RAPPORT dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej
8.12.2008 - (COM(2008)0786 – C6-0449/2008 – 2008/0224(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Giuseppe Gargani
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej
(COM(2008)0786 – C6-0449/2008 – 2008/0224(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0786),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 283 tat-Trattat KE skont liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6‑0449/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6‑0483/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex tbiddel il-proposta tagħha kif hemm bżonn, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Iqis li l-ammonti finanzjarji mniżżla fil-proposta leġiżlattiva huma konformi mal-limitu massimu tal-intestatura 5, in-nefqa amministrattiva, tal-qafas finanzjarju multiannwali,
4. Jitlob lill-Kunsill biex javża l-Parlament jekk hux bi ħsiebu jiżvija mit-test approvat mill-Parlament;
5. Jitlob għall-bidu tal-proċedura ta' konċiljazzjoni skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-4 ta' Marzu 1975 jekk il-Kunsill bi ħsiebu jiżvija mit-test approvat mill-Parlament;
6. Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsulta l-Parlament mill-ġdid jekk ikun bi ħsiebu jemenda b'mod sostanzjali t-test ippreżentat għall-konsultazzjoni;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Ċitazzjoni 2 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Wara li kkunsidra l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew1, b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1 Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa essenzjali li tiżdied referenza għall-Istatut tal-Membri kif tikkostitwixxi l-bażi legali aħħarija għall-proposta. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(2) Għadd limitat ta’ dan il-persunal (minn hawn ’il quddiem imsejħa “assistenti parlamentari”) jassistu Membru wieħed jew aktar fil-lokalitajiet tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu, Brussell u fil-Lussemburgu. L-oħrajn huma impjegati mal-Membri fil-pajjiż fejn dawn ġew eletti. |
(2) Għadd limitat ta’ dan il-persunal (minn hawn ’il quddiem imsejħa “assistenti parlamentari akkreditati”) jassistu Membru wieħed jew aktar fil-lokalitajiet tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu, Brussell u fil-Lussemburgu. Dawk l-assistenti, li għalihom japplika dan ir-Regolament, iridu jiġu differenzjati mill-assistenti lokali impjegati mill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-Istat Membru li fih ikunu ġew eletti, li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet relevanti tal-Miżuri ta' Implimentazzjoni għall-Istatut tall-Membri tal-Parlament Ewropew adottati mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fis-17 ta' Lulju 20081. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
_____________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1 ĠU C .............. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(3) B'kuntrast ma' dawn tal-aħħar, l-assistenti parlamentari huma, bħala regola ġenerali, soġġetti għal espatrijazzjoni. Huma jaħdmu fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew f'ambjent Ewropew, multilingwu u multikulturali u jwettqu kompiti li huma marbuta b'mod dirett max-xogħol tal-Parlament Ewropew. |
(3) (3) L-assistenti parlamentari akkreditati huma, bħala regola ġenerali, soġġetti għal espatrijazzjoni. Huma jaħdmu fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew f'ambjent Ewropew, multilingwu u multikulturali u jwettqu kompiti li huma marbuta b'mod dirett max-xogħol imwettaq mill-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew waqt il-funzjoni tal-ħidma tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew. . | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(4) Barra minn hekk dan ġie kkonfermat mill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej li rrikonoxxiet li l-assistenti parlamentari f’ċerti aspetti jistgħu jitqiesu għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra li qed iwettqu xogħol għall-Parlament. |
imħassra | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din il-premessa ma tispjegax sew. Hija meħuda barra mill-kuntest minn sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza li tittratta dwar sitwazzjoni ta' fatt partikolari. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(5) Għal dawn ir-raġunijiet, u sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u ċ-ċertezza legali permezz ta’ regoli komuni, huwa xieraq li dawn l-assistenti, bl-eċċezzjoni tal-persuni li jaħdmu għall-Membri fl-Istat Membru fejn dawn ġew eletti jiġu impjegati permezz ta’ kuntratti diretti mal-Parlament Ewropew. |
