RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward statistika tal-ħsad

4.12.2008 - (COM(2008)0210 – C6‑0179/2008 – 2008/0079(COD)) - ***I

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Elisabeth Jeggle

Proċedura : 2008/0079(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0472/2008
Testi mressqa :
A6-0472/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward statistika tal-ħsad

(COM(2008)0210 – C6‑0179/2008 – 2008/0079(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0210),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0179/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0472/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 tas-26 ta' Marzu 1990 dwar informazzjoni ta’ l-istatistika li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar produzzjoni ta’ ċereali u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 959/93 tal-5 ta' April 1993 dwar l-informazzjoni statistika li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar prodotti tal-ħsad minbarra ċereali, għandu għalhekk jiġi emendat għadd ta' drabi. Peress li jinħtieġu aktar emendi u simplifikazzjonijiet, dawn l-atti għandhom jiġu ssostiwiti minħabba raġunijiet ta' ċarezza.

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 tas-26 ta' Marzu 1990 dwar informazzjoni ta’ l-istatistika li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar produzzjoni ta’ ċereali u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 959/93 tal-5 ta' April 1993 dwar l-informazzjoni statistika li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar prodotti tal-ħsad minbarra ċereali, ġew emendati għadd ta' drabi. Peress li jinħtieġu aktar emendi u simplifikazzjonijiet, dawn l-atti għandhom jiġu ssostiwiti minħabba raġunijiet ta' ċarezza, bi qbil mal-approċċ politiku ġdid tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità u għal regolamentazzjoni aħjar.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar statistika tal-Komunità jikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. B'mod partikolari, hu jitlob konformità ma' l-istandards ta' l-imparzjalità, fiduċja, oġġettività, indipendenza xjentifika, effettività tan-nefqa u l-kunfidenzjalità ta' l-istatistika.

(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja jikkostitwixxi l-qafas ta' referenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, b'mod partikulari fir-rigward tal-konformità ma' l-istandards ta' l-imparzjalità, fiduċja, oġġettività, indipendenza xjentifika, effettività tan-nefqa u l-kunfidenzjalità ta' l-istatistika. Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta' Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika fl-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej jikkostitwixxi qafas ta' referenza għat-trażmissjoni u l-protezzjoni ta' data statistika kunfidenzjali pprovduta b'dan ir-Regolament, sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm ebda żvelar illegali jew użu mhux statistiku meta tiġi prodotta u disseminata l-istatistika Komunitarja.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li ssir sorveljanza sabiex id-data tiġi skambjata u mxerrda bil-konfidenzjalità kollha sabiex ikun iggarantit li l-informazzjoni rigward persuna fiżika identifikabbli jew identifikata (l-oġġett ta' l-informazzjoni) tkun imħarsa. Għalhekk huwa xieraq li fit-test tiġi inkluża referenza għal-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ relattiva għall-protezzjoni tad-data.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) B'mod partikolari, is-setgħat għandhom jingħataw lill-Kummissjoni biex taddatta t-tabella ta' trażmissjoni minħabba li tali miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament jew biex jissuplimentawh billi jżidu l-elementi mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju skond l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(12) B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li timmodifika t-tabelli ta' trażmissjoni. Minħabba li tali miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi, fost l-oħrajn, jissupplimentawh b’elementi mhux essenzjali ġodda, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju skond l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2008 dwar il-produzzjoni organika enfasizza l-ħtieġa li tinkiseb informazzjoni dwar l-istatistika fil-kuntest tal-Programm Komunitarju għall-Istatistika. Filwaqt li tirrikonoxxi li jeħtieġ li jkun hemm produzzjoni sistematika ta' statistika Komunitarja dwar il-produzzjoni organika u l-biedja, il-Kummissjoni tista' tipproponi liġi dwar l-istatistika Komunitarja msejsa fuq l-Artikolu 285 tat-Trattat u fi ħdan il-Programm Komunitarju għall-Istatistika u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-istatistika Komunitarja.

Justification

The production Community statistics should be based on article 285 of the EC Treaty and within the Community Statistical Programme and Council Regulation (EC) No 322/97 of 17 February 1997 on Community statistics. Currently no legal instrument (established under article 258) exists with regard to the recording of community statistics on organic crop production (neither for meat and live stock statistics). Article 36 of Council Regulation (EC) No 834/207 on organic production and Commission Regulation (EC) No 889/2008 stipulates: "Member States shall transmit to the Commission the statistical information necessary for the implementation and follow-up of this Regulation".

