RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri (verżjoni kodifikata)

    17.12.2008 - (COM(2008)0492 – C6‑0336/2008 – 2008/0158(CNS)) - *

    Kumitat għall-Affarijiet Legali
    Rapporteur: Diana Wallis</Depute>
    (Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)

    Proċedura : 2008/0158(CNS)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A6-0511/2008
    Testi mressqa :
    A6-0511/2008
    Dibattiti :
    Testi adottati :

    ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar il-proposta ghal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri (verżjoni kodifikata)

    (COM(2008)0492 – C6‑0336/2008 – 2008/0158(CNS))

    (Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    –   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0492),

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 94 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0336/2008),

    –   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],

    –   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6–0511/2008),

    A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

    1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

    2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni

    • [1]  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

    ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

     

     

     

    GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV

    TAS-SERVIZZI LEGALI

    Brussell, 31 ta' Ottubru 2008

    OPINJONI

                         GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                                  TAL-KUNSILL

                                                                  TAL-KUMMISSJONI

    Proposta ghal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri (verżjoni kodifikata)

    COM(2008)492 tad-29.7.2008 – 2008/0158(CNS)

    Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-8 ta’ Settembru 2008 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami, fost l-oħrajn, tal-proposta msemmija hawn fuq, preżentata mill-Kummissjoni.

    Waqt l-eżami[1] tal-proposta għal regolament tal-Kunsill intenzjonat li jikkodifika d-Direttiva 90/434/KE tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri, il-Grupp, bi qbil komuni, innota dan li ġej.

    1) Fil-Premessa 11, l-ewwel frażi (li taqra "Id-deċiżjoni ta’ SE jew SCE li torganizza mill-ġdid in-negozju tagħha billi tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha m’għandux jixxekkel minn ostakli ta’ taxxa" fit-test tal-proposta) għandha tiġi sostitwita mill-frażi li ġejja: "Id-deċiżjoni ta' SE jew SCE li torganizza mill-ġdid in-negozju tagħha billi tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha m'għandhiex tixxekkel minn regoli fiskali diskriminatorji jew minn restrizzjonijiet, penalizzazzjonijiet jew tgħawwiġ li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tmur kontra l-liġi Komunitarja".

    2) Fl-Anness I, punt m, iż-żieda tal-kelma Griega «εταιρείες» kellha tiġi ppreżentata bejn vleġeġ ta' adattament.

    Dan l-eżami tal-proposta, b'hekk, ippermetta li l-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

    C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                           C.F. DURAND           Ġurikonsult

            Ġurikonsult      Aġent Direttur Ġenerali

    • [1]  Il-Grupp kellu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Franċiża, il-verżjoni oriġinali tad-dokument ta' ħidma.

    PROĊEDURA

    Titolu

    Sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat (Verżjoni kodifikata)

    Referenzi

    COM(2008)0492 – C6-0336/2008 – 2008/0158(CNS)

    Data meta ġie kkonsultat il-PE

    29.9.2008

    Kumitat responsabbli

      Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    JURI

    9.10.2008

    Rapporteur(s)

      Data tal-ħatra

    Diana Wallis

    25.6.2008

     

     

    Data tal-adozzjoni

    15.12.2008