RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid u li jemenda r-Regolament (KE) Nru XXX/XXXX [proċedura komuni]
18.12.2008 - (COM(2007)0872 – C6‑0027/2008 – 2008/0002(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Kartika Tamara Liotard
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid u li jemenda r-Regolament (KE) Nru XXX/XXXX [proċedura komuni]
(COM(2007)0872 – C6‑0027/2008 – 2008/0002(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0872),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0027/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0512/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-moviment ħieles ta' ikel sikur u bnin huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi sinifikament għas-saħħa u l-benessri taċ-ċittadini, kif ukoll għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom. Id-differenzi bejn liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali dwar l-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ sikurezza ta' ikel ġdid jistgħu jfixklu l-moviment ħieles tiegħu, u b’hekk joħolqu kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni inġusti. |
(1) Fl-implimentazzjoni tal-politika Komunitarja u filwaqt li jitqies it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, għandu jkun garantit livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bnedmin u ħarsien tal-konsumatur, kif ukoll livell għoli ta' benessri tal-annimali u ta' ħarsien ambjentali. Barra minn hekk, għandu dejjem jiġi applikat il-prinċipju ta' prekawzjoni kif imfisser fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel1. _____________ 1 ĠU L 31, 1.2.2002, p.1. |
Ġustifikazzjoni | |
L-enfasi għandha tkun fuq is-sikurezza tal-ikel u l-ħarsien tal-konsumatur. Għandu jitqies ukoll il-ħarsien tas-saħħa tal-annimali u tal-ambjent. Fl-aħħarnett, il-prinċipju ta' prekawzjoni huwa ta' importanza kbira. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem għandu jkun assigurat fit-tfittxija tal-politiki Komunitarji. |
(2) Livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem għandu jkun assigurat fit-twettiq tal-politiki Komunitarji u għandu jingħata prijorità fuq l-operat tas-suq intern. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem għandu jitqies bħala prijorità fl-awtorizzazzjoni ta' ikel ġdid. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) L-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jikkjarifika li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali meta jkunu qegħdin jifformulaw u jimplimentaw il-politiki, ladarba l-annimali huma ħlejjaq senzjenti. |
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2b) L-istandards definiti fil-leġiżlazzjoni tal-UE għandhom jiġu applikati għall-ikel kollu mqiegħed fis-suq tal-Komunità, inkluż ikel impurtat minn pajjiżi terzi. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun imtenni li l-istandards tal-Komunità għandhom japplikaw ukoll għal ikel impurtat. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2c) Il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Settembru 2008 dwar l-ikklownjar tal-annimali għall-provvista tal-ikel, biex treassaq proposti li jipprojbixxu, għal skopijiet ta’ provvisti tal-ikel, (i) l-ikklownjar tal-annimali, (ii) it-trobbija ta’ annimali kklownjati jew il-frieħ tagħhom, (iii) il-kummerċjalizzazzjoni ta’ laħam jew prodotti magħmulin mill-ħalib li ġejjin minn annimali kklownjati jew mill-frieħ tagħhom (iv) l-importazzjoni ta’ annimali kklownjati, tal-frieħ tagħhom, ta’ semen u ta’ embriji minn annimali kklownjati jew mill-frieħ tagħhom, u laħam u prodotti tal-ħalib li ġejjin minn annimali kklownjati jew mill-frieħ tagħhom. |
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 d (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2d) Fit-28-29 ta’ Settembru 2005, il-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni dwar Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement (SCENIHR) adotta opinjoni li kkonkludiet li jeżistu 'nuqqasijiet kbar fl-għerf meħtieġ għall-evalwazzjoni tar-riskju. Dawn jinkludu karatterizzazzjoni tan-nanopartiċelli, l-indiviwazzjoni u l-kejl tan-nanopartiċelli, ir-reazzjoni għad-dożi, dak li jiġri min-nanopartiċelli u l-persistenza tagħhom fil-bniedem u fl-ambjent, u l-aspetti kollha tat-tossikoloġija u t-tossikoloġija ambjentali b’rabta man-nanopartiċelli'; barra minn hekk jiġbed l-attenzjoni dwar il-konklużjoni tal-SCENIHR li 'l-metodi tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi eżistenti jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kollha li jirriżultaw fir-rigward tan-nanopartiċelli'; |
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Sabiex tkun żgurata l-kontinwità mar-Regolament (KE) Nru 258/97, in-nuqqas ta' użu għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 258/97, li hija l-15 ta’ Mejju 1997, għandu jinżamm bħala kriterju għal ikel li għandu jitqies bħala ġdid. |
(4) Sabiex tkun żgurata l-kontinwità mar-Regolament (KE) Nru 258/97, in-nuqqas ta' użu għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 258/97, li hija l-15 ta’ Mejju 1997, għandu jinżamm bħala kriterju għal ikel li għandu jitqies bħala ġdid. Użu fil-Komunità jirreferi għal użu fl-Istati Membri, irrispettivament mid-data tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tikkjarifika l-ambitu tal-impatt tat-regolament fuq is-suq intern u għalhekk iżżid iċ-ċertezza legali għal dawk ikkonċernati, b’mod partikolari fl-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) It-tifsira eżistenti ta’ ikel ġdid għandha tiġi ċċarata u aġġornata billi tieħu post il-kateġoriji eżistenti b’referenza għat-tifsira ġenerali ta’ ikel fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel. |
(5) It-tifsira eżistenti ta’ ikel ġdid għandha tiġi ċċarata, bi spjegazzjoni tal-kriterji li fuq il-bażi tagħhom ikel jiġi kkunsidrat ġdid, u aġġornata billi tieħu post il-kategoriji eżistenti b’referenza għat-tifsira ġenerali ta’ ikel fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex il-leġiżlazzjoni ssir iżjed ċara, għandu jkun hemm spjegazzjoni tal-kriterji li fuq il-bażi tagħhom ikel jiġi kkunsidrat ġdid fit-test innifsu jew fil-premessi. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Ikel bi struttura molekolari primarja ġdida jew li kienet immodifikata intenzjonalment, ikel li huwa magħmul minn mikroorganiżmi, fungi jew alka jew li ġie iżolat minnhom, speċji ġodda ta’ mikroorganiżmi li ma jkollhomx passat ta’ użu sikur kif ukoll konċentrati ta’ sustanzi li jinstabu b’mod naturali fil-pjanti huma kkunsidrati bħala ġodda skont id-definizzjoni tar-Regolament preżenti. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda tiċċara liema huma dawk il-kategoriji ta’ prodotti li fi kwalunkwe ċirkostanza huma koperti mid-definizzjoni ta’ ikel ġdid. Din il-lista ta’ kategoriji tal-ikel, li mhix eżawrjenti, għalhekk tikkontribwixxi għal ċertezza legali tad-definizzjoni tal-ikel ġdid kif aġġornata f’dan ir-Regolament. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) L-ikklownjar tal-annimali huwa inkompatibbli mad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja1, li l-punt 20 tal-Anness tagħha jistipula li m'għandhomx jintużaw proċeduri naturali jew artifiċjali tat-trobbija li jikkawżaw jew li x'aktarx jikkawżaw tbatija jew korriment li xi wieħed mill-annimali kkonċernati. L-ikel minn annimali kklownjati jew mid-dixxendenti tagħhom ma jistax għalhekk ikun inkluż fil-lista Komunitarja. |
|
1 ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23. |
Ġustifikazzjoni | |
Firxa wiesgħa ta' riċerka xjentifika u l-Opinjoni tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika juru li l-ikklownjar iwassal għal problemi serji ta' saħħa u ta' benessri, kemm għall-annimali kklownjati kif ukoll għall-ommijiet surrogati tagħhom. Feti kklownjati huma ħafna drabi ikbar min-normal; dan iwassal għal twelid diffiċli u għal ħafna twelid biċ-ċesarja. Ħafna kloni jmutu matul it-tqala jew fl-ewwel ġimgħat tal-ħajja minħabba defiċjenzi tal-immunità, insuffiċjenza kardjovaskulari, problemi respiratorji u abnormalitajiet fil-kliewi. | |
Il-problemi ta' saħħa u ta' benessri tal-annimali kkawżati mill-ikklownjar ifissru li dan il-proċess huwa imkompatibbli mal-paragrafu 20 tal-Anness mad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6b) Il-metodi għall-ittestjar li hawn disponibbli llum il-ġurnata mhumiex adegwati għall-evalwazzjoni tar-riskji assoċjati man-nanomaterjali. Għandhom jiġu żviluppati b'mod urġenti metodi ta' ttestjar li ma jinvolvux l-annimali u li huma speċifiċi għan-nanomaterjali. |
Ġustifikazzjoni | |
Attwalment, m'hemm l-ebda metodi adegwati biex tiġi evalwata s-sikurezza tan-nanomaterjali (ara l-opinjoni tas-SCENIHR ta' Settembru 2005). L-evalwazzjoni tan-nanomaterjali għandha tkun ibbażata fuq testijiet li huma speċifiċi għan-nanomaterjali u li ma jinvolvux l-annimali. Sakemm ikunu disponibbli testijiet nanospeċifiċi li ma jagħmlux ħsara lill-annimali għal evalwazzjoni adegwata tas-sikurezza tan-nanomaterjali fl-ikel, l-użu tagħhom għandu jkun ipprojbit sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-bniedem u jiġi evitat l-ittestjar fuq l-annimali. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6c) Filwaqt li l-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda ddikkjara, fl-Opinjoni tiegħu (Nru 23) tas-16 ta’ Jannar 2008 dwar l-aspetti etiċi tal-ikklownjar tal-annimali għall-provvista tal-ikel, li huwa 'ma jara l-ebda argument konvinċenti li jista’ jiġġustifika l-produzzjoni tal-ikel minn kloni jew mill-frieħ tagħhom'. Billi l-Kumitat Xjentifiku tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel ikkonkluda, fl-Opinjoni tiegħu1 tal-15 ta’ Lulju 2008, li 'instab li s-saħħa u l-benessri ta’ proporzjon sinifikanti ta’ kloni … huma affettwati b’mod negattiv, ta’ spiss b’mod sever u b’riżultat fatali'. |
|
1 Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 767, 1-49 |
Ġustifikazzjoni | |
L-Opinjonijiet tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel u tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda juru li l-ikklownjar iwassal għal problemi serji ta’ saħħa u benessri għall-annimali kklownjati u għall-ommijiet li jġorruhom. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 d (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6d) In-nanomaterjali preżenti fl-imballaġġ tal-ikel għandhom jiddaħħlu f'lista ta’ nanomaterjali approvati, u għandhom ikunu akkumpanjati minn limitazzjoni ta’ migrazzjoni fil-prodotti tal-ikel li jkunu f'dawn il-kontenituri jew fuq l-istess prodotti. |
Ġustifikazzjoni | |
L-imballaġġ li huwa magħmul minn nanomaterjali li jmissu mal-prodotti tal-ikel għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 e (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6e) Ikel li ġej minn annimali kklownjati u mill-frieħ tagħhom għandhom, madankollu, ikunu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jkun ittrattat f'regolament speċifiku, li jiġi adottat bi proċedura ta' kodeċiżjoni, u m'għandux ikun soġġett għall-proċedura komuni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva korrispondenti sakemm ir-regolament preżenti jidħol fis-seħħ. Sakemm jidħol fis-seħħ regolament dwar l-annimali kklownjati, għandu japplika moratorju għat-tqegħid fis-suq ta' ikel li jiġi prodott minn annimali kklownjati u mill-frieħ tagħhom. |
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex jipprovdu għal kriterji biex jiffaċilitaw l-evalwazzjoni ta’ jekk ikel intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Jekk ikel intuża esklussivament bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel, kif definit mid-Direttiva 2002/46/KE, qabel din id-data, jista’ jitpoġġa fis-suq wara d-data għall-istess użu mingħajr ma jitqies bħala ikel ġdid. Madankollu, l-użu bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel m’għandux jitqies għall-evalwazzjoni dwar jekk intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Għalhekk użi oħra ta’ l-ikel ikkonċernat, eż. użi minbarra bħala suppliment ta’ l-ikel, iridu jiġu awtorizzati skond dan ir-Regolament. |
(7) Għandhom jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex jipprovdu għal kriterji oħra biex jiffaċilitaw l-evalwazzjoni ta’ jekk ikel intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Jekk ikel intuża esklussivament bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel, kif definit mid-Direttiva 2002/46/KE, qabel din id-data, jista’ jitpoġġa fis-suq wara d-data għall-istess użu mingħajr ma jitqies bħala ikel ġdid. Madankollu, l-użu bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel m’għandux jitqies għall-evalwazzjoni dwar jekk intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Għalhekk użi oħra ta’ l-ikel ikkonċernat, eż. użi minbarra bħala suppliment ta’ l-ikel, iridu jiġu awtorizzati skond dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex wieħed ikompli jiddeskrivi l-kriterji li fuq il-bażi tagħhom ikel jiġi kkunsidrat ġdid. Il-kelma “oħra” għandha tiżdied, peress li xi spjegazzjoni diġà ngħatat fl-emendi għall-Premessa 6. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 8 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem1 għandhom japplikaw fil-każijiet fejn, meta jitqiesu l-karatteristiċi kollha ta’ prodott, dan jista’ jkun kopert mid-definizzjoni ta’ 'prodott mediċinali' u mid-definizzjoni ta’ prodott kopert minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra. F’dan ir-rigward, Stat Membru, jekk jistabbilixxi skont id-Direttiva 2001/83/KE li sustanza hija prodott mediċinali, jista’ jillimita l-kummerċjalizzazzjoni ta’ tali prodott skont il-liġi Komunitarja. |
|
1 ĠU L 311, 28.11.2001, p.67. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba li s-suġġett tal-ikel ġdid iqajjem diversi kwistjonijiet li diffiċli tikklassifikahom, huwa importanti li dan il-prinċipju ġenerali jiġi enfasizzat fil-premessa. Dan jipprovdi iżjed ċarezza għall-industrija u għall-konsumaturi dwar il-funzjonament tas-suq fir-rigward ta’ prodotti li diffiċli tikklassifikahom (mediċina/ikel). | |
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Ikel maħsub għal użi teknoloġiċi jew li huwa modifikat ġenetikament m’għandux jaqa taħt l-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, ikel użat biss bħala adittiv li jaqa' taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru XX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [...], ħwawar li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru XX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [...], solventi ta’ estrazzjoni li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 88/344/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-solventi ta’ estrazzjoni użati fil-produzzjoni ta’ oġġetti ta’ l-ikel u ingredjenti ta’ l-ikel, enżimi li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru XX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [...] u ikel modifikat ġenetikament li jaqa’ taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament. |
(10) Ikel maħsub għal użi teknoloġiċi jew li huwa modifikat ġenetikament m’għandux jaqa taħt l-ambitu ta’ dan ir-Regolament sakemm dan l-ikel ikun kopert minn evalwazzjoni ta’ sikurezza u approvazzjoni skont leġiżlazzjonijiet Komunitarji oħra. Għalhekk, ikel użat biss bħala adittiv li jaqa' taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru XX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [...], ħwawar li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru XX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [...], solventi ta’ estrazzjoni li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 88/344/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-solventi ta’ estrazzjoni użati fil-produzzjoni ta’ oġġetti ta’ l-ikel u ingredjenti ta’ l-ikel, enżimi li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru XX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [...] u ikel modifikat ġenetikament li jaqa’ taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa neċessarju li wieħed jiċċara li l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel ġodda kollha għandhom ikunu koperti minn evalwazzjoni ta’ riskju waħda skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja. Ikel li huwa diġà kopert minn evalwazzjoni ta’ riskju u minn proċedura ta’ approvazzjoni skont leġiżlazzjoni oħra tal-UE m’għandux jitlob ukoll evalwazzjoni tar-riskju u approvazzjoni skont ir-Regolament dwar l-ikel ġdid. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Jekk l-ikel intuża għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad qabel il-15 ta’ Mejju 1997, dan għandu jissejjes fuq tagħrif disponibbli fl-Istati Membri. Fejn il-Kummissjoni m'għandiex it-tagħrif dwar il-konsum mill-bniedem qabel il-15 ta’ Mejju 1997, għandha tiġi stabbilita proċedura sempliċi u trasparenti għall-ġbir ta’ dak it-tagħrif li tinvolvi l-Istati Membri u kwalunkwe partijiet interessati. |
(13) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċedura sempliċi u trasparenti għal każijiet li fihom m'għandhiex it-tagħrif dwar il-konsum mill-bniedem qabel il-15 ta’ Mejju 1997. l-Istati Membri għandhom ikunu involuti f'din il-proċedura. Il-proċedura għandha tiġi adottata mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Iċċarar u simplifikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni. Għandu jkun ċar liema responsabilitajiet qed jiġu assenjati lill-Kummissjoni meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Ikel ġdid għandu jitqiegħed fis-suq Komunitarju biss jekk huwa sikur u jekk ma jqarraqx lill-konsumatur. B’żieda ma’ dan, m'għandux ikun differenti mill-ikel li jkun qed jieħu postu b'tali mod li jkun ta' żvantaġġ nutrittiv għall-konsumatur. |
(14) Ikel ġdid għandu jitqiegħed fis-suq Komunitarju biss jekk huwa sikur u jekk ma jqarraqx lill-konsumatur. L-evalwazzjoni tas-sikurezza tagħhom għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-prekawzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel1. Barra minn hekk, m'għandux ikun differenti mill-ikel li jkun qed jieħu postu b'tali mod li jkun ta' żvantaġġ nutrittiv għall-konsumatur. |
|
_______________________ 1 ĠU L 31, 1.2.2002, p.1. |
Emenda 20 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Huwa meħtieġ li tiġi applikata proċedura ċentralizzata armonizzata għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ sikurezza li hija effiċjenti, limitata fiż-żmien u trasparenti. Bl-għan li tkompli tarmonizza proċeduri ta' awtorizzazzjoni differenti għal ikel, l-evalwazzjoni ta’ sikurezza ta’ ikel ġdid u l-inklużjoni tiegħu fil-lista Komunitarja għandha titwettaq skond il-proċedura stipulata fir-Regolament (KE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [data] li tistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, enżimi ta’ l-ikel u ħwawar. |
(15) Huwa meħtieġ li tiġi applikata proċedura ċentralizzata armonizzata għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ sikurezza li hija effiċjenti, limitata fiż-żmien u trasparenti. Bl-għan li tkompli tarmonizza proċeduri ta' awtorizzazzjoni differenti għal ikel, l-evalwazzjoni ta’ sikurezza ta’ ikel ġdid u l-inklużjoni tiegħu fil-lista Komunitarja għandha titwettaq skond il-proċedura stipulata fir-Regolament (KE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [data] li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, enżimi ta’ l-ikel u ħwawar tal-ikel. L-approvazzjoni ta’ ikel ġdid għandha tqis ukoll fatturi rilevanti oħrajn għall–kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata, inklużi l-fatturi etiċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa essenzjali li fil-proċess tal-approvazzjoni ta’ ikel ġdid (ladarba dan ikopri wkoll ikel ġdid prodott minn nanoteknoloġiji u proċessi ta’ kklownjar) jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha li huma essenzjali għad-deċiżjoni finali, inklużi l-kwistjonijiet etiċi. | |
