RAPPORT dwar il-kontroll baġitarju tal-fondi tal-UE fl-Afganistan

9.12.2008 - (2008/2152(INI))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Véronique Mathieu

Proċedura : 2008/2152(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0488/2008
Testi mressqa :
A6-0488/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kontroll baġitarju tal-fondi tal-UE fl-Afganistan

(2008/2152(INI))

Il-Parlament Ewropew,

- –   wara li kkunsidra l-bosta riżoluzzjonijiet anterjuri tiegħu dwar l-Afganistan u, b'mod partikolari, ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2008[1],

- wara li kkunsidra l-konferenzi ta' Bonn fl-2001, ta' Tokyo fl-2002 u ta' Berlin fl-2004, li matulhom in-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea u l-komunità internazzjonali ħadu l-impenn li jagħtu għajnuna internazzjonali li Tammonta għal iktar minn EUR 8 000 000 000 lill-Afganistan; wara li kkunsidra l-konferenza ta' Londra fl-2006, li matulha ġie ffirmat il-''Patt għall-Afganistan'',

- wara li kkunsidra l-istrateġija nazzjonali tal-iżvilupp, li tnediet fil-bidu tal-2008 mill-Gvern tal-Afganistan u li tikkostitwixxi wkoll l-istrateġija ta' tnaqqis tal-faqar tal-pajjiż,

- wara li kkunsidra l-konferenza ta' Pariġi fit-12 ta' Ġunju 2008, li matulha l-pajjiżi donaturi wegħdu iktar minn USD 21 000 000 000 f'għajnuna lill-Afganistan,

- wara li kkunsidra l-impenji meħuda mill-Unjoni matul il-konferenza ta' Pariġi msemmija hawn fuq dwar l-effikaċja tal-għajnuna lill-Afganistan, kif ukoll il-kodiċi ta' mġiba tal-Unjoni Ewropea adottat fl-2007,

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2008 li fiha l-osservazzjonijiet li huma parti integrali mid-deċiżjoni rigward il-kwittanza dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, taqsima III – Kummissjoni[2], u partikolarment il-paragrafi 181 sa 200 tagħha (azzjonijiet esterni, għajnuna umanitarja u żvilupp),

- wara li kkunsidra Dokument ta’ Strateġija għall-Pajjiż 2003-2006 adottat mill-Kummissjoni bi qbil mal-Parlament li enfasizza l-istabilità u t-tnaqqis tal-faqar,

- wara li kkunsidra Dokument ta’ Strateġija għall-Pajjiż 2007-2013 u l-Programm Indikattiv Pluriennali (MIP) 2007 - 2010 adottati mill-Kummissjoni bi qbil mal-Parlament, li jipprevedu ammont ta' EUR 610 000 000 għar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan matul is-snin finanzjarji ta’ bejn l-2007 u l-2010,

- wara li kkunsidra l-missjoni tad-delegazzjoni tiegħu li marret l-Afganistan mis-26 ta' April sal-1 ta' Mejju 2008 biex teżamina l-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-għajnuna Komunitarja u internazzjonali, u r-rapport tal-missjoni relatat magħha,

- wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[3], u partikolarment l-Artikolu 53 u r-regoli tal-implimentazzjoni tiegħu,

- wara li kkunsidra l-Artikoli 285 sa 287 tat-Trattat dwar it-Tħaddim tal-Unjoni Ewropea[4] dwar il-Qorti tal-Awdituri kif ukoll l-Artikolu 310 sa 325 tal-istess Trattat dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji, li se jidħlu fis-seħħ wara li jintemm il-proċess ta' ratifikazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona li jimmodifika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea[5],

- wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta' Mejju 1999, dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)[6],

-    wara li kkunsidra l-Għanijiet tal-Iżvilupp għall-Millenju (MDGs) u l-objettivi stipulati fid-Dikjarazzjoni tal-Millenju adottata min-Nazzjonijiet Uniti fit-Settembru 2000 u ffirmata minn 189 pajjiż,

-    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument finanzjarju għall-koperazzjoni fl-iżvilupp (Strument għall-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI))[7],

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0488/2008),

A.  billi l-Afganistan jinsab fi stat ta' kunflitt jew ta' gwerra kważi permanenti sa minn bosta għexieren ta' snin, u li minbarra t-traffikar tad-droga u l-korruzzjoni li teżisti iżda li għadha mhix attiva, li tinsab fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni, il-gvern ċentrali sa minn dejjem ilu jbati minn strutturi dgħajfa kif ukoll minn nuqqas ta' kapaċità, ta' għarfien espert u minn mezzi kroniċi li mhumiex biżżejjed, peress li d-dħul tal-baġit tal-Istat ikopri appena 30% mill-infiq totali,

B.   billi s-sitwazzjoni serja li jinsab fiha l-Afganistan teħtieġ titjib malajr fl-iggvernar, billi jinħoloq stat iktar b'saħħtu u li jkun kapaċi jiżgura lill-popolazzjoni s-sigurtà u r-rispett tal-liġijiet kif ukoll joħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiż,

C.  billi, fis-sitwazzjoni attwali ta' tnaqqis ekonomiku globali, huwa partikolarment importanti li jkun żgurat il-kontroll effettiv tal-finanzjament tal-UE għall-koperazzjoni għall-iżvilupp,

D.  billi l-Artikolu 25(1)(b) tad-DCI jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-provvediment tal-appoġġ baġitarju lill-pajjiżi msieħba,

E.   billi r-responsabilità, it-trasparenza u l-ġestjoni mmirata biex tikseb ir-riżultati huma fost il-prinċipji li jiggwidaw il-koperazzjoni għall-iżvilupp skont diversi konvenzjonijiet internazzjonali inkluża d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effettività tal-Għajnuna (“id-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi”),

F.   billi fl-Afganistan 90 % tal-flus pubbliċi ġejjin mill-għajnuna internazzjonali, li juri l-livelli għoljin ta' bżonn ta' u ta' dipendenza fuq l-għajnuna li għandu dan il-pajjiż,

It-tqassim tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea

1.   Jenfasizza li l-UE hija waħda mid-donaturi prinċipali tal-għajnuna għall-iżvilupp u tal-assistenza umanistarja li għandu l-Afganistan; ifakkar li l-Kummissjoni, li għandha delegazzjoni li tinsab f'Kabul sa mill-2002, bejn l-2002 u l-2007, tat għajnuna globali li tammonta għal EUR 1 400 000 000 (inklużi EUR 174 000 000 f’għajnuna umanitarja), u li s’issa diġà tħallset is-somma ta’ madwar EUR 1 150 000 000, li tirrappreżenta rata ta' għolja żborż ta' 81.5%;

2.   Jinnota li l-għajnuna tal-Unjoni hija magħmula minn għajnuna diretta u min għajnuna indiretta, u li bejn l-2002 u l-2007, l-għajnuna Komunitarja diretta, li tirrappreżenta 70% (EUR 970 000 000) tal-għajnuna Komunitarja totali, ġiet implimentata direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni fil-forma ta' konvenzjonijiet ta' finanzjament mal-Istat tal-Afganistan, kuntratti ma' min jipprovdi s-servizzi, provvisti u xogħol jew konvenzjonijiet mhux governattivi Ewropej jew lokali, u li l-għajnuna indiretta hija mmexxija essenzjalment min-Nazzjonijiet Uniti (13% tal-fondi) u mill-Bank Dinji (17% tal-fondi);

Oqsma ta’ prijorità għall-għajnuna

3.   Ifakkar li d-Dokument ta’ Strateġija għall-Pajjiż (CSP) tal-Kummissjoni għall-perjodu 2003-2006, kellu l-għan li jitwaqqfu kundizzjonijiet neċessarji għall-iżvilupp sostenibbli u li jitnaqqas il-faqar u li kien iffokat fuq il-prijoritajiet sussegwenti: iforma tal-amministrazzjoni pubblika (EUR 212 000 000); ġlieda kontra d-droga (EUR 95 000 000); sikurezza tal-ikel (EUR 203 000 000); infrastruttura (EUR 90 000 000); saħħa (EUR 50,000,000); refuġjati (EUR 38,000,000); azzjonijiet ta' tneħħija tal-mini kontra l-bniedem (EUR 47 200 000); għall-perjodu 2007-2013, is-CSP għall-Afganistan jipproponi żewġ objettivi prijoritarji fuq medda twila ta' żmien, jiġifieri l-iżvilupp sostenibbli u l-ġlieda kontra l-faqar;

