RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar aux exonérations fiscales applicables aux introductions définitives de biens personnels des particuliers en provenance d'un Etat membre (verżjoni kodifikata)

25.11.2008 - (COM(2008)0376 – C6‑0290/2008 – 2008/0120(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Diana Wallis
(Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2008/0120(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0466/2008
Testi mressqa :
A6-0466/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta ghal direttiva tal-Kunsill dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta’ individwi (verżjoni kodifikata)

(COM(2008)0376 – C6‑0290/2008 – 2008/0120(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0376),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0290/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0466/2008),

A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni

 

 

 

grupp ta’ ħidma konsultattiv

tas-servizzi legali

 

Brussell, id-29 ta’ Settembru 2008

OPINJONI

GĦALL-ATTENZJONI       TAL-PARLAMENT EWROPEW

  TAL-KUNSILL

  TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta’ individwi

(KUMM(2008) 376 finali/2 tat-8.7.2008 - 2008/0120 (CNS))

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b’mod partikulari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fil-15 u fl-24 ta’ Lulju 2008 kellu laqgħat iddedikati, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, preżentata mill-Kummissjoni.

Waqt l-eżami[2] tal-proposta għal direttiva tal-Kunsill bl-għan li tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 83/183/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għal importazzjonijiet permanenti minn Stat Membru tal-proprjetà personali ta’ individwi, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, bi qbil komuni, innota li effettivament il-proposta tillimita ruħha għall-kodifikazzjoni biss, mingħajr ma tagħmel l-ebda bidla sostanzjali lill-atti kkonċernati.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                           C.F. DURAND           

Ġurikonsult        Ġurikonsult    aġent Direttur Ġenerali

PROĊEDURA

Titolu

Eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta’ individwi (Verżjoni kkodifikata)

Referenzi

COM(2008)0376 – C6-0290/2008 – 2008/0120(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

19.6.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

2.9.2008

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Diana Wallis

25.6.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

17.11.2008

 

 

 

Data tat-tressiq

25.11.2008

  • [1]  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.
  • [2]  Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Franċiża, il-verżjoni lingwistika oriġinali tad-dokument ta’ ħidma.