RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar Skemi ta' Garanzija għal Depożiti fir-rigward tal-livell ta' kopertura u d-dewma għall-ħlas
10.12.2008 - (COM(2008)0661 – C6‑0361/2008 – 2008/0199(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Christian Ehler
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar Skemi ta' Garanzija għal Depożiti fir-rigward tal-livell ta' kopertura u d-dewma għall-ħlas
(COM(2008)0661 – C6‑0361/2008 – 2008/0199(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0661),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0361/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0494/2008),
1. Approves the Commission proposal as amended;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
|
Text proposed by the Commission |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) Il-livell minimu attwali ta' kopertura previst fid-Direttiva 94/19/KE huwa ffissat għal EUR 20 000 bl-għażla għall-Istati Membri li jiddeterminaw kopertura ogħla. Madankollu, intwera li għal għadd kbir ta' depożiti fil-Komunità dan il-livell ta' kopertura mhuwiex adegwat. Sabiex tinżamm il-fiduċja tad-depożitanti, il-livell minimu ta' kopertura għandu jiżdied. |
(3) Il-livell minimu attwali ta' kopertura stipulat fid-Direttiva 94/19/KE huwa ffissat għal EUR 20 000 bl-alternattiva li l-Istati Membri jiddeterminaw kopertura ogħla. Madankollu, intwera li għal għadd kbir ta' depożiti fil-Komunità dan il-livell ta' kopertura mhuwiex adegwat. Sabiex tinżamm il-fiduċja tad-depożitanti u stabilita akbar fis-swieq finanzjarji, il-livell minimu ta' kopertura għandu jiżdied għal EUR 50 000. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009 il-kopertura tad-depożiti aggregati ta' kull depożitur għandha tiżdied għal EUR 100 000, jew l-ekwivalenti, sakemm evalwazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, ippreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel il-30 ta’ April 2009, tikkonkludi li din iż-żieda mhijiex adegwata u mhijiex finanzjarjament vijabbli għall-Istati Membri kollha biex tiżgura l-ħarsien tal-konsumatur u l-istabilità tas-swieq finanzjarji. Għandhom jiġu żgurati ż-żamma tal-garanzija istituzzjonali, il-possibilità ta' kopertura sħiħa ta' ċerti depożiti - inklużi l-bilanċi tal-kontijiet li żdiedu temporanjament - u l-arranġamenti relatati mar-rati tal-kambju għall-valuti tal-pajjiżi li ma jinsabux fiz-zona tal-Euro. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||
|
Text proposed by the Commission |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5) Il-perjodu ta' tliet xhur stipulat attwalment għall-ħlas, li jista' jittawwal għal disa' xhur, imur kontra l-ħtieġa li tinżamm il-fiduċja tad-depożitanti u ma jissodisfax il-ħtiġijiet tagħhom. Għalhekk, id-dewma għall-ħlas għandha titnaqqas għal perjodu ta' tlitt ijiem mid-data ta' meta l-iskema ta' garanzija għad-depożiti konċernata tkun irċeviet it-tagħrif rilevanti. Barra dan, fil-każijiet fejn il-ħlas iseħħ skont determinazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, il-perjodu ta' deċiżjoni ta' 21 jum stipulat attwalment għandu jitnaqqas għal 3 ijiem sabiex ma jfixkilx ħlas rapidu. |
(5) Il-perjodu ta' tliet xhur stipulat attwalment għall-ħlas, li jista' jittawwal għal disa' xhur, imur kontra l-ħtieġa li tinżamm il-fiduċja tad-depożitanti u ma jissodisfax il-ħtiġijiet tagħhom. Għalhekk, id-dewma għall-ħlas għandha titnaqqas għal perjodu ta' 14-il jum, li tkopri l-anailiżi tad-dejta u l-implimetazzjoni tad-deċiżjoni tal-ħlas, u li tkun tgħodd mid-data ta' meta l-iskema ta' garanzija għad-depożiti konċernata tkun irċeviet it-tagħrif rilevanti. Barra dan, fil-każijiet fejn il-ħlas iseħħ skont determinazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, il-perjodu ta' deċiżjoni ta' 21 jum stipulat attwalment għandu jitnaqqas għal 3 ijiem sabiex ma jfixkilx ħlas rapidu. F'każ li l-kontinwità tas-servizzi bankarji u l-aċċess għal flejjes ma tkunx tista' sseħħ, għandhom jitwaqqfu ħlasijiet ta' emerġenza għall-għoti tal-assi likwidi neċessarji, li jiżguraw ħlasijiet adegwati sa mill-inqas EUR 1000 fi żmien tlett ijiem mill-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet u t-talbiet għal ħlasijiet ta' emerġenza għandhom ikunu jistgħu jitwettqu fir-reġjuni fejn jinsab il-bank jew fejn il-bank ikollu fergħat tiegħu. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 5 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
|
Text proposed by the Commission |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