Emenda 21 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 15 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) Sabiex jiġu evitati t-testijiet fuq l-annimali, testijiet fuq annimali vertebrati għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jitwettqu biss meta ma jkunx għad fadal alternattivi oħra. Dan ir-Regolament għandu jiżgura li l-ittestjar fuq l-annimali vertebrati jitnaqqas kemm jista' u li testijiet doppji jiġu evitati, u għandu jippromwovi l-użu ta’ metodi ta' ttestjar li ma jinvolvux lill-annimali u strateġiji intelliġenti għat-testijiet. Riżultati eżistenti ta’ testijiet li saru fuq annimali vertebrati għandhom jiġu kondiviżi fil-proċess tal-iżvilupp ta’ ikel ġdid. Skont id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE tal-24 ta’ Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-annimali użati għall-għanijiet sperimentali u għanijiet oħra xjentifiċi1, testijiet fuq annimali vertebrati għandhom jiġu wkoll sostitwiti, ristretti jew irraffinati. L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha, fejn huwa possibbli, tkun ibbażata fuq l-użu ta’ metodi ta’ ttestjar alternattivi u adegwati. Mhux iżjed tard minn ...*, il-Kummissjoni għandha tanalizza r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta tar-riżultati minn testijiet fuq annimali vertebrati u fejn hemm bżonn temenda dawk ir-regoli. |
|
1 ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1. * Seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
F’konformità mar-rekwiżit fil-Protokoll dwar il-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali li jgħid li l-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw b’mod sħiħ ir-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki, tajjeb li wieħed jinkludi li testijiet fuq l-annimali għandhom jinżammu f'livell minimu kemm jista’ jkun u jitwettqu biss meta ma jkunx fadal alternattivi oħra, u li wieħed jippromwovi l-użu ta’ alternattivi. | |
Emenda 22 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Għandhom jiġu stipulati wkoll kriterji għall-valutazzjoni tar-riskji potenzjali ta’ ikel ġdid. Sabiex tkun żgurata evalwazzjoni xjentifika armonizzata ta' ikel ġdid, evalwazzjonijiet tali għandhom jitwettqu mill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel ("l-Awtorità"). |
(16) Għandhom jiġu stipulati wkoll kriterji għall-valutazzjoni tar-riskji potenzjali ta’ ikel ġdid. Sabiex tkun żgurata evalwazzjoni xjentifika armonizzata ta' ikel ġdid, evalwazzjonijiet bħal dawn għandhom jitwettqu mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità"), b’koperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Filwaqt li wieħed għandu jilqa' b'sodisfazzjon il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u tal-evalwazzjoni tal-ikel ġdid, tajjeb li tinżamm il-koperazzjoni bejn l-EFSA u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari għall-missjonijiet ta’ sorveljanza tas-suq li se jitħallew fir-responsabilità tagħhom fil-kuntest ta’ din il-leġiżlazzjoni. Grazzi għal din il-kollaborazzjoni, huma jkunu jistgħu jżommu l-għerf u l-kompetenzi tagħhom. | |
Emenda 23 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 16 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) L-aspetti etiċi u ambjentali għandhom jitqiesu bħala parti mill-evalwazzjoni tar-riskju matul il-proċedura ta' awtorizzazzjoni. Dawn l-aspetti għandhom jiġu evalwati mill-Grupp Ewropew għall-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji Ġodda u mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent rispettivament. |
Ġustifikazzjoni | |
Minbarra l-aspetti ta' protezzjoni tas-saħħa, tal-interessi tal-konsumaturi u tas-saħħa tal-annimali, l-evalwazzjoni tar-riskju għandha tqis ukoll l-aspetti etiċi u ambjentali. | |
Emenda 24 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Fejn ikun meħtieġ, u fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta’ l-evalwazzjoni tas-sikurezza, għandhom jiġu introdotti rekwiżiti għal sorveljanza wara li jitqiegħed fis-suq ta’ l-użu ta’ ikel ġdid għall-konsum mill-bniedem. |
(18) Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta’ l-evalwazzjoni tas-sikurezza, għandhom jiġu introdotti kwalunkwe rekwiżiti għal sorveljanza wara li jitqiegħed fis-suq ta’ l-użu ta’ ikel ġdid. |
Ġustifikazzjoni | |
Iċċarar u simplifikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni. | |
Emenda 25 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) F’ċirkustanzi speċifiċi sabiex jiġu stimolati r-riċerka u l-iżvilupp fl-industrija agro-alimentari, u għalhekk l-innovazzjoni, l-evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data proprjetarja pprovduta bħala appoġġ għal applikazzjoni għall-inklużjoni ta' ikel ġdid fil-lista Komunitarja m’għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant ieħor matul perjodu ta’ żmien limitat, mingħajr ma jkun hemm ftehim ma’ l-ewwel applikant. Il-ħarsien ta’ data xjentifika mogħtija minn applikant wieħed m'għandhix twaqqaf lill-applikanti l-oħrajn milli jfittxu l-inklużjoni fil-lista Komunitarja ta' ikel ġdid fuq il-bażi tad-data xjentifika tagħhom. |
(20) F’ċirkustanzi speċifiċi sabiex jiġu stimolati r-riċerka u l-iżvilupp fl-industrija agro-alimentari, u għalhekk l-innovazzjoni, ikun xieraq li jitħares l-investiment magħmul mill-innovaturi fil-ġbir tal-informazzjoni u d-data pprovduta bħala appoġġ għal applikazzjoni skont dan ir-Regolament. L-evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data proprjetarja pprovduta bħala appoġġ għal applikazzjoni għall-inklużjoni ta' ikel ġdid fil-lista Komunitarja m’għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant ieħor matul perjodu ta’ żmien limitat, mingħajr ma jkun hemm ftehim mal-ewwel applikant. Il-ħarsien ta’ data xjentifika mogħtija minn applikant wieħed m'għandhiex twaqqaf lill-applikanti l-oħrajn milli jfittxu l-inklużjoni fil-lista Komunitarja ta' ikel ġdid fuq il-bażi tad-data xjentifika tagħhom. Apparti dan, il-ħarsien ta' data xjentifika m’għandhiex tfixkel it-trasparenza u l-aċċess għal informazzjoni fir-rigward tad-data użata fl-evalwazzjoni tas-sikurezza ta' ikel ġdid. Madankollu, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom ikunu rispettati. |
|
Madankollu, ir-ripetizzjoni ta’ studji li jinvolvu l-vertebrati għandha tiġi pprojbita. F’dan il-kuntest, għandu jkun hemm l-obbligu li l-aċċess għal studji dwar vertebrati u studji oħra li jistgħu jipprevjenu testijiet fuq l-annimali jkun permess. |
It-test tal-premessa 20 għandu jiġi allinjat mat-test tal-premessa 31 tar-Regolament 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa. | |
Din hija konformi mal-Emenda 5 tal-abbozz ta’ opinjoni, iżda għandha l-għan li tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-produtturi. | |
Emenda 26 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Ikel ġdid huwa soġġett għar-rekwiżiti ta’ tikkettar ġenerali stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti ta' l-ikel. F’ċerti każi jista’ jkun meħtieġ li jkun hemm tagħrif ta' tikkettar addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tad-deskrizzjoni ta' l-ikel, is-sorsi tiegħu, jew il-kundizzjonijiet ta' l-użu. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ ikel ġdid fil-lista Komunitarja tista’ tipproponi kundizzjonijiet ta’ l-użu jew obbligazzjonijiet ta’ tikkettar speċifiċi. |
(21) Ikel ġdid huwa soġġett għar-rekwiżiti ta’ tikkettar ġenerali stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti ta' l-ikel. F’ċerti każi jista’ jkun meħtieġ li jkun hemm tagħrif ta' ttikkettar addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tad-deskrizzjoni ta' l-ikel, is-sorsi tiegħu, jew il-kundizzjonijiet ta' l-użu, li jista' jinkludi tagħrif dwar kunsiderazzjonijiet etiċi. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ ikel ġdid fil-lista Komunitarja se timponi kundizzjonijiet ta' l-użu jew obbligazzjonijiet ta’ tikkettar speċifiċi f’dawk il-każijiet. Prodotti mmanifatturati bl-għajnuna ta’ nanoteknoloġiji u ikel prodott minn annimali li kienu jingħataw għalf ġenetikament immodifikat għandhom ikunu ttikkettati bħala tali. |
Ġustifikazzjoni | |
Kjarifika tal-emenda 12 tar-Rapporteur. Hemm nuqqas ċar fid-dispożizzjonijiet rigward l-ikel prodott minn annimali li kienu jingħataw għalf ġenetikament immodifikat: Il-premessa 16 tar-Regolament 1829/2003 hija interpretata li tfisser li ikel immanifatturat minn annimali li kienu jingħataw għalf ġenetikament immodifikat mhux kopert minn dak ir-regolament. Dan ifisser li r-Regolament 1829/2003 ma jinkludi ebda dispożizzjoni dwar it-tikkettar; għalhekk għandhom ikunu stabbiliti regoli korrispondenti f’dan ir-regolament sabiex tintela dik il-lakuna. | |
Il-kriterji għat-tikkettar addizzjonali għandhom jinkludu wkoll konsiderazzjonijiet etiċi bħall-ikklownjar. Għalhekk għandu jkun possibbli li wieħed jirrikjedi li l-ikel prodott minn annimali kklownjati jkun ittikkettat. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar stqarrijiet ta' nutrizzjoni u saħħa fuq l-ikel jarmonizza d-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri dwar stqarrijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa. Għalhekk, indikazzjonijiet dwar ikel ġdid għandhom isiru biss skond dak ir-Regolament. |
(22) Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel jarmonizza d-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri dwar stqarrijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa. Għalhekk, indikazzjonijiet dwar ikel ġdid għandhom isiru biss skond dak ir-Regolament. Meta applikant ikun jixtieq li ikel ġdid ikollu indikazzjoni dwar is-saħħa li jeħtieġ li tkun awtorizzata skont l-Artikolu 17 jew 18 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u l-applikazzjonijiet għall-ikel ġdid u għall-indikazzjoni dwar is-saħħa jinkludu talbiet għall-ħarsien ta’ data proprjetarja, jekk l-applikant jitlob hekk, il-perjodu ta’ ħarsien ta’ data għandu jibda u jkompli għaddej fl-istess ħin. |
Emenda 28 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Fir-rigward ta' l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tas-sikurezza ta' ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi, għandha titqies l-istorja ta' użu sikur tiegħu fil-pajjiż ta' l-oriġini terz. L-istorja ta’ l-użu sikur ta’ l-ikel m'għandix tinkludi l-użu mhux għall-skop ta' ikel jew użu mhux relatat ma' dieta normali. Jekk l-Istati Membri u l-Awtorità ma ppreżentawx oġġezzjonijiet ta’ sikurezza motivati, imsejsa fuq evidenza xjentifika, pereżempju tagħrif dwar effetti negattivi fuq is-saħħa, it-tqegħid ta’ l-ikel fis-suq Komunitarju għandu jkun permess wara notifika dwar il-ħsieb li jsir dan. |
(23) Fir-rigward ta' l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tas-sikurezza ta' ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi, għandha titqies l-istorja ta' użu sikur tiegħu fil-pajjiż ta' l-oriġini terz. L-istorja ta’ l-użu sikur ta’ l-ikel m'għandhiex tinkludi l-użu mhux għal skop ta' ikel jew użu mhux relatat ma' dieta normali. Jekk l-Istati Membri u/jew l-Awtorità ma ppreżentawx oġġezzjonijiet ta’ sikurezza motivati, imsejsa fuq evidenza xjentifika, pereżempju tagħrif dwar effetti negattivi fuq is-saħħa, it-tqegħid ta’ l-ikel fis-suq Komunitarju jkun permess wara notifika dwar il-ħsieb li jsir dan, bil-kundizzjoni li ma jkun hemm l-ebda oġġezzjonijiet etiċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun ċar li l-Istati Membri u/jew l-Awtorità jistgħu jikkummentaw. Anke jekk prodott ikun sikur, jista' jkun hemm oġġezzjonijiet etiċi. | |
Emenda 29 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Il-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 1997 jista' jiġi kkonsultat, fejn xieraq, bl-għan li jinkisbu pariri dwar kwistjonijiet ta' etika fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid. |
(24) Il-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 1997 għandu jiġi kkonsultat f'każijiet issostanzjati bl-għan li jinkisbu pariri dwar kwistjonijiet ta' etika fir-rigward tal-użu ta' teknoloġiji ġodda u tat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid. |
Ġustifikazzjoni | |
Dwar kwistjonijiet ġenerali issostanzjati (bħall-użu ta’ nanoteknoloġiji jew it-tekniki tal-ikklownjar) huwa xieraq li l-kwistjonijiet etiċi għandhom jiġu rriferuti lill-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda biex issir konsultazzjoni. | |
Emenda 30 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Dan ir-Regolament jistipula regoli armonizzati għat-tqegħid ta’ ikel ġdid fis-suq Komunitarju bl-għan li jiġi żgurat livell għoli tas-saħħa tal-bniedem u ħarsien tal-konsumatur, filwaqt li jkun żgurat it-tħaddim effettiv tas-suq intern. |
Dan ir-Regolament jistipula regoli armonizzati għat-tqegħid ta’ ikel ġdid fis-suq Komunitarju bl-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa u tal-benessri tal-annimali, tal-ambjent u tal-interessi tal-konsumaturi, filwaqt li jkunu żgurati t-trasparenza u t-tħaddim effettiv tas-suq intern. |
Emenda 31 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tqegħid ta' ikel ġdid fis-suq Komunitarju. |
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tqegħid ta' ikel ġdid fis-suq Komunitarju. |
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal: |
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika, sakemm ma jkunx previst mod ieħor, għal: |
(a) ikel fejn u sakemm jintuża bħala: |
(a) ikel fejn u sakemm jintuża bħala: |
(i) addittivi ta’ l-ikel li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru [dwar addittivi ta’ l-ikel]; |
(1) addittivi ta’ l-ikel li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru [dwar addittivi ta’ l-ikel]; |
(ii) ħwawar ta’ l-ikel li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru [dwar ħwawar ta’ l-ikel]; |
(2) ħwawar ta’ l-ikel li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru [dwar ħwawar ta’ l-ikel], ħlief meta l-ħwawar imsemmija fl-Artikolu 8(1), punti (a), (b) u (c) ta' dak ir-Regolament ikunu prodotti minn ikel ġdid; |
(iii) solventi ta’ estrazzjoni użati fil-produzzjoni ta’ oġġetti ta' l-ikel u li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 88/344/KEE; |
(3) solventi ta’ estrazzjoni użati fil-produzzjoni ta’ oġġetti ta' l-ikel u li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 88/344/KEE; |
(iv) enżimi ta’ l-ikel li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru [dwar enżimi ta’ l-ikel]; |
(4) enżimi ta’ l-ikel li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru [dwar enżimi ta’ l-ikel]; |
(v) vitamini u minerali li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 89/398/KEE, id-Direttiva 2002/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006. |
(5) vitamini u minerali li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 89/398/KEE, id-Direttiva 2002/46/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006, ħlief meta l-vitamini jew minerali jinkisbu minn sorsi ġodda jew permezz tal-użu ta’ proċess ta’ produzzjoni li ma kienx ikkunsidrat meta kienu awtorizzati skont il-leġiżlazzjoni rispettiva. |
(b) ikel li jaqa’ fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) 1829/2003. |
(b) ikel li jaqa’ fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) 1829/2003; |
|
(ba) ikel derivat minn annimali kklownjati u d-dixxendenti tagħhom. Qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, imsemmija fl-Artikolu 20, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva biex jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq fil-Komunità ta’ ikel derivat minn annimali kklownjati u d-dixxendenti tagħhom. Il-proposta għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
2a. Bla ħsara għall-paragrafu 2, dan ir-Regolament għandu japplika għal addittivi tal-ikel, enżimi tal-ikel, ħwawar u ċertu ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet ta’ ħwawar li għalihom huwa applikat proċess ta’ produzzjoni ġdid li ma kienx użat qabel il-15 ta’ Mejju1997 li jwassal għal bidliet sinifikanti fil-kompożizzjoni jew l-istruttura tal-ikel (pereżempju nanoteknoloġiji u nanoxjenza). |
3. Fejn meħtieġ, jista’ jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2) jekk tip ta’ ikel jaqax fi ħdan l-ambitu ta’ dan ir-Regolament. |
3. Meta jkun meħtieġ, jista’ jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(3) jekk tip ta’ ikel jaqax fi ħdan l-ambitu ta’ dan ir-Regolament. |
|
Fejn ikel ġdid jista' jkollu effett fuq il-ġisem tal-bniedem simili għal dak ta' prodott mediċinali, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) biex tevalwa jekk hux kopert bir-Regolament (KE) Nru 726/2004. |
Emenda 32 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt (a) (i) – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) ikel li ma ġiex użat għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997; |
(i) ikel li ma ġiex użat għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997, inkluż ikel li kien approvat skont il-proċedura 'aċċellerata' tar-Regolament (KE) Nru 258/97 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti ta’ ikel ġodda. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proċedura 'aċċellerata' introduċiet livell iktar baxx ta’ ħarsien fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel. | |
Emenda 33 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a – punt ii | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(ii) ikel ta’ oriġini mill-pjanti jew mill-annimali meta tiġi applikata teknika ta’ tagħmir mhux tradizzjonali lill-pjanta u annimal li ma ntużatx qabel il-15 ta’ Mejju 1997; kif ukoll |
(ii) ikel ta’ oriġini mill-pjanti jew mill-annimali meta tiġi applikata teknika ta’ riproduzzjoni mhux tradizzjonali lill-pjanta u lill-annimal, bl-eċċezzjoni ta' ikel derivat minn annimali kklownjati u d-dixxendenti tagħhom; |
Ġustifikazzjoni | |
Id-deċiżjoni dwar jekk l-ikel minn annimali kklownjati u mid-dixxendenti tagħhom jitqiegħedx jew le fis-suq m'għandhiex titħalla għall-proċedura tal-komitoloġija, iżda għandha tittieħed permezz ta' regolament speċifiku tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bil-proċedura tal-kodeċiżjoni. | |
Emenda 34 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 3 – paragrafu 2 - punt (b) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) "ikel tradizzjonali minn pajjiż terz" tfisser ikel ġdid bi storja ta’ użu ta’ ikel f’pajjiż terz, li tfisser li l-ikel ikkonċernat kien u jibqa’ parti minn dieta normal ta’ mill-anqas ġenerazzjoni waħda f’parti kbira tal-popolazzjoni tal-pajjiż; |
(b) "ikel tradizzjonali minn pajjiż terz" tfisser ikel ġdid bi storja ta’ użu ta’ ikel f’pajjiż terz, li tfisser li l-ikel ikkonċernat kien u għadu parti minn dieta normali ta’ mill-anqas 30 sena f’parti kbira tal-popolazzjoni tal-pajjiż; |
Emenda 35 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt (c) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) "storja ta’ użu ta’ ikel sikur" tfisser li s-sikurezza ta’ l-ikel ikkonċernat hija kkonfermata b’data ta’ kompożizzjoni u mill-esperjenza ta’ użu u użu kontinwu fid-dieta normali ta’ parti kbira mill-popolazzjoni ta’ pajjiż. |
(c) "storja ta’ użu ta’ ikel sikur" tfisser li s-sikurezza ta’ l-ikel ikkonċernat hija kkonfermata b’data ta’ kompożizzjoni u mill-esperjenza ta’ użu u użu kontinwu għal mill-inqas 30 sena fid-dieta tas-soltu ta’ parti kbira mill-popolazzjoni ta’ pajjiż. |
Emenda 36 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt (c a) (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) 'nanomaterjal' tfisser materjal immanifatturat intenzjonalment b'dimensjoni esterna waħda jew aktar jew struttura interna, fl-ordni ta' 100 nm jew inqas; |
Emenda 37 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt (c b) (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(cb) 'prodott bl-għajnuna tan-nanoteknoloġija' tfisser prodott li fih materjal immanifatturat intenzjonalment b'dimensjoni esterna waħda jew aktar jew bi struttura interna, jew li jikkonsisti f'materjal bħal dan jew li hu prodott bih, |
|
(i) fl-iskala bejn 1 u 100 nm, jew, |
|
(ii) fejn ikun akbar minn 100 nm, huwa ġeneralment xjentifikament aċċettat bħala prodott tan-nanoteknoloġija. |
