RAPPORT dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar koperazzjoni fit-treġija tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili

3.12.2008 - (10972/2007 – COM(2007)0325 – C6‑0275/2008 – 2007/0111(CNS)) - *

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Paolo Costa
(Proċedura simplifikata -Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2007/0111(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0468/2008
Testi mressqa :
A6-0468/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar koperazzjoni fit-treġija tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili

(10972/2007 – COM(2007)0325 – C6‑0275/2008 – 2007/0111(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (10972/2007 - COM(2007)0325),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 80(2), l-Artikolu 133(4), l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, u l-Artikolu 300(4) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0275/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6 0468/2008),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Istati Uniti tal-Amerika.

NOTA SPJEGATTIVA

Fid-9 ta' Marzu 2004, il-Kunsill ta awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja mal-Istati Uniti tal-Amerika ftehima dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta' konklużjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni fil-qasam tas-sikurezza u l-kompatibiltà ambjentali tal-avjazzjoni ċivili. L-awtorizzazzjoni kienet tipprevedi ftehima li tikkonċentra prinċipalment fuq żewġ aspetti:

· il-ħruġ mingħajr diffikultà tal-approvazzjonijiet meħtieġa sabiex prodotti li jkunu ġew iddisinjati, manifatturati, modifikati jew li ssewwew taħt il-kontroll regolatorju ta' kwalunkwe parti jistgħu jiġu rreġistrati jew jitħaddmu taħt il-kontroll regolatorju tal-parti l-oħra;

· il-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru reġistrati jew imħaddma taħt il-kontroll regolatorju ta' kwalunkwe parti tkun assigurata minn organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kontroll regolatorju tal-parti l-oħra.

L-għanijiet ewlenin tal-mandat ta' negozjar kienu li jitħaffef il-kummerċ f'oġġetti u servizzi koperti minn din il-ftehima, li kemm jista' jkun ir-ripetizzjoni ta' evalwazzjoni, ta' testijiet u ta' kontrolli tkun limitata għal meta jkun hemm differenzi regolatorji sinifikanti biss u li jkun hemm fiduċja fis-sistemi ta' ċertifikazzjoni ta' xulxin biex jiċċekkjaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-parti l-oħra.

Il-Ftehima negozjata tirrifletti bejn wieħed u ieħor l-istruttura ta' ftehima "klassika" fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni; hi bbażata fuq fiduċja reċiproka fis-sistemi ta' xulxin u fuq il-paragun tad-differenzi regolatorji. Dan jimponi obbligi u metodi ta' koperazzjoni bejn l-awtorità li tesporta u dik li timporta. Madankollu, il-mod kif isir dan, jiġifieri kif issir il-koperazzjoni u l-aċċettazzjoni reċiproka ta' konklużjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni fil-qasam tal-airworthiness u tal-manutenzjoni huma stipulati fl-Annessi tal-Ftehima, għal kuntrarju ta' kif iseħħ fi "ftehimiet klassiċi", fejn dawn il-miżuri jitniżżlu fi ftehimiet separati li ma jorbtux fil-livell tal-awtorità tal-avjazzjoni ċivili. L-Annessi jirriflettu b'mod wiesa' il-kontenut tar-Regoli ta' Implimentazzjoni Komunitarji dwar l-airworthiness (Regolament tal-Kummissjoni Nru. 1702/2003) u l-manutenzjoni (Regolament tal-Kummissjoni Nru. 2042/2003) li għandhom ikunu modifikati miż-żewġ Partijiet permezz ta' deċiżjoni tal-Bord Bilaterali ta' Superviżjoni.

Il-Ftehima tistipula li kull parti għandha taċċetta l-konklużjonijiet ta' konformità tal-parti l-oħra. Sabiex ikun żgurat li l-fiduċja reċiproka tkompli, għandha tkun implimentata sistema ta' koperazzjoni kontinwa u l-konsultazzjoni ssir permezz ta' koperazzjoni msaħħa fil-qafas tal-verifiki, spezzjonijiet, notifiki f'waqthom u konsultazzjonijiet dwar il-materji kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehima.

Il-Ftehima hi mfassla biex taħdem mingħajr problemi fuq bażi ta' kuljum sabiex jinstab tarf, kemm jista' jkun malajr, ta' kwistjonijiet tekniċi li jinqalgħu mill-implimentazzjoni tagħha. Għal dan il-għan qed jinħolqu kumitat konġunt u diversi sottokumitati. It-test jagħti lill-partijiet il-flessibilità meħtieġa biex jirreaġixxu immedjatament għal problemi ta' sikurezza jew biex jimponu livell ogħla ta' protezzjoni li jqisu li jkun xieraq għas-sikurezza. Ġew previsti proċeduri speċifiċi sabiex jippermettu li ż-żewġ naħat ikunu jistgħu jiffaċċjaw tali sitwazzjonijiet mingħajr ma jipperikolaw il-validità tal-ftehima. Madankollu, jekk il-partijiet ma jirnexxilhomx jirrimedjaw xi sitwazzjoni speċifika b'mod sodisfaċenti, il-Ftehima tipprevedi, l-ewwel nett il-possibiltà li tkun sospiża l-aċċettazzjoni ta' konklużjonijiet tal-Awtorità Kompetenti kkontestata u ttieni nett, il-mezzi u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għat-terminazzjoni ta' parti mill-ftehima jew tal-ftehima kollha.

Il-Ftehima negozjata mill-Kummissjoni kienet iffirmata u għandha tkun applikata b'mod proviżorju. Il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill tagħti s-setgħa lill-President tal-Kunsill biex jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa tinnotifika lill-Istati Uniti tal-Amerika li tlestew il-proċeduri interni meħtieġa biex il-Ftehima tidħol fis-seħħ.

Il-Parlament għandu d-dritt li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar din il-Ftehima skont il-proċedura ta' konsultazzjoni, bi qbil mal-Artikolu 83 'Ftehimiet internazzjonali', paragrafu 7, li jaqra hekk:

"Il-Parlament għandu jagħti l-opinjoni jew il-kunsens tiegħu dwar il-konklużjoni, it-tiġdid jew l-emendar ta' ftehima internazzjonali jew ta' protokoll finanzjarju li jsir mill-Komunità Ewropea f'votazzjoni waħda b'maġġoranza tal-voti mitfugħa mingħajr l-ammissibilità ta' emendi għat-test tal-ftehima jew ta' protokoll."

Fuq il-bażi ta' dan kollu ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-Kumitat TRAN għandu jagħti opinioni favorevoli għall-konklużjoni ta' din il-Ftehima.

PROĊEDURA

Titolu

Ftehima bejn il-KE u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar koperazzjoni fit-treġija tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili

Referenzi

10972/2007 – C6-0275/2008 – 2007/0111(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

9.7.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

2.9.2008

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Paolo Costa

25.8.2008

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

25.8.2008

Eżami fil-kumitat

4.11.2008

 

 

 

Data tal-adozzjoni

2.12.2008