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja dwar l-użu ta' l-art u l-produzzjoni tal-ħsad.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja dwar il-produzzjoni tal-ħsad.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-użu tal-art trid titħassar għax informazzjoni bħal din se tkun diġà disponibbli għall-Kummissjoni fl-2010, 2013 u 2016 skont ir-Regolament tal-PE u tal-Kunsill dwar l-istħarriġ tal-istruttura tal-farms u l-istħarriġ dwar il-metodi tal-produzzjoni agrikoli u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill Nru 571/88.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-definizzjonijiet kif stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għall-għan ta' l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

2. Għall-finijiet tal-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

 

A) It-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Anness II

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet m'għandhomx jiġu inklużi bħala parti mill-Anness imma għandhom jiġu inklużi fil-parti ewlenija tar-Regolament, b'mod iżjed speċifiku fl-artikolu dwar id-definizzjonijiet.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

a) 'raba’ li qed jiġi kkultivat' huwa raba’ li, qabel il-ħsad, ikun maħdum u jikkorrispondi għar-raba’ miżrugħ minbarra r-raba’ rvinat mill-kundizzjonijiet meteoroloġiċi (eż. diżastri naturali) u minn kundizzjonijiet oħra; wara l-ħsad, ir-raba' taħt kultivazzjoni jikkorrispondi għar-raba' maħsud;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet m'għandhomx jiġu inklużi bħala parti mill-Anness imma għandhom jiġu inklużi fil-parti ewlenija tar-Regolament, b'mod iżjed speċifiku fl-artikolu dwar id-definizzjonijiet.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

b) 'raba' maħsud' tfisser il-parti tar-raba' żviluppat li hu maħsud. Għalhekk, tista' tkun daqs jew inqas mir-raba' żviluppat;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet m'għandhomx jiġu inklużi bħala parti mill-Anness imma għandhom jiġu inklużi fil-parti ewlenija tar-Regolament, b'mod iżjed speċifiku fl-artikolu dwar id-definizzjonijiet.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

c) 'raba' ta' produzzjoni', fil-kuntest ta' ħsad permanenti, tfisser ir-raba' li jista' potenzjalment jinħasad fis-sena ta' referenza ta' ħsad. Dan jeskludi r-raba' kollu li ma jipproduċix, bħal pjantaġġuni ġodda li għadhom ma bdewx jipproduċu;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet m'għandhomx jiġu inklużi bħala parti mill-Anness imma għandhom jiġu inklużi fil-parti ewlenija tar-Regolament, b'mod iżjed speċifiku fl-artikolu dwar id-definizzjonijiet.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

d) 'produzzjoni minn ħsad' tinkludi t-telf u l-iskart tar-raba', il-kwantitajiet ikkunsmati direttament fil-farms u l-kwantitajiet ta' prodotti li tqiegħdu fis-suq, indikati f'unitajiet ta' piż tal-prodott bażiku. Il-produzzjoni minn ħsad għaċ-ċereali, żrieragħ tal-miżwed imnixxfin u wċuħ tar-raba’ bil-proteini, u pjanti taż-żejt (lift, żerriegħa tal-ġirasol, żerriegħa tal-kittien, sojja, żerriegħa tal-qoton u żrieragħ taż-żejt oħra) se jiġu pprovduti f'ekwivalenti mnixxef;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet m'għandhomx jiġu inklużi bħala parti mill-Anness imma għandhom jiġu inklużi fil-parti ewlenija tar-Regolament, b'mod iżjed speċifiku fl-artikolu dwar id-definizzjonijiet.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

e) 'ġabra' tfisser il-produzzjoni minn ħsad għal kull raba' maħdum;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet m'għandhomx jiġu inklużi bħala parti mill-Anness imma għandhom jiġu inklużi fil-parti ewlenija tar-Regolament, b'mod iżjed speċifiku fl-artikolu dwar id-definizzjonijiet.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

f) 'tkabbir suċċessiv ta' prodotti tar-raba'' tfisser raba' li jintuża aktar minn darba waqt sena partikulari ta' tkabbir iżda li, kull darba li jintuża, ikollu prodott wieħed. Dak ir-raba' għandu jitqies bħala raba' taħt kultivazzjoni għal kull prodott (il-kunċetti tar-raba' ewlieni u sekondarju ma japplikawx f'dan il-kuntest);

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet m'għandhomx jiġu inklużi bħala parti mill-Anness imma għandhom jiġu inklużi fil-parti ewlenija tar-Regolament, b'mod iżjed speċifiku fl-artikolu dwar id-definizzjonijiet.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

g) 'tkabbir ta' diversi wċuħ' tfisser taħlita ta' uċuħ li jitkabbru fl-istess raba' fl-istess ħin. F'dan il-każ ir-raba' li jinħadem jinqasam bejn il-prodotti tar-raba' proporzjonalment mad-daqs tal-art li jieħdu (il-kunċetti ta' raba' ewlieni u sekondarju ma japplikawx f'dan il-kuntest);