Emenda 38 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) "annimali kklownjati" tfisserannimali prodotti permezz ta’ metodu artifiċjali, mhux sesswali ta’ riproduzzjoni bil-għan li tkun prodotta kopja ta' annimal individwali ġenetikament identika jew kważi identika; |
Ġustifikazzjoni | |
Kjarifika tad-definizzjonijiet. | |
Emenda 39 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(cb) "dixxendenti ta' annimali kklownjati" tfisser annimali prodotti permezz ta’ riproduzzjoni sesswali, f’każijiet fejn mill-inqas ġenitur wieħed huwa annimal ikklownjat; |
Ġustifikazzjoni | |
Kjarifika tad-definizzjonijiet. | |
Emenda 40 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 4 – paragrafu 1, 1 a u 1 b (ġodda) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ġbir ta’ tagħrif li għandu x’jaqsam ma’ l-użu ta’ ikel għall-konsum mill-bniedem |
Ġbir ta’ tagħrif li għandu x’jaqsam mal-klassifikazzjoni ta’ ikel ġdid |
1. Il-Kummissjoni tista’ tiġbor tagħrif mill-Istati Membri u/jew minn operaturi kummerċjali ta’ l-ikel sabiex tistabbilixxi sa liema grad l-ikel intuża għall-konsum mill-bniedm ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. |
1. Il-Kummissjoni għandha tiġbor tagħrif mill-Istati Membri u/jew minn operaturi kummerċjali ta’ l-ikel jew minn kwalunkwe parti interessata oħra sabiex tistabbilixxi jekk ikel hux inkluż fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri, l-operaturi kummerċjali u l-partijiet interessati l-oħra għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-tagħrif dwar kemm l-ikel intuża għall-konsum mill-bniedem ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta' Mejju 1997. |
|
1a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din id-data u l-konklużjonijiet li jirriżultaw mill-ġbir tad-data u d-data mhux kunfidenzjali li tappoġġjaha. |
|
1b. Il-miżuri ta' implimentazzjoni dwar kif wieħed għandu jipproċedi f'każijiet li fihom il-Kummissjoni m'għandha l-ebda informazzjoni dwar l-użu għall-konsum mill-bniedem qabel il-15 ta' Mejju 1997, li jkunu mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3) mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 41 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Ikel ġdid inkluż fil-lista Komunitarja ta' ikel ġdid (minn hawn 'il quddiem "il-lista Komunitarja) biss jista' jitqiegħed fis-suq. |
Ikel ġdid inkluż fil-lista Komunitarja ta' ikel ġdid (minn hawn 'il quddiem "il-lista Komunitarja) biss jista' jitqiegħed fis-suq. Il-Kummissjoni għandha żżomm u tippubblika l-lista Komunitarja fuq paġna pubblikament aċċessibbli maħsuba għal dan l-iskop fuq il-websajt tal-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi stimolata l-innovazzjoni, l-awtorizzazzjoni għandha tibqa’ disponibbli għall-użu esklussiv tal-applikant matul il-perjodu ta’ ħarsien tad-data kif definit mill-Artikolu 12. Applikanti oħra għalhekk għandhom jipprovdu data suffiċjenti biex jissostanzjaw awtorizzazzjonijiet ġodda mingħajr ma jagħmlu referenza għad-data proprjetarja tal-applikant preċedenti. Il-mekkaniżmu għandu jkun l-istess bħal fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament 1924/2006/KE. | |
Emenda 42 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 5 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 5a |
|
Il-projbizzjoni ta’ ikel ġdid mhux konformi |
|
L-ikel ġdid m’għandux jitqiegħed fis-suq jekk l-użu tiegħu ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-projbizzjoni għandha tiskoraġġixxi lill-operaturi frodulenti u ssaħħaħ il-ħarsien tal-konsumatur. | |
Emenda 43 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ikel ġdid jista’ jiġi inkluż fil-lista Komunitarja biss jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
1. Ikel ġdid jista’ jiġi inkluż fil-lista Komunitarja biss jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
(a) ma joħloqx, fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika disponibbli, tħassib dwar is-sikurezza għas-saħħa tal-konsumatur taħt kundizzjonijiet ta’ konsum normali; |
(a) ma joħloqx, fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika disponibbli, u wara li jiġi applikat il-prinċipju tal-prekawzjoni kif imfisser fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, tħassib dwar is-sikurezza għas-saħħa tal-konsumatur u tal-annimali, li jfisser li l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi kif ukoll l-effetti negattivi potenzjali fuq gruppi partikolari tal-popolazzjoni jitqiesu fl-evalwazzjoni tar-riskju; |
Ġustifikazzjoni | |
L-ikel ġdid m’għandu fl-ebda ċirkostanza jippreżenta riskju għas-saħħa. M’hemmx ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet ulterjuri għall-konsum normali, għax dan fil-prattika jikkawża biss problemi ta’ interpretazzjoni u jdgħajjef il-prevedibilità tat-teħid prattiku tad-deċiżjonijiet għall-operaturi f'dan is-settur. It-test il-ġdid ikompli jsaħħaħ ukoll il-ħarsien tal-konsumatur. | |
Is-saħħa tal-annimali hija relevanti wkoll f'dan il-kuntest. | |
Emenda 44 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) ma jqarraqx lill-konsumatur bil-mod li huwa ppreżentat jew bl-użu maħsub tiegħu; |
(b) ma jqarraqx lill-konsumatur; |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjonijiet fir-Regolament oriġinali 258/97 huma aktar ċari u għandhom jinżammu. | |
Emenda 45 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) fil-każ fejn huwa maħsub li jieħu post ikel ieħor, ma jkunx differenti minn dak l-ikel b'tali mod li l-konsum normali tiegħu ikun ta' żvantaġġ nutrittiv għall-konsumatur. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Ġustifikazzjoni | |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) | |
Emenda 46 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – punt (c a) (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) m’għandux impatt negattiv fuq l-ambjent, u m’għandux effetti persistenti jew akkumulattivi fuq l-ambjent wara li jkun ikkunsmat jew wara li jkun sar skart. |
Ġustifikazzjoni | |
Wieħed mill-kriterji għad-dħul ta’ ikel fil-lista Komunitarja ta’ ikel ġdid għandu jkun l-impatt ambjentali tiegħu, b’mod partikolari l-effetti persistenti jew kumulattivi tiegħu fuq l-ambjent. | |
Emenda 47 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – punt (c b) (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c b) l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent rigward kemm il-proċess ta’ produzzjoni u l-konsum normali għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent għandu jitqies fl-evalwazzjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jitqiesu wkoll l-aspetti ambjentali bħala parti mill-kundizzjonijiet għal inklużjoni fil-lista tal-Komunità. | |
Emenda 48 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – (c c) (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c c) l-opinjoni tal-Grupp Ewropew għall-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji Ġodda rigward kemm hemm oġġezzjonijiet etiċi għandha titqies fl-analiżi. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti wkoll li jitqiesu l-aspetti etiċi bħala parti mill-kundizzjonijiet għal inklużjoni fil-lista tal-Komunità. | |
Emenda 49 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – punti c d - c f (ġodda) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
|
(cd) ikel ġdid li jista’ jkollu effetti negattivi fuq gruppi partikolari tal-popolazzjoni jkun awtorizzat biss jekk ikunu implimentati miżuri speċifiċi li jipprevjenu dawn l-effetti negattivi; |
|
(ce) se jkunu stabbiliti livelli massimi ta’ teħid ta’ ikel ġdid bħala tali jew bħala parti minn ikel ieħor jew kategoriji ta’ ikel, fejn l-użu sikur jirrikjedi dan; |
|
(cf) l-effetti kumulattivi ta’ ikel ġdid li huwa użat f’ikel jew f'kategoriji ta’ ikel differenti kienu evalwati; |
Ġustifikazzjoni | |
Attenzjoni akbar għandha tingħata lir-riskji possibbli tal-użu ta’ ikel ġdid, b’mod partikolari fir-rigward ta’ gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni. Huwa meħtieġ sett ta’ kondizzjonijiet usa' għall-inklużjoni ta’ ikel ġdid fil-lista Komunitarja sabiex jiġi evitat li jirriżultaw effetti negattivi mhux mistennija bħala riżultat tal-użu ta’ ikel ġdid. | |
Emenda 50 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Ikel li għalih kienu applikati proċessi ta’ produzzjoni li jirrikjedu metodi ta’ evalwazzjoni tar-riskju speċifiċi (pereżempju ikel prodott bl-użu ta' nanoteknoloġiji) ma jistgħux ikunu inklużi fil-lista Komunitarja qabel ma dawn il-metodi speċifiċi jkunu ġew approvati għall-użu, u evalwazzjoni tas-sikurezza adegwata fuq il-bażi ta’ dawn il-metodi tkun uriet li l-użu tal-ikel rispettiv huwa sikur. Dawn il-metodi m’għandhomx jinvolvu l-użu ta’ annimali vertebrati. |
Ġustifikazzjoni | |
Attwalment, m'hemm l-ebda metodi adegwati biex tiġi evalwata s-sikurezza tan-nanomaterjali (ara l-opinjoni tas-SCENIHR ta' Settembru 2005). L-evalwazzjoni tan-nanomaterjali għandha tkun ibbażata fuq testijiet li huma nanospeċifiċi u li ma jinvolvux l-annimali. Sakemm ikunu disponibbli testijiet nanospeċifiċi li ma jagħmlux ħsara lill-annimali għal evalwazzjoni adegwata tas-sikurezza tan-nanomaterjali fl-ikel, l-użu tagħhom għandu jkun ipprojbit sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-bniedem u jiġi evitat l-ittestjar fuq l-annimali. | |
Emenda 51 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. Ikel ġdid jista' jiddaħħal fil-lista Komunitarja biss jekk l-awtorità kompetenti tkun ippreżentat opinjoni li tistabbilixxi li l-ikel ma jagħmilx ħsara lis-saħħa. |
|
L-ikel minn annimali kklownjati jew mid-dixxendenti tagħhom m'għandux jiġi inkluż fil-lista Komunitarja. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-deċiżjoni dwar jekk l-ikel minn annimali kklownjati u mid-dixxendenti tagħhom jitqiegħedx jew le fis-suq m'għandhiex titħalla għall-proċedura tal-komitoloġija, iżda għandha tittieħed permezz ta' regolament speċifiku tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bil-proċedura tal-kodeċiżjoni. | |
Emenda 52 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – paragrafu 1 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1c. F’każ ta’ dubju, li jkun dovut, pereżempju, għal ċertezza xjentifika li ma tkunx suffiċjenti, għandu jkun applikat il-prinċipju tal-prekawzjoni u l-ikel ikkonċernat m'għandux ikun inkluż fil-lista Komunitarja. |
Emenda 53 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata skond il-proċedura stipulata fir-Regolament (KE) Nru [proċedura komuni]. |
1. Il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata skond il-proċedura stipulata fir-Regolament (KE) Nru [proċedura komuni] u l-Kummissjoni għandha tippubblikaha fuq paġna tal-websajt tagħha li tkun iddedikata għal dan l-iskop. |
Ġustifikazzjoni | |
B’mod simili, il-lista ta’ ikel minn pajjiżi terzi u l-lista ta’ ikel ġdid mill-Komunità għandha ssir disponibbli fuq l-internet. | |
Emenda 54 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Id-dħul ta’ ikel ġdid fil-lista Komunitarja għandu jinkludi speċifikazzjoni ta’ l-ikel, u fejn xieraq, jispeċifika l-kundizzjonijiet ta' l-użu, rekwiżiti speċifiċi ta' tikkettar addizzjonali biex jinforma lill-konsumatur aħħari u/jew rekwiżit ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. |
(2) Id-dħul ta’ ikel ġdid fil-lista Komunitarja għandu jinkludi: |
|
(a) speċifikazzjoni ta’ l-ikel; |
|
(b) l-użu li l-ikel ikun maħsub għalih; |
|
(c) il-kundizzjonijiet tal-użu; |
|
(d) id-data tad-dħul tal-ikel ġdid fil-lista Komunitarja u d-data meta tkun waslet l-applikazzjoni; |
|
(e) l-isem u l-indirizz tal-applikant; |
|
(f) id-data u r-riżultati tal-aħħar spezzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza stabbiliti fl-Artikolu 11. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li dan it-tagħrif ikun rikjest mill-ikel ġdid KOLLU (mhux biss minn dak imsemmi fl-Artikolu 7- paragrafu 3- l-ewwel subparagrafu; kif propost mill-Kummissjoni!) sabiex ikun hemm trasparenza. | |
Emenda 55 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Is-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq għandha tkun meħtieġa għall-ikel ġdid kollu. L-ikel ġdid kollu li ngħata l-permess li jitqiegħed fis-suq għandu jkun rivedut wara 5 snin u meta iktar evidenza xjentifika ssir disponibbli. Fis-sorveljanza, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kategoriji tal-popolazzjoni li l-aktar jieħdu minnu fid-dieta tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex ikun hemm tagħrif dwar l-effetti negattivi minħabba l-użu ta’ ikel ġdid, għandha tkun meħtieġa sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq għall-ikel ġdid kollu, darba, ħames snin wara l-introduzzjoni tiegħu fis-suq Ewropew. | |
Emenda 56 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2), punt (a), għandha tintuża l-proċedura komuni irrispettivament mill-użu jew mill-awtorizzazzjoni preċedenti tas-sustanza li għaliha kien ġie applikat proċess ta' produzzjoni standard. |
Ġustifikazzjoni | |
Ingredjent jew addittiv tal-ikel immanifatturat b’teknoloġija ta’ produzzjoni li ma tkunx intużat qabel, bħan-nanoteknoloġija u n-nanoxjenza, għandu jkun kopert mir-regolament dwar l-ikel ġdid. Dawn is-sustanzi jista’ jkollhom karatteristiċi ġodda għal kollox. Għal raġunijiet ta' prekawzjoni tal-ħarsien tal-konsumatur, jeħtieġ li jkun hemm evalwazzjoni separata li ma tqisx l-użu standard preċedenti tas-sustanza jew l-awtorizzazzjoni tagħha. | |
Emenda 57 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 2 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. Fejn ikel ġdid ikun fih sustanza li tista' tinvolvi riskju għas-saħħa tal-bniedem f'każ ta' konsum eċċessiv, l-istess ikel għandu jirrikjedi approvazzjoni għall-użu f'limiti massimi f'ċertu ikel jew kategoriji ta' ikel. |
Ġustifikazzjoni | |
F’każ li ikel ġdid huwa sustanza b’riskju konness ma' konsum eċċessiv, għandu jikseb approvazzjoni għall-użu b’livell massimu f’ċertu ikel jew kategoriji ta’ ikel sabiex jipprevjeni r-riskju ta’ doża eċċessiva u l-konsumaturi għandhom ikunu infurmati b’ dan permezz ta’ tikketti ċari. | |
Emenda 58 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 2 c – subparagrafu 1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2c. Ikel ġdid huwa suġġett għar-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE. Rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar addizzjonali jistgħu jkunu stabbiliti għal ikel ġdid speċifiku, b’mod partikolari rigward id-deskrizzjoni tal-ikel, is-sors tiegħu, jew il-kundizzjonijiet tal-użu tiegħu. Fejn dan huwa l-każ, ir-rekwiżit tat-tikkettar għandu jkun imsemmi fil-lista Komunitarja. |
Ġustifikazzjoni | |
L-ewwel parti tieħu d-dikjarazzjoni tal-premessa 21. | |
Emenda 59 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 2 c – subparagrafu 2 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Prodotti tal-ikel prodotti bl-għajnuna tan-nanoteknoloġiji għandhom ikunu ttikkettati bil-kliem 'prodotti bl-għajnuna tan-nanoteknoloġiji'; |
Ġustifikazzjoni | |
Jista' jkun li l-konsumaturi jkunu jixtiequ jafu jekk l-ikel kienx prodott bl-użu tan-nanoteknoloġiji. | |
Emenda 60 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 2 c – subparagrafu 3 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Prodotti tal-ikel prodotti minn annimali magħlufin oġġetti tal-għalf ġenetikament immodifikati għandhom ikunu ttikkettati bil-kliem 'prodotti minn annimali magħlufin oġġetti tal-għalf ġenetikament immodifikati'; |
Ġustifikazzjoni | |
Jista' jkun li l-konsumaturi jkunu jixtiequ jafu jekk ikel kienx prodott bl-użu ta’ għalf ġenetikament immodifikat. Rigward dan, hemm lakuna ċara fid-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ikel prodott minn annimali magħlufin oġġetti tal-għalf ġenetikament immodifikati: Il-premessa 16 tar-Regolament 1829/2003 hija interpretata li tfisser li ikel immanifatturat minn annimali li kienu jingħataw għalf ġenetikament immodifikat mhux kopert minn dak ir-regolament. Dan ifisser li r-Regolament 1829/2003 ma jinkludi ebda dispożizzjoni dwar it-tikkettar; għalhekk għandhom ikunu stabbiliti regoli korrispondenti f’dan ir-regolament sabiex tintela dik il-lakuna. | |
Emenda 61 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Permezz ta’ deroga mit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru [proċedura komuni], l-aġġornar tal-lista Komunitarja b’ikel ġdid, għajr għal ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi, għandu jiġi deċiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2) f’każijiet fejn l-evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data proprjetarja huma mħarsa skond l-Artikolu 12. |
3. L-aġġornament tal-lista Komunitarja għandu jkun deċiż skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). |
|
|
|
|
|
|
|
|
Emenda 62 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 7 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 7a |
|
It-tikkettar ta’ ikel ġdid u ingredjenti ta’ ikel ġodda |
|
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti tad-Direttiva Nru 2000/13/KE, id-data speċifika kollha dwar ikel ġdid għandha tkun indikata u ttikkettata sabiex ikun żgurat tagħrif xieraq għall-konsumatur: |
|
(a) l-ikel ġdid kollu mqiegħed fis-suq għandu jkun mibjugħ b’tikkettar distintiv b’mod ċar, preċiż u li jinqara faċilment li jindika li huwa ikel ġdid; |
|
(b) il-karatteristiċi jew il-proprjetajiet kollha ta’ ikel ġdid bħall-kompożizzjoni, il-valur nutrizzjonali u l-użu xieraq tiegħu, għandhom jidhru b’mod ċar, preċiż u b'mod li jista' jinqara u jinftiehem faċilment fuq l-imballaġġ tiegħu; |
|
(c) il-preżenza ta’ ikel ġdid jew ingredjent ġdid li jissostitwixxi materjal jew ingredjent f’ikel, indipendentement minn jekk l-ikel hux sostitwit minn ikel ġdid, għandha tkun iddikjarata b’mod ċar, preċiż u mod li jinqara u jinftiehem faċilment fuq it-tikkettar. |
|
Meta ikel ġdid ikun fih sustanza li tista’ toħloq riskju kbir għas-saħħa tal-bniedem f’każ ta’ konsum eċċessiv, il-konsumatur għandu jkun infurmat b’dan permezz ta’ tikkettar ċar, preċiż u li jista' jinqara faċilment fuq l-imballaġġ tal-ikel. |
Ġustifikazzjoni | |
Bħal kwalunkwe oġġett tal-ikel ieħor imqiegħed fis-suq Ewropew, ikel ġdid għandu jkun ittikkettat skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2000/13/KE, li attwalment qed tiġi riveduta, iżda wkoll skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan l-artikolu, filwaqt li jkunu kkunsidrati l-kwalitajiet speċifiċi ta’ ikel ġdid u ingredjenti ta’ ikel ġodda. | |
Emenda 63 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
In-notifika għandha tiġi akkumpanjata minn data dokumentata li turi l-istorja ta’ użu sikur ta’ l-ikel fil-pajjiż terz. |
In-notifika għandha tiġi akkumpanjata minn data dokumentata li turi l-istorja ta’ użu sikur ta' l-ikel fi kwalunkwe pajjiż terz. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba n-nuqqas ta' statistika, huwa importanti li tiġi kkunsidrata data li turi l-istorja ta' użu sikur tal-ikel minn kwalunkwe pajjiż terz. | |
Emenda 64 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi n-notifika inkluża d-dimostrazzjoni ta’ l-istorja ta’ l-użu ta’ l-ikel sikur msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr dewmien lill-Istati Membri u lill-Awtorità. |
2. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi n-notifika, inkluża d-dimostrazzjoni ta’ l-istorja ta’ l-użu sikur ta’ l-ikel imsemmija fil-paragrafu 1, mingħajr dewmien lill-Istati Membri u lill-Awtorità u tagħmilha pubblikament disponibbli fil-websajt tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
Dispożizzjoni sabiex taħseb għal trasparenza kbira għall-partijiet interessati u l-konsumaturi. | |
Emenda 65 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F’dak il-każ, l-ikel m’għandux jitqiegħed fis-suq Komunitarju u għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7. In-notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha titqies bħala l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament XX/XXX [proċedura komuni]. |
