RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (verżjoni kodifikata)

17.12.2008 - (COM(2008)0488 – C6‑0334/2008 – 2008/0155(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Diana Wallis
(Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2008/0155(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0510/2008
Testi mressqa :
A6-0510/2008
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (verżjoni kodifikata)

(COM(2008)0488 – C6‑0334/2008 – 2008/0155(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0488),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 26, 87 sa 89, 132 u segwenti u 308 tat-Trattat KE, skont liema l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6 0334/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 – Metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6 0510/2008),

A. billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta msemmija għandha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr xi bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif ġiet adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 31 Ottubru 2008

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal Regolament tal-Kunsill fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactabumin

KUMM(2008) 488 finali tad-29.7.2008 - 2008/0155 (CNS)

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b’mod partikulari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fit-8 u fit-23 ta’ Settembru u fis-16 ta’ Ottubru 2008 kellu laqgħat iddedikati, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, preżentata mill-Kummissjoni.

Waqt l-eżami[1] tal-proposta għall-kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2783/75 (KEE) tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, bi qbil komuni, innota dan li ġej.

1) it-test eżistenti tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2783/75 għandu jerġa’ jiġi introdott fil-verżjoni adattata ta’ dak l-Artikolu li deher fil-proposta tal-kodifikazzjoni. B’effett ta’ dik il-bidla, it-test tal-Artikolu 1 ikun jaqra hekk:

"Artikolu 1

Kemm-il darba dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati ta’ dazju fit-Tariffa Komuni Doganali japplikaw għall-prodotti li ġejjin:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

 

3502

Albumini (inklużi konċentrati ta' żewġ proteini tax-xorrox jew iktar, li jikkontjenu skont il-piż iktar minn 80 % proteini tax-xorrox, ikkalkulati fuq materja niexfa), albuminati u derivati oħrajn tal-albumina:

 

Albumina tal-bajd:

ex

3502 11

– –

Niexfa:

 

3502 11 90

– – –

Oħrajn (li mhumiex xierqa, jew li għandhom isiru mhux xierqa għall-konsum mill-bniedem)

ex

3502 19

– –

Oħrajn:

 

3502 19 90

– – –

Oħrajn (li mhumiex xierqa, jew li għandhom isiru mhux xierqa għall-konsum mill-bniedem)

ex

3502 20

Albumina tal-ħalib, inklużi konċentrati ta' żewġ proteini tax-xorrox jew iktar:

 

 

– –

Oħrajn (li mhumiex xierqa, jew li għandhom isiru mhux xierqa għall-konsum mill-bniedem)

 

3502 20 91

– – –

Niexfa (pereżempju, f’folji, qxur, biċċiet irqaq, trab)

 

3502 20 99

– – –

Oħrajn

"

2) Kienet rikonoxxuta l-eżistenza ta’ diskrepanza ċara bejn il-verżjoni Ingliża tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2783/75, li fiha l-kliem " at the rate of duty laid down in Article 10", u l-verżjoni bil-Franċiż ta’ dak l-istess paragrafu, li għandu l-kliem " au taux du droit prévu au tarif douanier commun ". Jidher biċ-ċar li hemm żball fil-verżjoni Ingliża, li għalhekk teħtieġ korrezzjoni. Il-Grupp ta’ Ħidma hu tal-opinjoni li l-verżjonijiet tal-lingwi kollha tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2783/75 għandhom jiġi vverifikat u li għandha tiġi ppubblikata corrigenda tal-verżjoni Ingliża ta’ dak il-paragrafu, kif ukoll ta’ kull verżjoni ta’ lingwi oħra li jista’ jkollhom dak l-istess żball.

3) Kienet rikonoxxta wkoll il-preżenza ta’ diskrepanza oħra ċara fil-verżjoni Ingliża u f’dik Franċiża tal-Artikolu 4(3). Anki f’dak il-każ il-verżjonijiet tal-lingwi differenti għandhom jiġu vverifikati u probabbilment ikunu jeħtieġu l-pubblikazzjoni ta’ corrigenda.

Għaldaqstant, l-eżami tal-proposta ippermettiet il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv li jikkonkludi, mingħajr oġġezzjonijiet, li l-proposta hi kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, bla tibdil fis-sustanza tagħhom.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                           C.-F.DURAND

Ġuriskonsult                                     Ġuriskonsult               aġent Direttur Ġenerali

  • [1]  Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Franċiża, il-verżjoni lingwistika oriġinali tad-dokument ta’ ħidma.

PROĊEDURA

Titolu

Is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (Verżjoni kkodifikata)

Referenzi

COM(2008)0488 – C6-0334/2008 – 2008/0155(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

26.9.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

9.10.2008

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Diana Wallis

25.6.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

15.12.2008

 

 

 

Data tat-tressiq

17.12.2008