(5) Għal dawn ir-raġunijiet, u sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u ċ-ċertezza legali permezz ta’ regoli komuni, huwa xieraq li dawn l-assistenti parlamentari akkreditati, bl-eċċezzjoni tal-persuni li jaħdmu għall-Membri fl-Istat Membru fejn dawn ġew eletti jiġu impjegati permezz ta’ kuntratti diretti mal-Parlament Ewropew. B'kontradistinzjoni, l-assistenti lokali huma impjegati, bi qbil mal-Miżuri Implimentattivi msemmija qabel għall-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, mill-Membri tal-Parlament Ewropew skont kuntratti tal-impjieg jew tas-servizz konklużi taħt il-liġi nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru li fih ikunu ġew eletti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi għall-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(6) Jaqbel, għalhekk, li dawn l-assistenti jkunu suġġetti għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra, b’mod li ċ-ċirkustanzi partikulari tagħhom jitqiesu kif xieraq. |
(6) Jaqbel, għalhekk, li l-assistenti parlamentari akkreditati jkunu suġġetti għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra, b’mod li ċ-ċirkustanzi partikulari tagħhom, ix-xogħol partikolari li huma mitluba jagħmlu u d-dmirijiet u l-obbligi speċifiċi li jridu jissodisfaw fir-rigward il-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew li għalih/a huma mitluba jaħdmu, jitqiesu kif xieraq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa essenzjali li jkun ċar li l-assistenti parlamentari akkreditati jwettqu x-xogħlijiet tagħhom għall-Membru jew Membri li għalihom iridu jaħdmu u li għalihom huma mitluba jwettqu d-dmirijiet u l-obbligi speċifiċi. Meta mqabbla ma' ħaddiema oħra koperti mill-Kundizzjonijiet tal-impjieg, huma qegħdin f'pożizzjoni sui generis. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(7) L-introduzzjoni ta' din il-kategorija speċifika ta' uffiċjali ma taffettwax l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal li jipprovdi li kompetizzjonijiet interni huma miftuħa biss għal uffiċjali u persunal temporanju. |
(7) L-introduzzjoni ta' din il-kategorija speċifika ta' uffiċjali ma taffettwax l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal li jipprovdi li kompetizzjonijiet interni huma miftuħa biss għal uffiċjali u persunal temporanju. Fil-fatt, l-ebda dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament ma tista' tinftiehem bħala waħda li tagħti aċċess privileġġjat jew dirett lill-assistenti parlamentari akkreditati għal postijiet ta' uffiċjali jew kategoriji oħra ta' ħaddiema tal-Komunitajiet Ewropej jew għall-kompetizzjonijiet interni għal postijiet bħal dawn. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-assistenti parlamentari akkreditati m'għandux ikollhom aċċess privileġġjat għall-postijiet imsemmija. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7a) Bħal fil-każ tal-istaff kontrattwali, l-Artikoli 27 sa 34 tar-Regolamenti tal-Istaff ma japplikawx għall-assistenti parkamentari akkreditati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 8 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(8) L-assistenti parlamentari jikkostitwixxu, għalhekk, kategorija ta’ persunal speċifika għall-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward tal-fatt li jappoġġaw lill-Membri tal-Parlament fil-kapaċita' tagħhom ta' rappreżentanti eletti demokratikament fdati b'mandat, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. |
(8) (8) L-assistenti parlamentari akkreditati jikkostitwixxu, għalhekk, kategorija ta’ ħaddiema speċifika għall-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward tal-fatt li jipprovdu, taħt il-gwida u l-awtorità ta' Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew u f'relazzjoni ta' fiduċja leġittima u reċiproka, għajnuna diretta lil dak il-Membru jew dawk il-Membri fil-kapaċita' tagħhom ta' Membri tal-Parlament Ewropew. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 8 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8a) Id-deċiżjoni interna (miżuri ta' implimentazzjoni) tal-Parlament Ewropew se tistabbilixxi regoli oħra għall-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, fuq il-bażi tal-prinċipju tal-immaniġġjar finanzjarju sod kif stipulat fit-Titolu II tar-Regolament Finanzjarju1, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li jkun stabbilit qafas ċar u trasparenti, fil-Parlament innifsu, għall-implimentazzjoni sussegwenti ta' dan ir-regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(9) Għalhekk, jeħtieġ li jiġu emendati, b’mod limitat, il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra sabiex tiġi inkluża din il-kategorija ġdida tal-persunal. |