F’dak il-każ, l-ikel m’għandux jitqiegħed fis-suq Komunitarju u għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7. In-notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha titqies bħala l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament XX/XXX [proċedura komuni]. Inkella, l-applikant jista' jagħżel li jirtira n-notifika. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta mqabbla mal-provi meħtieġa biex jintwera l-passat ta' użu sikur tal-ikel fil-każ ta' notifika skont l-Artikolu 8, id-dokumentazzjoni li għandha tintehmeż ma' applikazzjoni tkun kunsiderevolment aktar estensiva. Konsegwentement, huwa xieraq li l-applikant għandu jkollu l-possibilità li jirtira mill-proċess aktar milli jkollu n-notifika awtomatikament mibdula f'applikazzjoni sħiħa. | |
Emenda 66 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-operatur tan-negozju ta’ l-ikel ikkonċernat skond dan sa ħames xhur mid-data tan-notifika skond il-paragrafu 1. |
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-operatur tan-negozju tal-ikel ikkonċernat skond dan bla dewmien żejjed u b’mod li jista' jservi ta' prova sa mhux iżjed tard minn ħames xhur mid-data tan-notifika skond il-paragrafu 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex tiżdied iċ-ċertezza legali, l-applikanti (l-operaturi tan-negozji tal-ikel) għandhom ikunu infurmati mill-Kummissjoni bla dewmien żejjed u b'mod li jista' jservi ta' prova dwar l-oġġezzjonijiet imqajma fir-risposta għan-notifika. | |
Emenda 67 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Kummissjoni għandha tippublika lista ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi li jista’ jitqiegħed fis-suq Komunitarju skond il-paragrafu 4 fuq paġna apposta fuq il-websajt tal-Kummissjoni. |
5. Il-Kummissjoni għandha tippublika lista ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi li jista’ jitqiegħed fis-suq Komunitarju skond il-paragrafu 4 fuq paġna apposta fuq il-websajt tal-Kummissjoni. Din il-paġna għandha tkun aċċessibbli mill-paġna dwar il-lista Komunitarja ta’ ikel ġdid imsemmija fl-Artikolu 5(1), u għandu jkollha link magħha. |
Emenda 68 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). |
6. Qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8, regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). |
Ġustifikazzjoni | |
Biex tiżdied iċ-ċertezza legali għall-operaturi kummerċjali attivi f’dan is-settur il-Kummissjoni se jkollha bżonn tistipula kriterji ċari biex tevalwa jekk l-ikel ikunx intuża għall-konsum mill-bniedem fi kwantitajiet sinifikanti fil-Komunità. | |
Emenda 69 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Awtorità, tagħmel gwida teknika u għodod ta’ għajnuna disponibbli għall-operaturi tan-negozju ta' l-ikel u b'mod speċjali għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet taħt dan ir-Regolament. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (proċedura komuni) u qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Awtorità, mal-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, tagħmel gwida teknika u għodod ta’ għajnuna disponibbli għall-operaturi tan-negozju ta' l-ikel u b'mod speċjali għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet taħt dan ir-Regolament. Ir-Rakkomandazzjoni 97/618/KE għandha tkun disponibbli għall-użu mill-applikanti sakemm tkun sostitwita bi gwida teknika riveduta maħruġa skont dan l-Artikolu. |
|
Il-gwida teknika u l-għodod għandhom ikunu ppubblikati, mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, f’paġna aċċessibbli għall-pubbliku intenzjonata għal dak l-iskop fuq il-websajt tal-Kummissjoni. |
Emenda 70 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 10 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fl-evalwazzjoni tas-sikurezza ta’ ikel ġdid, l-Awtorità għandha: |
Fl-evalwazzjoni tas-sikurezza ta’ ikel ġdid, l-Awtorità għandha, fuq il-bażi tar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 6: |
Emenda 71 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 10 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tqabbel, fejn xieraq, biex tara jekk l-ikel huwiex sikur bħal ikel minn kategorija ta’ ikel komparabbli li diġà teżisti fis-suq Komunitarju jew bħall-ikel li hemm il-ħsieb li jinbidel bl-ikel ġdid; |
(a) tikkunsidra jekk l-ikel ġdid, irrispettivament minn jekk hux maħsub biex jissostitwixxi ikel li diġà jeżisti fis-suq jew le, joħloqx riskju ta' effetti li jagħmlu ħsara jew li huma tossiċi għas-saħħa tal-bniedem, filwaqt li tikkunsidra wkoll l-implikazzjonijiet ta' kwalunkwe karatteristiċi ġodda; |
Ġustifikazzjoni | |
Kjarifika tal-kliem propost tal-Kummissjoni. Ara wkoll l-Emenda 40 mis-Sinjura Liotard. | |
Ikel prodott permezz ta’ nanoteknoloġiji, pereżempju, jista’ jkollu karatteristiċi ġodda li ma jistgħux ikunu evalwati b’mod adegwat sempliċiment billi jkunu mqabbla ma’ prodotti eżistenti diġà fis-suq. | |
Emenda 72 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 10 – punt a a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) titlob lill-awtoritajiet kompetenti, b’konnessjoni ma’ evalwazzjonijiet xjentifiċi tar-riskji maħluqa minn ikel ġdid jew ingredjenti ta’ ikel ġodda, biex jipprovduha bi kwalunkwe evalwazzjoni xjentifika li wettqu fuq l-ikel ġdid jew l-ingredjent ta’ ikel ġodda kkonċernati. |
Emenda 73 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 10 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
|
|
(b) tqis fil-każ ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiż terz, l-istorja ta’ l-użu sikur ta’ l-ikel. |
(b) tqis: |
|
(i) fil-każ ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiż terz, l-istorja ta’ l-użu sikur ta’ l-ikel; |
|
(ii) il-kompożizzjoni tal-ikel ġdid, b’mod partikolari l-livelli ta’ elementi antinutrittivi u tossini li jinsabu fl-ikel b’mod naturali; |
|
(iii) il-metodu ta’ preparazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet ta' ingredjent ta’ ikel ġdid; |
|
(iv) il-potenzjal għall-allerġeniċità tal-ikel ġdid; |
|
(v) studji ta’ metaboliżmu/tossikukinetiċi dwar l-ingredjent tal-ikel ġdid; |
|
(vi) studji ta’ tossiċità tal-annimali dwar l-ingredjent tal-ikel ġdid; |
|
(vii) studji dwar it-tolleranza umana fir-rigward tal-ingredjent tal-ikel ġdid. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta tkun qed tiġi analizzata s-sikurezza tal-ikel ġdid, l-awtorità għandha tqis ukoll aspetti bħall-kompożizzjoni, l-allerġeniċità u t-tossiċità ta’ ikel ġdid. | |
Emenda 74 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 10 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
F’każ ta’ oġġezzjonijiet etiċi għandha tkun mitluba opinjoni, minbarra l-evalwazzjoni ta’ sikurezza, mill-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda (EGE). |
Ġustifikazzjoni | |
Bei der Zulassung eines neuartigen Lebensmittels können neben Sicherheitsbedenken auch ethische Bedenken bestehen. Gemäß Erwägungsgrund 24 soll die Europäische Gruppe für Ethik der Naturwissenschaften und der Neuen Technologien gegebenenfalls gehört werden können, um Ratschläge zu ethischen Fragen im Zusammenhang mit dem Inverkehrbringen neuartiger Lebensmittel einzuholen. Der Änderungsvorschlag setzt dies um, in dem er vorsieht, dass im Falle ethischer Bedenken bei der Zulassung eines neuartigen Lebensmittels eine Bewertung durch die „European Group on Ethics in Science and New Technologies (EGE)” durchgeführt wird. | |
Emenda 75 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1. Il-Kummissjoni tista’ timponi, għal raġunijiet ta’ sikurezza ta’ l-ikel, u wara l-opinjoni ta’ l-Awtorità, rekwiżit għal sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. L-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel li jqiegħdu l-ikel fis-suq Komunitarju għandhom ikun responsabbli mill-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' wara t-tqegħid fis-suq speċifikati fid-dħul ta' l-ikel ikkonċernat fil-lista Komunitarja ta' ikel ġdid. |
1. Il-Kummissjoni għandha timponi, għal raġunijiet ta’ sikurezza ta’ l-ikel, u wara l-opinjoni ta’ l-Awtorità, rekwiżit għal sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din is-sorveljanza għandha sseħħ kull ħames snin u tqis l-aspetti ta’ sikurezza tal-ikel kif ukoll l-aspetti tas-saħħa u l-benessri tal-annimali u l-impatt ambjentali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kategoriji tal-popolazzjoni li l-aktar jieħdu minnu fid-dieta tagħhom. |
|
Ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza għandhom japplikaw ukoll għal ikel ġdid li diġà qiegħed fis-suq, inkluż dak li ġie approvat skont il-proċedura simplifikata ('notifika') tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti li għandhom ikunu responsabbli għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. |
2. Il-produttur għandu minnufih jgħarraf lill-Kummissjoni bi: |
2. Il-produttur u l-operatur tan-negozju tal-ikel għandu minnufih jgħarraf lill-Kummissjoni bi: |
(a) kwalunkwe tagħrif xjentifiku jew tekniku li jista' jinfluwenza l-evalwazzjoni tas-sikurezza fl-użu ta' l-ikel ġdid; |
(a) kwalunkwe tagħrif xjentifiku jew tekniku ġdid li jista' jinfluwenza l-evalwazzjoni tas-sikurezza fl-użu ta' l-ikel ġdid; |
(b) kwalunkwe projbizzjoni jew restrizzjoni imposta mill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe pajjiż terz li fih l-ikel ġdid jitqiegħed fis-suq. |
(b) kwalunkwe projbizzjoni jew restrizzjoni imposta mill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe pajjiż terz li fih l-ikel ġdid jitqiegħed fis-suq. |
|
L-operaturi tan-negozji tal-ikel kollha għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li joperaw fih bi kwalunkwe problema tas-saħħa li kienu infurmati biha mingħand il-konsumaturi jew mingħand l-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-konsumatur. |
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jagħmlu rapport lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta' spezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux iktar tard minn sena wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1. |
|
2a. Sabiex ikun evitat l-ittestjar fuq l-annimali, l-ittestjar fuq annimali vertebrati għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandu jseħħ biss jekk ma jkunx hemm alternattiva oħra. Għandu jkun promoss l-użu ta’ testijiet li ma jinvolvux l-annimali u strateġiji ta’ ttestjar intelliġenti, u l-ittestjar doppju fuq annimali vertebrati għandu jkun ipprojbit. |
Emenda 76 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 11 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 11a |
|
Grupp Ewropew dwar l-Etika u t-Teknoloġiji l-ġodda |
|
Fejn ikun xieraq, fir-rigward ta' mistoqsijiet etiċi konnessi max-xjenza u ma' teknoloġiji ġodda ta’ importanza etika kbira, il-Kummissjoni, b'inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru, tista' tikkonsulta mal-Grupp Ewropew dwar l-Etika u t-Teknoloġiji l-ġodda, bl-għan li tieħu opinjoni mingħandu dwar kwistjonijiet etiċi. |
|
Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-opinjoni disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 77 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fuq talba mill-applikant, appoġġjata minn tagħrif xieraq u verifikabbli inkluż id-dokument ta’ l-applikazzjoni, evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data xjentifika proprjetarja pprovduta sabiex jappoġġjaw l-applikazzjonijiet, ma jistgħux jintużaw għall-benefiċċju ta' applikazzjoni oħra matul il-perjodu ta' ħames snin mid-data ta' l-inklużjoni ta' l-ikel ġdid fil-lista Komunitarja mingħajr ma jkun hemm ftehim ma' l-applikant. |
1. Fuq talba mill-applikant, appoġġjata minn tagħrif xieraq u verifikabbli inkluż id-dokument ta’ l-applikazzjoni, evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data xjentifika proprjetarja pprovduta sabiex jappoġġjaw l-applikazzjonijiet, ma jistgħux jintużaw għall-benefiċċju ta' applikazzjoni oħra matul il-perjodu ta' ħames snin mid-data ta' l-inklużjoni ta' l-ikel ġdid fil-lista Komunitarja sakemm l-applikant sussegwenti ma ftiehemx mal-applikant preċedenti li din id-data u t-tagħrif jistgħu jintużaw, meta: |
|
(a) id-data xjentifika u t-tagħrif l-ieħor kienu identifikati bħala proprjetarji mill-applikant preċedenti meta kienet magħmula l-applikazzjoni preċedenti; kif ukoll |
|
(b) l-applikant preċedenti kellu dritt esklussiv ta’ referenza għad-data proprjetarja meta kienet magħmula l-applikazzjoni preċedenti; kif ukoll |
|
(c) l-ikel ġdid ma setax ikun awtorizzat mingħajr il-preżentazzjoni tad-data proprjetarja mill-applikant preċedenti. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 21 tar-Regolament 1924/2006/KE dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa jinkludi definizzjoni iktar ċara ta’ ħarsien tad-data. L-Artikolu 12 għandu jkun rivedut għall-konsistenza tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien tad-data mar-Regolament 1924/2006/KE. | |
Emenda 78 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Data minn proġetti ta’ riċerka parzjalment jew kompletament imħallsa mill-KE u/jew istituzzjonijiet pubbliċi u studji dwar ir-riskji jew data li tirrigwarda studji dwar ir-riskji, bħal studji dwar l-alimentazzjoni, għandha tkun ippubblikata flimkien mal-applikazzjoni u għandha tkun liberament disponibbli għall-użu mill-applikanti l-oħra. |
Ġustifikazzjoni | |
Jekk flus pubbliċi huma involuti biex jiġġeneraw l-għerf, dan l-għerf għandu jkun aċċessibbli wkoll għall-pubbliku. | |
Emenda 79 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 12 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. Ir-ripetizzjoni ta’ studji li jinvolvu l-vertebrati għandha tiġi pprojbita. F’dan il-kuntest, studji li jinvolvu testijiet fuq annimali vertebrati u studji li jistgħu jipprevjenu ttestjar fuq l-annimali ma jkunux koperti mill-ħarsien tad-data. Għaldaqstant l-aċċess għal studji dwar vertebrati u studji oħra li jistgħu jipprevjenu l-ittestjar fuq l-annimali għandu jkun awtorizzat. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun inkluż hawn li s-sid ta’ test jew studju ma jistax jipprevjeni persuna oħra milli tużah jekk b’dan il-mod ikun evitat ittestjar fuq l-annimali. | |
Emenda 80 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 12 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 12a |
|
Ħarsien tad-data armonizzat |
|
Minkejja l-awtorizzazzjoni ta' ikel ġdid skont l-Artikoli 7 u 14 tar-Regolament (KE) Nru .../... [proċedura komuni] jew l-awtorizzazzjoni ta' indikazzjoni relatata mas-saħħa skont l-Artikoli 17, 18 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, jekk tkun qed tintalab awtorizzazzjoni għal ikel ġdid u għal indikazzjoni relatata mas-saħħa li tirrigwarda dak l-ikel, u jekk il-ħarsien tad-data skont id-dispożizzjonijiet taż-żewġ Regolamenti jkun iġġustifikat u jintalab mill-applikant, id-dati tal-awtorizzazzjoni u tal-pubblikazzjoni tal-awtorizzazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali għandhom ikunu l-istess u l-perjodi tal-ħarsien tad-data għandhom jgħaddu flimkien. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-premessa 22. | |
Emenda 81 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 12 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 12b |
|
Miżuri ta’ spezzjoni u kontroll |
|
Sabiex tkun infurzata konformità mar-Regolament preżenti, għandhom jitwettqu kontrolli uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali. |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-proposta tal-Kummissjoni, mhumiex imsemmija miżuri ta’ spezzjoni u ta’ kontroll f’Artikolu. | |
Emenda 82 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mill-[...] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tkun taffettwahom. |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard minn 12-il xahar u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tkun taffettwahom. |
Ġustifikazzjoni | |
Billi nistabbilixxu skadenza ċara għan-notifika (12-il xahar) li fiha l-Istati Membri għandhom iħabbru r-regoli għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għall-ksur ta’ dan ir-regolament, nistgħu nżidu ċ-ċertezza legali. Barra minn dan, din l-emenda hija konsistenti mal-perjodu itwal stipulat f'artikoli oħrajn għall-adozzjoni ta' arranġamenti ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. | |
Emenda 83 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 13 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 13a |
|
Privileġġi tal-Istati Membri |
|
1. Meta Stat Membru, bħala riżultat ta’ tagħrif ġdid jew evalwazzjoni mill-ġdid ta’ tagħrif eżistenti, għandu raġunijiet dettaljati sabiex iqis li l-użu ta’ ikel jew ingredjent ta’ ikel konformi ma’ dan ir-Regolament jipperikola s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, dak l-Istat Membru jista’ jew jirrestrinġi temporanjament jew jissospendi n-negozju fl-ikel jew fl-ingredjent tal-ikel ikkonċernat, jew l-użu ta' dan l-ikel jew ingredjent, fit-territorju tiegħu. Huwa għandu jinforma immedjatament lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dan, u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. |
|
2. Il-Kummissjoni, b’koperazzjoni mill-qrib mal-EFSA, għandha teżamina r-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 malajr kemm jista’ jkun u tieħu l-miżuri xierqa. L-Istat Membru li ħa d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jżommha sakemm il-miżuri jkunu daħlu fis-seħħ. |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-dispożizzjoni ttieħdet mil-leġiżlazzjoni attwali (Regolament 258/1997). | |
Emenda 84 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Analiżi |
Analiżi |
Mhux aktar tard mill-[1 ta’ Jannar 2015] u fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari ta’ l-Artikolu 8, akkumpanjat, fejn xieraq, minn kwalunkwe proposti. Ir-rapport u kull proposta għandhom ikunu aċċessibbli mill-pubbliku. |
Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 u fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari tal-Artikoli 8 u 12, minħabba d-diversi definizzjonijiet ta' nanomaterjali ppubblikati minn korpi differenti u l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi kontinwi fil-qasam tan-nanoteknoloġiji, akkumpanjat, fejn xieraq, minn kwalunkwe proposti. Ir-rapport u kull proposta għandhom ikunu aċċessibbli mill-pubbliku. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba l-kontinwità, ikun iżjed xieraq li r-reviżjoni tar-regolament tiġi ttrattata mill-Parlament Ewropew matul il-mandat parlamentari li jmiss. Barra minn dan, fir-rigward tal-istrument legali l-ġdid għall-ħarsien tad-data skont l-Artikolu 12, jidher xieraq li fir-reviżjoni tagħha l-Kummissjoni tiffoka wkoll fuq l-implimentazzjoni tiegħu fl-Istati Membri. | |
Emenda 85 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sa sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard mill-[data] il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-lista Komunitarja billi ddaħħal ikel ġdid awtorizzat taħt ir-Regolament (KE) Nru258/97 f’din il-lista Komunitarja, inklużi kwalunkwe kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni eżistenti, kif xieraq. |
Mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament [data] il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-lista Komunitarja billi ddaħħal f'din il-lista ikel ġdid li hu awtorizzat taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 u li huwa inkluż fl-ambitu ta' dan ir-Regolament skont l-Artikoli 2 u 3 tiegħu, inklużi kwalunkwe kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni eżistenti, kif xieraq. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-emenda għall-Artikolu 16. |
EXPLANATORY STATEMENT
The purpose of the Commission proposal is to amend Regulation (EC) No 258/97 on novel foods, with the aim of simplifying and centralising the procedures for authorising novel foods and placing them on the market. Thus it has been decided that new regulation is necessary. The rapporteur considers that if it is decided to adopt regulations, it must be very clear what their purpose is.
