RAPPORT dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
8.12.2008 - (16263/2008 – C6‑0462/2008 – 2008/2311(BUD))
Taqsima III – Kummissjoni
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Kyösti Virrankoski
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Kummissjoni
(16263/2008 – C6‑0462/2008 – 2008/2311(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, adottat b'mod definittiv fit-13 ta' Diċembru 2007[2],
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida[3],
– wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 10/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-31 t'Ottubru (COM(2008)0693),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 9/2008, imħejji mill-Kunsill fis-27 ta' Novembru 2008 (16263/2008 – C6‑0462/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6‑0487/2008),
A. billi l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9 għall-baġit ġenerali jkopri l-punti li ġejjin:
- Żieda netta fil-previżjonijiet tad-dħul (EUR 1 198,7 miljun) wara r-reviżjoni tal-previżjonijiet ta' riżorsi proprji u dħul ieħor;
- Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-linji tal-baġit taħt l-intestaturi 1a, 1b, 2, 3b u 4 (EUR 4 891,3 miljun), wara li jitqies it-tqassim mill-ġdid propost fit-trasferiment globali;
- L-inklużjoni tal-aspetti baġitarji marbuta mal-finanzjament tal-Faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-2008, kif jirriżultaw mid-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2008 dwar il-finanzjament tal-Faċilità għall-Ikel,
B. billi l-iskop tal-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008 huwa li jdaħħal formalment dan l-aġġustament baġitarju fil-baġit għall-2008,
C. billi l-Kunsill adotta l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 10/2008 bħala l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008, wara li kien ikkanċellat l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 8/2008,
1. Jieħu nota tal-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 10/2008;
2. Japprova l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008 mingħajr emendi;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 37 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tippreżenta Abbozz Preliminari ta' Baġit ta' Emenda jekk ikun hemm "ċirkustanzi inevitabbli, eċċezzjonali jew mhux previsti". Wara l-Konċiljazzjoni baġitarja tal-21 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill ħabbar li mhux ser jadotta l-Abbozz li Jemenda l-Baġit 8/2008. B’konsegwenza ta' dan, l-Abbozz Preliminari ta' Baġit ta' Emenda 10/2008 sar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008.
Adottat mill-Kummissjoni fil-31 t'Ottubru 2008, dan il-baġit ta' emenda oriġinarjament kellu biss l-għan li jnaqqas l-approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-linji tal-baġit taħt l-intestaturi 1A, 1B, 2, 3B u 4, għal total ta' EUR 4 891,3 miljun, u li jdaħħal żieda netta ta' dħul ta' EUR 1 200 fil-baġit. Issa qed iservi wkoll għall-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-"faċilità għall-ikel" matul il-proċedura tal-baġit 2009, f'dak li għandu x'jaqsam mal-2008 (il-faċilità għall-ikel tkopri l-2008, l-2009 u l-2010).
Rigward il-punti differenti tal-Abbozz ta' Baġit ta' Emenda Nru 9/2008, ir-rapporteur tagħkom jixtieq jagħmel l-kummenti li ġejjin:
I. Tnaqqis ta' pagamenti
Il-parti l-kbira tal-bilanċ żejjed tikkonċerna l-Intestatura 1B (EUR 4,5 biljun). Waqt id-diskussjoni fil-COBU ssemma t-tħassib dwar ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni, waqt li oħrajn insistew li r-regoli għandhom ikunu rrispettati. It-tnaqqis fil-PA jikkonċerna l-Fondi Strutturali kollha:
Linja tal-baġit |
Fond |
Bidla (EUR miljun) |
|
04 02 17 |
ESF — Konverġenza |
-649 702 522 |
|
04 02 19 |
ESF — Kompetittività reġjonali u l-impjieg |
-965 000 000 |
|
13 03 16 |
ERDF — Konverġenza |
-1 127 000 000 |
|
13 03 18 |
ERDF — Kompetittività reġjonali u l-impjieg |
-200 000 000 |
|
13 03 19 |
ERDF — Kooperazzjoni territorjali Ewropea |
-158 000 000 |
|
13 04 02 |
Fond ta' Koeżjoni |
-1 415 000 000 |
|
Total tal-Intestatura 1b |
|
-4 514 702 522 |
|
Fir-rapport annwali reċenti tagħha, il-Qorti tal-Awdituri ddikjarat, bħal fi snin preċedenti, li l-politiki ta' koeżjoni (42 biljun) huma l-qasam li fih isiru l-iktar żbalji. Wara l-istima tal-kampjun li ħadet il-Qorti, tal-inqas 11% tal-valur tal-klejms ta' spejjeż li kienu rimborsati ma kellhomx jitħallsu.