(5a) Id-depożiti jistgħu jitqiesu mhux disponibbli ladarba l-miżuri ta' intervent bikri jew ta' rijorganizzazzjoni ma jkollhomx suċċess. Dan m'għandux iżomm lill-awtoritajiet kompetenti milli jagħmlu aktar sforzi ta' ristrutturar matul il-perjodu ta' ħlas. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||
|
Text proposed by the Commission |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6) Il-possibbiltà ta' esklużjonijiet diskrezzjonali ta' ċerti kategoriji ta' depożitanti ddefiniti fl-Anness I għad-Direttiva 94/19/KE wasslet għal varjetà ta' kategoriji ta' benefiċjarji li għandhom jiġu identifikati waqt il-proċedura ta' ħlas. Din il-possibbiltà rriżultat diffiċli għall-infurzar tal-arranġamenti bejn skemi ta' pajjiżi tal-oriġini u dawk ospitanti (żieda fil-livell ta' kopertura) u li ddewwem il-ħlas u għalhekk għandha titwaqqaf. Barra dan il-biċċa l-kbira tal-esklużjonijiet stipulati attwalment jikkonċernaw entitajiet pubbliċi u istituzzjonijiet finanzjarji. Madankollu, protezzjoni ogħla għandha, tkun ta' benefiċċju għad-depożitanti li, bħala prinċipju, ma għandhomx wisq għarfien espert finanzjarju. Għalhekk il-protezzjoni għandha tkun illimitata għal depożitanti mhux professjonisti, filwaqt li tinżamm l-alternattiva fejn l-Istati Membri jkunu jistgħu jestendu dik il-protezzjoni għal kategoriji oħrajn ta' depożitanti. |
(6) Il-possibbiltà ta' esklużjonijiet diskrezzjonali ta' ċerti kategoriji ta' depożitanti ddefiniti fl-Anness I għad-Direttiva 94/19/KE wasslet għal varjetà ta' kategoriji ta' benefiċjarji li għandhom jiġu identifikati waqt il-proċedura ta' ħlas. Din il-possibbiltà rriżultat diffiċli għall-infurzar tal-arranġamenti bejn skemi ta' pajjiżi tal-oriġini u dawk ospitanti (żieda fil-livell ta' kopertura) u li ddewwem il-ħlas u għalhekk għandha titwaqqaf. Barra dan il-biċċa l-kbira tal-esklużjonijiet stipulati attwalment jikkonċernaw entitajiet pubbliċi u istituzzjonijiet finanzjarji. Madankollu, protezzjoni ogħla għandha tkun ta' benefiċċju għad-depożitanti li, bħala prinċipju, ma għandhomx wisq għarfien espert finanzjarju. L-alternattiva fejn l-Istati Membri jkunu jistgħu jestendu l-protezzjoni għal kategoriji oħrajn ta' depożitanti għandha tinżamm. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Aġġustament meħtieġ għat-test legali emendat. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||
|
Text proposed by the Commission |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' garanziji għad-depożiti jkollhom disponibbli biżżejjed fondi biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom. |
(7) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' garanziji għad-depożiti jkollhom disponibbli biżżejjed fondi biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom. L-iskema ta’ garanzija għad-depożiti għandha tkun tista’ ġġib finanzjament bl-iskop li ssaħħaħ il-kontinwità tas-servizzi bankarji u l-aċċess għall-flus, u għandha sservi ta’ kreditur fis-sekwenza normali ta’ insolvenza. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||
|
Text proposed by the Commission |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9) B’mod partikolari, għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni s-setgħa biex taġġusta l-livell ta' kopertura. Billi din il-miżura hija ta' ambitu ġenerali u hija mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 94/19/KE, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
imħassra | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Aġġustament meħtieġ għat-test legali emendat. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 10 | |||||||||||||||||||||||||||||||
|
Text proposed by the Commission |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(10) Meta, għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jista' jkun hemm jekk il-fiduċja tad-depożitanti fis-sikurezza tas-swieq finanzjarji tiġi mhedda, ma jistax ikun hemm konformità mal-limiti ta’ żmien li huma normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tapplika l-proċedura ta’ urġenza stipulata fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta’ żieda temporanja tal-livell ta' kopertura. |
