Proċedura : 2007/0163(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0473/2008

Testi mressqa :

A6-0473/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/12/2008 - 3.16
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0599

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 150kWORD 67k
4.12.2008
PE 416.448v01-00 A6-0473/2008

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid)

(11263/4/2008 – C6‑0422/2008 – 2007/0163(COD))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Bernard Lehideux

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid)

(11263/4/2008 – C6‑0422/2008 – 2007/0163(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11263/4/2008 – C6‑0422/2008),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0443),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2007)0707),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6‑0473/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

Texts adopted, 22.5.2008, P6_TA(2008)0227.


NOTA SPJEGATTIVA

Proċedura

Fl-14 ta' Mejju, il-PE laħaq ftehim mal-Kunsill dwar it-test tar-regolament il-ġdid. Minħabba l-fatt li, fit-22 ta' Mejju 2008, ġew adottati emendi fis-seduta plenarja li jmorru kontra dan il-ftehim, inħalaq il-bżonn għat-tieni qari. Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill kienet imħabbra fis-Seduta Plenarja tal-20 ta' Novembru 2008 u huwa l-istess bħall-ftehim milħuq f'Mejju 2008, ħlief għal xi aġġustamenti lingwistiċi.

Sadanittant, il-maġġoranza tal-gruppi politiċi fi ħdan il-kumitat EMPL ikkonfermaw l-impenn tagħhom lejn il-ftehim milħuq f'Mejju mal-Kunsill.

Għaldaqstant, il-Pożizzjoni Komuni tista' tiġi adottata mingħajr emendi.

Kontenut

Il-Pożizzjoni Komuni tinkludi ħafna mill-emenda mressqa mill-kumitat EMPL. Meta mqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni, it-tibdil ewlieni jikkonċerna l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, il-funzjonijiet tal-aġenzija, id-dispożizzjonijiet ġenerali, il-Bord tat-Tmexxija u l-ħatra tad-Direttur tal-Fondazzjoni.

Il-kwistjoni dwar kif ir-relazzjoni bejn il-PE u l-Aġenzija tista' tissaħħaħ, u dwar kif il-PE jista' jiġi ppreżentat fuq il-Bord tat-Tmexxija, ġiet solvuta. L-Artikolu 7 jipprevedi li fil-Bord tat-Tmexxija jkun hemm "tliet esperti mingħar setgħa ta' vot maħtura mill-Parlament Ewropew". Il-Parlament huwa fil-libertà li jinnomina jew personalitajiet barranin jew Membri, u tkun ir-responsabilità tal-Parlament li jagħżel il-livell preferit ta' rappreżentanza fuq il-Bord tat-Tmexxija. Barra minn hekk, qabel ma jinħatar, id-direttur se jkun mistieden jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat(i) kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula mill-mebri tiegħu/tagħhom (Artiklolu 10).

Il-ftehim isegwi wkoll il-proposta tal-Kummissjoni li l-mandat tematiku tal-ETF jitwessa' sabiex ikopri l-iżvilupp tal-kapital uman, l-aktar l-edukazzjoni u t-taħriġ f'perspettiva ta' tul il-ħajja, kif ukoll il-kwistjonijiet relatati tas-suq tax-xogħol.

Fl-aħħar nett, l-ambitu ġeografiku tal-ETF ġie aġġornat u definit mill-ġdid b’referenza għall-istrumenti u l-prijoritajiet il-ġodda tal-politika tar-relazzjonijiet esterni ta’ l-Unjoni Ewropea; Skont ir-rapport tas-Sur Lehideux, hija possibbli proċedura aktar flessibbli li tippermetti li l-Fondazzjoni tieħu azzjoni barra l-oqsma speċifikati fl-Artikolu 1a u 1b.


PROĊEDURA

Titolu

Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid)

Referenzi

11263/4/2008 – C6-0422/2008 – 2007/0163(COD)

Data ta' l-1 qari tal-PE - Numru P

22.5.2008                     T6-0227/2008

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2007)0443 - C6-0243/2007

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-wasla tal-pożizzjoni komuni

20.11.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

20.11.2008

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Bernard Lehideux

9.9.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

2.12.2008

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

2.12.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

3

11

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Edit Bauer, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Jan Cremers, Proinsias De Rossa, Harald Ettl, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Stephen Hughes, Ona Juknevičienė, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Jan Tadeusz Masiel, Maria Matsouka, Juan Andrés Naranjo Escobar, Csaba Őry, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Bilyana Ilieva Raeva, José Albino Silva Peneda, Jean Spautz, Gabriele Stauner, Ewa Tomaszewska, Anne Van Lancker

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petru Filip, Donata Gottardi, Marian Harkin, Sepp Kusstatscher, Jamila Madeira, Viktória Mohácsi, Anja Weisgerber

Avviż legali - Politika tal-privatezza