In the rapporteur's view, the objectives of the new regulation on novel foods are to attain a high level of food safety, consumer protection, environmental protection and protection of animal health while at all times the precautionary principle as laid down in Regulation (EC) No 178/2002 of the European Parliament and of the Council of 28 January 2002 laying down the general principles and requirements of food law, establishing the European Food Safety Authority and laying down procedures in matters of food safety[1] must be observed. All other objectives are of secondary importance.
Novel foods must not endanger or mislead consumers, either. Where novel foods serve to replace another food, the novel foods must not be nutritionally inferior from the consumer's point of view.
The Commission proposal seeks to clarify the definition of novel foods and the associated definitions. The rapporteur endorses this aim, but considers that the Commission has negligently fallen short in achieving it. Its proposal did not include clear definitions, and the rapporteur has therefore clarified the existing definitions and where necessary supplemented them with new ones. These include, for example, a definition of foods derived from cloned animals and foods produced using nanotechnology.
The rapporteur considers it very important that foods derived from cloned animals should be excluded from the scope of the Regulation on novel foods. As no democratic agreement has yet been reached on the desirability of these foods, particularly from the point of view of animal health and welfare, the decision as to whether or not to place on the market foods derived from cloned animals and their descendants cannot be left to the commitology procedure. It must be resolved by means of a specific regulation of the European Parliament and of the Council under the codecision procedure. Lastly, account must also be taken of whether a society regards a novel food as inedible on ethical grounds.
All applications for authorisation of novel foods will be submitted to the Commission and must comply with the criteria laid down in this Regulation; they will then be forwarded for consideration to the European Food Safety Authority (EFSA), which will assess the foods' safety. This assessment must also take account of ethical and environmental aspects. Consequently the opinions of the European Group on Ethics in Science and New Technologies and the European Environment Agency must be involved in the safety assessment. At present, the Commission is promising consumers and citizens that it will take responsibility for environmental and animal welfare aspects, inter alia in view of the problems of climate change and animal welfare, and European policy must therefore be comprehensive and sound with reference to all relevant fields of legislation and therefore also to the Regulation on novel foods.
The Commission proposal seeks to make the authorisation procedure more effective and transparent and to implement it better. This will contribute to better implementation of the Regulation and give consumers greater power and more options because they will have more information at their disposal. Here too, the Commission has got ahead of itself by taking the view that the Regulation on novel foods should be governed, inter alia, by the Regulation establishing a common authorisation procedure for food additives, food enzymes and flavourings. The European Parliament and the Council have not yet taken a democratic decision on the uniform authorisation procedure. The rapporteur has therefore opted to propose an authorisation procedure based on the procedure laid down in Regulation (EC) No 1829/2003 of the European Parliament and of the Council of 22 September 2003 on genetically modified food and feed[2], which was carefully drafted with a view to consumer protection and environmental protection, and also the most recently devised specific procedure for novel foods.
For traditional foods from third countries, the Commission proposes a simpler authorisation procedure, under which safety would be assessed in the light of the history of safe use in the country of origin. It is important that it should be precisely established what period of safe use of such traditional foods from third countries is long enough to guarantee the safety of the product, and the rapporteur proposes a period of 50 years for this, rather than the 'one generation' proposed by the Commission, which is difficult to define.
The Commission proposal aims to achieve a certain level of data protection for a five-year period for applications under this Regulation. This surprises the rapporteur, as the Commission adduced a completely different line of argument during the consideration of the uniform authorisation procedure in the European Parliament. The Commission claimed there that a data protection system would result in an increase in regulation and would render monitoring systems and administrative procedures more complex. In addition, a data protection system would constitute an obstacle to free movement of goods which are safe and meet the criteria of the relevant legislation, which is contrary to the purposes of a measure adopted under Article 95 of the EC Treaty.
This inconsistency in the Commission's legislative proposals is highly unsatisfactory. The rapporteur therefore proposes retaining the system of confidentiality of manufacturing data laid down in Commission Regulation (EC) No 1852/2001 of 20 September 2001 laying down detailed rules for making certain information available to the public and for the protection of information submitted pursuant to European Parliament and Council Regulation (EC) No 258/97[3].
The Commission proposal envisages Member States being required to impose penalties on those who violate the provisions of the regulation on novel foods. The rapporteur strongly emphasises that the criminal law is always a matter for Member States. It is highly desirable that Member States should be able to decide freely whether a penalty is to be imposed under the criminal law or whether it should be administrative or of some other nature. So long as a Member State takes adequate action against violations of the Regulation on novel foods, it will be fulfilling its obligations under Community law.
The rapporteur supports all measures to lessen administrative burdens and improve transparency and efficiency. However, they must never be allowed to detract from the overriding aim of the Regulation on novel foods, namely food safety and consumer protection.
OPINJONI għall- Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (7.10.2008)
għall- Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid u li jemenda r-Regolament (KE) Nru XXX/XXXX (proċedura komuni)
(COM(2007)0872 – C6‑0027/2008 – 2008/0002(COD))
Rapporteur: Zuzana Roithová
SHORT JUSTIFICATION
The objective of the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on novel foods and amending Regulation (EC) No XXX/XXX (common procedure) is to ensure food safety, protect human health and secure the functioning of the internal market for food. Authorisation and use of novel foods and food ingredients is harmonised in the European Union since 1997 when Regulation EC No 258/97 was adopted. This regulation lays down the general principles for authorisation of novel foods and food ingredients. The new proposal aims to streamline the existing rules for authorisation procedures, supervision, labelling and use of novel foods, and to clarify the definition of novel food.
The rapporteur supports the proposal, but suggests improvements along the following lines:
· The rapporteur suggests that ethical aspects should be taken into account when considering authorisation of a novel food, and also suggests that the Committee on ethics and new technologies should be consulted where appropriate on ethical issues regarding science and new technologies.
· Furthermore the rapporteur wants to ensure that the implementing measures will be adopted before the Regulation enters into force. This will reduce the uncertainties for businesses and confusion over what rules businesses should follow. If the implementing measures are not adopted there will still be difficulties with the interpretation and possible differences in the administration among the Member States, which will have a negative effect on the functioning of the internal market. The rapporteur furthermore suggests that the regulation should apply from 12 months after the date of publication instead of 6 months. This will make it possible to adopt the implementing measures before the application of the regulation.
· There is a borderline affecting medicinal products, which the rapporteur wants to clarify in the proposal. A clarification of when it is a novel food and when it is a medicinal food will make it easier for the food industry to interpret the rules and reduce uncertainties over which rules are to be followed in which areas.
· With traditional foods from third countries, the requirement of use for at least one generation is more clearly specified as 20 years, on the grounds that the wording ‘one generation’ is much too vague a legal term.
· The use of foods in the Community is assessed irrespective of the entry of individual Member States to the EU, which will help clarify the situation particularly for the new Member States.
· Targets are extended to include the support of innovation in the food industry and the smooth operation of the internal market, which are measures for the benefit of businesspeople in that sector.
· In some places consumer protection has been tightened up – for instance by expressly prohibiting the placing on the market of foods that are not included on the Community’s list.
· The report strengthens the transparency of information provided for the public, by making it compulsory for such information to be available on the Internet.
· Legal certainty is improved for businesspeople who invest large sums in preparation for placing on the market new or traditional foods by requiring them to be informed without undue delay and in a demonstrable manner, in the event of objections during the authorisation process.
· The Commission’s obligation to provide technical support for applicants is expanded and spelt out, especially for SMEs, including the option of submitting a uniform application by electronic means.
· The requirement is more clearly specified for new foods on the market to be monitored after their approval, by requesting from the Commission the establishment of an adequate, precisely defined period for monitoring, which removes the potential of legal uncertainty for an unlimited period that would influence the attitudes of businesspeople in the competitive environment.
· The report specifies how the protection of personal data is to coexist with the confidentiality (privacy) of such information in accordance with Article 12 of the Regulation of the European Parliament and of the Council establishing a common authorisation procedure for food additives, food enzymes and food flavourings. This combination of a period of protection of data and a period of protection of confidentiality would be guided by the principle of proportionality, which includes strengthening the sharing of scientific knowledge and the transparency of information for consumers (such as those with allergies, etc.).
· The requirement is more clearly specified for the Member States to announce sanctions under their national legislation within 12 months from publication of the regulation in the EU Official Journal, together with the requirement on the Commission, which in order to preserve continuity will be required to present a report reviewing the situation by the end of 2013, the aim being to enable the European Parliament elected in the June 2009 elections to assess the regulation’s effectiveness.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Ir-regoli Komunitarji dwar ikel ġdid ġew stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel ġdid u l-ingredjenti ta’ l-ikel ġdid u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 ta’ l-20 Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex ċerta informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għall-protezzjoni ta' l-informazzjoni mibgħuta skond ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 258/97. Għall-fini taċ-ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jiġi rrevokat u mibdul b’dan ir-Regolament. Ir-Regolament attwali għandu jinkludi miżuri attwalment regolati mir-Regolament (KE) Nru 1852/2001. |
(3) Ir-regoli Komunitarji dwar ikel ġdid ġew stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel ġdid u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 tal-20 Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex ċerta informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għall-protezzjoni tal-informazzjoni mibgħuta skond ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 258/97. Għall-fini taċ-ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 258/97 u r-Regolament (KE) Nru 1852/2001 għandhom jiġu rrevokati. Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jiġi mibdul b’dan ir-Regolament. Ir-Rakkomandazzjoni 97/618/KE tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 1997 dwar l-aspetti xjentifiċi u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel u ingredjenti ġodda kif ukoll it-tfassil ta' rapporti ta' evalwazzjoni inizzjali skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 għandha tiġi sostitwita minn gwida riveduta u dedikata b'mod speċifiku għall-ikel ġdid. ir-Rakkomandazzjoni 97/618/KE, madanakollu, għandha tibqa' disponibbli għall-użu tal-applikanti, sakemm tiġi sostitwita mill-gwida riveduta. |
|
__________ 1 ĠU L 253, 16.9.1997, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1852/2001 rigward il-proċedura ta' evalwazzjoni huma koperti fit-test tar-regolament propost mid-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni, sabiex ir-Regolament (KE) Nru 1852/2001 tal-Kummissjoni ma jibqax aktar neċessarju. Ir-regolament ġdid propost jipprovdi għall-pubblikazzjoni ta' gwida ġdida għall-għajnuna tal-applikanti. Għalhekk, il-gwida preċedenti għandha tibqa' fis-seħħ sakemm din tiġi sostitwita minn gwida riveduta. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Sabiex tkun żgurata l-kontinwità mar-Regolament (KE) Nru 258/97, in-nuqqas ta' użu għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 258/97, li hija l-15 ta’ Mejju 1997, għandu jinżamm bħala kriterju għal ikel li għandu jitqies bħala ġdid. |
(4) Sabiex tkun żgurata l-kontinwità mar-Regolament (KE) Nru 258/97, in-nuqqas ta' użu għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 258/97, li hija l-15 ta’ Mejju 1997, għandu jinżamm bħala kriterju għal ikel li għandu jitqies bħala ġdid. Użu fil-Komunità jirreferi għal użu fl-Istati Membri, immaterjalment mid-data tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tikkjarafika l-ambitu tal-impatt tat-regolament fuq is-suq intern u għalhekk iżid iċ-ċertezza legali għal dawn ikkonċernati, b’mod partikulari fl-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Ikel li jkun ġej minn annimali kklonati u minn wild tagħhom għandu, madankollu, jibqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jkun regolat f'regolament speċifiku, li jiġi adottat fi proċedura ta' kodeċiżjoni, u m'għandux jaqa' taħt il-proċedura komuni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva korrispondenti sakemm ir-regolament preżenti jidħol fis-seħħ. Sakemm jidħol fis-seħħ regolament dwar l-annimali kklonati għandu japplika moratorju għat-tqegħid fis-suq ta' ikel li jiġi prodott minn annimali kklonati u l-wild tagħhom. |
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 8 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità fir-rigward tal-prodotti mediċinali għall-użu uman1 għandhom japplikaw, meta jitqiesu l-karatteristiċi kollha tagħhom, fil-każ li prodott jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “prodott mediċinali” u taħt id-definizzjoni ta’ prodott kopert minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra. F'dan ir-rigward, Stat Membru jista', jekk b’konformità mad-Direttiva 2001/83/KE jistabbilixxi li sustanza hija prodott mediċinali, jirristrinġi it-tqegħid fis-suq ta' tali prodott skond il-liġi Komunitarja. |
|
__________ 1 ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni tal-ikel skont ir-Regolament 178/2002 timplika li prodott mediċinali ma jistax jitqies bħala ikel. Peress li l-kategorizzazzjoni ta’ prodott bħala mediċina skont id-Direttiva 2001/83 għadha mhix armonizzata għal kollox fost l-Istati Membri, għad hemm xi differenzi fil-kategorizzazzjoni ta’ prodott bħala mediċina. Din għandha implikazzjoni wkoll fuq l-armonizzazzjoni fil-qasam tal-ikel. Fil-każ ta’ ikel ġdid, hemm diversi kwistjonijiet ambigwi. Din il-premessa tipprovdi iżjed ċarezza għall-industrija u l-konsumaturi dwar it-tħaddim tas-suq fil-każi ta’ prodotti ambigwi. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Jekk l-ikel intuża għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad qabel il-15 ta’ Mejju 1997, dan għandu jissejjes fuq tagħrif disponibbli fl-Istati Membri. Fejn il-Kummissjoni m'għandiex it-tagħrif dwar il-konsum mill-bniedem qabel il-15 ta’ Mejju 1997, għandha tiġi stabbilita proċedura sempliċi u trasparenti għall-ġbir ta’ dak it-tagħrif li tinvolvi l-Istati Membri u kwalunkwe partijiet interessati. |
(13) Jekk l-ikel intuża għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad qabel il-15 ta’ Mejju 1997, dan għandu jissejjes fuq tagħrif disponibbli fl-Istati Membri. Fejn il-Kummissjoni m'għandiex it-tagħrif dwar il-konsum mill-bniedem qabel il-15 ta’ Mejju 1997, għandha tiġi stabbilita proċedura sempliċi u trasparenti għall-ġbir ta’ dak it-tagħrif li tinvolvi l-Istati Membri u kwalunkwe partijiet interessati. Din il-proċedura għandha tkun sempliċi u trasparenti, filwaqt li tevita kwalunkwe tfixkil fis-suq, u għandha tiġi adottata sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proċedura tal-ġbir tal-informazzjoni tista’ tinvolvi diversi mistoqsijiet dwar prodotti li fl-aħħar mill-aħħar jinstab li ma jkunux ikel ġdid. Fil-proċess ta' ġbir trasparenti ta' data, din il-pożizzjoni kompetittiva ta' dawn il-prodotti m'għandhiex tiġi effettwata b'mod negattiv minn konklużjonijiet inkorretti ta' novitajiet. Il-proċedura tal-Kummissjoni, għalhekk, għandha tkun sensittiva għal problemi bħal dawn u jiġi evitat li s-suq jiġi ddisturbat. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Huwa meħtieġ li tiġi applikata proċedura ċentralizzata armonizzata għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ sikurezza li hija effiċjenti, limitata fiż-żmien u trasparenti. Bl-għan li tkompli tarmonizza proċeduri ta' awtorizzazzjoni differenti għal ikel, l-evalwazzjoni ta’ sikurezza ta’ ikel ġdid u l-inklużjoni tiegħu fil-lista Komunitarja għandha titwettaq skond il-proċedura stipulata fir-Regolament (KE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [data] li tistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, enżimi ta’ l-ikel u ħwawar. |
(15) Huwa meħtieġ li tiġi applikata proċedura ċentralizzata armonizzata għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ sikurezza li hija effiċjenti, limitata fiż-żmien u trasparenti. Bl-għan li tkompli tarmonizza proċeduri ta' awtorizzazzjoni differenti għal ikel, l-evalwazzjoni ta’ sikurezza ta’ ikel ġdid u l-inklużjoni tiegħu fil-lista Komunitarja għandha titwettaq skond il-proċedura stipulata fir-Regolament (KE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [data] li tistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, għall-enżimi tal-ikel u għall-ħwawar tal-ikel. L-approvazzjoni ta’ ikel ġdid għandha tqis ukoll fatturi rilevanti oħrajn għall–kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata, inklużi l-fatturi etiċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa essenzjali li fil-proċess tal-approvazzjoni ta’ ikel ġdid (ladarba dan ikopri wkoll ikel ġdid prodott minn nanoteknoloġiji u proċessi ta’ kklownjar) għad-deċiżjoni finali jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha, inklużi l-kwistjonijiet etiċi. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) F’ċirkustanzi speċifiċi sabiex jiġu stimolati r-riċerka u l-iżvilupp fl-industrija agro-alimentari, u għalhekk l-innovazzjoni, l-evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data proprjetarja pprovduta bħala appoġġ għal applikazzjoni għall-inklużjoni ta' ikel ġdid fil-lista Komunitarja m’għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant ieħor matul perjodu ta’ żmien limitat, mingħajr ma jkun hemm ftehim ma’ l-ewwel applikant. Il-ħarsien ta’ data xjentifika mogħtija minn applikant wieħed m'għandhix twaqqaf lill-applikanti l-oħrajn milli jfittxu l-inklużjoni fil-lista Komunitarja ta' ikel ġdid fuq il-bażi tad-data xjentifika tagħhom. |