imħassra | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Aġġustament meħtieġ għat-test legali emendat. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid) Id-Direttiva 94/19/KE Artikolu 1 – punt 3 – punt ii | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt a Id-Direttiva 94/19/KE Artikolu 4 – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt b Id-Direttiva 94/19/KE Artikolu 4 – paragrafu 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Id-Direttiva 94/19/KE Artikolu 7 – paragrafi 1, 2 u 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 – subpunt d Id-Direttiva 94/19/KE Artikolu 7 – paragrafu 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għandhom isiru tibdiliet ulterjuri fil-proċedura normali. Ir-reviżjoni annwali mill-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjoni tista’ tittieħed fil-ħin. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 – subpunt d Id-Direttiva 94/19/KE Artikolu 7 – paragrafu 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għandhom isiru tibdiliet ulterjuri fil-proċdura normali. Ir-reviżjoni annwali mill-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjoni tista’ tittieħed fil-ħin. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Id-Direttiva 94/19/KE Atikolu 7 a – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Aġġustament meħtieġ għat-test legali emendat. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Id-Direttiva 94/19/KE Atikolu 7a – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għandhom isiru tibdiliet ulterjuri fil-proċedura normali. Ir-reviżjoni annwali mill-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjoni tista’ tittieħed fil-ħin. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Id-Direttiva 94/19/KE Atikolu 7a – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għandhom isiru tibdiliet ulterjuri fil-proċedura normali. Ir-reviżjoni annwali mill-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjoni tista’ tittieħed fil-ħin. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 a (ġdid) Id-Direttiva 94/19/KE Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – sottopunt a Id-Direttiva 94/19/KE Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
ĠustifikazzjoniL-emendi jiffaċilitaw strateġija aktar proporzjonata u prattika biex tiġi pprovduta d-dejta tad-depożitanti meta istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet iddikjarata falluta. L-obbligu li tingħata dejta fl-istess waqt li jkun iddikjarat il-falliment jirrikjedi trasferiment ta' dejta fil-ħin reali li hu piż sinifikanti. Dawn il-proposti għandhom jiżguraw aktar eżattezza tad-dejta mogħtija u livell ogħla ta' ċertezza legali. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – sottopunt a Id-Direttiva 94/19/KE Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – sottopunt a Id-Direttiva 94/19/KE Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Id-Direttiva 94/19/KE Artikolu 12 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 – sottopunt a Id-Direttiva 94/19/KE Anness I – punti 1 sa 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
It-tneħħija tal-modifika fl-anness saret biex jinżamm il-kamp ta’ applikazzjoni oriġinali tad-Direttiva. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 – sottopunt b Id-Direttiva 94/19/KE Anness I – punt 11 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
It-tneħħija tal-modifika fl-anness saret biex jinżamm il-kamp ta’ applikazzjoni oriġinali tad-Direttiva. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 – subpunt b a Id-Direttiva 94/19/KE Anness I - punt 13 - inċiż 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-isem tal-munita Ewropea hu “euro”. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 –punt 7 – sottopunt c Id-Direttiva 94/19/KE Anness I – punt 14 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
It-tneħħija tal-modifika fl-anness saret biex jinżamm il-kamp ta’ applikazzjoni oriġinali tad-Direttiva. | |||||||||||||||||||||||||||||||
NOTA SPJEGATTIVA
Il-kriżi ta’ fiduċja attwali fis-swieq finanzjarji wriet li anke l-istandards attwali ta’ garanziji tad-depożiti mhumiex meqjusa li huma biżżejjed.
Fl-aħħar tas-sena 2007, il-Parlament għadda riżoluzzjoni li talbet li jsiru inkjesti estensivi dwar:
- il-mekkaniżmi differenti ta’ finanzjament,
- l-interazzjoni tal-parteċipanti kollha f’każ ta’ kriżi transkonfinali,
- ugwaljanza tal-piżijiet f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi transkonfinali, kif ukoll
- l-implimentazzjoni ta’ twissija bikrija mtejba dwar ir-riskji u l-possibilità li jiġu introdotti kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji.
Barra minn hekk, il-Parlament għamilha ċara li jara lok sinifikanti għal tqassir tal-iskadenzi fil-każ ta’ kumpens, u li hu mixtieq livell minimu ikbar ta’ ħarsien tad-depożitanti.
Il-Proposta sottomessa tal-Kummissjoni tippreżenta emendi dwar:
- l-iskadenzi għall-ħlasijiet,
- l-ammont kopert,
- l-ambitu tal-kopertura tal-garanzija tad-depożiti,
- id-diviżjoni tal-ispejjeż,
- il-koperazzjoni transkonfinali.
Barra minn dan, il-Kummissjoni għandha tkun obbligata li tagħmel rapporti aktar milli proposti rispettivi għal emendi fil-liġijiet dwar il-mekkaniżmi ta’ finanzjament kif ukoll dwar skemi konġunti ta’ garanzija għad-depożiti.