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet m'għandhomx jiġu inklużi bħala parti mill-Anness imma għandhom jiġu inklużi fil-parti ewlenija tar-Regolament, b'mod iżjed speċifiku fl-artikolu dwar id-definizzjonijiet.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

h) 'uċuħ tar-raba' b'użu doppju' tfisser uċuħ li għandhom aktar minn għan wieħed u li, b'konvenzjoni, huma meqjusa bħala prodotti tar-raba' għall-użu ewlieni tagħhom u bħala prodotti tar-raba' sekondarji għall-użu supplimentari tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet m'għandhomx jiġu inklużi bħala parti mill-Anness imma għandhom jiġu inklużi fil-parti ewlenija tar-Regolament, b'mod iżjed speċifiku fl-artikolu dwar id-definizzjonijiet.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

i) 'uċuħ tar-raba' mkabbra taħt il-ħġieġ jew taħt saqaf għoli (aċċessibli)' tirreferi għal prodotti tar-raba' li, waqt iż-żmien tat-tkabbir tagħhom jew għall-parti l-kbira tiegħu, ikunu mkennija minn serer jew minn saqaf għoli fiss jew mobbli (ħġieġ jew plastik riġidu jew flessibbli). Dan jeskludi folji tal-plastik imqiegħda ċatti fl-art, kif ukoll raba' b'għatjiet f'forma ta' qniepen jew mini li ma jkunux aċċessibbli għall-bniedem, jew strutturi mobbli miksija bil-ħġieġ. Raba' b'uċuħ li jitkabbru għal xi żmien taħt il-ħġieġ u għal xi żmien fil-beraħ jiġu rrapportati bhala totalment taħt il-ħġieġ, sakemm iż-żmien taħt il-ħġieġ ma jkunx qasir ħafna.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet m'għandhomx jiġu inklużi bħala parti mill-Anness imma għandhom jiġu inklużi fil-parti ewlenija tar-Regolament, b'mod iżjed speċifiku fl-artikolu dwar id-definizzjonijiet.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) raba' agrikolu użat (Tabella 4);.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-użu tal-art u għat-tabella 4 trid titħassar għax informazzjoni bħal din se tkun diġà disponibbli għall-Kummissjoni fl-2010, 2013 u 2016 skont ir-Regolament tal-PE u tal-Kunsill dwar l-istħarriġ tal-istruttura tal-farms u l-istħarriġ dwar il-metodi tal-produzzjoni agrikoli u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill Nru 571/88.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tagħhom ta' prevalenza baxxa.

Ġustifikazzjoni

Kwantitajiet varjabbli bi prevalenza baxxa għandhom jiġu definiti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu jafu eżatt meta l-esklużjoni mill-istatistika hija possibbli u meta tista' tiġi applikata.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri li jwettqu l-istħarriġ tal-kampjuni għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex jiżguraw li d-data tat-tabella 1 tissodisfa r-rekwiżiti ta’ preċiżjoni stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

L-Istati Membri li jwettqu l-istħarriġ tal-kampjuni sabiex jakkwistaw l-istatistika għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex jiżguraw li d-data tat-tabella 1 tissodisfa r-rekwiżiti ta’ preċiżjoni li ġejjin: il-koeffiċjent tal-varjazzjoni tad-data li trid tiġi provduta sat-30 ta' Settembru tas-sena n+1 m'għandux jaqbeż (fil-livell nazzjonali) 4% għar-raba' maħdum għal kull wieħed mill-gruppi li ġejjin ta' uċuħ tar-raba' ewlenin: ċereali għall-produzzjoni tal-ħbub (inkluża ż-żerriegħa), żrieragħ tal-miżwed imnixxfin u wċuħ tar-raba’ bil-proteini għall-produzzjoni tal-ħbub (inklużi taħlitiet ta' żrieragħ ta' ċereali u żrieragħ tal-miżwed), uċuħ bl-għeruq, uċuħ industrijali u wċuħ maħsuda qabel ma jsiru.

Ġustifikazzjoni

Ħtiġijiet ta' preċiżjoni m'għandhomx jiġu inklużi f'footnote bħala parti mill-Anness II tabella 1 imma għandhom jiġu inklużi fil-parti ewlenija tar-Regolament, b'mod iżjed speċifiku fl-artikolu dwar il-ħtiġijiet ta' preċiżjoni. Barra minn hekk huwa propost li jiżdiedu l-koeffiċjenti ta' varjazzjoni minn 3 għal 4% sabiex il-piż tal-ispejjeż u dak amministrattiv jibqgħu f'limiti raġunevoli fl-Istati Membri.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-għejun għajr l-istħarriġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan it-tagħrif hu ta' l-istess kwalità bħal dak tat-tagħrif miksub mill-istħarriġ ta' l-istatistika.