(9) Għalhekk, jeħtieġ li jiġu emendati l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra sabiex tiġi inkluża din il-kategorija ġdida tal-ħaddiema, billi jitqiesu, fuq naħa n-natura speċifika tad-dmirijiet, il-funzjonijiet u r-responsabilitajiet tal-assistenti parlamentari akkreditati, li huma mfassla biex iħalluhom jagħtu għajnuna diretta lill-Membri tal-Parlament Ewropew fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew taħt il-gwida u l-awtorità tagħhom, u fuq l-oħra r-relazzjoni partikolari bejn dawk l-assistenti parlamentari akkreditati u l-amministrazzjoni tal-Parlament. Fejn id-dispożizzjonijiet tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta' ħaddiema oħra jridu jkunu applikati għal assistenti bħal dawn, anki b'analoġija, iridu jitqiesu dawk il-fatturi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 10 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(10) Fid-dawl tan-natura tax-xogħol tal-assistenti, jaqbel li jkun hemm kategorija waħda biss ta’ assistenti, iżda li tkun imqassma fi gradi, fejn l-assistenti jitqassmu skont il-kriterji li għandhom jiġu ddeterminati permezz ta' deċiżjoni interna tal-Parlament Ewropew. |
(10) (Fid-dawl tan-natura tax-xogħol tal-assistenti parlamentari akkreditati, jaqbel li jkun hemm kategorija waħda biss ta’ assistenti parlamentari akkreditati, iżda li tkun imqassma fi gradi, fejn l-assistenti bħal dawn jitqassmu mill-Membru jew mill-Membri kkonċernati fid-dawl tal-linji gwida li għandhom jiġu ddeterminati permezz ta' miżuri implimentattivi adottati minn deċiżjoni interna tal-Parlament Ewropew. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 10 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(10a) L-ammonti annwali meħtieġa se jkunu ddeterminati fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Prerogattiva tal-awtorità baġitarja. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 11 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(11) Il-kuntratti tal-assistenti parlamentari ffirmati bejnhom u l-Parlament Ewropew għandhom jiġu bbażati fuq fiduċja reċiproka bejn l-assistent parlamentari u l-Membru/i tal-Parlament Ewropew li qed jassisti. |
(11) Il-kuntratti tal-assistenti parlamentari akkreditati ffirmati bejnhom u l-Parlament Ewropew għandhom jiġu bbażati fuq fiduċja reċiproka bejn l-assistent parlamentari akkreditati u l-Membru/i tal-Parlament Ewropew li qed jassisti. Il-perjodu ta' kuntratti bħal dawn għandu jkun marbut direttament mal-perjodu li fih iżommu l-kariga l-Membru jew il-Membri kkonċernati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 11 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(11a) L-assistenti parlamentari għandhom id-dritt ta' assoċjazzjoni 'l barra mis-sistema li tapplika għall-uffiċjali u staff ieħor li ma jkunux assistenti parlamentari. L-għaqda tagħhom għandha tkun il-kelliema vis-à-vis l-awtorità kompetenti tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-istatus legali tagħhom u t-termini tal-impjieg. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 12 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(12) Il-prinċipju tan-newtralità baġitarja għandu jiġi osservat fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ din il-kategorija ġdida ta’ persunal. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew għandu jħallas fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea l-ammont sħiħ tal-kontributi meħtieġa biex jiffinanzjaw l-iskema tal-pensjoni bl-eċċezzjoni tal-kontribut taħt l-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal li jiġi mnaqqas kull xahar mis-salarju tal-persuna kkonċernata. |
imħassra | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fi żmien tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Parlament Ewropew għandu jissottometti rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex tiġi eżaminata l-ħtieġa possibbli li jiġu adattati r-regoli li japplikaw għall-assistenti parlamentari. |
Il-Parlament Ewropew għandu, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Dieċembru 2001, jippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex tiġi eżaminata l-ħtieġa possibbli li jiġu adattati r-regoli li japplikaw għall-assistenti parlamentari | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 2 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Artikolu 5 a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Titolu | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 1 – Artikolu 125 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 1 – Artikolu 125 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 1 – Artikolu 125 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 1 – Artikolu 126 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 1 – Artikolu 126 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 2 – Artikolu 127 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