Ir-riduzzjoni kbira ta' EUR 4,9 biljun ta' approprjazzjonijiet li ma ntefqux ifisser li dawn se jingħataw lura lill-Istati Membri.
Fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru, id-delegazzjoni tal-PE esprimiet tħassib kbir rigward l-implimentazzjoni verament baxxa tal-politiki tal-UE għall-koeżjoni iżda wkoll għall-prijoritajiet oħra tal-PE. Kien hemm ftehim dwar dikjarazzjoni konġunta u wkoll dwar dikjarazzjoni unilaterali mill-PE (ara l-anness).
II. Faċilità għall-Ikel
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008, ftiehmu permezz ta' dikjarazzjoni konġunta li jipprovdu parti mill-finanzjament għall-"Faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw" (l-hekk-imsejħa "faċilità għall-ikel").
In konklużjoni, rigward il-Baġit 2008, l-approprjazzjonijiet se jkunu disponibbli mir-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza għal total ta' EUR 262 miljun, li minnhom hemm 22 miljun mill-approprjazzjonijiet li għadhom disponibbli fil-baġit 2008, u 240 miljun minn żieda ta' darba fl-ammont għar-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza li se tkun ibbaġitjata fl-2008. L-ammont totali ta' EUR 262 miljun huwa s-suġġett tat-talba ta' trasferiment DEC 45/2008 li għandha l-għan li ċċaqlaq l-approprjazzjonijiet mir-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza lejn il-linja l-ġdida tal-Faċilità għall-Ikel. Għaldaqstant, f'dan l-abbozz ta' baġit ta' emenda se tinħoloq entratura pro memoria (p.m.) - artikolu tal-baġit 21 02 03 Rispons rapidu għaż-żidiet fil-prezz tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
III. Konklużjoni
Ir-rapporteur tagħkom jirrakkomanda li l-abbozz ta' baġit ta' emenda jkun adottat mingħajr emenda.
ANNESS
3. Implimentazzjoni tal-politika ta' Koeżjoni
"Mingħajr ma jiġu preġudikati l-proposti futuri mill-Kummissjoni fil-kuntest tar-rallentament ekonomiku, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni:
- Jirrikonoxxu li, bil-ħsieb tal-isfidi li r-rallentament ekonomiku attwali jirrapreżenta, l-ekonomija tista' tibbenefika mill-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali maqbul għall-2007-2013;
- Jirrikonoxxu li, taħt il-qafas ta' kontroll stabbilit, il-pagamenti interim ma jistgħux isiru sakemm is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri jkunu ġew iġġudikati bħala konformi mar-rekwiżiti u, fir-rigward tal-proġetti prinċipali, sakemm tali proġetti jkunu ġew adottati mill-Kummissjoni;
- Iħeġġu lill-Istati Membri jippreżentaw deskrizzjoni tas-sistemi tagħhom ta' ġestjoni u ta' kontroll u l-valutazzjonijiet ta' konformità mill-aktar fis possibbli sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tibda l-analiżi tagħhom malajr.