(20) F’ċirkustanzi speċifiċi sabiex jiġu stimolati r-riċerka u l-iżvilupp fl-industrija agro-alimentari, u għalhekk l-innovazzjoni, ikun xieraq li jitħares l-investiment magħmul mill-innovatturi fil-ġbir tal-informazzjoni u d-data pprovduta bħala appoġġ ta’ applikazzjoni skond dan ir-Regolament. L-evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data proprjetarja pprovduta bħala appoġġ għal applikazzjoni għall-inklużjoni ta' ikel ġdid fil-lista Komunitarja m’għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant ieħor matul perjodu ta’ żmien limitat, mingħajr ma jkun hemm ftehim mal-ewwel applikant. Il-ħarsien ta’ data xjentifika mogħtija minn applikant wieħed m'għandhix twaqqaf lill-applikanti l-oħrajn milli jfittxu l-inklużjoni fil-lista Komunitarja ta' ikel ġdid fuq il-bażi tad-data xjentifika tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
It-test tal-premessa 20 għandu jinġieb konformi mat-test ta' premessa 31 tar-Regolament 1924/2006 dwar l-istqarrijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Ikel ġdid huwa soġġett għar-rekwiżiti ta’ tikkettar ġenerali stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti ta' l-ikel. F’ċerti każi jista’ jkun meħtieġ li jkun hemm tagħrif ta' tikkettar addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tad-deskrizzjoni ta' l-ikel, is-sorsi tiegħu, jew il-kundizzjonijiet ta' l-użu. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ ikel ġdid fil-lista Komunitarja tista’ tipproponi kundizzjonijiet ta’ l-użu jew obbligazzjonijiet ta’ tikkettar speċifiċi. |
(21) Ikel ġdid huwa soġġett għar-rekwiżiti ta’ tikkettar ġenerali stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti tal-ikel. F’ċerti każi jista’ jkun meħtieġ li jkun hemm tagħrif ta' ttikkettar addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-ikel, is-sorsi tiegħu, jew il-kundizzjonijiet tal-użu, li jista' jinkludi tagħrif dwar kunsiderazzjonijiet etiċi. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ ikel ġdid fil-lista Komunitarja tista’ tipproponi kundizzjonijiet tal-użu jew obbligazzjonijiet ta’ tikkettar speċifiċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa essenzjali li fil-proċess tal-approvazzjoni ta’ ikel ġdid (ladarba dan ikopri wkoll ikel ġdid prodott minn nanoteknoloġiji u proċessi ta’ klowning) f’każi edegwati jitqiesu l-kwistjonijiet etiċi, minħabba li l-konsumaturi jeħtieġu informazzjoni trasparenti sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet u xirjiet infurmati. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar stqarrijiet ta' nutrizzjoni u saħħa fuq l-ikel jarmonizza d-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri dwar stqarrijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa. Għalhekk, indikazzjonijiet dwar ikel ġdid għandhom isiru biss skond dak ir-Regolament. |
(22) Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar stqarrijiet ta' nutrizzjoni u saħħa fuq l-ikel jarmonizza d-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri dwar stqarrijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa. Għalhekk, indikazzjonijiet dwar ikel ġdid għandhom isiru biss skond dak ir-Regolament. Fejn applikant ikollu l-ħsieb li ikel ġdid ikollu indikazzjoni dwar is-saħħa awtorizzata skond l-Artikoli 17 jew 18 ta' dak ir-Regolament, u fejn l-ikel ġdid u l-applikazzjonijiet għal indikazzjoni dwar is-saħħa jiġu introdotti fl-istess ħin u t-tnejn jinkludu talba għall-ħarsien tad-data proprjetarja, fuq talba tal-applikant, il-perjodi tal-ħarsien tad-data għandhom jibdew u jimxu flimkien. |
Ġustifikazzjoni | |
Applikazzjonijiet relatati għall-awtorizzazzjoni ta' ikel ġdid u indikazzjoni relattiva dwar is-saħħa għall-istess prodott u t-tnejn ibbażati fuq data proprjetarja jistgħu jipproċedu skond skedi differenti. Konsegwentement, il-perjodu tal-ħarsien tad-data taħt awtorizzazzjoni waħda jista' jkun skada b'mod kunsiderevoli qabel ma jibda l-perjodu ta' ħarsien tad-data tal-awtorizzazzjoni relatata. Għandu jiġi pprovdut li l-perjodi ta' protezzjoni tad-data ta' awtorizzazzjonijiet relatati jiġu allineati jekk l-applikant jitlob dan. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Il-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 1997 jista' jiġi kkonsultat, fejn xieraq, bl-għan li jinkisbu pariri dwar kwistjonijiet ta' etika fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid. |
(24) Il-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 1997 għandu jiġi kkonsultat, f’każi sostanzjati bl-għan li jinkisbu pariri dwar kwistjonijiet ta' etika fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid. |
Ġustifikazzjoni | |
Dwar kwistjonijiet ġenerali sustanzjati (bħall-użu ta’ nanoteknoloġiji jew u t-tekniki tal-ikklownjar) huwa xieraq li l-kwistjonijiet etiċi għandhom jiġu riferiti lill-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda biex issir konsultazzjoni. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 25 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) Ikel ġdid mqiegħed fis-suq Komunitarju taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jibqa’ jitqiegħed fis-suq. Ikel ġdid awtorizzat skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jiġi inkluż fil-lista Komunitarja ta’ ikel ġdid stabbilita minn dan ir-Regolament. B’żieda ma’ dan, applikazzjonijiet ippreżentati skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97, u li għalihom għadha ma tteħditx deċiżjoni finali qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament attwali, għandhom jitqiesu bħala applikazzjonijiet taħt dan ir-Regolament. |
(25) Ikel ġdid mqiegħed fis-suq Komunitarju taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jibqa’ jitqiegħed fis-suq. Ikel ġdid awtorizzat skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jiġi inkluż fil-lista Komunitarja ta’ ikel ġdid stabbilita minn dan ir-Regolament. B’żieda ma’ dan, fejn ir-rapport ta' evalwazzjoni li għalih jipprovdi l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 ma jkunx għadu ġie mgħoddi lill-Kummissjoni, kif ukoll fil-każijiet kollha fejn ikun meħtieġ rapport ta' evalwazzjoni supplimentari skond l-Artikolu 6(3) jew (4) ta' dak ir-Regolament qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, applikazzjonijiet ippreżentati skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandhom jitqiesu bħala applikazzjonijiet taħt dan ir-Regolament. Meta jkun meħtieġ li jagħtu opinjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri għandhom iqisu r-riżultat tal-evalwazzjoni inizzjali. Talbiet oħra ppreżentati skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu pproċessati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
Ġustifikazzjoni | |
It-test propost tal-Kummissjoni potenzjalment ipoġġi fi żvantaġġ applikazzjonijiet li għalihom evalwazzjoni inizzjali tkun diġà ġiet mgħoddija lill-Kummissjoni, peress li jista' jkun possibbli li applikazzjoni bħal din tiġi awtorizzata mingħajr ma l-applikazzjoni tinbagħat lill-EFSA għall-evalwazzjoni jekk ma jkun hemm oġġezzjonijiet. L-applikazzjonijiet kollha li għalihom rapport ta' evalwazzjoni jkun diġà ġie mgħoddi lill-Kummissjoni għandhom jibqgħu mexjin skond il-proċedura definita fir-Regolament 258/97/KE. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan ir-Regolament jistipula regoli armonizzati għat-tqegħid ta’ ikel ġdid fis-suq Komunitarju bl-għan li jiġi żgurat livell għoli tas-saħħa tal-bniedem u ħarsien tal-konsumatur, filwaqt li jkun żgurat it-tħaddim effettiv tas-suq intern. |
Dan ir-Regolament jistipula regoli armonizzati għat-tqegħid ta’ ikel ġdid fis-suq Komunitarju bl-għan li jiġi żgurat livell għoli tas-saħħa tal-bniedem u ħarsien tal-konsumatur, filwaqt li jkun żgurat it-tħaddim effettiv tas-suq intern u tiġi stimolata l-innovazzjoni fi ħdan il-parametri rilevanti. |
Ġustifikazzjoni | |
Bħala objettiv Komunitarju importanti u bħala wieħed mill-għanijet msemmija fil-premessi, dan l-għan għandu jkun inkluż b’mod espliċitu fis-suġġett. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 3 – paragrafu 2 - punt a - punt i - subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-użu esklussiv ta’ ikel bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel m’għandux ikun suffiċjenti sabiex juri jekk intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Madankollu, jekk ikel intuża esklussivament bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel qabel din id-data, jista’ jitpoġġa fis-suq Komunitarju wara dik id-data għall-istess użu mingħajr ma jitqies bħala ikel ġdid. Aktar kriterji għall-evalwazzjoni dwar jekk l-ikel intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997, li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). |
L-użu esklussiv ta’ ikel bħala jew f’suppliment tal-ikel m’għandux ikun suffiċjenti sabiex juri jekk intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Madankollu, jekk ikel intuża esklussivament bħala jew f’suppliment tal-ikel qabel din id-data, jista’ jitpoġġa fis-suq Komunitarju wara dik id-data għall-istess użu mingħajr ma jitqies bħala ikel ġdid. Qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, aktar kriterji għall-evalwazzjoni dwar jekk l-ikel intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997, li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). |
Ġustifikazzjoni | |
Biex tiżdied iċ-ċertezza legali għall-operaturi kummerċjali attivi f’dan is-settur u l-armonizzazzjoni fis-suq intern (ladarba hemm differenza kbira bejn l-Istati Membri fl-applikazzjoni tar-regoli) il-Kummissjoni se jkollha bżonn tistipula kriterji ċari biex tevalwa jekk l-ikel ikunx intuża għall-kosnum uman fi kwantitajiet sinifikanti fi ħdan il-Komunità. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 3 – paragrafu 2 - punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) "ikel tradizzjonali minn pajjiż terz" tfisser ikel ġdid bi storja ta’ użu ta’ ikel f’pajjiż terz, li tfisser li l-ikel ikkonċernat kien u jibqa’ parti minn dieta normal ta’ mill-anqas ġenerazzjoni waħda f’parti kbira tal-popolazzjoni tal-pajjiż; |
(b) "ikel tradizzjonali minn pajjiż terz" tfisser ikel ġdid bi storja ta’ użu ta’ ikel f’pajjiż terz, li tfisser li l-ikel ikkonċernat kien u jibqa’ parti mid-dieta normal għal perjodu ta' mill-anqas 20 sena f’parti kbira tal-popolazzjoni tal-pajjiż; |
Ġustifikazzjoni | |
Fid-diskors legali, ‘ġenerazzjoni waħda’ m’huwiex terminu ċar.. Jekk din tinbidel għal perjodu ta’ 20 sena, tiżdied iċ-ċertezza legali għall-partijiet interessati kollha. Fl-istess waqt, din il-perjodu jipprovdi marġini biex tinkiseb esperjenza fl-użu. b’mod partikulari, tad-data xjentifika biex tittieħed deċiżjoni dwar jekk ikel tradizzjonali minn pajiż terz ikunx jista’ jitqiegħed fis-suq intern. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 4 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni tista’ tiġbor tagħrif mill-Istati Membri u/jew minn operaturi kummerċjali ta’ l-ikel sabiex tistabbilixxi sa liema grad l-ikel intuża għall-konsum mill-bniedm ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. |
1. Il-Kummissjoni tista’ tiġbor tagħrif mill-Istati Membri u/jew minn operaturi kummerċjali tal-ikel sabiex tistabbilixxi sa liema grad l-ikel intuża għall-konsum mill-bniedm ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. |
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 5 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 5a |
|
Il-projbizzjoni ta’ ikel ġdid mhux konformi |
|
L-ikel ġdid m’għandux jitqiegħed fis-suq jekk l-użu tiegħu ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-projbizzjoni għandha tiskoraġġixxi lill-operaturi frodulenti u ssaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur. | |
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) ma joħloqx, fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika disponibbli, tħassib dwar is-sikurezza għas-saħħa tal-konsumatur taħt kundizzjonijiet ta’ konsum normali; |
(a) ma joħloqx, fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika disponibbli, tħassib dwar is-sikurezza għas-saħħa tal-konsumatur; |
Ġustifikazzjoni | |
L-ikel ġdid m’għandu fl-ebda ċirkostanza jippreżenta riskju għas-saħħa. M’hemmx ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet ulterjuri għall-konsum normali, għax dan fil-prattika jikkawża problemi ta’ interpretazzjoni u jikkomprometti l-prevedibilità tat-teħid prattiku tad-deċiżjonijiet għall-operaturi f'dan is-settur, It-test il-ġdid ikompli jsaħħaħ ukoll il-ħarsien tal-konsumatur. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – ittra b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) ma jqarraqx lill-konsumatur, bil-mod li huwa ppreżentat jew bl-użu maħsub tiegħu; |
(b) ma jqarraqx bil-konsumatur; |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjonijiet fir-Regolament oriġinali (KE) Nru 258/97 huma aktar ċari u anqas ambigwi u għandhom jinżammu. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – ittra c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) fil-każ fejn huwa maħsub li jieħu post ikel ieħor, ma jkunx differenti minn dak l-ikel b'tali mod li l-konsum normali tiegħu ikun ta' żvantaġġ nutrittiv għall-konsumatur. |
(c) fil-każ fejn huwa maħsub li jieħu post ikel ieħor, ma jkunx daqshekk differenti minn dak l-ikel b'tali mod li l-konsum normali tiegħu ikun ta' żvantaġġ nutrittiv għall-konsumatur. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjonijiet fir-Regolament oriġinali (KE) Nru 258/97 huma aktar ċari u anqas ambigwi u għandhom jinżammu. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
F'każijiet fejn ma jkunx jeżisti għarfien xjentifiku dwar l-effetti fuq is-saħħa għall-ikel ġdid, l-ikel ma jkunx jista' jiddaħħal fil-lista Komunitarja. |
Emenda 21 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Ikel ġdid jista' jiddaħħal fil-lista Komunitarja biss jekk tkun teżisti opinjoni tal-esperti mill-awtorità kompetenti fis-sens li l-ikel ma jagħmilx ħsara lis-saħħa. |
Emenda 22 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata skond il-proċedura stipulata fir-Regolament (KE) Nru [proċedura komuni]. |
1. Il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata skond il-proċedura stipulata fir-Regolament (KE) Nru [proċedura komuni] u l-Kummissjoni għandha tippubblikaha fuq il-websajts tal-Komunità li jkunu mfassla għal dan il-għan. |
Ġustifikazzjoni | |
B’mod simili, il-lista ta’ ikel minn pajjiż terzi u l-lista ta’ ikel ġdid tal-Komunità għandha ssir disponibbli fuq l-internet. | |
Emenda 23 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Permezz ta’ deroga mit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru [proċedura komuni], l-aġġornar tal-lista Komunitarja b’ikel ġdid, għajr għal ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi, għandu jiġi deċiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2) f’każijiet fejn l-evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data proprjetarja huma mħarsa skond l-Artikolu 12. |
imħassar |
Fil-każi msemmija fl-ewwel sottoparagrafu d-dħul ta’ ikel ġdid fil-lista Komunitarja għandu jindika, barra t-tagħrif msemmi fil-paragrafu 2: |
|
(a) id-data tad-dħul ta' l-ikel ġdid fil-lista Komunitarja; |
|
(b) il-fatt li d-dħul huwa msejjes fuq evidenza xjentifika żviluppata riċentament u/jew data proprjetarja mħarsa skond l-Artikolu 12; |
|
(c) l-isem u l-indirizz ta' l-applikant. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Ikun iżjed xieraq li din it-taqsima kollha taqa' taħt l-Artikolu 12. Dawn il-paragrafi ġew trasferiti fih. | |
Emenda 24 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Qabel tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 12, il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata sabiex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3) stipulata fir-Regolament (KE) Nru [proċedura komuni] biex b’hekk, sakemm l-ikel awtorizzat jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament, l-indikazzjonijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 3, it-tieni sottoparagrafu ta’ dan l-Artikolu, ma jibqgħux inklużi. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Ikun iżjed xieraq li din it-taqsima kollha taqa' taħt l-Artikolu 12. Dawn il-paragrafi ġew trasferiti fih. | |
Emenda 25 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
In-notifika għandha tiġi akkumpanjata minn data dokumentata li turi l-istorja ta’ użu sikur ta’ l-ikel fil-pajjiż terz. |
In-notifika għandha tiġi akkumpanjata minn data dokumentata li turi l-istorja ta’ użu sikur tal-ikel fi kwalunkwe pajjiż terz. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba n-nuqqas ta' statistika, huwa importanti li tiġi kkunsidrata data li turi l-istorja ta' użu sikur tal-ikel minn kwalunkwe pajjiż terz. | |
Emenda 26 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F’dak il-każ, l-ikel m’għandux jitqiegħed fis-suq Komunitarju u għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7. In-notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha titqies bħala l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament XX/XXX [proċedura komuni]. |
F’dak il-każ, l-ikel m’għandux jitqiegħed fis-suq Komunitarju u għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7. In-notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha titqies bħala l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament XX/XXX [proċedura komuni]. Alternattivament, l-applikant jista' jagħżel li jirtira n-notifika. |
Ġustifikazzjoni | |
Fir-rispett tal-provi meħtieġa biex tintwera l-esperjenza ta' użu sikur tal-ikel fil-każ ta' notifika skond l-Artikolu 8, id-data li għandha tintehmeż ma' applikazzjoni tkun kunsiderevolment aktar estensiva. Konsegwentement, huwa xieraq li l-applikant għandu jkollu l-possibilità li jirtira mill-proċess aktar milli jkollu n-notifika awtomatikament mibdula f'applikazzjoni sħiħa. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-operatur tan-negozju ta’ l-ikel ikkonċernat skond dan sa ħames xhur mid-data tan-notifika skond il-paragrafu 1. |
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-operatur tan-negozju tal-ikel ikkonċernat skond dan bla dewmien żejjed u b’mod dimostrabbli sa mhux iżjed tard minn ħames xhur mid-data tan-notifika skond il-paragrafu 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex tiżdied iċ-ċertezza legali, l-applikanti (l-operaturi tan-negozju tal-ikel) għandhom ikunu informati mill-Kummissjoni bla dewmien żejjed u b'mod dimostrabbli dwar l-oġġezzjonijiet mqajma fir-risposta għan-notifika. | |
Emenda 28 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). |
6. Qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8, regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). |
Ġustifikazzjoni | |
Biex tiżdied iċ-ċertezza legali għall-operaturi kummerċjali attivi f’dan is-settur il-Kummissjoni se jkollha bżonn tistipula kriterji ċari biex tevalwa jekk l-ikel ikunx intuża għall-kosnum uman fi kwantitajiet sinifikanti fil-Komunità. | |
Emenda 29 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Awtorità, tagħmel gwida teknika u għodod ta’ għajnuna disponibbli għall-operaturi tan-negozju ta' l-ikel u b'mod speċjali għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet taħt dan ir-Regolament. |
Il-Kummissjoni għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità, tikkoopera b’mod attiv mal-operaturi tan-negozju tal-ikel u b'mod speċjali għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għat-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-avviżi tagħhom taħt dan ir-Regolament, u għandha tipprovdilhom b'kemm jista’ jkun gwida teknika u għodod, inkluża l-għażla li jressqu applikazzjoni elettronika uniformi. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li jiġu provduti l-gwida teknika u l-għodod għall-operaturi, u dan għandi jkun dmir attiv tal-Kummissjoni. Eżempju prattiku ta’ dan jista' jkun applikazzjoni elettronika uniformi jew elementi oħrajn tal-e-government li jintużaw is-soltu f’diversi Stati Membri. | |