In-natura tal-Artikoli 11 sa 26a tar-Regolamenti tal-Persunal hija tali li jistgħu jiġu applikati biss għal assistenti parlamentari akkreditati, anki b'analoġija, filwaqt li jiġu rispettati b'mod rigoruż il-funzjoni u d-dmirijiet tagħhom u r-relazzjoni ta' fiduċja li teżisti bejnhom u l-Membru jew il-Membri li jassistu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 3 – Artikolu 128 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 3 – Artikolu 128 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 3 – Artikolu 128 – paragrafu 2 – punt e | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 3 – Artikolu 129 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi duplikazzjoni żejda fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar it-tmiem tal-impjieg. Hija superfluwa. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 3 – Artikolu 130 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kif inhi, din id-dispożizzjoni tista' tikkawża dewmien eċċessiv bejn id-deċiżjoni meta jiġi assunt assistent parlamentari akkreditat u meta dan jassumi d-dmirijiet tiegħu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 3 – Artikolu 131 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 3 – Artikolu 131 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 4 – Artikolu 132 – paragrafu -1 (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 4 – Artikolu 132 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 4 – Artikolu 132 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 5 – Artikolu 133 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 5 – Artikolu 134 – tabella | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 6 – Artikolu 136 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li tnaqqas il-piż amministrattiv minħabba li tħassret ir-referenza għall-Artikolu 112. Barra minn hekk għandha l-għan li tistabbilixxi sistema ta' benefiċċji tal-qgħad għall-assistenti li hija maħsuba li tkopri l-assistenti jekk il-kuntratt tagħhom jintemm mill-Parlament Ewropew. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 6 – Artikolu 136 – paragrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex tkun rispettata n-newtralità tal-baġit. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 6 – Artikolu 137 – paragrafu 2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 6 – Artikolu 137 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 8 – Artikolu 139 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 9 – Artikolu 140 – paragrafu 1 – punt d | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 9 – Artikolu 140 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Filwaqt li hemm perjodu ta' notifika, segwit mid-dritt tal-assistenti għall-benefiċċju waqt il-qgħad, mhemmx ħlasijiet addizzjonali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 9 – Artikolu 140 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness – punt 3 Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC) Kapitolu 9 – Artikolu 140 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
- [1] Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).
NOTA SPJEGATTIVA
Qabel xejn, ta' min wieħed jispeċifika l-kuntest li fih qed issir din il-proposta għal Regolament.
Din il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Membri, li jistipola li:
"1. Il-Membri għandhom dritt għal għajnuna minn assistenti personali li jagħżlu huma b'mod ħieles
2. Il-Parlament għandu jkopri l-ispejjeż tal-impjieg tal-assistenti.
3. Il-Parlament għandu jistipola l-kundizzjonijiet għat-tħaddim ta' dan id-dritt"
Fuq il-bażi tal-Istatut, f'Lulju 2008, il-Bureau tal-Parlament adotta l-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, li l-Kapitolu 5 tagħhom ikopri l-assistenti personali. L-Artikolu 34 tal-miżuri ta' impliemntazzjoni jistabbilixxi distinzjoni bejn:
· l-assistenti parlamentari akkreditati f'wieħed mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament, fi ħdan is-sistema legali speċifika adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 283 tat-Trattat (rigward ir-Regolamenti tal-Uffiċjali u Aġenti oħrajn tal-Komunità), li l-kuntratti tagħhom jiġu stipulati u mmaniġġjati direttament mill-Parlament
u
· l-assistenti lokali, persuni naturali li jassistu lill-Membri fl-Istat Membru minn fejn ikunu ġew eletti u li magħhom ikollhom kuntratt tax-xogħol jew ta' għoti ta' servizzi konformi mal-liġi nazzjonali.