4.   Jinnota li, bil-għan li jintlaħqu dawn iż-żewġ objettivi prijoritarji għall-perjodu twil 2007-2013, l-oqsma li ngħataw l-iżjed attenzjoni fl-allokazzjoni tal-għajnuna huma l-iggvernar, l-iżvilupp rurali u s-saħħa filwaqt li oqsma oħrajn ta' intervenzjoni huma definiti fil-livell tal-protezzjoni soċjali, il-koperazzjoni reġjonali u l-azzjonijiet ta' tneħħija tal-mini kontra l-bniedem;

5.   Ifakkar li l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa huma rikonoxxuti bħala kwistjonijiet importanti ħafna, kemm fl-istrateġija nazzjonali għall-iżvilupp tal-Gvern Afgan u kemm fis-CSP 2007-2013, li jispjega li d-dimensjoni tal-ġeneru se tkun parti integrali tal-ippjanar fit-tliet oqsma prijoritarji;

6.  Sabiex jiżdiedu l-allokazzjonijiet għall-objettivi ta' prijorità għat-tul tal-UE għall-Afganistan, jiġifieri l-iżvilupp sostenibbli u l-ġlieda kontra l-faqar, jistieden lill-Kummissjoni tbiddel, matul il-kors tal-abbozzar tal-Programm Indikattiv Pluriennali (MIP) 2010-2013, it-tqassim tal-fondi Komunitarji bejn it-tliet zoni fokali prinċipali u t-tliet zoni non-fokali, kif ukoll li tħares lejn l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-għajxien alternattiv li jagħtu l-kontribut tagħhom għat-tnaqqis tal-faqar u t-tħaffif tal-bidla minn ekonimija msejsa fuq l-oppju għal sistema ekonomika u soċjali alternattiva; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid l-allokazzjonijiet għall-oqsma tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-infrastruttura; ifakkar ukoll fl-impenn tal-Unjoni Ewropea dwar il-ksib tal-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju;

Bilanċ tal-użu tal-fondi tal-Unjoni Ewropea

7.   Ifakkar li l-laqgħat li saru mid-delegazzjoni msemmija hawn fuq fl-Afganistan enfasizzat żewġ problemi ewlenin fil-proċess tat-tqassim tal-għajnuna internazzjonali: il-kapaċità dgħajfa ta' assorbiment tal-pajjiż fil-livell ekonomiku u f'dak amministrattiv u n-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn id-donaturi u l-awtoritajiet tal-Afganistan;

8.   Iqis li n-nuqqas ta' koordinazzjoni huwa marbut man-nuqqas ta' strutturi governattivi u mal-fatt li ma teżistix strateġija governattiva reali; Fil-fatt, l-awtoritajiet governattivi u r-responsabbli politiċi tal-Afganistan ma jistgħux jiġu eżentati mir-responsabbiltajiet tagħhom fit-tmexxija tal-kwistjonijiet ġenerali tal-pajjiż, la minħabba nuqqas ta' orjentament strateġiku u lanqas minħabba l-fatt li tiġi allokata lilhom ġestjoni ta' għotjiet finanzjarji ta' daqs kbir; josserva wkoll li l-multipliċità tad-donaturi u r-rieda tagħhom li jaffermaw il-viżibilità tagħhom spiss iwasslu għal strateġiji nazzjonali iżolati, u f'ċerti każijiet saħansitra għal impjieg doppju bejn il-bosta ministeri nazzjonali; iqis li dan in-nuqqas ta' koordinazzjoni, filwaqt li ffavorixxa l-korruzzjoni, ikkontribwixxa fit-tbatija tar-rikostruzzjoni tal-pajjiż;

9.   Ifakkar li l-Patt Afgan konkluż bejn ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan u l-komunità internazzjonali fl-okkażjoni tal-Konferenza ta' Londra fl-2006 huwa l-qafas li jorbot reċiprokament għar-rikostruzzjoni u l-bini tal-istat fl-Afganistan;

10. Ifisser it-tħassib tiegħu dwar il-kwalità fqira tal-amministrazzjoni tal-fondi ta' assistenza mill-amministrazzjoni ċentrali Afgana u n-nuqqas ta' trasparenza fit-treġija ta' din l-assistenza; jikkunsidra li jkun ta' importanza primarja li l-MIP 2010-2013 li jmiss jieħu in kunsiderazzjoni r-riżultati konkreti tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u li jadatta l-assistenza tal-UE skont l-istess riżultati;

11. Iqis li l-gvern tal-Afganistan għandu jistabbilixxi t-twaqqif tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-traffikar tad-drogi bħala waħda mill-prijoritajiet politiċi tiegħu; iqis li mingħajr governanza adegwata, ma jista' jsir l-ebda progress sostenibbli fl-Afganistan;

12. Josserva, madankollu, li minkejja dawn in-nuqqasijiet strutturali, ir-rieda tal-komunità internazzjonali u tal-gvern tal-Afganistan ippermettew li jsir titjib fil-livell tal-għajxien tal-popolazzjonijiet;

13. Ifakkar li l-missjoni tad-delegazzjoni tiegħu tat opinjoni favorevoli dwar ir-rilevanza tal-għażla tal-għajnuna mogħtija mill-Unjoni, permezz tal-azzjoni tal-Kummissjoni;

14. Iqis b'mod partikolari li s-setturi tal-kura tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-infrastruttura (partikolarment tat-toroq) ipproduċew riżultati promettenti minn meta tneħħew mir-reġim tat-Taliban, meta jitqiesu t-tnaqqis sinifikanti tal-mortalità fit-tfal (minn 22% fl-2001 għal 12.9% fl-2006), il-perċentwali ogħla ta' Afgani li għandhom aċċess dirett għall-kura tas-saħħa primarja (65% fl-2006 meta mqabbla ma' 9% fl-2001)), l-ewwel sinjali pożittivi ta' żvilupp fil-qasam tal-edukazzjoni u inizjattivi favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

15. Ifakkar fid-diskriminazzjoni partikularment ħarxa li sofrew in-nisa fl-Afganistan taħt ir-reġim tat-Talibani u sussegwentement jikkundanna kwalunkwe prattika legali, kulturali u reliġjuża li tiddiskrimina kontra n-nisa, teskludihom mill-ħajja pubblika u politika u żżommhom issegregati fil-ħajja tagħhom ta' kuljum; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiġġieled kontra dawn il-prattiki fil-ħidma għall-iżvilupp kollha tagħha fil-pajjiż;

16.     Jenfasizza l-importanza li jkunu miġġielda l-forom kollha ta' xogħol mit-tfal, tat-traffikar ta' u vjolenza kontra t-tfal u tat-titjib tal-ħarsien soċjali għall-minuri fl-Afganistan; jitlob programmi biex jinkoraġġixxu lit-tfal biex jattendu l-iskola, inkluż il-provvediment tal-ħlas tal-miżati tal-iskejjel u ta' programmi alimentari fl-iskejjel;

17. Jinnota l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex jiġu valorizzati bl-aħjar mod l-attivitajiet tagħha mal-imsieħba Afgani tagħha, iżda jiddeplora n-nuqqas kważi totali ta' appoġġ min-naħa tal-Istati Membri lill-Kummissjoni fl-intenzjoni tagħha li jiġu identifikati l-proġetti; Iqis li, meta jitqiesu l-mezzi ġuridiċi fir-rigward tas-sistema ta' kontroll tal-għajnuna Komunitarja diretta u indiretta tal-ftehimiet iffirmati mill-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-għajnuna Komunitarja esterna mogħtija permezz ta' fondi fiduċjarji b'bosta donaturi, il-Kummissjoni għandha biżżejjed mezzi ġudizzjarji biex tiddefendi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fl-Afganistan, u jistenna li hija tagħmel lista tat-tipi ta' irregolaritajiet osservati fl-Afganistan stess; 13. Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri, billi tapplika l-istess mezzi, tista' wkoll twettaq kontrolli fl-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati;

18. Iqis li, meta jitqiesu l-mezzi ġuridiċi fir-rigward tas-sistema ta' kontroll tal-għajnuna Komunitarja diretta u indiretta tal-ftehimiet iffirmati mill-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-għajnuna Komunitarja esterna mogħtija permezz ta' fondi fiduċjarji b'bosta donaturi (MDTFs), il-Kummissjoni għandha biżżejjed mezzi ġudizzjarji biex tiddefendi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fl-Afganistan; jistenna li hija tagħmel lista tat-tipi ta' irregolaritajiet osservati fl-Afganistan stess:

19. Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA), billi tapplika l-istess mezzi, tista' wkoll twettaq kontrolli fl-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati;