Emenda 30 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 10 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fl-evalwazzjoni tas-sikurezza ta’ ikel ġdid, l-Awtorità għandha: |
Fl-evalwazzjoni tas-sikurezza ta’ ikel ġdid, l-Awtorità għandha b’mod partikulari, fejn tqis li jkun xieraq: |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tispeċifika b’mod formali l-ambitu tal-applikazzjoni tal-artikolu. | |
Emenda 31 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 10 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tqabbel, fejn xieraq, biex tara jekk l-ikel huwiex sikur bħal ikel minn kategorija ta’ ikel komparabbli li diġà teżisti fis-suq Komunitarju jew bħall-ikel li hemm il-ħsieb li jinbidel bl-ikel ġdid; |
(a) tiddetermina jekk l-ikel huwiex sikur bħal ikel minn kategorija ta’ ikel komparabbli li diġà teżisti fis-suq Komunitarju jew bħall-ikel li hemm il-ħsieb li jinbidel bl-ikel ġdid; |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li jkun hemm test iżjed strinġenti tar-rekwiżit li ssir verifika tas-sikurezza ta’ ikel ġdid fir-rigward ta’ kategoriji ta’ ikel kumparabbli. | |
Emenda 32 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 11 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni tista’ timponi, għal raġunijiet ta’ sikurezza ta’ l-ikel, u wara l-opinjoni ta’ l-Awtorità, rekwiżit għal sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. L-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel li jqiegħdu l-ikel fis-suq Komunitarju għandhom ikun responsabbli mill-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' wara t-tqegħid fis-suq speċifikati fid-dħul ta' l-ikel ikkonċernat fil-lista Komunitarja ta' ikel ġdid. |
1. Il-Kummissjoni tista’ timponi, għal raġunijiet ta’ sikurezza tal-ikel, u wara l-opinjoni tal-Awtorità, rekwiżit għal sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq għal perjodu limitat adegwat. Għandu jkun possibbli li ssir estensjoni fil-perjodu adegwat tas-sorveljanza limitata tal-ikel fis-suq f'każi ġġustifikati, għal mhux iżjed minn darba, għal perjodu adegwat tas-sorveljanza limitata. L-operaturi tan-negozju tal-ikel li jqiegħdu l-ikel fis-suq Komunitarju għandhom ikun responsabbli mill-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' wara t-tqegħid fis-suq speċifikati fid-dħul tal-ikel ikkonċernat fil-lista Komunitarja ta' ikel ġdid. |
Ġustifikazzjoni | |
L-interferenza fil-funzjonament tas-suq ħieles permezz tas-sorveljanza ta’ ikel ġdid wara li jkun tqiegħed fis-suq għandha titqies bħala eċċezzjoni, u fiha nfisha għandha tkun soġġetta għal perjodu adegwat u strettament limitat, sabiex l-operaturi ma jiffaċċjawx inċertezzi legali dwar il-prodotti tagħhom għal perjodu indefinit. | |
Emenda 33 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 11 a (ġdid) (f’Kapitolu II) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 11a |
|
Grupp Ewropew dwar l-Etika u t-Teknoloġiji ġodda |
|
Fejn ikun xieraq, rigward mistoqsijiet etiċi konnessi max-xjenza u ma' teknoloġiji ġodda ta’ importanza rtika ewlenija, il-Kummissjoni, b'inizjattiva tagħha jew fuq talba ta' Stat Membru, tista' tikkonsulta mal-Grupp Ewropew dwar l-Etika u t-Teknoloġiji ġodda, bil-għan li tieħu opinjoni mingħandu dwar kwistjonijiet etiċi. |
|
Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-opinjoni, inkluż bil-pubblikazzjoni tagħha fuq paġna apposta fuq il-websajt tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
Dwar kwistjonijiet ġenerali sustanzjati (bħall-użu ta’ nanoteknoloġiji jew u t-tekniki tal-ikklownjar) huwa xieraq li l-kwistjonijiet etiċi għandhom jiġu riferiti lill-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda biex issir konsultazzjoni. Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni jista’ jitnieda mill-Kummissjoni stess jew mill-Istat Membru. Fl-interess tat-trasparenza u tal-involiment tal-esperti u tal-pubbliku ġenerali, l-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq l-Internet. | |
Emenda 34 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fuq talba mill-applikant, appoġġjata minn tagħrif xieraq u verifikabbli inkluż id-dokument ta’ l-applikazzjoni, evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data xjentifika proprjetarja pprovduta sabiex jappoġġjaw l-applikazzjonijiet, ma jistgħux jintużaw għall-benefiċċju ta' applikazzjoni oħra matul il-perjodu ta' ħames snin mid-data ta' l-inklużjoni ta' l-ikel ġdid fil-lista Komunitarja mingħajr ma jkun hemm ftehim ma' l-applikant. |
1. Fuq talba mill-applikant, appoġġjata minn tagħrif xieraq u verifikabbli inkluż id-dokument tal-applikazzjoni, evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data xjentifika proprjetarja pprovduta sabiex jappoġġjaw l-applikazzjonijiet, ma jistgħux jintużaw għall-benefiċċju ta' applikazzjoni oħra matul il-perjodu ta' ħames snin mid-data tal-inklużjoni tal-ikel ġdid fil-lista Komunitarja mingħajr ma jkun hemm ftehim mal-applikant. Fejn evidenza xjentifika ġdida u data xjentifika proprjetarja li jkunu jgawdu l-protezzjoni taħt dan l-Artikolu jkunu fl-istess waqt soġġetti għar-regoli dwar il-kunfidenzjalità taħt ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru …/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... [li tistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, għall-enżimi tal-ikel u għall-ħwawar tal-ikel]1, il-Kummissjoni għandha tadatta l-perjodu ta’ kunfidenzjalità b’mod proporzjonat mal-perjodu ta’ ħames snin għall-ħarsien tal-informazzjoni. |
|
__________________ 1 ĠU L ... |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapport jispeċifika kif il-ħarsien tad-data personali għandu jikkoeżisti mar-regoli dwar il-kunfidenzjalità (privata) ta’ tali informazzjoni b’mod konformi mal-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, enżimi tal-ikel u ħwawar. Il-kumbinazzjoni ta’ perjodu ta’ protezzjoni tad-data flimkien ma' perjodu ta' protezzjoni ta' kunfidenzjalità għandha tkun immexxija mill-prinċipju ta' proporzjonalità, li jinkludu t-tisħiħ tal-iskambju tal-għarfien xjentifiku u tat-trasparenza tal-informazzjoni għall-konsumaturi (bħal dawk li jkollhom allerġiji, eċċ). | |
Emenda 35 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru .../... dwar [proċedura komuni], l-aġġornament tal-listi tal-Komunità b’ikel ġdid, li ma jkunx ikel tradizzjonali minn pajjiż terz, għandu jiġi deċiż b’mod konformi mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(2) f’każi fejn l-iżvilupp ta’ evidenza xjentifika ġdida u ta’ data proprjetarja jkun protett b'mod konformi ma’ dan l-Artikolu. F’dawn il-każi, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għall-perjodu speċifikat fl-ewwel paragrafu. |
(Din l-emenda qabel kienet l–Artikolu 7, paragrafu 3, subparagrafu 1) | |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-dispożizzjoni, li oriġinarjament kienet f’Artikolu 7, hija miktuba f'iżjed dettall. | |
Emenda 36 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 12 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. Fil-każi msemmija fil-paragrafu 1a, id-dħul ta’ ikel ġdid fil-lista Komunitarja għandu jindika, barra t-tagħrif msemmi fil-paragrafu 7(2): |
|
(a) id-data tad-dħul tal-ikel ġdid fil-lista Komunitarja; |
|
(b) il-fatt li d-dħul huwa msejjes fuq evidenza xjentifika żviluppata riċentament u/jew data proprjetarja protetta skond dan l-Artikolu; |
|
(c) l-isem u l-indirizz tal-applikant; |
|
(d) il-fatt li l-ikel ġdid huwa ristrett għat-tqegħid fis-suq mill-applikant speċifikat fil-punt(c), sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel bla referenza għad-data proprjetarja msemmija fil-punt (b). |
(Din l-emenda qabel kienet l–Artikolu 7, paragrafu 3, subparagrafu 2, ħlief għall-punt (d)) | |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-dispożizzjoni, li oriġinarjament kienet f’Artikolu 7, hija miktuba f'iżjed dettall. Dan jipprovdi informazzjoni addizzjonali li għandha tkun ippubblikata fil-lista tal-Komunità. | |
Emenda 37 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 12 – paragrafu 1 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1c. Qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, il-lista tal-Komunità għandha tiġi aġġornata ħalli, dejjem jekk l-ikel awtorizzat ikun għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament, l-indikaturi msemmija f’paragrafu 3 ma jibqgħux inklużi. |
|
Din il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-dispożizzjoni, li oriġinarjament kienet f’Artikolu 7, hija miktuba f'iżjed dettall. | |
Emenda 38 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 12 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 12a |
|
Adattament tal-ħarsien tad-data |
|
Minkejja l-awtorizzazzjoni ta' ikel ġdid skond l-Artikoli 7 u 14 tar-Regolament (KE) Nru .../... [proċedura komuni] u l-indikazzjoni ta' aspett relatat mas-saħħa skond l-Artikoli 17, 18 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, jekk ikun hemm il-ħsieb li tinkiseb awtorizzazzjoni għal ikel ġdid u aspett ta' dan l-ikel relatat mas-saħħa, u jekk il-ħarsien tad-data jkun ġustifikat skond id-dispożizzjonijiet taż-żewġ regolamenti u dan jintalab mill-applikant, id-dati tal-awtorizzazzjoni u/jew il-pubblikazzjoni tal-awtorizzazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali għandhom jaqblu u l-perjodi għall-ħarsien tad-data għandhom jimxu flimkien.. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-premessa 22. | |
Emenda 39 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mill-[...] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tkun taffettwahom. |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet fi żmien 12-il xahar u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tkun taffettwahom. |
Ġustifikazzjoni | |
Billi nistipulaw skadenza għan-notifika (12-il xahar) li fiha l-Istati Membri għandu jħabbru r-regoli tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għall-ksur ta’ dan ir-regolament, nistgħu nkabbru ċ-ċertezza legali. Barra minn dan, din l-emenda hija konsistenti mal-perjodu itwal stipulat f'artikoli oħrajn għall-adozzjoni ta' arranġamenti ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. | |
Emenda 40 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Mhux aktar tard mill-[1 ta’ Jannar 2015] u fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari ta’ l-Artikolu 8, akkumpanjat, fejn xieraq, minn kwalunkwe proposti. Ir-rapport u kull proposta għandhom ikunu aċċessibbli mill-pubbliku. |
Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 u fid-dawl tal-esperjenza miksuba, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari tal-Artikoli 8 u 12, akkumpanjat, fejn xieraq, minn kwalunkwe proposti. Ir-rapport u kull proposta għandhom ikunu aċċessibbli mill-pubbliku. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba l-konformità, ikun iżjed xieraq li r-reviżjoni tar-regoalment issir mill-Parlament Ewropew matul it-terminu parlamentari li jmiss. Barra minn dan, fir-rigward ta’ l-istrument legali l-ġdid għall-protezzjoni tad-dejta skond l-Artikolu 12, jidher xieraq li fir-reviżjoni tagħha l-Kummissjoni tiffoka wkoll fuq l-implimentazzjoni tiegħu fl-Istati Membri. | |
Emenda 41 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sa sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard mill-[data] il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-lista Komunitarja billi ddaħħal ikel ġdid awtorizzat taħt ir-Regolament (KE) Nru258/97 f’din il-lista Komunitarja, inklużi kwalunkwe kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni eżistenti, kif xieraq. |
Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament [data] il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-lista Komunitarja billi ddaħħal f’din il-lista dak l-ikel ġdid li jkun awtorizzat taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 u li jkun jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skont l-Artikoli 2 u 3 tiegħu, inkluża kwalunkwe kundizzjoni ta' awtorizzazzjoni eżistenti kif xieraq. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-emenda għall-artikolu 16 | |
Emenda 42 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 18 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Kwalunkwe talba għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel ġdid mibgħuta lil Stat Membri taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 u li għaliha ma tteħditx deċiżjoni finali qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha titqies bħala applikazzjoni taħt dan ir-Regolament. |
1. F'każijiet fejn ir-rapport ta' evalwazzjoni inizzjali li jipprovdi għalih l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 ma jkunx ġie mgħoddi lill-Kummissjoni sa ...+, kwalunkwe talba għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel ġdid mibgħuta lil Stat Membru taħt l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandha titqies bħala applikazzjoni taħt dan ir-Regolament. Talbiet oħra ppreżentati skond l-Artikolu 3(4) u l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 sa …+ , għandhom jiġu pproċessati skond id-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament. |
|
___________ + Data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
It-test propost tal-Kummissjoni potenzjalment ipoġġi fi żvantaġġ applikazzjonijiet li għalihom evalwazzjoni inizzjali tkun diġà ġiet mgħoddija lill-Kummissjoni, peress li jista' jkun possibbli li applikazzjoni bħal din tiġi awtorizzata mingħajr ma l-applikazzjoni tinbagħat lill-EFSA għall-evalwazzjoni jekk ma jkun hemm oġġezzjonijiet. L-applikazzjonijiet kollha li għalihom rapport ta' evalwazzjoni jkun diġà ġie mgħoddi lill-Kummissjoni għandhom jibqgħu mexjin skond il-proċedura definita fir-Regolament 258/97/KE. | |
Emenda 43 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 18 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Kwalunkwe miżuri tranżizzjonali xierqa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
It-test propost tal-Kummissjoni potenzjalment ipoġġi fi żvantaġġ applikazzjonijiet li għalihom evalwazzjoni inizzjali tkun diġà ġiet mgħoddija lill-Kummissjoni, peress li jista' jkun possibbli li applikazzjoni bħal din tiġi awtorizzata mingħajr ma l-applikazzjoni tinbagħat lill-EFSA għall-evalwazzjoni jekk ma jkun hemm oġġezzjonijiet. L-applikazzjonijiet kollha li għalihom rapport ta' evalwazzjoni jkun diġà ġie mgħoddi lill-Kummissjoni għandhom jibqgħu mexjin skond il-proċedura definita fir-Regolament 258/97/KE. | |
Emenda 44 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 20 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għandu japplika minn sitt xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament [data]. |
Għandu japplika 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament [data]. |
Ġustifikazzjoni | |
L-estensjoni tal-validità tar-regolament minn sitt xhur għal 12-il xahar hija meħtieġa sabiex tippermetti lill-Kummissjoni li tadotta regoli ta’ implimentazzjoni għall-artikoli individwali, u tagħti żmien biżżejjed għat-titjib tal-preparazzjonijiet mill-Istati Membri u mill-operaturi f’dan is-settur. |
PROĊEDURA
Titolu |
Prodotti ġodda tal-ikel (proċedura komuni) |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0872 – C6-0027/2008 – 2008/0002(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ENVI |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 17.1.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur ta’ opinjoni: Data tal-ħatra |
Zuzana Roithová 31.1.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
3.6.2008 |
24.6.2008 |
9.9.2008 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
7.10.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 2 12 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Christopher Heaton-Harris, Anna Hedh, Iliana Malinova Iotova, Pierre Jonckheer, Kurt Lechner, Toine Manders, Catiuscia Marini, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Barbara Weiler, Marian Zlotea |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emmanouil Angelakas, Wolfgang Bulfon, Colm Burke, Giovanna Corda, Othmar Karas, José Ribeiro e Castro, Olle Schmidt, Diana Wallis |
|||||||
OPINJONI tal- Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (24.7.2008)
għall- Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid u li jemenda r-Regolament (KE) Nru XXX/XXXX [proċedura komuni]
(COM(2007)0872 – C6‑0027/2008 – 2008/0002(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Vincenzo Lavarra
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta tal-Kummissjoni temenda r-Regolament (KE) Nru 258/97 dwar l-ikel il-ġdid bil-ħsieb li tissimplifika u tiċċentralizza l-proċedura ta’ l-awtorizzazzjoni għall-ikel il-ġdid u tat-tqegħid tiegħu fis-suq.
Il-Kummissjoni biħsiebha tiddefinixxi l-ambitu tar-Regolament b’mod iżjed preċiż billi teskludi l-kategoriji ta’ l-ikel li diġà hemm leġiżlazzjoni speċifika dwarhom. Għalhekk l-organiżmi ġenetikament modifikati, l-addittivi ta’ l-ikel, il-ħwawar, is-solventi ta’ estrazzjoni, l-enżimi, il-vitamini u l-minerali huma esklużi mir-Regolament.
L-applikazzjonijiet kollha għall-awtorizzazzjoni għandhom jitressqu lill-Kummissjoni u mbagħad mgħoddija lill-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Ikel, li għandha tagħmel il-verifiki tagħha dwar is-sikurezza.
L-ikel il-ġdid m’għandux ikun ta’ riskju għas-saħħa, m’għandux jiżgwida lill-konsumaturi u jekk jintuża bħala sostitut alimentari m’għandux jikkomprometti n-nutrizzjoni.
Ladarba l-EFSA tkun ikkonsultat lill-Kummissjoni – permezz tal-proċedura tal-kumitat – hija għandha tiddeċiedi dwar jekk il-prodott il-ġdid għandux jitqiegħed fir-reġistru ta’ l-ikel il-ġdid u dwar jekk ikunx hemm bżonn ta’ ttikkettar ulterjuri.
Fil-każ ta’ l-ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni biħsiebha tissimplifika l-awtorizzazzjoni tiegħu u tevalwa s-sikurezza tiegħu abbażi ta’ l-esperjenza ta’ l-użu sikur fil-pajjiż ta’ l-oriġini tiegħu.
Ir-rapporteur jaqbel mal-ħtieġa li tiġi ssimplifikata l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, speċjalment minħabba li l-EFSA hija l-enti t-tajba biex tevalwa b’mod xjentifiku l-livell ta’ sikurezza ta’ l-ikel.
Għalkemm l-EFSA kapaċi tipprovdi firxa vasta ta’ garanziji xjentifiċi rigward is-sikurezza ta’ l-ikel, għandna nilqgħu b’sodisfazzjon il-fatt li l-Parlament Ewropew se jżomm is-seta’ tal-veto, sabiex jiżgura li fl-iżjed każi sensittivi u kontroversjali r-rappreżentanti eletti b’mod demokratiku jżommu s-setgħa leġittima tagħhom ta’ superviżjoni (proċedura-ta’-regolament-b’superviżjoni).
Għalkemm ir-rapporteur jaqbel mal-ħtieġa l-organiżmi ġenetikament modifikati (li diġà huma rregolati mir-Regolament (KE) 1829/2003) jkunu esklużi mill-ambitu tar-Regolament, huwa jikkunsidra wkoll li hu essenzjali li l-ikel li ġej minn annimali kklonjati u mill-frieħ tagħhom għandu jkun eskluż ukoll, sabiex jiġi żgurat li fil-ġejjieni għażliet etiċi sensittivi bħala dawn ma jittieħdux permezz ta’ proċedura ta’ komitoloġija; Barra minn dan, ir-rapporteur jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tressaq proposta speċifika għall-proċedura ta’ ko-deċiżjoni, sabiex il-Parlament ikun involut fl-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar suġġett kontroversjali bħal dan.
Barra minn dan, ir-rapporteur qiegħed jitlob biex il-Grupp Ewropew għall-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji Ġodda jkun ikkonsultat f’kull każ li jinvolvi problema etika rigward l-użu ta’ teknoloġija ġodda ta’ l-ikel u t-tqegħid fis-suq ta’ ikel ġdid.
Fir-rigward ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiż terz, il-perjodu ta’ użu sikur għandu jkun iddefinit b’mod preċiż sabiex ikun żgurat li l-proditt ikun tabilħaqq sikur. Għalhekk ir-rapporteur qiegħed jipproponi perjodu ta’ 50 sena minflok l-espressjoni ġenerali ‘ġenerazzjoni waħda’.
Fl-aħħarnett, ir-rapporteur jisħaq li l-prijoritajiet assoluti fl-istadji kollha tal-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ ikel ġdid għandha tkun is-sikurezza ta’ l-ikel u s-saħħa tal-konsumaturi, li għandhom jieħdu prijorità fuq l-interessi kummerċjali u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’mod partikulari data xjentifika li turi li l-prodott ikun sikur.