Għal dak li għandu x'jaqsam mas-sorsi għajr l-istħarriġ statistiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan it-tagħrif hu talanqas ta' l-istess kwalità meta mqabbel mat -tagħrif miksub mill-istħarriġ ta' l-istatistika.

 

Meta jintużaw sorsi amministrattivi, l-Istati membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minn qabel dwar metodi użati u l-kwalità tad-data minn dawn is-sorsi.

Emenda   20

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tabelli ta' trażmissjoni kif stipulati fl-Anness II jistgħu jiġu addattati mill-Kummissjoni (għajr ir-rekwiżiti ta' preċiżjoni). Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3).

It-tabelli ta' trażmissjoni kif stipulati fl-Anness II jistgħu jiġu addattati mill-Kummissjoni (għajr ir-rekwiżiti ta' preċiżjoni). Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, fost l-oħrajn billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3).

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tagħhom ta' prevalenza baxxa.

Ġustifikazzjoni

Kwantitajiet varjabbli bi prevalenza baxxa għandhom jiġu definiti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu jafu eżatt meta l-esklużjoni mill-istatistika hija possibbli u meta tista' tiġi applikata.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull tliet snin, u għall-ewwel darba fi tmintax-il xahar wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) b'rapport ta' kwalità tad-data trażmessa.

2. Kull tliet snin, u għall-ewwel darba, wieħed u għoxrin xahar wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) b'rapport ta' kwalità tad-data trażmessa li jagħmel referenza għad-dimensjonijiet tal-evalwazzjoni tal-kwalità miġbura f'paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

L-iskadenza ta' tranżizzjoni għandha tkun konformi mal-aħħar regola li r-riżultati finali u l-ewwel data fil-livell reġjonali jridu jiġu ppreżentati sat-30 ta' Settembru 2011. Dan jikkorrispondi ma' wieħed u għoxrin xahar.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Permezz ta’ l-applikazzjoni tad-dimensjonijiet ta’ kwalità stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għad-data koperta b'dan ir-Regolament, il-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità għandhom jiġu ddefiniti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(3).

Ġustifikazzjoni

Il-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju (RPS) għandha tiġi applikata għad-dispożizzjonijiet kollha tal-komitoloġija.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla metodoloġika jew ta' tip ieħor li għandha mnejn taffettwa konsiderevolment il-kwalità ta' l-istatistika, mhux aktar tard minn tliet xhur wara li ssir din il-bidla.

3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla metodoloġika jew ta' tip ieħor li għandha mnejn taffettwa l-kwalità ta' l-istatistika, mhux aktar tard minn tliet xhur wara li ssir din il-bidla.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Għandha tingħata attenzjoni lill-prinċipju li l-ispejjeż addizzjonali u l-piżijiet jinżammu f’limiti raġonevoli.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tigi megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola, stabbilit mid-Deciżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE.

1. Il-Kummissjoni għandha tigi megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola, stabbilit permezz tal-Artikolu 1 tad-Deciżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE.

Ġustifikazzjoni

Iżjed preċiż u konsistenti mar-referenzi miftiehma għall-istħarriġ tal-istruttura tal-farms u l-fajls tal-istatistika tal-laħam u l-bhejjem

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqies l-Artikolu 8 tagħha.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-proċedura tal-immaniġġjar għandha titħassar għax l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 10, paragrafu 1 "Perjodu tranżitorju" tħassar l-unika referenza eżistenti għal din il-proċedura u tbiddilha bi Proċedura Regolatorja bi Skrutinju. L-RPS għandha tiġi applikata għad-dispożizzjonijiet kollha tal-komitoloġija.

Emenda   28

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Perjodi ta' trażizzjoni ta' sena kalendarja sħiħa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li jispiċċaw mhux aktar tard minn sena wara d-data li minnha tapplika jistgħu jingħataw lill-Istati Membri, sakemm l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għas-sistemi statistiċi nazzjonali tagħhom teħtieġ addattamenti kbar u huwa probabbli li jikkawżaw problemi prattiċi sinifikanti, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2).

1. Perjodi ta' trażizzjoni ta' sena kalendarja sħiħa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li jispiċċaw mhux aktar tard minn sena wara d-data li minnha tapplika jistgħu jingħataw lill-Istati Membri, sakemm l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għas-sistemi statistiċi nazzjonali tagħhom teħtieġ addattamenti kbar u huwa probabbli li jikkawżaw problemi prattiċi sinifikanti, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 9(3).