F'dan il-qafas, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill:
- Jistiednu lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa, fil-qafas legali eżistenti, biex tivvaluta malajr l-aktar aspetti kritiċi tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll (MCS - management and control systems), biex ikunu jistgħu jinbdew il-pagamenti interim;
- Jistiednu lill-Kummissjoni taċċellera l-analiżi tal-applikazzjonijiet għal proġetti ewlenin sabiex tiffaċilita l-bidu tagħhom u l-pagamenti interim relatati;
- Jistiednu lill-Kummissjoni tikkoopera mill-qrib mal-Istati Membri sabiex ikun hemm ftehim rapidu dwar l-aspetti kollha ta' konformità tal-MCS;
- Jilqgħu l-informazzjoni regolari mill-Kummissjoni lill-awtorità tal-baġit permezz ta' tabelli rikapitulattivi dwar l-MCS u l-proġetti prinċipali;
- Jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta rapport ta' kull xahar lill-awtorità tal-baġit dwar l-approvazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u l-proġetti ewlenin kif ukoll il-livell ta' eżekuzzjoni tal-pagamenti interim għal kull Stat Membru;
- Jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni flimkien mal-ABE għall-fini tal-proċeduri baġitarji u ta' approvazzjoni;
- Jistiednu lill-Qorti tal-Awdituri u lill-awtorità ta' approvazzjoni biex waqt il-valutazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi tal-UE jieħdu kont ta' din il-kwistjoni, kif ukoll tan-natura pluriennali tal-attività ta' kontroll tal-Kummissjoni.
Il-Parlament Ewropew jirrikonoxxi li huma meħtieġa titjib strutturali u miżuri ta' simplifikazzjoni biex tiġi evitata sottoimplimentazzjoni rikorrenti u biex jiġi żgurat li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiżviluppaw b'mod ordinat b'paragun mal-approprjazzjonijiet ta' impenn, kif imfakkar mir-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri."
* * *
"2. Ħlasijiet u implimentazzjoni tal-politika ta' Koeżjoni
"Il-Parlament Ewropew jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-livell baxx ħafna ta' ħlasijiet, ferm aktar baxxi mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF), li ma jikkorispondix mal-isfidi reali tal-Unjoni Ewropea f'sitwazzjoni ta' kriżi ekonomika.
B'mod partikolari, huwa jesprimi tħassib serju dwar il-livell baxx u inaċċettabbli tal-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-politika ta' Koeżjoni, għalkemm din tikkostitwixxi waħda mill-linji ta' politika fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Jappella lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dawn l-approprjazzjonijiet, biex jadottaw il-miżuri kollha possibbli biex jiżguraw l-implimentazzjoni adegwata tagħha."
PROĊEDURA
Titolu |
Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Kummissjoni |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0693 - 16263/2008 – C6-0462/2008 – 2008/2311(BUD) |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG4.12.2008
|
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
|
|
|
|
|||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Kyösti Virrankoski 13.12.2006 |
|||||||
Rapporteur(s) preċedenti |
James Elles |
|||||||
Data tat-tħejjija tal-abbozz tal-baġit ta' emenda mill-Kunsill |
27.11.2008 |
|||||||
Data meta l-Kunsill bagħat l-abbozz tal-baġit ta' emenda |
0.0.0000 |
|||||||
Eżami fil-kumitat |
2.12.2008 |
|
|
|
|
|||
Data tal-adozzjoni |
2.12.2008 |
|||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali: |
+: –: 0: |
17 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Reimer Böge, Ville Itälä, Janusz Lewandowski, Margaritis Schinas, László Surján, Costas Botopoulos, Paulo Casaca, Brigitte Douay, Szabolcs Fazakas, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Vladimír Maňka, Ralf Walter, Anne E. Jensen, Kyösti Virrankoski, Marusya Ivanova Lyubcheva, Gianluca Susta. |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
|||||||
Data tat-tressiq |
|
|||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)
|
|
|||||||