20. Ifakkar fl-aħħarnett li kemm l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll il-Bank Dinji għandhom sistema ta' governanza elaborata, paragunabbli għal dik li teżisti fi ħdan il-Kummissjoni, b'entitajiet speċjalizzati fil-ġestjoni finanzjarja, il-verifika interna, il-kontrolli, il-verifika esterna, is-segwitu tal-kuntratti u l-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet;

21. Ifaħħar l-iżviluppi reċenti fil-koperazzjoni bejn in-NU, fost organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea rigward il-monitoraġġ tal-finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp; jitlob li l-proċess tat-titjib jissaħħaħ iktar fil-futur qrib;

22. Jenfasizza l-ħtieġa ta' monitoraġġ aktar qawwi tal-implimentazzjoni tal-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE; jistieden lin-NU u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra li jamministraw il-fondi tal-UE biex jikkoperaw bis-sħiħ mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mal-Uffiċċju Ewropew ta' kontra l-Frodi (OLAF) , kif ukoll mal-Unità ta' Spezzjoni Konġunta tan-NU;

23. Jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tgħin lill-Afganistan u jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn fit-tul tagħha biex tgħin lil dan il-pajjiż; isostni isostni li l-Kummissjoni għandha taħdem aktar mill-qrib man-NU u l-Bank Dinji anke permezz ta' koperazzjoni bejn il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri, l-OLAF u l-aġenziji relevanti tan-NU, biex jiġi żgurat li l-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għall-MDTFs tkun immaniġġjata b'mod trasparenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Parlament infurmat b’mod adegwat;

24. Jenfasizza l-ħtieġa li titjieb il-kordinazzjoni tad-donaturi fl-Afganistan, taħt it-tmexxija tal-UNAMA, u jemmen li l-Kummissjoni għandha ssaħħaħ il-koordinazzjoni tal-għajnuna bejn l-Istati Membri tal-UE sabiex titjieb l-effettività u tiżdied il-viżibilità tas-sostenn tal-UE;

Rakkomandazzjonijiet

Il-kordinament u l-viżibilità tal-għajnuna internazzjonali;

25. Iqis li d-deterjorament tas-sigurtà qed jikkawża diffikultajiet kbar għall-istaff tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni f'Kabul u jżid l-ispejjeż amministrattivi tal-implimentazzjoni ta' proġetti appoġġati mill-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-istaff ta' din id-delegazzjoni sabiex ikollha numru ta' nies biżżejjed u bi kwalifiki tajbin, sabiex jagħmlu l-monitoraġġ u l-verifiki u l-kontrolli meħtieġa, fid-dawl tal-kuntest prevalenti fl-Afganistan; jinsisti li l-awtoritajiet ta' Kabul għandu jkollhom rwol iktar importanti fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-iżvilupp, fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, partikularment permezz tat-titjib tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u t-taħriġ tal-awdituri, speċjalment fil-ministeri settorjali u fil-livell lokali;

26. Jinsisti illi l-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb in-nuqqasijiet preokkupanti ta' koordinazzjoni fl-assistenza finanzjarja mogħtija mill-UE lill-Afganistan mhux biss bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni imma wkoll fost l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strateġija li tinvolvi lid-donaturi u lill-awtoritajiet Afgani, imfassla biex ittejjeb il-kundizzjonijiet u l-komunikazzjoni bejniethom;

27. Jenfasizza l-importanza kbira tal-koordinazzjoni tad-donaturi fl-Afganistan u b'mod partikulari l-armonizzazzjoni tal-proċeduri fuq il-bażi tas-sistemi nazzjonali; jinsisti li dawn il-miżuri u miżuri oħra bl-għan li jtejbu l-effettività tal-għajnuna stipulati fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi għandhom ikunu implimentati bis-sħiħ fl-Afganistan.

28. Ifakkar illi l-effikaċja tal-għajnuna huwa prinċipju fundamentali tal-politika ta' żvilupp tal-UE; għaldaqstant, jenfasizza l-importanza tal-aġenda tal-Kummissjoni dwar l-effikaċja tal-għajnuna u jinnota l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni adottati fis-26 ta' Mejju 2008 fir-rigward tal-effikaċja tal-għajnuna tal-UE fl-Afganistan;

29. Filwaqt li jinnota l-intenzjoni li l-finanzjament tal-Kummissjoni għall-kura bażika tas-saħħa jiġi ttrasferit lill-Ministeru Afgan għas-Saħħa, jenfasizza li kwalunkwe żieda fil-finanzjament li tiġi mgħoddija permezz tal-Gvern Afgan trid isseħħ bl-iżvilupp tal-kapaċitajiet u bi kriterji ċari ta' aspettativi, inkluż appoġġ speċifiku għall-governanza demokratika fil-livell subnazzjonali;

30. Għandu dubji dwar kemm hi prattika tajba li l-fondi jingħaddew mill-baġit ċentrali tal-gvern Afgan ("appoġġ għall-baġit") minn fondi fiduċjarji minn bosta donaturi (MDTFs) bil-kontributi mill-baġit tal-Komunità, meta l-Afganistan mhux meqjus li jissodisfa r-rekwiżiti tal-UE għall-parteċipazzjoni diretta fi programm ta' appoġġ għall-baġit; iqis li meta rekwiżiti bħal dawn ikunu ssodisfati, l-appoġġ baġitarju għandu jingħata fuq bażi settorjali;

31. Jiġbed l-attenzjoni għall-Artikolu 25(1)(b) tad-DCI, li jirrikjedi li l-programmi ta' appoġġ baġitarju għandhom ikunu akkumpanjati minn appoġġ għall-isforzi tal-pajjiżi msieħba biex jiżviluppaw kontroll parlamentari u kapaċitajiet ta' verifika u jżidu t-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni; jirrimarka li x-xogħol f'dan il-qasam għandu jsir ukoll meta l-"appoġġ għall-baġit" jingħata minn donaturi oħra jew mill-MDTFs u jenfasizza l-irwol importanti li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jista' jkollhom fil-monitoraġġ ta' appoġġ baġitarju bħal dan;

32. Jenfasizza l-importanza li tkun evalwata l-koperazzjoni Komunitarja fl-Afganistan, kif mitlub mill-Artikolu 33 tad-DCI, li l-evalwazzjonijiet jibdew minn pedamenti sodi, sabiex ikopru l-koordinazzjoni tad-donaturi u jinkludu aspetti tal-attivitajiet realizzati u l-katina tar-riżultati (produzzjoni, riżultati, impatt): jistieden li r-riżultati tal-evalwazzjonijiet jintużaw fil-formulazzjoni ta' azzjonijiet ta' koperazzjoni sussegwenti;

33. Iqis li huwa meħtieġ iktar tisħiħ tal-azzjonijiet u l-programmi bl-għan li jtejjbu l-governanza tajba u l-effettività tal-amministrazzjoni Afgana kif ukoll il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-forom kollha tagħha; jieħu nota tal-isforz li sar mill-Unjoni sabiex tkun ikkontrollata l-korruzzjoni taċ-ċivil Afgan, billi parti mil-linja tal-baġit kienet allokata għat-taħriġ u l-ħlas tal-uffiċjali u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli bit-taħriġ tal-istaff amministrattiv u tal-pulizija; Jitlob li jingħata fl-Afganistan taħriġ simili għall-programmi organizzati mill-OLAF u d-DĠ AIDCO għall-uffiċjali fil-pajjiżi Afrikani, dwar "il-ħarsien u l-ottimizzazzjoni tal-fondi pubbliċi - koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali";

34. Jitlob lill-Gvern Afgan li jiżgura li l-pjan nazzjonali favur l-ugwaljanza bejn is-sessi (NAPWA), li ddaħħal fis-seħħ m’ilux, ikollu riżorsi finanzjarji biżżejjed u li jiddaħħal fis-seħħ b’koperazzjoni mas-soċjetà ċivili u mal-organizzazzjonijiet tan-nisa; jitlob bl-istess mod lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-azzjonijiet tagħha favur l-ugwaljanza bejn is-sessi jkunu trasparenti u kkordinati mal-azzjonijiet analogi mdaħħlin mid-donaturi l-oħra għall-Afganistan; f’dan ir-rigward jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq rapport li jeżamina sa liema punt, s'issa, tqieset l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-ipprogrammar tal-għajnuna finanzjarja globali allokata mill-Unjoni.