Fl-opinjoni tar-Rapporteur, il-Proposta tal-Kummissjoni għandha dawn il-problemi partikulari:
- Hu meqjus li l-iskadenza għall-ħlasijiet hi qasira. Ħlas fi żmien tlett ijiem mhux possibbli. Tqabbil ma’ sistemi oħra ma jagħmilx sens minħabba li r-responsabilitajiet jitwettqu b’mod differenti u l-iskemi ta’ garanziji huma organizzati b’mod differenti. Fil-fehma tar-Rapporteur, skadenza qasira ħafna u mhux realistika se tkompli xxekkel il-fiduċja tal-konsumaturi f’każ ta’ kriżi. Biex tipprovdi lin-nies bil-flus meħtieġa fi żmien qasir, u fl-istess ħin tiżgura l-ipproċessar xieraq tal-każijiet ta’ garanzija, ir-Rapporteur jitlob li jsiru arranġamenti għal ħlasijiet ta’ emerġenza fi żmien tlett ijiem.
- Il-Proposta tal-Kummissjoni ġiet ippreżentata mingħajr evalwazzjoni tal-impatt. Minħabba li s-sitwazzjoni attwali tas-suq finanzjarju tirrikjedi azzjoni immedjata, din ir-rinunzja tidher li hi aċċettabli. Madankollu, wieħed irid jara għalfejn iż-żieda ulterjuri tal-ammont kopert sal-aħħar tas-sena ta’ wara m’għandhiex tkun marbuta mal-preżentazzjoni ta’ evalwazzjoni tal-impatt.
- Fil-ġejjieni, il-Kummissjoni tixtieq taħdem bl-għajnuna tal-proċedura tal-komitoloġija f’każ ta’ żieda fl-ammont garantit. Minħabba li l-livell ta’ kopertura miksub għad-depożiti medji hu ta’ EUR 50,000 minflok EUR 100,000, biex ikopru 80% tad-depożiti minflok 90%, din il-proċedura ma tidhirx li hi meħtieġa. Barra minn hekk, id-Direttiva u l-ammont kopert se jiġu riveduti kull sena. Fil-fehma tar-Rapporteur, emenda meħtieġa tkun tista’ ssir bil-proċedura normali.
- L-obbligu ta’ koperazzjoni transkonfinali ġie integrat, madankollu, minħabba li ma ngħatawx id-dati tar-reviżjoni, u lanqas l-attivitajiet li jridu jsiru f’każ ta’ kriżi, kif talab il-Parlament Ewropew is-sena ta’ qabel.
- Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva hu limitat għal investituri privati permezz tal-Proposta tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tqis li l-iSMEs m’għadx għandhom bżonn ikunu protetti permezz tal-liġi Ewropea. Minħabba l-importanza tagħhom għas-sitwazzjoni ekonomika tal-Istati Membri u s-suq tax-xogħol fl-Ewropa, dawn l-intrapriżi jeħtieġ li jiġu inklużi u protetti b’mod ulterjuri.
- Barra minn hekk, il-kunsiderazzjoni li fil-ġejjieni, il-mekkaniżmi ta’ finanzjament għandhom ikunu sottomessi fi żmien itwal minn tnax-il xahar tista’ tkun problematika. Minħabba d-diffikultajiet relatati mal-konformità mal-iskadenzi ġodda għall-ħlas permezz ta’ skemi ta’ garanzija uniċi, jeħtieġ li jitħaffef ir-ritmu tax-xogħol relatat mar-reviżjoni. Ir-Rapporteur jipproponi li jitfassal abbozz qabel it-tmiem ta’ April 2009.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Skemi ta' Garanzija għal Depożiti fir-rigward tal-livell ta' kopertura u d-dewma għall-ħlas |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2008)0661 – C6-0361/2008 – 2008/0199(COD) |
|||||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
15.10.2008 |
|||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 23.10.2008 |
|||||||
|
Kumitat/i mitlub/a jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 23.10.2008 |
JURI 23.10.2008 |
|
|
||||
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
IMCO 5.11.2008 |
JURI 3.11.2008 |
|
|
||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Christian Ehler 13.10.2008 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-Kumitat |
4.11.2008 |
17.11.2008 |
|
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
8.12.2008 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 3 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mariela Velichkova Baeva, Paolo Bartolozzi, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Manuel António dos Santos, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Louis Grech, Gunnar Hökmark, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Guntars Krasts, Andrea Losco, Astrid Lulling, Gay Mitchell, John Purvis, Antolín Sánchez Presedo, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Cornelis Visser |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniel Dăianu, Harald Ettl, Werner Langen, Alain Lipietz, Vladimír Maňka, Thomas Mann, Margaritis Schinas, Lars Wohlin |
|||||||
|
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Herbert Bösch, Gary Titley |
|||||||