Ġustifikazzjoni

L-RPS għandha tiġi applikata għad-dispożizzjonijiet kollha tal-komitoloġija.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Anness I – punt A

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-iskopijiet ta’ l-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

imħassar

.A) It-Tabelli 1, 2 u 3 ta' l-Anness II

 

- 'raba’ taħt kultivazzjoni': sal-ħsad, ir-raba' taħt kultivazzjoni tikkorrispondi għar-raba' miżrugħ barra r-raba' rrovinat; wara l-ħsad, ir-raba' taħt kultivazzjoni tikkorrispondi għar-raba' maħsud;

 

- 'raba' maħsud' tikkorrispondi għall-parti tar-raba' żviluppat li hu maħsud. Għalhekk, tista' tkun daqs jew inqas mir-raba' żviluppat;

 

- 'raba' ta' produzzjoni' għall-għanijiet ta' ħsad permanenti tirreferi għar-raba' li jista' potenzjalment jinħasad fis-sena ta' referenza ta' ħsad. Dan jeskludi r-raba' kollu li ma jipproduċix, bħal pjantaġġun li għadu ma bediex jipproduċi;

 

- 'produzzjoni maħsuda' tinkludi t-telf u l-iskart tar-raba', il-kwantitajiet ikkonsmati direttament fuq ir-razzett u l-kwantitajiet ta' prodotti li tqiegħdu fis-suq, indikati f'unitajiet ta' piż tal-prodott bażiku. Il-produzzjoni maħsuda għaċ-ċereali, żrieragħ imnixxfin u ħsad bil-proteini, u pjanti taż-żejt (lift, żerriegħa tal-ġirasol, żerriegħa tal-kittien, sojja, żerriegħa tal-qoton u żrieragħ taż-żejt oħra) se jiġu pprovduti f'ekwivalenti mnixxef;

 

- 'ġabra' tikkorrispondi għall-produzzjoni maħsuda għal kull raba' taħt kultivazzjoni;

 

- 'ħsad ta' l-uċuħ tar-raba' suċċessiv' jirreferi għal parti minn art saqwija użata aktar minn darba waqt sena ta' ħsad kkonċernata u r-raba' kull darba għandha ħsad wieħed. Iż-żewġ żoni għandhom jitqiesu bħala raba' taħt kultivazzjoni għal kull ħsad (il-kunċett tar-raba' ewlieni u sekondarju ma japplikawx f'dan il-kuntest);

 

- 'ħsad ta' l-uċuħ tar-raba' konġunt' tapplika għal konġunzjoni ta' prodotti tar-raba' li jieħdu parti mir-raba' agrikolu fl-istess ħin. Ir-raba' taħt kultivazzjoni f'dan il-każ tinqasam bejn il-prodotti tal-ħsad proporzjonalment ma' l-art li jieħdu (il-kunċetti ta' raba' ewlieni u sekondarju ma japplikawx f'dan il-kuntest);

 

- "ħsad ta' l-uċuħ tar-raba' b'użu doppju" huma b'konvenzjoni meqjusa għall-użu ewlieni tagħhom u bħala prodotti tar-raba' sekondarji għall-użu supplimentari tagħhom.

 

- 'ħsad taħt il-ħġieġ jew għatu għoli (aċċessibli)' jirreferi għal prodotti tar-raba' li, għat-terminu tat-trobbija tagħhom kollu jew għal parti predominanti minnu, huma koperti minn serer jew għatu għoli fiss jew mobbli (ħġieġ jew plastik riġidu jew flessibbli). Dan jeskludi folji tal-plastik imqiegħda ċatti fl-art, l-art taħt għata tal-ħġieġ kew kisi tal-plastik jew mini mhux aċċessibbli lill-bniedem jew kwadri mgħottija mill-ħġieġ li jiċċaqalqu. Żoni ta' ħsad li jitkabbru temporanjament taħt il-ħġieġ u temporanjament fil-beraħ jiġu rrapportati bhala totalment taħt il-ħġieġ, sakemm il-ħin taħt il-ħġieġ ma jkunx ta' żmien estremament limitat.

 

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet m'għandhomx jiġu inklużi bħala parti mill-Anness imma għandhom jiġu inklużi fil-parti ewlenija tar-Regolament, b'mod iżjed speċifiku fl-artikolu dwar id-definizzjonijiet.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Anness I – punt B

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B) Tabella 4 ta' l-Anness II

imħassar

- Il-karatteristiċi huma definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88.

 

- ""Raba' ewlieni u sekondarju" huma klassifikati kif ġej:

 

Użu ġenerali: Ir-raba' ewlieni ta' qatgħa kkonċernata hu, f'każ ġenerali, fejn il-qatgħa jkollha ħidma waħda biss tul is-sena tal-ħsad, iddefinita b'mod ċar minn dik il-ħidma. (F'dan il-każ, ir-raba' sekondarja ta' dik il-qatgħa m'hi xejn).