Oqsma ta’ prijorità għall-għajnuna;

35. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Istati Membri, issaħħaħ is-setturi ta' intervenzjoni rigward is-sejba ta' soluzzjoni għall-problemi prijoritarji li jaffettwaw il-ħajja ta' kuljum, is-saħħa, is-sigurtà u l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u l-edukazzjoni bażika;

36. Jemmen li l-prijoritajiet stipulati fis-CSP (2007-2013) huma konformi mal-bżonnijiet tas-soċjetà Afgana; jenfasizza l-bżonn li wieħed jiffoka fuq ir-riforma tas-sistema tal-ġustizzja kriminali, inklużi l-pulizija, il-prattiki ta' detenzjoni u l-ġudikatura, biex jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet umani, b'mod partikolari dawk tan-nisa u t-tfal, u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż l-iżvilupp rurali u li tingħeleb il-problema urġenti tal-produzzjoni tal-loppju; jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tidentifika l-governanza u jitlob biex tingħata spinta ġdida lill-ġustizzja tranżitorja b'konformità mal-pjan ta' azzjoni tal-Gvern Afgan għall-paċi, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni;

37. Iħeġġeġ il-bżonn għaż-żieda fl-għajnuna għall-iżvilupp lill-Afganistan, filwaqt li jagħmilha aktar effikaċi; isostni mill-ġdidisostni mill-ġdid li l-assistenza għandha żżid il-kapaċità indiġena u li għandha tkun imqassma b'mod ġust madwar il-pajjiż skont il-ħtiġijiet soċjoekonomiċi evalwati; jinnota r-rakkomandazzjonijiet bl-istess effett magħmula mill-Konferenza ta' Pariġi u r-Rapport tal-ACBAR; iħeġġeġ lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit biex jinkludi evalwazzjoni ta' kemm il-finanzjament għall-EUPOL fl-Afganistan ġie użat b'mod korrett u effettiv;

38. Jiġbed l-attenzjoni rigward żewġ sfidi li jeħtieġ li jiġu affrontati, jiġifieri l-iżvilupp tal-agrikoltura, biex tiġi evitata kriżi umanitarja potenzjali li tista' tkompli tgħarraq is-sitwazzjoni tas-sigurtà li diġà hija ħażina, u l-iżvilupp ta' politiki u programmi li jindirizzaw il-problemi kbar soċjali u ta' saħħa kkawżati mid-dipendenza mid-drogi u li jkunu maħsuba b'mod partikulari għan-nisa u l-familji tagħhom;

Il-kontroll tal-fondi tal-UE

39. Jistenna li l-Kummissjoni ssaħħaħ il-kontrolli tagħha fuq l-effettività tal-ġestjoni tal-għajnuna finanzjarja tal-UE u b'mod iktar partikulari fuq il-kontribut tal-Kummissjoni għall-MDTFs;

40. Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq quddiem il-Parlament rapport annwali li jinkludi evalwazzjoni tal-effettività u l-impatt tal-għajnuna, dikjarazzjoni raġunata ta' assikurazzjoni skont it-tip ta' għajnuna, dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet iffinanzjati u kofinanzjati, kif ukoll informazzjoni dwar il-proporzjon tan-nefqa immonitorjata, skont it-tip t'għajnuna, dwar it-tipi ta' irregolaritajiet identifikati u dwar il-miżuri li ttieħdu;

41. Ifakkar fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, u jinsisti li l-informazzjoni kollha dwar il-każijiet ta' frodi jew irregolaritajiet serji li jkollhom impatt fuq il-fondi Ewropej, tintbagħat b'urġenza lill-OLAF;

42. Jinsisti li l-Kummissjoni u l-OLAF jieħdu inizjattivi bl-għan li jsaħħu r-rabtiet operazzjonali mad-Dipartiment tal-Integrità tal-Bank Dinji, b'mod partikulari fil-qasam tal-finanzjament permezz tal-MDTFs, u jitlob li tingħata attenzjoni partikulari fuq l-għamil ta’ iżjed investigazzjonijiet konġunti jew kkoordinati mal-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti;

43. Jesprimi tħassib kbir dwar ir-riskji li għalihom huwa espost l-istaff li qed jaħdem fil-koperazzjoni għall-iżvilupp fl-Afganistan, enfasizzati mill-mewt, f'Awwissu 2008, ta' erba' membri tal-istaff li kienu jagħmlu xogħol bħal dan; iqis li s-sigurtà taċ-ċivili li jaħdmu fil-qasam tal-għajnuna hija pperikolata mit-tnaqqis tad-distinzjoni bejn l-operaturi militari u ċivili minħabba l-użu ta' Timijiet ta' Rikostruzzjoni Provinċjali militari biex iwettqu l-ħidma għall-iżvilupp fil-provinċji; jitlob għalhekk li tkun stabbilita mill-ġdid distinżjoni ċara bejn l-istaff militari u dak ċivili;

44. Din l-għajnuna ngħaddiet permezz ta' fondi fiduċjarji minn donaturi multipli amministrati kemm min-Nazzjonijiet Uniti (13% tal-fondi) u kemm mill-Bank Dinji (17% tal-fondi); il-fondi prinċipali huma: jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-istaff ta' din id-delegazzjoni sabiex ikollha numru ta' nies biżżejjed u bi kwalifiki tajbin, sabiex jagħmlu l-monitoraġġ u l-verifiki u l-kontrolli meħtieġa, fid-dawl tal-kuntest prevalenti fl-Afganistan;

45. Jitlob li jkun hemm finanzjament adegwat għall-ispejjeż tas-sigurtà fil-proġetti tal-Kummissjoni, sabiex jiġi żgurat kemm li l-ħaddiema umanitarji jkunu protetti u kif ukoll li l-ġestjoni leġittima tas-sigurtà ma tiddevjax flus mill-objettivi tal-proġett u mir-realizzazzjoni tiegħu;

46. Ifaħħar il-ħidma notevoli magħmula mill-istaff tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni f'Kabul, u jitlob tisħiħ sostanzjali tal-miżuri ta' sigurtà attwali kif ukoll titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom;

L-għajnuna għall-iżvilupp tal-kapaċità tal-amministrazzjoni Afgana

47. Jilqa’ b’sodisfazzjoni l-isforzi tal-awtoritajiet Afgani biex itejbu l-mekkaniżmi ta’ ġestjoni u finanzjarji tagħhom, li għandhom iwasslu għal sjieda Afgana, iżda jemmen li jeħtieġ sforz iżjed konċentrat biex dan il-proċess isir sostenibbli; jenfasizza l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet Afgani jkomplu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u li jimplimentaw linji politiċi effikaċji biex jittejbu l-kundizzjonijiet soċjali, l-edukazzjoni u s-saħħa tal-popolazzjoni, u li tingħata attenzjoni partikolari lil modi kif jiġu inklużi l-gruppi marġinalizzati u n-nisa fl-istrutturi tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

48. Jemmen li huwa meħtieġ iktar tisħiħ tal-azzjonijiet u l-programmi bl-għan li jtejbu l-governanza tajba u l-effettività tal-amministrazzjoni Afgana kif ukoll il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-forom kollha tagħha; jieħu nota tal-isforzi li saru mill-Unjoni sabiex tiġi miġġileda l-korruzzjoni fl-amministrazzjoni Afgana, billi parti mil-linja tal-baġit kienet allokata għat-taħriġ u l-ħlas tal-uffiċjali u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli bit-taħriġ tal-istaff amministrattiv u tal-pulizija;

49. Jitlob li jingħata fl-Afganistan taħriġ simili għall-programmi organizzati mill-OLAF u mill-EuropeAid għall-uffiċjali fil-pajjiżi Afrikani, dwar "il-ħarsien u l-ottimizzazzjoni tal-fondi pubbliċi - koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali";

50. Kien hemm ukoll tnaqqis konsiderevoli fil-mortalità tat-tfal (minn 22% fl-2001 għal 12.9% fl-2006), u iktar Afgani issa għandhom aċċess dirett għall-kura tas-saħħa bażika (65% fl-2006 kontra d-9% tal-2001) u wkoll l-ewwel sinjali pożittivi ta' żvilupp fil-qasam tal-edukazzjoni; numru dejjem jikber ta' tfal, b'mod partikulari bniet, studenti u għalliema marru lura fl-iskejjel (il-proporzjon ta' tfal fl-iskejjel issa żdied minn 5% fl-2001 għal iktar minn 60% fl-2007);

51. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u lill-Gvern Afgan biex jiżguraw li l-programmi u l-attivitajiet tagħhom, b’mod partikulari dawk fil-livell provinċjali, ikunu kkoordinati bis-sħiħ mal-istrateġija għall-iżvilupp nazzjonali tal-Afganistan u mal-impenji li saru mill-partijiet kollha fl-okkażjoni tal-Konferenza ta' Pariġi;

52. Filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza tat-Timijiet għar-Rikostruzzjoni Provinċjali u l-ħidma tal-forzi tas-sigurtà Afgani, minkejja dan jirrikonoxxi l-isfida għall-effikaċja tal-għajnuna fir-rigward tal-promozzjoni tal-iżvilupp fl-Afganistan permezz ta' istituzzjonijiet ċivili-militari, u jitlob li jkun hemm parteċipazzjoni massima mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u tas-soċjetà ċivili Afgani, mill-Gvern Afgan u mill-aġenziji internazzjonali;

53. Jiddispjaċih li r-relazzjonijiet bejn l-atturi mhux statali (NSAs) u l-gvern tal-Afganistan mhumiex dejjem jimxu kif suppost u jitlob li jsir kull sforz għat-titjib tar-relazzjonijiet; jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-ħtieġa li tkun stabbilita definizzjoni stretta ta' NSAs li m'għandhomx l-għan tal-profitt fil-livell nazzjonali, wara li jkunu kkonsultati l-NSAs infushom;

54. Jinkoraġġixxi l-inizjattivi kollha maħsuba biex jibnu rabtiet iktar mill-qrib bejn id-delegazzjonijiet interparlamentari tal-Parlament Ewropew u ż-żewġt ikmamar tal-parlament Afgan (il-Wolesi Jirga u l-Meshrano Jirga), bil-għan li tkun promossa il-governanza parlamentari tajba;

55. Ifakkar fl-inizjattiva tal-Parlament, fil-baġit tiegħu għall-2008, li jappoġġja l-bini tad-demokrazija mal-parlamenti ta' pajjiżi terzi, u jimpenja ruħu li jagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi rilevanti biex itejjeb l-abilità tal-Parlament Afgan li jilleġiżla, li jissorvelja l-fergħa eżekuttiva u li jkun rappreżentattiv b'mod sħiħ tal-poplu Afgan;

56. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi pprijoritizzat l-appoġġ għall-iżvilupp tal-partiti politiċi, ta' grupp iffukati fuq kwistjonijiet partikulari fl-Assemblea Nazzjonali, tas-soċjetà ċivili u tal-midja; iqis li l-komunità internazzjonali għandha obbligu li tiffinanzja baġit elettorali, b'mod totali jew parti minnu, u li tipprovdi għajnuna għall-implimentazzjoni għad-dispożizzjonijiet kollha tal-Liġi tal-Elezzjonijiet Afgana, inklużi dawk relatati mal-ivvettjar tal-kandidati;

57. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-gvern Afgan, fid-dawl tal-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari li ġejjin u li huma ppjanati li jsiru fl-Afganistan fl-2009 u l-2010, rispettivament, biex ikomplu jinkoraġġixxu u jipprovdu finanzjament adegwat għal azzjonijiet biex tiġi promossa l-emanċipazzjoni politika tan-nisa, speċjalment fir-reġjuni, peress li fl-aħħar elezzjonijiet għall-Kunsilli provinċjali, ma kienx hemm biżżejjed kandidati nisa biex jokkupaw il-124 siġġu maħsuba għan-nisa fil-kunsilli;

58. Madankollu hemm nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-pajjiżi donaturi fil-livell internazzjonali u l-istess jista' jingħad rigward l-Istati Membri tal-UE u l-Kummissjoni, għalkemm din tal-aħħar jista' jkollha l-irwol li tgħaqqad. Ir-riżultat aħħari huwa ta' proporzjon bejn in-nefqa u l-effettività ferm inferjuri għal dak li għandu jkun u tal-konvinzjoni li l-poplu Afgan jista' jgawdi ħafna iktar b'mod dirett mill-fondi internazzjonali u Komunitarji allokati lill-pajjiż.

59. Ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-Parlament lill-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-produzzjoni tal-opju għal skopijiet mediċi fl-Afganistan[8], li topponi, fil-qafas tal-programmi għall-iżvilupp integrat, li wieħed jirrikorri għall-fumigazzjoni bħala mezz biex tinqered il-peprina fl-Afganistan u li toffri l-għajnuna tiegħu sabiex jiġu diskussi l-possibilitajiet u l-fattibilità ta' proġett pilota xjentifiku "Peprina għall-mediċina".

Fil-każ tal-ġestjoni ċentralizzata tal-ftehimiet ta' sussidju mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), il-proċeduri u s-sistemi huma identiċi (Artikolu 53a tar-Regolament Finanzjarju u Artikolu 36 tar-regoli ta' implimentazzjoni). Fil-każ tar-rikors għall-organizzazzjonijiet internazzjonali għat-tfassil u l-implimentazzjoni konġunta ta' proġett komuni, iffinanzjat esklussivament minn kontribut Komunitarju, is-servizzi tal-Kummissjoni jiffirmaw kuntratt dirett li jistipula r-responsabilitajiet u l-obbligi fdati lill-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati.

.

60. L-għajnuna Komunitarja tingħata permezz ta' fondi fiduċjarji minn donaturi multipli. Fejn il-Kummissjoni tħallas l-għajnuna Komunitarja permezz ta' fondi bħal dawn immaniġġjati minn organizzazzjoni internazzjonali, il-mod kif jingħata l-kontribut huwa pertinenti għall-qasam tal-ġestjoni konġunta.

NOTA SPJEGATTIVA

L-Afganistan qiegħed fil-post numru 174 minn 178 pajjiż fl-Indiċi ta’ Żvilupp Uman l-iktar reċenti tal-UNDP (dak tal-2007) u ilu f'sitwazzjoni ta' kunflitt jew ta' gwerra kważi permanenti għal għexieren ta' snin, wara konfrontazzjonijiet tribali jew internazzjonali suċċessivi. Traffiċi ta' kull tip, b'mod partikulari t-traffiku tad-droga marbut mal-produzzjoni tal-peprin, jaffettwaw reġjuni sħaħ tal-pajjiż fejn il-korruzzjoni hija rampanti fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni u tal-Istat.

L-għajnuna tal-UE u l-allokazzjoni tagħha

Din l-għajnuna hija magħmula minn għajnuna diretta u indiretta. Bejn l-2002 u l-2007, l-għajnuna Komunitarja diretta rrappreżentat 70 % (EUR 970 miljun) tal-għajnuna Komunitarja totali u l-għajnuna Komunitarja indiretta, immaniġġjata mill-Organizzazzjonijiet Internazzjonali, irrappreżentat 30 % tal-għajnuna Komunitarja (EUR 422 miljun).

Din l-għajnuna ngħaddiet permezz ta' fondi fiduċjarji minn donaturi multipli amministrati kemm min-Nazzjonijiet Uniti (13% tal-fondi) u kemm mill-Bank Dinji (17% tal-fondi); Il-fondi prinċipali huma:

- l-ARTF (Afghanistan Reconstruction Trust Fund) - għajnuna ta' EUR 187 miljun amministrati mill-Bank Dinji, li minnhom l-Unjoni Ewropea tat 13%; u

- il-LOFTA (Law and Order Trust Fund) - għajnuna ta' EUR 180.5 miljun amministrati mill-UNDP, fejn l-Unjoni Ewropea hija donatur prinċipali (38% tat-total).

L-għajnuna Komunitarja attwali tingħata skont id-Dokument Strateġiku għall-perjodu 2007-2013 u l-Programm Indikattiv Multiannwali li jiddefinixxi l-linji prinċipali u l-punti fokali tal-intervent Komunitarju għall-perjodu 2007-2010.

Bilanċ proviżorju tal-għajnuna Komunitarja

Wara l-firma tal-Patt għall-Afganistan fil-bidu tal-2006, sar progress sinifikanti rigward l-allokazzjoni tal-għajnuna mill-pajjiżi donaturi, li ppermetta li jonqos l-irduppjar tal-ispejjeż u li titnaqqas il-korruzzjoni. L-istrateġija l-ġdida tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikulari tal-Bank Dinji, għat-trasferiment dirett tal-fondi lill-gvern Afgan tidher li hija waħda tajba u li qed timpenja lill-ministeri b'responsabilità diretta.