Il-kuntratti tal-assistenti lokali għandhom jiġu amministrati mill-aġenti tal-ħlas, li l-irwol tagħhom huwa li jiggarantixxu l-immaniġġjar tajjeb tal-allowance tal-assistenza parlamentari li kull Membru għandu u li tagħha huwa responsabbli, u b'hekk jintemmu l-inċertezzi u l-ambigwità tas-sistema attwali, li ġiet ikkritikata kemm il-darba .
Għall-kuntrarju, l' hekk imsejħa assistenti parlamentari akkreditati ser jaqgħu taħt sistema partikolari fil-qafas tar-Regolamenti tal-Uffiċjali u partikolarment is-Kundizzjonijiet Applikabbli għall-Aġenti l-oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej. Il-proposta għal-Regolament li qed tiġi diskussa, li ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni wara n-negozjati li saru fuq il-bażi tar-riżultati tal-Grupp ta' Ħidma fi ħdan il-Bureau tal-PE,ppresedut minns-Martine Roure, fiha "partikolarità" u eċċezzjoni li jagħmluha kumplessa u f'ħafna aspetti anke kkumplikata. Dawn l-aspetti tqiesu fir-rapport u kienu s-suġġett ta' dibattittu twil u fil-fond fil-Kumitat dħall-Affarijiet Legali.
Għal dawn ir-raġunijiet l-emendi approvati mill-Kummitat għall-Affarijiet Legali jagħmlu s-sistemi differenti bejn aġenti u assistenti kompatibbli u jiggarantixxu l-impermeabilità bejniethom billi l-proposta kollha għandha tqis u tenfasizza il-partikolarità assoluta tal- fiduċja bejn il-Membru u l-assistent tiegħu.
Fil-fatt, l-emendi għall-premessi 3 sa 6 tar-rapport m'għandhom ebda skop ieħor ħlief li jenfasizzaw aktar id-differenza bejn l-assistenti lokali u l-assistenti parlamentari akkreditati li jwettqu x-xogħol tagħhom f'kuntest partikolari: dak "Ewropew", multilingi u multikulturali. Emendi oħrajn iġibu d-denominazzjonijiet użati għall-assistenti fil-proposta għal-Regolament f'konformità ma' dawk użati mill-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri, jiġifieri, assistenti lokali u assistenti parlamentari akkreditati.
Il-proposta temenda s-sistema applikabbli għall-Aġenti l-oħra tal-Komunità Ewropea u żżid kategorija ġdida ta' aġenti ma' dawk previsti minn din is-sistema: assistenti parlamentari akkreditati. Dan ifisser li, ħlief għad-deroġi espressi, din is-sistema taplika b'mod sħiħ għall-assistenti parlamentari, bħala parti mir-Regolamenti tal-Uffiċjali.
F'dan is-sens ta' min ifakkar li dawn iż-żewġ atti legali għandhom l-iskop li jiggarantixxu l-indipendenza u l-effikaċità ta' uffiċjali u aġenti oħrajn fis-servizz tal-amministrazzjoni Komunitarja. Dawn l-Atti huma bbażati fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza, tan-nondiskriminazzjoni, tat-trasparenza fl-ingaġġar u l-mertu oġġettiv li għandhom ikunu parti mill-aċċess għall-funzjoni pubblika Ewropea u li ftit huma kompatibbli man-natura partikolari, bbażata fuq il-fiduċja, tax-xogħol tal-assistenti parlamentari.
Fil-fatt, ir-relazzjoni bejn Membru tal-Parlament Ewropew u l-assistent tiegħu titrabba, u tista' biss tkun ibbażata biss fuq il-fiduċja reċiproka. Din tinbena fuq ftehim ibbażat fuq elementi ta' natura politika u ideoloġika, morali, reliġjuża jew anke sempliċiment personali. Minflok, ir-relazzjoni tax-xogħol tal-istaff tal-Unjoni huwa bbażat fuq kriterji ta' trasparenza, evalwazzjoni oġġettiva u lealtà istituzzjonali.
