Kien rikonoxxut li, wara d-data tat-tressiq tal-proposta ta' kodifikazzjoni, l-att suġġett għall-eżerċizzju ta' kodifikazzjoni kien emendat b'mod ulterjuri minn att ġdid, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/685/KE tal-20 t'Awwissu 2008 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE rigward il-viremija tar-Rebbiegħa tal-karpjun (SVC). Sabiex dan id-dokument jitqies, it-test tal-Anness I fil-proposta ta' kodifikazzjoni għandu jinbidel mit-test tal-anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/685/KE.
12) Fl-Anness II, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/685/KE għandha tiżdied mal-lista tal-atti li jemendaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE.
Dan l-eżami tal-proposta, b'hekk, ippermetta li l-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
C. PENNERA J.-C. PIRIS C.-F.DURAND
Ġurikonsult Ġurikonsult aġent Direttur Ġenerali
- [1] Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, il-verżjoni oriġinali tat-test eżaminat.
PROĊEDURA
Titolu |
In-nefqa fil-qasam veterinarju (verżjoni kkodifikata) |
||||||
Referenzi |
COM(2008)0358 – C6-0271/2008 – 2008/0116(CNS) |
||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
9.7.2008 |
||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 10.7.2008 |
||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Diana Wallis 25.6.2008 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
17.11.2008 |
|
|
|
|||
Data tat-tressiq |
25.11.2008 |
||||||