 

Każijiet speċjali

 

Ħsad ta' l-uċuħ tar-raba' suċċessiv

 

"Raba' ewlieni": Jekk il-qatgħa ta' art saqwija tintuża aktar minn darba tul is-sena ta' ħsad ikkonċernata (ħsad ta' l-uċuħ tar-raba' suċċessiv), u r-raba' jkollha kultivazzjoni waħda biss kull darba, allura r-raba' ewlieni hi l-kultivazzjoni bl-aħjar valur. Jekk il-valur tal-produzzjoni ma jiddeterminax liema huwa l-ħsad ewlieni, allura l-ħsad ewlieni jittieħed bħala dak li jokkupa l-art għall-itwal żmien.

 

"Raba' sekondarju": Kwalunkwe okkupazzjoni oħra għalhekk titqies bħala raba' sekondarju.

 

Ħsad ta' l-uċuħ tar-raba' konġunt

 

2.2 "Raba' ewlieni": Jekk il-qatgħa ta' art saqwija tintuża matul l-istaġjun tat-tkabbir ta' sena tal-ħsad ikkonċernata għall-istess kombinazzjoni ffissata ta' ħsad (ħsad ta' l-uċuħ tar-raba' konġunt), allura r-raba' ewlieni jinsaqam pro rata bejn il-ħsad ikkonċernat.

 

"Raba' sekondarju": F'dan il-każ, mhux se jkun hemm raba' sekondarju.

 

2.3 Kombinazzjoni ta' ħsad ta' l-uċuħ tar-raba' suċċessiv u konġunt

 

"Raba' ewlieni": Jekk il-qatgħa ta' art saqwija tintuża aktar minn darba tul sena ta' ħsad ikkonċernata u b'kombinazzjoni ta' ħsad ta' l-uċuħ tar-raba' suċċessiv u konġunt, allura kull kombinazzjoni ta' ħsad li jokkupa l-art tul l-istess perjodu ta' żmien hu vvalutat separatament, u l-kombinazzjoni jew il-ħsad waħdieni bl-aħjar valur jitqies bħala r-raba' ewlieni. Meta dak ir-raba' jintuża għal ħsad ta' l-uċuħ tar-raba' konġunt, ir-raba' ewlieni jinqasam pro rata bejn il-ħsad ikkonċernat.

 

"Raba' sekondarju": Kwalunkwe okkupazzjoni oħra għalhekk titqies bħala raba' sekondarju.

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-użu tal-art u għat-tabella 4 trid titħassar għax informazzjoni bħal din se tkun diġà disponibbli għall-Kummissjoni fl-2010, 2013 u 2016 skont ir-Regolament tal-PE u tal-Kunsill dwar l-istħarriġ tal-istruttura tal-irziezet u l-istħarriġ dwar il-metodi tal-produzzjoni agrikoli u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill Nru 571/88.

Emenda   31

Proposta għal regolament

Anness II - tabella 1 - kolonni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

jitneħħew il-kolonni 2 u 12

Ġustifikazzjoni

It-talba ta' data fuq bażi mhux obbligatorji mhijiex konformi mal-intenzjoni li l-ispejjeż u l-piż amministrattiv addizzjonali jinżammu fl-iktar livell baxx possibbli.

Emenda   32

Proposta għal regolament

Anness II - tabella 1 - noti tal-qiegħ

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ekwivalenti mnixxef

 

*Il-Produzzjoni għal dawk il-prodotti se tingħata bl-ekwivalenti

*Il-produzzjoni għal dawk il-prodotti se tingħata bi gradi medji ta' umdità li kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kolonni 1,3,4 u 13 huma fakultattivi jekk il-produzzjoni nazzjonali medja (b'ekwivalenti niexfa) fl-aħħar 3 snin kienet inqas minn 2 580 000 tunnellata għal qamħ komuni, 860 000 tunnellata għall-qamħ durum, , 770 000 tunnellata għall-barli, 80 000 tunnellata għas-segala u l-meslin, 129 000 tunnellata għall-ħbub tal-qamħirrun, 170 000 tunnellata għat-triticale, 130 000 tunnellata għall-ħafur, sorgu u ross, 60 000 tunnellata għall-piżelli ta' l-għalqa, 40 000 tunnellata għall-ful ta' l-għalqa, 270 000 tunnellata għar-rapa, 180 000 tunnellata għall-ġirasol, 50 000 tunnellata għas-sojja kull sena.