Dan it-tħassib, jiġifieri dak li tiġi assigurata l-kompatibilità ta' regoli simili mal-karatteristiċi speċifiċi ta' tip ġdid ta' kuntratt bejn min-naħa l-waħda Istituzzjoni Europea (il-Parlament) u min-naħa l-oħra l-assistent, magħżul mill-Membru nnifsu biex jgħinu waqt il-mandat tiegħu, kien il-ħsieb wara diversi emendi fir-Regolament. Fosthom hemm l-emendi għall-premessi 3,4, 6, 8, u b'mod partikolari għall-premessa 9 (fejn huwa mniżżel li r-relazzjoni partikolari bejn l-assistent u l-Membru hija kriterju importanti li jrid jitqies sabiex din il-kategorjia ta' kuntratti tiddaħħal fl-ambitu tar-Regoli Applikabbli għall-Aġenti l-oħrajn tal-Komunitajiet) u barra minn hekk l-emendi għall-Premessa 11 u għall-Artikolu 5a (li joffru definizzjoni tar-relazzjoni bejn l-assistent u l-Membru, bbażata fuq fiduċja reċiproka); u l-emendi għall-Artikoli 126(2), 127 u 128(1) (li jirreferu għall-applikazzjoni, b'analoġija, tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Uffiċjali, dejjem bir-rispett meħtieġ għall-karatteristiċi speċifiċi tar-relazzjoni tax-xogħol imsemmija).
L-għażla ħielsa tal-assistent parlamentari min-naħa tal-membru hija kundizzjoni essenzjali tal-fiduċja li fuqha hija bbażata r-relazzjoni tax-xogħol imsemmija, li hija wkoll prevista b'mod ċar fl-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Membri. Ir-Regolament li qed jiġi diskuss għandu jiggarantixxi lill-Membri din l-għażla ħielsa, li ma tillimitax ruħha għall-ħatra ta' assistsent iżda li tirrigwarda wkoll il-paga, l-avvanz professjonali, u b'mod speċifiku, it-tmiem tal-kuntratt. L-iskop li tiġi garantita l-għażla ħielsa tal-Membru kien ir-raġuni wara l-emendi għall-Premessa 10 u għall-Artikolu 126(1). Dan tal-aħħar huwa maħsub sabiex jiggarantixxi l-għażla ħielsa tal-Membru fir-tmiem tal-kuntratt skont l-Artikolu 140(2)(d).
Dejjem fuq l-istess linja tal-ħarsien tal-għażla ħielsa tal-Membru, l-emendi għall-Premessa 10 u għall-Artikolu 131(2) jibdlu r-referenza għat-terminu "kriterji", (li jiġu stabbiliti skont il-miżuri ta' implimentazzjoni interni) għall-ħatra u t-tqassim fi gradi tal-assistenti, mat-terminu "parametri", li huwa aktar adegwat fid-dawl tal-marġini ta' apprezzament li timplika l-għażla ħielsa. F'dan ir-rigward nemmnu li l-Artikolu 128 tal-Proposta, li jinkludi fost ir-rekwiżiti tal-ħatra ta' assistent li dan ikollu diploma u ċerta esperjenza professjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li tiġi garantita aktar trasparenza u mhux biex jiġu stabbiliti kriterji.
Bl-istess mod, l-emenda għall-Artikolu 134 iżżid in-numru ta' kategorji fis-salarji applikabbli għall-assistenti, appuntu sabiex twessa' il-marġini ta' apprezzament tal-Membru u sabiex tiffaċilita l-avvanz professjonali tal-assistenti.
Fl-eżami tagħna tal-Proposta tal-Kummissjoni, ħassejna li kellna nistaqsu jekk il-partikolaritajiet tas-sistema applikabbli għall-assistenti parlamentari akkreditati humiex ta' riskju għat-trasparenza u l-indipendenza tal-funzjoni pubblika Ewropea inifisha. Fil-fatt, ta' minn nevalwaw x'konsegwenzi jista' jkun hemm għall-kategoriji l-oħrajn ta' uffiċjali u aġenti bil-ħolqien ta' kategorija kompletament partikolari, fil-qafas tar-regoli fundamentali li jirregolaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, li mhix suġġetta għall-istess prinċipji ta' indipendenza, lealtà istituzzjonali, mertu oġġettiv, effikaċja u trasparenza. Ċerti emendi tar-rapport għandhom l-iskop li jiggarantixxu l-impermeabilità bejn iż-żewġ sistemi anke fl-istess qasam: dawn huma l-emendi għall-Premessa 7 (li teskludi kwalunkwe privileġġ tal-assistenti għall-aċċess għall-funzjoni pubblika ewropea jew a kwalunkwe status ta' aġent tal-Komunità) u għall-Artikolu 140 (3)(a), li jeskludi li l-esperjenza ta' assistent titqies valida għall-kunċett ta' "snin ta' servizz" normalment applikat għall-aġenti temporanji.
