RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro

3.12.2008 - (COM(2008)0514 VOL I – C6‑0332/2008 – 2008/0167(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Eoin Ryan

Proċedura : 2008/0167(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0469/2008
Testi mressqa :
A6-0469/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro

(COM(2008)0514 VOL I – C6‑0332/2008 – 2008/0167(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0514 VOL.I),

–   wara li ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0332/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6–0469/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

B'mod ġenerali, hemm żewġ riskji assoċjati mal-użu frodulenti ta' midalji u tokens li jikkupjaw il-muniti reali tal-euro: L-ewwel nett, iċ-ċittadini jistgħu jaħsbu li oġġetti metalliċi għandhom status ta' valuta legali. It-tieni nett, midalji u tokens jistgħu jintużaw b'mod frodulenti f'magni li jaħdmu bil-muniti, jekk il-qies u l-proprjetajiet metalliċi tagħhom huma viċin il-muniti tal-euro.

Ir-Regolament 2182/2004, ibbażat fuq l-Artikolu 123(4) tat-Trattat KE, għandu l-għan li jipproteġi l-muniti tal-euro billi jistipula li fiz-zona tal-euro l-midalji u t-tokens tal-Istati Membri li għandhom karatteristiċi viżwali, qies u proprjetajiet metalliċi li huma simili għall-muniti tal-euro m'ghandhomx jinbiegħu, jiġu mmanifatturati, jiġu impurtati jew jitqassmu bi skop ta' bejgħ jew raġunijiet oħra kummerċjali. Ir-Regolament 2183/2004, ibbażat fuq l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, jestendi l-applikazzjoni tar-Regolament 2182/2004 għall-Istati Membri li għadhom (sa issa) ma daħħlux l-euro.

Fuq il-bażi tal-esperjenza miġbura waqt l-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill 2182/2004 u 2183/2004, iż-żewġ regolamenti proposti tal-Kunsill jaġġornawhom fl-oqsma li ġejjin:

- It-test huwa emendat biex jikkjarifika d-dispożizzjonijiet protettivi. Is-sinjali speċifiċi li m'għandhomx jiġu riprodotti fuq il-midalji u t-tokens kif murija fuq il-valuta legali tal-muniti tal-euro huma deskritti f'aktar dettall (Artikolu 2,1).

- Il-Kummissjoni hija kompetenti li tiddikjara jekk disinn huwiex simili għal dak li jidher fuq il-muniti tal-euro. Sabiex jitjieb il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, il-Kummissjoni għandha tibbaża l-opinjoni tagħha fuq il-firxa sħiħa tad-dispożizzjonijiet protettivi. Il-kriterji li fuqhom il-Kummissjoni tagħti opinjoni dwar ix-xebh huma kkjarifikati aktar (Artikolu 2,2).

- Fl-aħħar nett, emenda tirrestrinġi l-ħtieġa li jiġi stampat 'Mhux valuta legali' fuq midalji u tokens li għandhom - b'awtorizzazzjoni speċifika mogħtija mill-Kummissjoni - it-terminu 'euro' jew 'ċenteżmu tal-euro' jew is-simbolu tal-euro għall-każijiet fejn midalji u tokens bħal dawn juru valur nominali, għax ir-riskju tal-konfużjoni dwar il-muniti tal-euro jkun akbar (Artikolu 4).

Ir-Rapporteur analizza t-test tar-regolament propost tal-Kunsill u m'għandux oġġezzjonijiet. Huwa għalhekk jipproponi li t-test għandu jkun approvat bla emendi.

PROĊEDURA

Titolu

Midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro

Referenzi

COM(2008)0514 – C6-0332/2008 – 2008/0167(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

25.9.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

25.9.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

23.10.2008

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

LIBE

4.11.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Eoin Ryan

24.9.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

17.11.2008

 

 

 

Data tal-adozzjoni

2.12.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mariela Velichkova Baeva, Paolo Bartolozzi, Zsolt László Becsey, Sebastian Valentin Bodu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, David Casa, Christian Ehler, Jonathan Evans, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Donata Gottardi, Louis Grech, Gunnar Hökmark, Othmar Karas, Wolf Klinz, Andrea Losco, Astrid Lulling, Gay Mitchell, Sirpa Pietikäinen, John Purvis, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Cornelis Visser, Sahra Wagenknecht

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Harald Ettl, Alain Lipietz

Data tat-tressiq

3.12.2008