Il-Kolonni 1, 3, 4 u 13 huma fakultattivi jekk il-produzzjoni nazzjonali medja fl-aħħar 3 snin kienet inqas minn 2 580 000 tunnellata għal qamħ komuni, 860 000 tunnellata għall-qamħ durum, 770 000 tunnellata għall-barli, 80 000 tunnellata għas-segala u l-'meslin', 1 290 000 tunnellata għall-ħbub tal-qamħirrun, 170 000 tunnellata għat-triticale, 130 000 tunnellata għall-ħafur, sorgu u ross, 60 000 tunnellata għall-piżelli ta' l-għalqa, 40 000 tunnellata għall-ful ta' l-għalqa, 270 000 tunnellata għar-rapa, 180 000 tunnellata għall-warda tax-xemx, 50 000 tunnellata għas-sojja kull sena.

Il-Kolonni 1, 3, 4 u 13 huma fakultattivi jekk il-produzzjoni nazzjonali medja fl-aħħar 3 snin kienet inqas minn 700 000 tunnellata għall-patata, 2 500 000 tunnellata għall-pitravi, u 4 500 000 tunnellata għall-qamħirrun li għadu ma sarx kull sena.

Il-Kolonni 1, 3, 4 u 13 huma fakultattivi jekk il-produzzjoni nazzjonali medja fl-aħħar 3 snin kienet inqas minn 700 000 tunnellata għall-patata, 2 500 000 tunnellata għall-pitravi, u 4 500 000 tunnellata għall-qamħirrun li għadu ma sarx kull sena.

Il-Kolonni 2 u 12 huma fakultattivi

 

Rekwiżiti ta' preċiżjoni

 

il-koeffiċjent tal-varjazzjoni tad-data li għandha tiġi pprovduta sat-30 ta' Settembru tas-sena n+1 m'għandhiex taqbeż (fuq livell nazzjonali) 3% tar-raba' totali taħt kultivazzjoni għal kull wieħed mill-gruppi ta' ħsad ewlenin li ġejjin: ċereali għall-produzzjoni tal-ħbub (inkluż iż-żerriegħa), żrieragħ imnixxfa u ħsad tal-proteini għall- produzzjoni tal-ħbub (inkluż iż-żerriegħa u t-taħlitiet taċ- ċereali u żrieragħ imnixxfa),ħsad bl-għeruq, ħsad industrijali u pjanti maħsuda qabel ma jsiru.

 

Ġustifikazzjoni

Il-grad ta' umdità huwa iżjed prattiku u inqas teoretiku mill-ekwivalenti.

It-talba ta' data fuq bażi mhux obbligatorji mhijiex konformi mal-intenzjoni li l-ispejjeż u l-piż amministrattiv addizzjonali jinżammu fl-iktar livell baxx possibbli.

Ħtiġijiet ta' preċiżjoni m'għandhomx jiġu inklużi f'footnote bħala parti mill-Anness imma għandhom jiġu inklużi fil-parti ewlenija tar-Regolament, b'mod iżjed speċifiku fl-Artikolu 5 dwar il-ħtiġijiet ta' preċiżjoni.

Emenda         33

Proposta għal regolament

Anness II – Tabella 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tabella 4 ta' l-Anness II - Użu ta' l-Art

imħassra

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-użu tal-art u għat-tabella 4 trid titħassar għax informazzjoni bħal din se tkun diġà disponibbli għall-Kummissjoni fl-2010, 2013 u 2016 skont ir-Regolament tal-PE u tal-Kunsill dwar l-istħarriġ tal-istruttura tal-irziezet u l-istħarriġ dwar il-metodi tal-produzzjoni agrikoli u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill Nru 571/88.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-proposta tal-Kummissjoni hija maħsuba biex tissimplifika l-leġiżlazzjoni eżistenti, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 tas-26 ta' Marzu 1990 dwar informazzjoni tal-istatistika li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar produzzjoni ta’ ċereali u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 959/93 tal-5 ta' April 1993 dwar l-informazzjoni statistika li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar prodotti tal-ħsad minbarra ċereali, u tadattahom għall-bżonnijiet il-ġodda tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament propost huwa bi qbil ma’ l-approċċ politiku ġdid tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u ta’ regolamentazzjoni aħjar kif imsemmi fil-Komunikazzjoni ta’ l-14 ta’ Novembru 2006 dwar “reviżjoni strateġika ta’ Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea”[1] u l-Komunikazzjoni ta' l-24 ta' Jannar 2007 dwar "programm ta' azzjoni għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fl-Unjoni Ewropea”[2].

L-għan ta' dan ir-Regolament hu d-dispożizzjoni mill-Istati Membri ta' l-istatistika dwar l-użu ta' l-art u l-prodotti tal-ħsad. L-istatistika dwar il-ħsad hija essenzjali għat-tmexxija tas-swieq ta’ l-UE. Jitqies essenzjali wkoll li l-istatistika dwar il-ħxejjex u l-prodotti tal-ħsad permanenti jiġu koperti barra mill-istatistika fuq iċ-ċereali u l-ħsad li jifdal minn art li tinħarat li bħalissa hi regolata mil-leġiżlazzjoni. L-istatistika kkonċernata minn din il-proposta hija essenzjali għat-tmexxija u l-valutazzjoni tal-politika agrikola komuni.

Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew

Ir-rapporteur jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li l-istatistika dwar il-ħxejjex tal-ħsad hija essenzjali għall-immaniġġjar tas-swieq tal-UE u l-evalwazzjoni tal-politika agrikola komuni. Ir-rapporteur iqis il-parti l-kbira tal-miżuri mressqa mill-Kummissjoni bħala razzjonali u jemmen li jiffurmaw bażi utli għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali. Ir-rapporteur jilqa' l-fatt li f'numru sostanzjali ta' każijiet, il-Kummissjoni aċċettat formulazzjonijiet identiċi, li diġà kien hemm qbil dwarhom, f'fajls statistiċi preċedenti.

Madankollu, ċertu adattamenti għall-proposta tal-Kummissjoni huma previsti mir-rapporteur. L-ewwel nett, ċertu żidiet u adattamenti fl-użu tal-kliem huma bżonnjuża biex jiġi ċċarat u komplut ir-raġunament tar-Regolament. Barra minn hekk, ir-rapporteur huwa favur li jiġu ċċarati fl-artikoli ċertu dispożizzjonijiet li qabel kienu stipulati fl-annessi.

Barra minn hekk, ir-rapporteur iqis li għandu jiġi kkunsidrat il-prinċipju li spejjeż u piżijiet addizzjonali li jibqgħu f'limiti raġonevoli u li r-referenza u t-talbiet għal data tal-użu tal-art (tabella 4) għandhom bżonn jitħassru għax informazzjoni bħal din se tkun diġà disponibbli għall-Kummissjoni fl-2010, 2013 u 2016 skont ir-Regolament tal-PE u tal-Kunsill dwar stħarriġ tal-istruttura tal-irziezet u l-istħarriġ dwar il-metodi tal-produzzjoni agrikoli u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill Nru 571/88.

Apparti minn hekk, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-komitoloġija ma jidher li hemm ebda raġuni għaliex il-proċedura regolatorja bi skrutinju m'għandhiex tiġi applikata għad-dispożizzjonijiet implimentattivi kollha. Għalhekk ir-rapporteur ippropona li jistipula wkoll id-dispożizzjonijiet dwar ir-rapporti tal-kwalità bl-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju.

Il-Ftehima Interistituzzjonali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006 tiddisponi li l-proċedura regolatorja l-ġdida bi skrutinju tintuża fil-każi kollha fejn l-istrument bażiku ġie adottat skond il-proċedura ta' kodeċiżjoni u fejn dan jipprovdi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' kamp ġenerali maħsuba li jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dak l-istrument, fost l-oħrajn billi jħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali[3]. Ir-rapporteur huwa ta' l-opinjoni li hawnhekk ġew issodisfatti ż-żewġ kriterji. Għalhekk hija ġustifikabbli li tiġi applikata l-proċedura regolatorja bi skrutinju.

Ir-rapporteur jissuġġerixxi jekk ikunx xieraq li jinħolqu effetti ta' sinerġija u għalhekk jiġi integrat l-irreġistrar tal-produzzjoni organika f'din il-proposta jew fi proposti futuri.

Finalment, ir-rapporteur jixtieq jara l-inklużjoni ta' żewġ dispożizzjonijiet li jżidu mal-objettivi ta' leġiżlazzjoni aħjar, simplifikazzjoni u tnaqqis tal-piż fuq dawk li jirrispondu. L-ewwel dispożizzjoni tiżgura li fil-każ li jintużaw sorsi amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minn qabel bil-metodi użati u bil-kwalità tad-data. It-tieni dispożizzjoni tiżgura li spiża u piżijiet addizzjonali jibqgħu fil-limiti raġonevoli.

  • [1]  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni COM(2006)689 finali: "Reviżjoni strateġika tar-Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea".
  • [2]  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni COM(2007)23 finali: “Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea”.
  • [3]  L-Artikolu 2(2) (ġdid) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta’ Lulju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Statistika tal-ħsad

Referenzi

COM(2008)0210 – C6-0179/2008 – 2008/0079(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

21.4.2008

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

24.4.2008

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Elisabeth Jeggle

6.5.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

9.9.2008

4.11.2008

2.12.2008

 

Data tal-adozzjoni

2.12.2008

 

 

 

Riżlutat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Vincenzo Aita, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Esther Herranz García, Lily Jacobs, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Mairead McGuinness, Neil Parish, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Petya Stavreva

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Petre