F'dak li jirrigwarda s-sistema dixxiplinarja applikabbli tal-kategoriji l-oħrajn tal-istaff, iridu jiġu previsti regoli partikolari għall-adozzjoni fil-qafas tal-miżuri ta' implimentazzjoni interni sabiex din is-sistema tkun kompatibbli mal-partikolaritajiet speċifiċi ta' dan it-tip ta' kuntratt. L-emenda għall-Artikolu 140(3) taqdi dan il-għan.
Ir-rappreżentanza tal-assistenti minn Trejdjujins jistħoqqilha attenzjoni partikolari. L-emendi għall-Premessa 11(a) u għall-Artikolu 126(2) jipprevedu rappreżentanza separata tal-assistenza, indipendenti indipendenti tal-Kumitat għall-Istaff tal-Parlament, iżda, fl-istess waqt jistabbilixxu rabta bejn it-tnejn.
Ċerti emendi, bħal dawk relatati mal-miżuri ta' implimentazzjoni interna jew dawk li diġà ssemmew dwar id-denominazzjoni taż-żewġ kategoriji ta' assistenti, għandhom biss l-għan li jtejbu l-koerenza legali tat-test.
Qed jiġi propost li il-perjodu ta' prova, li jissemma fl-Artikolu 120, jitneħħa għaliex jidher li huwa superfluwu. B'mod partikolari, ir-rapport dwar in-nuqqas ta' kwalifikazzjoni ta' assistent ma jkunx ħlief piż burokratiku żejjed, meta wieħed iqis li jista' jintuża l-mekkaniżmu ta' tmiem tal-kuntratt kif msemmi fl-Artikolu 140(d).
Bl-emendi approvati mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-proposta tal-Kummissjoni tippermetti l-implimentazzjoni tas-sistema għall-assistenti parlamentari akkreditati, u tista' tiggarantixxi aħjar il-funzjoni sovrana u awtonoma tal-Parlament u tal-Membri Parlamentari. Barra minn dan, ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 2, kif emendat, li l-Parlament għandu jippreżenta sa mhux tard mill-31/12/2011, jippermetti konklużjoni aktar preċiża dwar is-sistema attwali u jippermetti proposti eventwali ta' modifika li jkunu meħtieġa.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (11.11.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej
(COM(2008)0786 – C6‑0000/2008 – 2008/0224(CNS))
Rapporteur: Janusz Lewandowski
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-kwistjoni tar-Regoli ġodda għall-għajnuna parlamentari kienet karatteristika ewlenija tal-proċedura għall-baġit 2009 tal-Parlament Ewropew. It-taħditiet bejn il-Bureau, il-Kumitat għall-Baġits u s-Segretarju Ġenerali bdew minn Frar 2008 b'analiżi preliminari ta' liema miżuri jistgħu jkunu meħtieġa.
Sussegwentement, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-linji gwida baġitarji għall-2009 (f'Marzu 2008) kif ukoll l-Estimi baġitarji tiegħu (jiġifieri l-abbozz ta' baġit preliminari tal-Parlament ta' Mejju 2008) it-tnejn kien fihom dikjarazzjonijiet ċari rigward l-urġenza politika u baġitarja li l-Parlament jorbot mas-soluzzjoni din il-kwistjoni.
Fil-Ħarifa, wara taħditiet oħra fil-qafas ta' eżerċizzju pilota ta' aktar koperazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits, u l-laqgħa uffiċjali ta' konċiljazzjoni dwar il-baġit bejn iż-żewġ entitajiet, intlaħaq ukoll ftehim (newtrali fir-rigward tal-baġit b'referenza għas-sitwazzjoni preċedenti) fir-rigward tal-ispejjeż marbuta direttament mal-assistenti parlamentari.