Fost il-progress l-iktar sinifikanti li sar, ta' min isemmi l-oqsma tal-kura tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-infrastruttura (speċjalment it-toroq) fejn inkisbu riżultati promettenti minn mindu t-Talibani tneħħew mill-poter. Kien hemm ukoll tnaqqis konsiderevoli fil-mortalità tat-tfal (minn 22% fl-2001 għal 12.9% fl-2006), u iktar Afgani issa għandhom aċċess dirett għall-kura tas-saħħa bażika (65% fl-2006 kontra d-9% tal-2001). Kien hemm ukoll l-ewwel sinjali pożittivi ta' żvilupp fil-qasam tal-edukazzjoni: numru dejjem jikber ta' tfal, b'mod partikulari bniet, studenti u għalliema marru lura fl-iskejjel, bi proporzjon ta' tfal fl-iskejjel issa żdied minn 5% fl-2001 għal iktar minn 60% fl-2007. L-iskejjel primarji qegħdin jinbnew mill-ġdid u l-għalliema qed ikunu mħarrġa. L-awtoritajiet Afgani qegħdin jagħmlu sforz biex jiżviluppaw inizjattivi favur l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Madankollu, hemm nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-pajjiżi donaturi fuq livell internazzjonali, u anke bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Kummissjoni, anke jekk dawn tal-aħħar jistgħu jkunu qegħdin jagħtu sehem importanti. Il-proporzjon tal-flus minfuqa apparagun mal-effettività huwa f’livell ferm iżjed baxx milli suppost, u hemm sentiment li l-poplu Afgan jista' jibbenefika ferm iżjed mill-fondi internazzjonali u Komunitarji li jirċievi.

Deskrizzjoni tas-sistema tal-monitoraġġ fuq l-għajnuna Komunitarja (diretta u indiretta).

Minħabba n-nuqqasijiet strutturali tal-amministrazzjoni Afgana, il-fażijiet importanti kollha tal-għażla tal-għoti ta' kuntratti u tal-approvazzjoni tal-kuntratti u tal-ħlasijiet marbuta mal-proġetti ffinanzjati mill-Komunità, huma, bħala regola ġenerali sottomessi għall-qbil u l-firma preċedenti min-naħa tas-servizzi tal-Kummissjoni (delegazzjoni u /jew tas-servizzi tas-sede skot il-każ) u l-proġetti u l-programmi kollha huma suġġetti għal tal-inqas verifika waħda, qabel il-ħlas finali. Skont l-informazzjoni trażmessa mis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni, fil-każ tal-ġestjoni ċċentralizzata diretta tal-proġetti mill-fornituri u l-kuntratturi tas-servizzi jew aġenti oħra (Artikolu 53a tar-Regolament Finanzjarju u Artikolu 36 tar-regoli ta' implimentazzjoni), il-kuntratti u l-ħlas huma stabbiliti, approvati, iffirmati u kkontrollati direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni.

Skont l-istess sorsi, f'każ ta' nefqiet mhux iġġustifikati jew mhux eliġibbli, it-totali korrispondenti għandhom ikunu rkuprati mill-ewwel mill-Kummissjoni, permezz ta' proċedura ta' rkupru, ta' appell għall-garanziji bankarji li jakkumpanjaw il-kuntratti, jew ta' tnaqqis minn ħlasijiet oħra dovuti lill-istess kuntratturi għall-kuntratti oħra. Fil-każ tal-ġestjoni ċentralizzata tal-ftehimiet ta' sussidju mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), il-proċeduri u s-sistemi huma identiċi (Artikolu 53a tar-Regolament Finanzjarju u Artikolu 36 tar-regoli ta' implimentazzjoni). Fil-każ tar-rikors għall-organizzazzjonijiet internazzjonali għat-tfassil u l-implimentazzjoni konġunta ta' proġett komuni, iffinanzjat esklussivament minn kontribut Komunitarju, is-servizzi tal-Kummissjoni jiffirmaw kuntratt dirett li jistipula r-responsabilitajiet u l-obbligi fdati lill-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati. l-għajnuna Komunitarja tingħata permezz ta' fondi fiduċjarji minn donaturi multipli. Fejn il-Kummissjoni tħallas l-għajnuna Komunitarja permezz ta' fondi bħal dawn immaniġġjati minn organizzazzjoni internazzjonali, il-mod kif jingħata l-kontribut huwa pertinenti għall-qasam tal-ġestjoni konġunta. Il-fondi Komunitarji jingħaqdu ma' dawk ta' donaturi oħra sabiex ikunu ffinanzjati programmi u proġetti li kienu deċiżi flimkien fil-qafas tal-korpi governattivi tal-fondi fiduċjarji kkonċernati. Għaldaqstant huwa diffiċli li ċertu proġett jintrabat ma' kontribut Komunitarju, għaliex il-fondi huma interkambjabbli u jiffinanzjaw flimkien l-istess operazzjonijiet.

Il-Kummissjoni tipparteċipa wkoll fuq bażi sistematika fil-kumitati tad-donaturi, li qegħdin fit-tmexxija ta' kull fond fiduċjarju u fil-gruppi ta' ħidma differenti li jiddefinixxu l-prijoritajiet settorjali li jiddeterminaw id-definizzjoni tal-proġetti. B'mod parallel, skont il-ftehimiet ta' qafas u f'konformità mal-informazzjoni miksuba, il-Kummissjoni tagħmel kontrolli finanzjarji ta' kampjuni ta' kontijiet u dokumenti ġustifikattivi għall-ħlasijiet Komunitarji u l-ispejjeż korrispondenti, fiċ-ċentri finanzjarji u amministrattivi tal-organizzazzjonijiet li jiġbru b'mod ċentrali d-dokumenti kkonċernati.

Fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 53d tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni, qabel ma tagħti kontribut finanzjarju lill-organizzazzjoni internazzjonali, trid tivverifika li dan jikkorrispondi għall-istandards internazzjonali fir-rigward tal-kontabilità, tal-verifika, tal-kontroll intern u tal-proċeduri ta' sejħiet għall-offerti.

Il-ġlieda kontra t-traffiku tad-droga.

Ir-rapporteur tfakkar li l-Afganistan huwa wieħed mill-produtturi prinċipali tal-peprin u tqis li huwa assolutament neċessarju li jkun miġġieled attivament it-traffikar tad-droga u li jkunu żviluppati programmi bl-għan li jkunu stabbiliti uċuħ tar-raba' sostituttivi, li diġà kienu ppruvati effettivi fit-Trijanglu tad-Deheb fit-Tajlandja. Il-komunità tad-donaturi għalhekk għandha tagħmel kull sforz neċessarju biex tiżgura li l-prodotti sostituttivi, b'mod partikulari l-uċuħ tar-raba', jistgħu joffru lill-Afgani dħul għoli biżżejjed sabiex jikkonvinċihom biex jabbandunaw il-kultivazzjoni tal-peprin.

6.11.2008

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kontroll baġitarju tal-fondi tal-UE fl-Afganistan
(2008/2152(INI))

Rapporteur għal opinjoni(*): Nickolay Mladenov

(*)       Kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta’ Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tgħin lill-Afganistan u jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn fit-tul tagħha biex tgħin lil dan il-pajjiż; isostni li l-Kummissjoni għandha taħdem aktar mill-qrib man-NU u l-Bank Dinji anke permezz ta' koperazzjoni bejn il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri, l-OLAF u l-aġenziji relevanti tan-NU, biex jiġi żgurat li l-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għall-Fondi tat-Trust tkun immaniġġjata b'mod trasparenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Parlament infurmat b’mod adegwat;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa li titjieb il-koordinazzjoni tad-donaturi fl-Afganistan, taħt it-tmexxija tal-Missjoni tal-Għajnuna tan-Nazzjonijiet Uniti fl-Afganistan, u jemmen li l-Kummissjoni għandha ssaħħaħ il-koordinazzjoni tal-għajnuna bejn l-Istati Membri tal-UE sabiex titjieb l-effikaċja u tiżdied il-viżibilità tal-appoġġ tal-UE;

3.  Ifakkar li l-Patt tal-Afganistan konkluż bejn ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan u l-komunità internazzjonali fl-okkażjoni tal-Konferenza ta' Londra fl-2006 huwa l-qafas li jorbot b'mod reċiproku għar-rikostruzzjoni u l-bini tal-istat fl-Afganistan;

4.  Jemmen li l-prijoritajiet stipulati fid-Dokument ta’ Strateġija għal Pajjiż tal-Kummissjoni (2007-2013) huma konformi mal-bżonnijiet tas-soċjetà Afgana; jenfasizza l-bżonn li wieħed jiffoka fuq ir-riforma tas-sistema tal-ġustizzja kriminali, inklużi l-pulizija, il-prattiki ta' detenzjoni u l-ġudikatura, biex jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet umani, b'mod partikolari dawk tan-nisa u t-tfal, u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż l-iżvilupp rurali u li tingħeleb il-problema urġenti tal-produzzjoni tal-loppju; jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tidentifika l-governanza u jitlob biex tingħata spinta ġdida lill-ġustizzja tranżitorja b'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni tal-Gvern Afgan għall-paċi, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni;

