RAPPORT dwar ir-regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro
11.12.2008 - (14533/2008 – C6‑0395/2008 – 2007/0192A(CNS))(Konsultazzjoni mġedda) - *
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Gérard Deprez
(proċedura simplifikata - Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro
(14533/2008 – C6‑0395/2008 – 2007/0192A(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni – konsultazzjoni mġedda)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-test tal-Kunsill (14533/2008),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0525),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2008[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 247(3) tat-Trattat KE, li dwaru l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6‑0395/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51, 43(1) u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6‑0192/2008),
1. Japprova t-test tal-Kunsill;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test preżentat għall-konsultazzjoni b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] Testi Adottati, P6_TA(2008)0280.
PROĊEDURA
Titolu |
Protezzjoni kontra l-iffalsifikar ta’ l-euro |
||||||
Referenzi |
14533/2008 – C6-0395/2008 – COM(2007)0525 – C6-0431/2007 – 2007/0192A(CNS) |
||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
22.11.2007 |
||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 17.11.2008 |
||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 17.11.2008 |
|
|
|
|||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ECON 8.12.2008 |
|
|
|
|||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Gérard Deprez 2.12.2008 |
|
|
||||
Rapporteur(s) preċedenti |
Agustín Díaz de Mera García Consuegra |
|
|
||||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
2.12.2008 |
||||||
Eżami fil-kumitat |
2.12.2008 |
|
|
|
|||
Data tal-adozzjoni |
2.12.2008 |
|
|
|
|||
Data tat-tressiq |
11.12.2008 |
||||||