RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 48 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpaniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata)
25.11.2008 - (COM(2008)0544 – C6-0316/2008 – 2008/0173(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Diana Wallis
(Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 48 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpaniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata)
(COM(2008)0544 – C6-0316/2008 – 2008/0173(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0544),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 44(2)(g) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0316/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 – Metodu ta’ ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta’ testi leġiżlattivi[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0465/2008),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
|
GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
||
Brussell, 16 ta' Ottubru 2008
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpaniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata)
COM(2008)544 of 16.9.2008 – 2008/0173 (COD)
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fil-24 ta' Settembru 2008 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami, fost l-oħrajn, tal-proposta msemmija hawn fuq, ippreżentata mill-Kummissjoni.
F’dik il-laqgħa[1], eżami tal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkodifika t-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta’ Diċembru 1976 "dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpaniji pubbliċi ta’ responsabiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti", irriżulta fl-istabbiliment tal-punti li ġejjin, bi qbil komuni, mill-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv.
1) 1) Fil-Premessa 9, il-frażi "another company such as referred to in the preceding recital" ("kumpanija oħra bħal dik imsemmija fil-Premessa ta' qabel") għandha tiġi sostitwita bil-frażi "another company such as referred to in recital 7" ("kumpanija oħra bħal dik imsemmija fil-Premessa 7").
2) Fl-Artikolu 39, il-punt (b), fl-Artikolu 40(1)(d), fl-Artikolu 41(2) u fl-Artikolu 43, il-punti (d) u (g), ir-referenza għall-"Article 17(1) and (2)" ("Artikolu 17(1) u 2") għandha tiġi adattata sabiex tinqara bħala referenza għall-"Article 17(1) to (4)" ("Artikolu 17(1) sa 4").
3) Fl-Anness II, il-Parti B, id-data tal-1 ta' Jannar 1994 li tidher b’rabta mal-indikazzjoni "92/101/KEE" għandha tiġi sostitwita bid-data tal-31 ta’ Diċembru 1993.
Dan l-eżami tal-proposta, b'hekk, ippermetta li l-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
C. PENNERA J.-C. PIRIS C.-F.DURAND
Ġurikonsult Ġurikonsult aġent Direttur Ġenerali
- [1] Il-Grupp tal-Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u l-ħidma tiegħu bbażata fuq il-verżjoni Ingliża, minħabba li kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test diskuss.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Salvagwardji meħtieġa mill-kumpaniji bil-għan li jagħmlu dawn il-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata) |
||||||
|
Referenzi |
COM(2008)0544 – C6-0316/2008 – 2008/0173(COD) |
||||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
16.9.2008 |
||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 23.9.2008 |
||||||
|
Rapporteur Data tal-ħatra |
Diana Wallis 25.6.2008 |
|
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
17.11.2008 |
|
|
|
|||