5.  Iħeġġeġ il-bżonn għaż-żieda fl-għajnuna għall-iżvilupp lill-Afganistan, filwaqt li jagħmilha aktar effikaċi; isostni mill-ġdid li l-assistenza għandha żżid il-kapaċità indiġena u li għandha tkun imqassma b'mod ġust madwar il-pajjiż skont il-ħtiġijiet soċjoekonomiċi evalwati; jinnota r-rakkomandazzjonijiet bl-istess effett magħmula mill-Konferenza ta' Pariġi u r-Rapport ACBAR; iħeġġeġ lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit biex jinkludi evalwazzjoni ta' kemm il-finanzjament għall-EUPOL Afganistan ġie użat b'mod korrett u effettiv;

6.  Jiġbed l-attenzjoni għal żewġ sfidi partikolari li jridu jiġu indirizzati b'mod urġenti: l-iżvilupp tal-agrikoltura, biex tiġi evitata kriżi umanitarja potenzjali li tista' tkompli tgħarraq is-sitwazzjoni tas-sigurtà li diġà hija ħażina; u l-iżvilupp ta' politiki u programmi li jindirizzaw il-problemi kbar soċjali u ta' saħħa kkawżati mid-dipendenza mid-drogi, b'mod partikolari, immirati għan-nisa u l-familji tagħhom;

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Gvern Afgan biex jiżguraw li l-programmi u l-attivitajiet tagħhom, b’mod partikulari dawk fil-livell provinċjali, ikunu kkoordinati bis-sħiħ mal-Istrateġija għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Afganistan u mal-impenji li saru mill-partijiet kollha fl-okkażjoni tal-Konferenza ta' Pariġi;

8.   Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi pprijoritizzat l-appoġġ għall-iżvilupp tal-partiti politiċi, għal laqgħat fl-Assemblea Nazzjonali li jiffokaw fuq kwistjonijiet partikolari, fis-soċjetà ċivili u fil-midja; iqis li l-komunità internazzjonali għandha obbligu li tiffinanzja baġit elettorali, b'mod totali jew parti minnu, u li tipprovdi għajnuna għall-implimentazzjoni għad-dispożizzjonijiet kollha tal-Liġi tal-Elezzjonijiet Afgana, inklużi dawk relatati mal-ivvettjar tal-kandidati;

9.  Jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi tal-awtoritajiet Afgani biex itejbu l-mekkaniżmi ta’ ġestjoni u finanzjarji tagħhom, li għandhom iwasslu għal sjieda Afgana, iżda jemmen li jeħtieġ sforz iżjed konċentrat biex dan il-proċess isir sostenibbli; jenfasizza l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet Afgani jkomplu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u li jimplimentaw linji politiċi effikaċi biex titjieb is-sitwazzjoni soċjali u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-edukazzjoni u s-saħħa tal-popolazzjoni, u li tingħata attenzjoni partikolari lil modi kif jiġu inklużi l-gruppi emarġinati u n-nisa fl-istrutturi tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

10. Filwaqt li jinnota l-intenzjoni li l-finanzjament tal-Kummissjoni għall-kura bażika tas-saħħa jiġi trasferit lill-Ministeru tas-Saħħa Afgan, jenfasizza li kwalunkwe żieda fil-finanzjament li tiġi mgħoddija permezz tal-Gvern Afgan trid tkun akkumpanjata bl-iżvilupp tal-kapaċitajiet u bi kriterji ċari ta' aspettattivi, inkluż l-appoġġ speċifiku għall-governanza demokratika fil-livell subnazzjonali;

11. Filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza tat-Timijiet għar-Rikostruzzjoni Provinċjali u l-ħidma tal-forzi tas-sigurtà Afgani, madankollu jirrikonoxxi l-isfida għall-effikaċja tal-għajnuna fir-rigward tal-promozzjoni tal-iżvilupp fl-Afganistan permezz ta' istituzzjonijiet ċivili u militari, u jitlob li jkun hemm parteċipazzjoni massima mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u tas-soċjetà ċivili Afgani, mill-Gvern Afgan u mill-aġenziji internazzjonali;

12. Ifakkar fl-inizjattiva tal-Parlament, fil-baġit tiegħu għall-2008, li jappoġġja l-bini tad-demokrazija mal-parlamenti ta' pajjiżi terzi, u jimpenja ruħu li jagħmel użu minn dawn ir-riżorsi biex itejjeb l-abilità tal-Parlament Afgan li jilleġiżla, li jissorvelja l-fergħa eżekuttiva u li jkun rappreżentattiv b'mod sħiħ tal-poplu Afgan;

13. Jitlob li jkun hemm finanzjament adegwat għall-ispejjeż tas-sigurtà fil-proġetti tal-Kummissjoni, sabiex jiġi żgurat kemm li l-ħaddiema umanitarji jkunu protetti kif ukoll li l-ġestjoni leġittima tas-sigurtà ma ddawwarx flejjes mill-objettivi tal-proġetti u mir-realizzazzjoni tagħhom;

14.      Ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-Parlament lill-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-produzzjoni tal-loppju għal skopijiet mediċi fl-Afganistan¹, li topponi, fil-qafas tal-programmi għall-iżvilupp integrat, li wieħed jirrikorri għall-fumigazzjoni bħala mezz biex tinqered il-peprina fl-Afganistan u li joffri l-għajnuna tiegħu sabiex jiġu diskussi l-possibilitajiet u l-fattibilità ta' proġett pilota xjentifiku "Il-Peprina għall-Mediċina".

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

6.11.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

0

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Vittorio Agnoletto, Roberta Alma Anastase, André Brie, Philip Claeys, Véronique De Keyser, Giorgos Dimitrakopoulos, Michael Gahler, Georgios Georgiou, Ana Maria Gomes, Jana Hybášková, Jelko Kacin, Metin Kazak, Maria Eleni Koppa, Joost Lagendijk, Vytautas Landsbergis, Johannes Lebech, Francisco José Millán Mon, Philippe Morillon, Pasqualina Napoletano, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Baroness Nicholson of Winterbourne, Janusz Onyszkiewicz, Ria Oomen-Ruijten, Ioan Mircea Paşcu, João de Deus Pinheiro, Hubert Pirker, Samuli Pohjamo, Bernd Posselt, Libor Rouček, Christian Rovsing, Flaviu Călin Rus, Jacek Saryusz-Wolski, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Marcello Vernola, Kristian Vigenin, Andrzej Wielowieyski, Jan Marinus Wiersma, Zbigniew Zaleski, Josef Zieleniec

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Árpád Duka-Zólyomi, Kinga Gál, Milan Horáček, Marie Anne Isler Béguin, Tunne Kelam, Miloš Koterec, Nickolay Mladenov, Inger Segelström

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Wolfgang Bulfon, Rosa Miguélez Ramos

10.11.2008

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kontroll baġitarju tal-fondi tal-UE fl-Afganistan
(2008/2152(INI))

Rapporteur għal opinjoni(*): Csaba Őry

(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta’ Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

-    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument finanzjarju għall-koperazzjoni fl-iżvilupp (Strument għall-Koperazzjoni fl-Iżvilupp DCI)¹,

-    wara li kkunsidra l-Għanijiet tal-Iżvilupp għall-Millennju -Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-objettivi stipulati fid-Dikjarazzjoni tal-Millennju ffirmata minn 189 pajjiż, f'Settembru 2000,

A.  billi, fis-sitwazzjoni attwali ta' tnaqqis ekonomiku globali, huwa partikolarment importanti li jkun żgurat il-kontroll effettiv tal-finanzjament tal-UE għall-koperazzjoni fl-iżvilupp,

B.   billi l-Artikolu 25(1)(b) tad-DCI jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-provvediment tal-għajnuna baġitarja għall-pajjiżi sħab,

C.  billi r-responsabilità, it-trasparenza u l-ġestjoni mmirata biex tikseb ir-riżultati huma fost il-prinċipji ewlenin li jiggwidaw il-koperazzjoni fl-iżvilupp skont diversi konvenzjonijiet internazzjonali, inkluża d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna;

D.  billi fl-Afganistan 90 % tal-flejjes pubbliċi ġejjin mill-għajnuna internazzjonali, li juri l-livelli għoljin kemm ta' bżonn kif ukoll ta' dipendenza mill-għajnuna li għandu dan il-pajjiż,

1.   Ifaħħar l-iżviluppi reċenti fil-koperazzjoni bejn in-NU, fost organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea rigward il-monitoraġġ tal-finanzjament għall-koperazzjoni fl-iżvilupp; jitlob li l-proċess tat-titjib jissaħħaħ iktar fil-futur qrib;

