RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2183/2004 li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro
3.12.2008 - (COM(2008)0514 VOL II – C6‑0335/2008 – 2008/0168(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Eoin Ryan
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2183/2004 li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro
(COM(2008)0514 VOL II – C6‑0335/2008 – 2008/0168(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0514 VOL. II),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0335/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0470/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
Ġeneralment, hemm żewġ riskji marbutin mal-użu frawdolenti ta' midalji u tokens li jimitaw il-muniti veri tal-euro: L-ewwel nett, iċ-ċittadini jistgħu jemmnu li l-oġġetti metalliċi huma valuta legali. It-tieni nett, il-midalji u t-token jistgħu jintużaw frawdolentement f'magni li jaħdmu bil-muniti, jekk id-daqs u l-karatteristiċi metalliċi tagħhom jkunu joqorbu għal dawk tal-muniti tal-euro.
Ir-Regolament 2182/2004, imsejjes fuq l-Artikolu 123(4) tat-Trattat KE, jimmira illi jħares lill-muniti tal-euro billi jistipula illi fl-Istati Membri taz-Zona Euro ma għandhomx jinbiegħu, jiġu prodotti, importati jew distribwiti għal skop ta' bejgħ jew għal kull skop kummerċjali ieħor, il-midalji u t-tokens illi jkollhom ċerti karatteristiċi viżivi, daqs jew karatteristiċi metalliċi jixbħu lil dawk tal-muniti euro. Ir-Regolament 2183/2004, imsejjes fuq l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, iwessa' l-applikazzjoni tar-Regolament 2182/2004 għall-Istati Membri li għadhom ma daħħlux l-euro.
Abbażi tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tar-Regolamenti 2182/2004 u 2183/2004 tal-Kunsill, iż-żewġ regolamenti proposti tal-Kunsill jaġġornawhom f'dawn l-oqsma li ġejjin:
- It-test huwa emendat biex jiċċara d-dispożizzjonijiet ta' ħarsien. Qed jiġu deskritti b'aktar dettall (Artikolu 2(1)) is-sinjali speċifiċi li ma għandhomx jiġu riprodotti fuq midalji u tokens bil-mod li jidhru fil-muniti tal-euro li huma valuta legali.
- Il-Kummissjoni hija kompetenti li tiddikjara jekk disinn huwiex simili għal wieħed li jidher fuq il-muniti tal-euro. Biex jitjieb il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-Kummissjoni għandha ssejjes l-opinjoni tagħha fuq is-sensiela sħiħa ta' dispożizzjonijiet ta' ħarsien. Qed jiġu ċċarati aktar (Artikolu (2)) il-kriterji li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża l-opinjoni tagħha dwar ix-xebħ.
- Fl-aħħar nett, emenda minnhom tirrestrinġi r-rekwiżit li jiġi impress "Mhux valuta legali" fuq il-midalji u t-tokens li jkollhom fuqhom - bl-awtorizzazzjoni speċifika mogħtija mill-Kummissjoni - it-terminu 'euro' jew 'euro cent' jew is-simbolu tal-euro, għall-każijiet li fihom tali midalji u tokens juru valur nominali, peress li r-riskju li jkun hemm konfużjoni mal-muniti tal-euro huwa akbar (Artikolu 4).
Ir-rapporteur tagħkom analizza t-test tar-regolament propost tal-Kunsill u ma għandux oġġezzjonijiet. Għaldaqstant, jipproponi li t-test jiġi approvat mingħajr emendi.
PROĊEDURA
Titolu |
Midalji u towkins simili għall-muniti tal-euro |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0514 – C6-0335/2008 – 2008/0168(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
25.9.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 9.10.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 23.10.2008 |
|
|
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
LIBE 4.11.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Eoin Ryan 24.9.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
17.11.2008 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
2.12.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mariela Velichkova Baeva, Paolo Bartolozzi, Zsolt László Becsey, Sebastian Valentin Bodu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, David Casa, Christian Ehler, Jonathan Evans, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Donata Gottardi, Louis Grech, Gunnar Hökmark, Othmar Karas, Wolf Klinz, Andrea Losco, Astrid Lulling, Gay Mitchell, Sirpa Pietikäinen, John Purvis, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Cornelis Visser, Sahra Wagenknecht |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Harald Ettl, Alain Lipietz |
|||||||