RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tas-sistema lingwistika applikabbli għall-appelli kontra d-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea
16.12.2008 - (13301/2008 – C6‑0348/2008 – 2008/0806(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Costas Botopoulos
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tas-sistema lingwistika applikabbli għall-appelli kontra d-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea
(13301/2008 – C6‑0348/2008 – 2008/0806(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13301/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 245(2) tat-Trattat KE u l-Artikolu 160(2) tat-Trattat Euratom, skont liema l-Parlament kien ikkonsultat mill-Kunsill (C6-0348/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0508//2008),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk għandu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test imressaq għal konsultazzjoni b'mod sustanzjali ;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
Id-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Prim Istanza rigward l-appelli kienu adottati fit-12 ta’ Ottubru 2005. Huma daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2006.
Id-dispożizzjonijiet applikabbli, inklużi fit-Titolu 5 tar-Regoli ta’ Proċedura, huma kważi identiċi għal dawk inklużi fit-Titolu IV tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madanakollu, ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Prim Istanza ma għandhom l-ebda dispożizzjoni dwar il-lingwa tal-kawża li għandha tintuża fil-proċeduri ta’ appell (kontra deċiżjonijiet tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku). Filfatt m’hemm l-ebda ekwivalent għall-Artikolu 110 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja
Skont l-Artikolu 64 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-regoli li jikkontrollawl-arranġamenti lingwistiċi applikabbli fil-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jkunu emendati biss skont il-proċedura biex jiġi emendat l-Istatut stipulata mit-Trattat KE u mit-Trattat Euratom, jiġifieri b’deċiżjoni tal-Kunsill b’vot unanimu wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.
L-iskop tad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta huwa li tiżdied dispożizzjoni mar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Prim Istanza rigward il-lingwa tal-kawża li għandha tintuża fi proċeduri ta’ appell. Il-proposta tikkonsisti fiż-żieda ta’ artikolu simili għall-Artikolu 110 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Din id-dispożizzjoni għandha tistipula li l-lingwa tal-kawża għandha tkun il-lingwa tad-deċiżjoni tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea li kontrieh ikun tressaq l-appell.
Il-Kummissjoni kienet ikkonsultata u tat opinjoni favorevoli dwar it-test propost.
Ir-rapporteur iqis li l-emenda hija neċessarja għalkemm hija ta’ natura teknika biss. Għalhekk jirrakkomanda lill-Parlament biex jadottaha malajr kemm jista' jkun skont ix-xewqa espressa mill-Kunsill
PROĊEDURA
Titolu |
Is-sistema lingwistika applikabbli għall-appelli kontra d-deċiżjonijiet tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea |
|||||||
Referenzi |
13301/2008 – C6-0348/2008 – 2008/0806(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
7.10.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 21.10.2008 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Costas Botopoulos 3.11.2008 |
|
|
|||||
Data tal-adozzjoni |
15.12.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
13 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Othmar Karas, Klaus-Heiner Lehne, Manuel Medina Ortega, Francesco Enrico Speroni, Diana Wallis |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Costas Botopoulos, Jean-Paul Gauzès, Eva Lichtenberger, Georgios Papastamkos, Ieke van den Burg |
|||||||
Data tat-tressiq |
16.12.2008 |
|||||||