2.   Jenfasizza l-ħtieġa ta' monitoraġġ aktar qawwi tal-implimentazzjoni tal-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE; jistieden lin-NU u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra li jamministraw il-fondi tal-UE biex jikkoperaw bis-sħiħ mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mal-Uffiċċju Ewropew ta' kontra l-Frodi (OLAF), kif ukoll mal-Unità ta' Spezzjoni Konġunta tan-NU;

3.   Għandu dubji dwar kemm hi prattika tajba li l-fondi jiġu mgħoddija fil-baġit ċentrali tal-gvern tal-Afganistan ("għajnuna baġitarja") minn fondi fiduċjarji minn bosta donaturi (MDTFs) bil-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Komunità, meta l-Afganistan għadu mhux meqjus li jissodisfa r-rekwiżiti biex il-KE tipparteċipa direttament fi programm ta' għajnuna baġitarja; iqis li meta rekwiżiti bħal dawn ikunu ssodisfati, l-għajnuna baġitarja għanda tingħata fuq bażi settorjali;

4.   Jiġbed l-attenzjoni għar-rekwiżit tad-DCI² li l-programmi ta' għajnuna baġitarja għandhom ikunu akkumpanjati minn għajnuna għall-isforzi tal-pajjiżi sħab biex jiżviluppaw kontroll parlamentari u kapaċitajiet ta' verifika u jżidu t-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni; jirrimarka li x-xogħol f'dan il-qasam għandu jsir ukoll meta l-għajnuna għall-baġit tingħata minn donaturi oħra jew mill-MDTFs u jenfasizza l-irwol importanti li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jista' jkollhom fil-monitoraġġ ta' għajnuna baġitarja bħal din;

5.   Jenfasizza l-importanza li tkun evalwata l-koperazzjoni Komunitarja fl-Afganistan, kif mitlub mid-DCI¹, li l-evalwazzjonijiet jibdew minn pedamenti sodi, sabiex ikopru l-koordinazzjoni tad-donaturi u jinkludu aspetti tal-attivitajiet realizzati u l-katina tar-riżultati (produzzjoni, riżultati, impatt): jitlob li r-riżultati tal-evalwazzjonijiet jintużaw fil-formulazzjoni tal-azzjonijiet ta' koperazzjoni sussegwenti;

6.   Jesprimi tħassib kbir dwar ir-riskji li għalihom huwa espost l-istaff li qed jaħdem għall-koperazzjoni fl-iżvilupp fl-Afganistan, enfasizzati mill-mewt f'Awwissu 2008 ta' erba' membri tal-istaff li kienu jagħmlu xogħol bħal dan; iqis li s-sigurtà tal-persuni taċ-ċivil li jaħdmu fil-qasam tal-għajnuna hija pperikolata mit-tnaqqis tad-distinzjoni bejn l-operaturi militari u dawk ċivili minħabba l-użu ta' Timijiet ta' Rikostruzzjoni Provinċjali militari biex iwettqu l-ħidma għall-iżvilupp fil-provinċji; jitlob għalhekk li tkun stabbilita mill-ġdid distinżjoni ċara bejn l-istaff militari u dak ċivili;

7.   Jiddispjaċih li r-relazzjonijiet bejn il-Parteċipanti Mhux Statali (NSAs) u l-gvern tal-Afganistan mhux dejjem jimxu kif suppost u jitlob li jsir kull sforz biex jitjiebu tar-relazzjonijiet; jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-ħtieġa li tkun stabbilita definizzjoni stretta ta' NSAs li m'għandhomx l-għan tal-profitt fil-livell nazzjonali, wara li jkunu kkonsultati l-NSAs infushom;

8.   Ifakkar fid-diskriminazzjoni partikularment ħarxa li sofrew in-nisa fl-Afganistan taħt ir-reġim tat-Talibani u wara; jikkundanna kwalunkwe prattika legali, kulturali u reliġjuża li tiddiskrimina kontra n-nisa, teskludihom mill-ħajja pubblika u politika u żżommhom issegregati fil-ħajja tagħhom ta' kuljum; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiġġieled kontra dawn il-prattiki fil-ħidma għall-iżvilupp kollha tagħha fil-pajjiż;

9.   Jenfasizza l-importanza li jkunu miġġielda l-forom kollha ta' xogħol mit-tfal, tat-traffikar tagħhom u l-vjolenza kontrihom u tat-titjib tal-ħarsien soċjali għall-minorenni fl-Afganistan; jitlob għal programmi biex jinkoraġġixxu lit-tfal biex jattendu l-iskola, inkluż il-provvediment għall-ħlas tal-miżati tal-iskejjel u għal programmi alimentari fl-iskejjel;

10.  Jenfasizza l-importanza kbira tal-koordinazzjoni tad-donaturi fl-Afganistan u b'mod partikulari l-armonizzazzjoni tal-proċeduri fuq il-bażi tas-sistemi nazzjonali; jinsisti li dawn il-miżuri u miżuri oħra bl-għan li jtejbu l-effikaċja tal-għajnuna stipulati fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna għandhom ikunu implimentati bis-sħiħ fl-Afganistan.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.11.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Josep Borrell Fontelles, Danutė Budreikaitė, Marie-Arlette Carlotti, Corina Creţu, Nirj Deva, Alexandra Dobolyi, Beniamino Donnici, Fernando Fernández Martín, Juan Fraile Cantón, Alain Hutchinson, Romana Jordan Cizelj, Filip Kaczmarek, Glenys Kinnock, Maria Martens, Gay Mitchell, Toomas Savi, Pierre Schapira, Frithjof Schmidt, Jürgen Schröder, Feleknas Uca, Johan Van Hecke, Anna Záborská, Jan Zahradil, Mauro Zani

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Miguel Angel Martínez Martínez, Manolis Mavrommatis, Csaba Őry, Renate Weber, Gabriele Zimmer

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (11.11.2008)

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kontroll baġitarju tal-fondi tal-UE fl-Afganistan
(2008/2152(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Laima Liucija Andrikienė

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jinsisti illi l-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb in-nuqqasijiet preokkupanti dwar il- koordinazzjoni fl-assistenza finanzjarja mogħtija mill-UE lill-Afganistan mhux biss bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni imma wkoll fost l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strateġija li tinvolvi lid-donaturi u lill-awtoritajiet Afgani, imfassla biex ittejjeb il-kundizzjonijiet u l-komunikazzjoni bejniethom;

2.   Ifakkar li l-effikaċja fl-assistenza huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-politika tal-iżvilupp tal-UE; għaldaqstant, jisħaq fuq l-importanza tal-aġenda tal-Kummissjoni dwar l-effikaċja fl-assistenza u jinnota l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE tas-26 ta' Mejju 2008 dwar l-effikaċja fl-assistenza tal-UE fl-Afganistan;

3.   Sabiex jiżdiedu l-allokazzjonijiet għall-objettivi ta' prijorità fit-tul tal-UE għall-Afganistan, jiġifieri l-iżvilupp sostenibbli u l-ġlieda kontra l-faqar, jistieden lill-Kummissjoni tbiddel, matul il-kors tal-abbozzar tal-Programm Indikattiv Pluriennali (MIP) 2010-2013, it-tqassim tal-fondi Komunitarji bejn it-tliet żoni fokali prinċipali u t-tliet żoni non-fokali, kif ukoll li tħares lejn l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-għajxien alternattiv li jagħtu l-kontribut tagħhom għat-tnaqqis tal-faqar u t-tħaffif tal-bidla minn ekonimija msejsa fuq l-oppju għal sistema ekonomika u soċjali alternattiva; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid l-allokazzjonijiet għall-oqsma tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-infrastruttura; ifakkar ukoll fl-impenn tal-Unjoni Ewropea biex jinkisbu l-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju;

4.   Ifisser it-tħassib tiegħu dwar il-kwalità fqira tal-amministrazzjoni tal-fondi ta' assistenza mill-amministrazzjoni ċentrali Afgana u n-nuqqas ta' trasparenza fil-kapaċità amministrattiva ta' din l-assistenza; jikkunsidra li jkun ta' importanza kbira li l-MIP 2010-2013 li jmiss iqis ir-riżultati konkreti tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u li jadatta l-assistenza tal-UE skont il-każ.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

10.11.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Reimer Böge, Simon Busuttil, Paulo Casaca, Brigitte Douay, Salvador Garriga Polledo, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Anne E. Jensen, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Jan Mulder, Margaritis Schinas, Nina Škottová, Helga Trüpel, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

2.12.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Herbert Bösch, Paulo Casaca, Antonio De Blasio, Szabolcs Fazakas, Aurelio Juri, Dan Jørgensen, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Bogusław Liberadzki, Jan Mulder, Bart Staes

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Véronique Mathieu, Gabriele Stauner