Teknikament, sabiex tkun iffaċilitata implimentazjzoni bla xkiel, l-awtorità baġitarja esprimiet ukoll il-qbil tagħha sabiex in-nomenklatura tal-baġit tiġi mmodifikata kemm kemm sabiex ċerta kategorija ta' trasferimenti interni fil-ġejjieni jistgħu jsiru mill-President tal-Parlament Ewropew, strettament skont l-għadd ta' assistenti li, fi kwalunkwe żmien, jaqgħu taħt ir-reġim tad-dispożizzjonijiet il-ġodda.
Wieħed għandu jinnota wkoll li l-abbozz ta' baġit fih ukoll 15-il post amministrattiv ġdid (5 minnhom bħala riżervi) li jikkonċernaw l-implimentazzjoni amministrattiva tal-iskema l-ġdida.
Meta f'Ottubru 2008 ġie adottat l-ewwel qari tal-baġit 2009, il-Kumitat għall-Baġits u l-Plenarja, għal darb'oħra, talbu mill-ġdid soluzzjoni rapida.
Ir-Rapporteur għal opinjoni tagħkom jemmen li l-prinċipji tal-immaniġġjar finanzjarju sod u l-istrateġija msemmija hawn fuq tan-newtralità baġitarja għandhom ikunu enfasizzati wkoll fil-proposta leġiżlattiva. Jikkonkludi wkoll li l-proposta attwali għandha tkun kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali għall-2007-2013.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 2 a (new) | |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva |
Emenda |
|
2a. Iqis li l-ammonti finanzjarji mniżżla fil-proposta leġiżlattiva huma konformi mal-limitu massimu tal-intestatura 5, in-nefqa amministrattiva, tal-qafas finanzjarju multiannwali, |
Ġustifikazzjoni | |
Skont ir-Regoli ta' Proċedura, il-kompatibilità finanzjarja tal-proposti leġiżlattivi għandha tkun eżaminata. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 8 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
8a. Id-deċiżjoni interna (regoli ta' implimentazzjoni) tal-Parlament Ewropew se tistabbilixxi regoli oħra għall-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, fuq il-bażi tal-prinċipju tal-immaniġġjar finanzjarju sod kif stipulat fit-Titolu II tar-Regolament Finanzjarju1, |
|
1 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1). |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jkun stabbilit qafas ċar u trasparenti, fil-Parlament innifsu, għall-implimentazzjoni sussegwenti ta' dan ir-regolament. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 10 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10a. L-ammonti annwali meħtieġa se jkunu ddeterminati fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, |
Ġustifikazzjoni | |
Prerogattiva tal-awtorità baġitarja. |
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej |
||||||
Referenzi |
COM(2008)0000 – C6-0000/2008 – 2008/0000(...) |
||||||
Kumitat responsabbli |
JURI |
||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG0.0.0000
|
||||||
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
0.0.0000 |
||||||
Rapporteur Data tal-ħatra |
Janusz Lewandowski 5.11.2008 |
||||||
Rapporteur preċedenti |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
11.11.2008 |
|
|
|
|
||
Data tal-adozzjoni |
11.11.2008 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
190 0
|
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Reimer Böge, Simon Busuttil, Paulo Casaca, Salvador Garriga Polledo, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Ville Itälä, Anne E. Jensen, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Jan Mulder, Margaritis Schinas, Nina Škottová, Helga Trüpel, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Esther De Lange |
||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||
PROĊEDURA
Titolu |
li jemenda r-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0000 – C6-0000/2008 – 2008/0000(...) |
|||||||
Date of consulting Parliament |
19.11.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Date announced in plenary |
JURI 20.11.2008 |
|||||||
Committee(s) asked for opinion(s) Date announced in plenary |
BUDG 20.11.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Date appointed |
Giuseppe Gargani 3.11.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
17.11.2008 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
4.12.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 1 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Giulietto Chiesa, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Neena Gill, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Diana Wallis, Rainer Wieland, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Costas Botopoulos, Sharon Bowles, Mogens Camre, Jean-Paul Gauzès, Georgios Papastamkos, József Szájer, Ieke van den Burg, Renate Weber |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Martine Roure, Andreas Schwab, Sahra Wagenknecht |
|||||||