Bi qbil sħiħ mal-prinċipju ta’ prekwazjoni, l-UE għandha tipprovdi liċ-ċittadini tagħha b’firxa sħiħa ta’ salvagwardji rigward is-saħħa u l-kwalità u t-trasparenza ta’ l-ikel.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistiednu lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem għandu jkun assigurat fit-tfittxija tal-politiki Komunitarji. |
(2) Livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem għandu jkun assigurat fit-tfittxija tal-politiki Komunitarji u għandu jingħata aktar prijorità mill-operat tas-suq intern. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem għandu jitqies bħala prijorità fl-awtorizzazzjoni ta' ikel ġdid. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) L-istandards definiti fil-leġiżlazzjoni ta' l-UE għandhom japplikaw għall-ikel kollu mqiegħed fis-suq tal-Komunità, inkluż ikel impurtat minn pajjiżi terzi. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun imtenni li l-istandards tal-Komunità għandhom japplikaw ukoll għal ikel impurtat. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) It-tifsira eżistenti ta’ ikel ġdid għandha tiġi ċċarata u aġġornata billi tieħu post il-kateġoriji eżistenti b’referenza għat-tifsira ġenerali ta’ ikel fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel. |
(5) It-tifsira eżistenti ta’ ikel ġdid għandha tiġi ċċarata, bi spjegazzjoni tal-kriterja tan-novità, u aġġornata billi tieħu post il-kateġoriji eżistenti b’referenza għat-tifsira ġenerali ta’ ikel fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex il-leġiżlazzjoni ssir iżjed ċara, għandu jkun hemm spjegazzjoni tal-kriterji għan-novità ta’ ikel fit-test innifsu jew fil-premessi. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Għandu jiġi ċċarat ukoll li ikel għandu jitqies bħala ġdid meta tiġi applikata teknoloġija ta' produzzjoni li qabel ma tkunx intużat. B’mod partikolari, teknoloġiji emerġenti fil-proċessi ta' tagħmir u produzzjoni ta' l-ikel, li għandhom impatt fuq l-ikel u għalhekk jista' jkollhom impatt fuq is-sikurezza ta' l-ikel, għandhom jiġu koperti minn dan ir-Regolament. Ikel ġdid għandu għalhekk jinkludi ikel derivat minn pjanti u annimali, prodotti b’tekniki ta’ tagħmir mhux tradizzjonali, u ikel modifikat minn proċessi ta’ produzzjoni ġodda, bħal nanoteknoloġija u nanoxjenza, li jista’ jkollhom impatt fuq l-ikel. Ikel derivat minn varjetajiet ta’ pjanti ġodda, jew razez ta’ annimali prodotti minn tekniki ta’ tagħmir tradizzjonali, għandhom jitqiesu bħala ikel ġdid. |
(6) L-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu jinkludi l-ikel kollu li ma ntużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad sinifikanti ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Il-kriterji għan-novità fir-rigward ta’ l-ikel għandhom jinkludu l-użu ta’ speċijiet ġodda ta’ organiżmi bħall-pjanti, l-annimali, l-mikro-organiżmi, il-faqqiegħ u l-alka, u l-użu ta’ partijiet ġodda ta’ organiżmi u sustanzi eżistenti b’struttura molekulari ġdida. L-ikel eżistenti għandu jitqies ġdid jekk ikun ġie mmodifikat b’mod li jibdel il-kompożizzjoni kimika, l-istruttura molekulari, id-daqs tal-partikola jew elementi oħra b’tali mod li jkun hemm probabilità li jkollu effett fuq is-sikurezza ta’ l-ikel. Għandu jiġi ċċarat ukoll li ikel għandu jitqies bħala ġdid meta tiġi applikata teknoloġija ta' produzzjoni li qabel ma tkunx intużat. B’mod partikolari, teknoloġiji emerġenti fil-proċessi ta' tagħmir u produzzjoni ta' l-ikel, li għandhom impatt fuq l-ikel u għalhekk jista' jkollhom impatt fuq is-sikurezza ta' l-ikel, għandhom jiġu koperti minn dan ir-Regolament. Ikel ġdid għandu għalhekk jinkludi ikel derivat minn pjanti u annimali, prodotti b’tekniki ta’ tagħmir mhux tradizzjonali, u ikel modifikat minn proċessi ta’ produzzjoni ġodda, bħal nanoteknoloġija u nanoxjenza, li jista’ jkollhom impatt fuq is-sikurezza ta’ l-ikel. Ikel derivat minn varjetajiet ta’ pjanti ġodda, jew razez ta’ annimali prodotti minn tekniki ta’ tagħmir tradizzjonali, għandhom jitqiesu bħala ikel ġdid. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex il-leġiżlazzjoni ssir iżjed ċara, għandu jkun hemm spjegazzjoni tal-kriterji għan-novità ta’ ikel, preferibilment fit-test innifsu jew fil-premessi. It-test propost għandu l-għan li jiddeskrivi l-mod kif il-leġiżlazzjoni dwar l-ikel il-ġdid qiegħda taħdem fil-mument. Il-kelma “sikurezza” hija nieqsa fit-tieni sentenza ta’ l-aħħar. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Ikel prodott minn annimali kklonjati u l-friegħ tagħhom għandhom, madankollu, ikunu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jkun irregolat b'regolament speċifiku li jirriżulta mill-proċedura tal-kodeċiżjoni minflok mill-"proċedura komuni". Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva għal dan il-għan qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fid-dawl ta’ l-opinjoni tal-Grupp Ewropew għall-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji Ġodda u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/EC ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 rigward il-protezzjoni ta’ l-annimali li jinżammu għal għanijiet ta’ biedja, l-ikel prodott minn annimali1 kklonjati u mill-friegħ tagħhom m’għandux jitqiegħed fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament speċifiku li jirregola dawn il-prodotti. |
|
___________ 1 ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-deċiżjoni dwar jekk l-ikel minn annimali kklonjati u l-friegħ tagħhom għandux ikun awtorizzat jew le teħtieġ kunsiderazzjoni fil-fond tal-kriterji kollha tas-sikurezza ta' l-ikel kif ukoll ta' kriterji etiċi u l-impatti potenzjali fuq il-benessri ta' l-annimali. Għalhekk ma għandhiex titħalla f'idejn il-proċedura tal-komitoloġija, iżda għandha tkun irregolata minn deċiżjoni leġiżlattiva skond l-applikazzjoni tal-proċedura tal-kodeċiżjoni. Għandu jiddaħħal fis-seħħ ‘mortatorium' għal dan l-ikel, sakemm tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni speċifika tidħol. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6b) L-ikklownjar ta’ annimali huwa inkompatibbli mal-paragrafi 20 u 21 ta’ l-Anness tad-Direttiva 98/58/EC. Il-paragrafu 20 jipprojbixxi t-tagħmir naturali jew artifiċjali jew proċeduri ta’ tagħmir li jikkawżaw jew li ikun hemm probabilità li jikkawżaw tbatija jew korriment ta’ l-annimali inkwistjoni. Il-paragrafu 21 jipprojbixxi ż-żamma ta’ annimali għal għanijiet ta’ biedja sakemm ma jkunx mistenni b’mod raġonevoli li, abbażi tal-ġenotip jew fenotip tagħhom, huma jkunu jistgħu jinżamm mingħajr effett detrimentali għas-saħħa jew għall-benessri tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-problemi ta' saħħa u ta' benessri ta' l-annimal ikkawżati mill-ikklownjar ifissru li dan il-proċess huwa imkompatibbli ma’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6c) Fil-mument nafu ftit li xejn dwar l-implikazzjonijiet fuq is-saħħa ta’ l-ikel li fihom in-nanopartikoli li jkunu mmanifatturati permezz tal-proċeduri nanoteknoloġiċi. Biex tinżamm konformità mal-prinċipju ta’ prekawzjoni, l-użu tan-nanopartikoli fil-manifattura ta’ l-ikel għandu jkun sospiż sakemm ikun hemm sejbiet xjentifiċi rigward l-implikazzjonijiet ta’ l-użu tagħhom. |
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex jipprovdu għal kriterji biex jiffaċilitaw l-evalwazzjoni ta’ jekk ikel intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Jekk ikel intuża esklussivament bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel, kif definit mid-Direttiva 2002/46/KE, qabel din id-data, jista’ jitpoġġa fis-suq wara d-data għall-istess użu mingħajr ma jitqies bħala ikel ġdid. Madankollu, l-użu bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel m’għandux jitqies għall-evalwazzjoni dwar jekk intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Għalhekk użi oħra ta’ l-ikel ikkonċernat, eż. użi minbarra bħala suppliment ta’ l-ikel, iridu jiġu awtorizzati skond dan ir-Regolament. |
(7) Għandhom jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex jipprovdu għal kriterji ulterjuri biex jiffaċilitaw l-evalwazzjoni ta’ jekk ikel intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Jekk ikel intuża esklussivament bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel, kif definit mid-Direttiva 2002/46/KE, qabel din id-data, jista’ jitpoġġa fis-suq wara d-data għall-istess użu mingħajr ma jitqies bħala ikel ġdid. Madankollu, l-użu bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel m’għandux jitqies għall-evalwazzjoni dwar jekk intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Għalhekk użi oħra ta’ l-ikel ikkonċernat, eż. użi minbarra bħala suppliment ta’ l-ikel, iridu jiġu awtorizzati skond dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex ikun hemm deskrizzjoni ulterjuri tal-kriterji tan-novità. Il-kelma ‘ulterjuri’ għandha tiżdied minħabba li diġà ngħatat spjegazzjoni ma’ l-emendi ta’ premessa 6. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 8 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità fir-rigward tal-prodotti mediċinali għall-użu uman1 għandhom japplikaw, meta jitqiesu l-karatteristiċi kollha tagħhom, fil-każ li prodott jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “prodott mediċinali” u taħt id-definizzjoni ta’ prodott kopert minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra. F'dan ir-rigward, Stat Membru jista', jekk b’konformità mad-Direttiva 2001/83/KE jistabbilixxi li sustanza hija prodott mediċinali, jirristrinġi it-tqegħid fis-suq ta' tali prodott skond il-liġi Komunitarja. |
|
____________________ 1 ĠUJ L 311, 28.11.2001, p. 67. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba li s-suġġett ta’ l-ikel ġdid iqajjem diversi kwistjonijiet borderline, huwa importanti li dan il-prinċipju jiġi enfasizzat fil-premessa. Dan jipprovdi iżjed ċarezza għall-industrija u għall-konsumaturi dwar il-funzjonament tas-suq fir-rigward ta’ prodotti ‘borderline’ (mediċina/ikel). | |
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Ikel ġdid għandu jitqiegħed fis-suq Komunitarju biss jekk huwa sikur u jekk ma jqarraqx lill-konsumatur. B’żieda ma’ dan, m'għandux ikun differenti mill-ikel li jkun qed jieħu postu b'tali mod li jkun ta' żvantaġġ nutrittiv għall-konsumatur. |
(14) Ikel ġdid għandu jitqiegħed fis-suq Komunitarju biss jekk huwa sikur u jekk ma jqarraqx lill-konsumatur. L-evalwazzjoni tas-sikurezza tagħhom għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-prekawzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi ta' l-ikel, li tistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Ikel u li tistabbilixxi proċeduri fi kwistjonijiet tas-sigurtà ta' l-ikel1. B’żieda ma’ dan, m'għandux ikun differenti mill-ikel li jkun qed jieħu postu b'tali mod li jkun ta' żvantaġġ nutrittiv għall-konsumatur. |
|
_______________________ 1 ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. |
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) F’ċirkustanzi speċifiċi sabiex jiġu stimolati r-riċerka u l-iżvilupp fl-industrija agro-alimentari, u għalhekk l-innovazzjoni, l-evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data proprjetarja pprovduta bħala appoġġ għal applikazzjoni għall-inklużjoni ta' ikel ġdid fil-lista Komunitarja m’għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant ieħor matul perjodu ta’ żmien limitat, mingħajr ma jkun hemm ftehim ma’ l-ewwel applikant. Il-ħarsien ta’ data xjentifika mogħtija minn applikant wieħed m'għandhix twaqqaf lill-applikanti l-oħrajn milli jfittxu l-inklużjoni fil-lista Komunitarja ta' ikel ġdid fuq il-bażi tad-data xjentifika tagħhom. |
(20) F’ċirkustanzi speċifiċi sabiex jiġu stimolati r-riċerka u l-iżvilupp fl-industrija agro-alimentari, u għalhekk l-innovazzjoni, l-evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data proprjetarja pprovduta bħala appoġġ għal applikazzjoni għall-inklużjoni ta' ikel ġdid fil-lista Komunitarja m’għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant ieħor matul perjodu ta’ żmien limitat, mingħajr ma jkun hemm ftehim ma’ l-ewwel applikant. Il-ħarsien ta’ data xjentifika mogħtija minn applikant wieħed m'għandhix twaqqaf lill-applikanti l-oħrajn milli jfittxu l-inklużjoni fil-lista Komunitarja ta' ikel ġdid fuq il-bażi tad-data xjentifika tagħhom. Apparti dan, il-ħarsien ta' data xjentifika m’għandhiex tfixkel it-trasparenza u l-aċċess għal informazzjoni fir-rigward tad-data użata fl-evalwazzjoni tas-sigurtà ta' ikel ġdid. Madankollu, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom ikunu rispettati. |
Ġustifikazzjoni | |
Din hija konformi ma’ l-Emenda 5 ta’ l-abbozz ta’ opinjoni, iżda għandha l-għan li tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-produtturi. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Ikel ġdid huwa soġġett għar-rekwiżiti ta’ tikkettar ġenerali stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti ta' l-ikel. F’ċerti każi jista’ jkun meħtieġ li jkun hemm tagħrif ta' tikkettar addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tad-deskrizzjoni ta' l-ikel, is-sorsi tiegħu, jew il-kundizzjonijiet ta' l-użu. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ ikel ġdid fil-lista Komunitarja tista’ tipproponi kundizzjonijiet ta’ l-użu jew obbligazzjonijiet ta’ tikkettar speċifiċi. |
(21) Ikel ġdid huwa soġġett għar-rekwiżiti ta’ tikkettar ġenerali stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti ta' l-ikel. F’ċerti każi jista’ jkun meħtieġ li jkun hemm tagħrif ta' ttikkettar addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tad-deskrizzjoni ta' l-ikel, is-sorsi tiegħu, jew il-kundizzjonijiet ta' l-użu u li jista' jinkludi tagħrif dwar kunsiderazzjonijiet etiċi. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ ikel ġdid fil-lista Komunitarja tista’ tipproponi kundizzjonijiet ta’ l-użu jew obbligazzjonijiet ta’ tikkettar speċifiċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kriterji għal ittikkettar addizzjonali għandhom jinkludu wkoll kunsiderazzjonijiet etiċi bħall-ikklownjar. Għalhekk għandu jkun possibbli li jintalab l-ittikkettar ta’ l-ikel prodott minn annimali kklownjati. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 21 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21a) L-introduzzjoni ta’ tikketta ta’ kwalità Ewropea tippermetti lill-konsumaturi li jidentifikaw prodotti li jkunu manifatturati skond l-istandards stretti ta’ l-Unjoni Ewropea rigward l-ambjent, il-benessri ta’ l-annimali u s-sikurezza ta’ l-ikel, u għandha tifforma parti essenzjali, flimkien ma’ dan ir-Regolament, mill-politika ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea li tgħarraf liċ-ċittadini tagħha dwar il-karatteristiċi tal-prodotti u dwar iċ-ċirkustanzi li fihom inħadmu. |
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Il-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 1997 jista' jiġi kkonsultat, fejn xieraq, bl-għan li jinkisbu pariri dwar kwistjonijiet ta' etika fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid. |
(24) Il-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 1997 għandu jiġi kkonsultat, bl-għan li jinkisbu pariri dwar kwistjonijiet ta' etika fir-rigward ta' l-użu ta' teknoloġiji ġodda u tat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid. |
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) ikel prodott minn annimali kklonjati jew il-friegħ tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva speċifika għal ikel bħal dan qabel il-31 ta’ Diċembru 2009. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-deċiżjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' ikel prodott minn annimali kklonjati jew il-friegħ tagħhom ma għandhiex titħalla għal deċiżjoni tal-komitoloġija, iżda għandha tittieħed f'Regolament speċifiku tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ibbażata fuq il-proċedura ta' kodeċiżjoni. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Minkejja l-paragrafu 2, dan ir-Regolament għandu japplika għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enżimi ta’ l-ikel, għall-minerali u l-ħwawar u għal ċerti ingredjenti ta’ l-ikel b’karatteristiċi ta’ ħwawar li għalihom ikun ġie applikat proċess ta’ produzzjoni ġdid li ma jkunx intuża qabel il-15 ta’ Mejju 1997 u li jkun irriżulta f’bidliet sinifikanti fil-kompożizzjoni jew fl-istruttura ta’ l-ikel li jaffettwaw il-valur nutrittiv, il-metaboliżmu jew il- livell ta’ sustanzi mhux mixtieqa. |
Ġustifikazzjoni | |
Ingredjent jew addittiv ta’ l-ikel immanifatturat b’teknoloġija ta’ produzzjoni li ma tkunx intużat qabel, bħan-nanoteknoloġija u n-nanoxjenza, għandu jkun kopert mir-regolament dwar l-ikel il-ġdid. Dawn is-sustanzi jista’ jkollhom karatteristiċi ġodda għal kollox. Abbażi tal-protezzjoni tal-konsumatur, jeħtieġ li jkun hemm evalwazzjoni separata li ma tqisx l-użu standard preċedenti tas-sustanza jew ta’ l-awtorizzazzjoni tagħha. | |
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fejn meħtieġ, jista’ jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2) jekk tip ta’ ikel jaqax fi ħdan l-ambitu ta’ dan ir-Regolament. |
Fejn meħtieġ, jista’ jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(3) jekk tip ta’ ikel jaqax fi ħdan l-ambitu ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) "ikel ġdid" tfisser: |
(a) "ikel ġdid" tfisser ikel li ma ġiex użat għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997, inkluż; |
(i) ikel li ma ġiex użat għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997; |
(i) ikel ta’ oriġini mill-pjanti jew mill-annimali meta teknika ta’ tagħmir mhux tradizzjonali, li tkun ġiet kummerċjalment użata qabel il-15 ta’ Mejju 1997, tkun applikata għall-pjanta jew għall-annimal; kif ukoll |
L-użu esklussiv ta’ ikel bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel m’għandux ikun suffiċjenti sabiex juri jekk intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Madankollu, jekk ikel intuża esklussivament bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel qabel din id-data, jista’ jitpoġġa fis-suq Komunitarju wara dik id-data għall-istess użu mingħajr ma jitqies bħala ikel ġdid. Aktar kriterji għall-evalwazzjoni dwar jekk l-ikel intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997, li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). |
(ii) l-ikel li għalih jiġi applikat proċess ta' produzzjoni ġdid, mhux użat qabel il-15 ta' Mejju 1997, iwassal għal bidliet sinifikanti fil-kompożizzjoni jew l-istruttura ta’ l-ikel li jaffettwa il-valur nutrittiv tiegħu, il-metaboliżmu jew il-livell ta’ sustanzi mhux mixtieqa. |
(ii) ikel ta’ oriġini mill-pjanti jew mill-annimali meta tiġi applikata teknika ta’ tagħmir mhux tradizzjonali lill-pjanta u annimal li ma ntużatx qabel il-15 ta’ Mejju 1997; kif ukoll |
L-użu esklussiv ta’ ikel bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel m’għandux ikun suffiċjenti sabiex juri jekk intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Madankollu, jekk ikel ikun intuża esklussivament bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel qabel din id-data, jista’ jitpoġġa fis-suq Komunitarju wara dik id-data għall-istess użu mingħajr ma jitqies bħala ikel ġdid. Qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, aktar kriterji għall-evalwazzjoni dwar jekk l-ikel intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997, li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). |
(iii) l-ikel li għalih jiġi applikat proċess ta' produzzjoni ġdid, mhux użat qabel il-15 ta' Mejju 1997, fejn il-proċess ta’ produzzjoni jwassal għal tibdil sinifikanti fil-kompożizzjoni jew l-istruttura ta’ l-ikel li jaffettwa il-valur nutrittiv tiegħu, il-metaboliżmu jew il-livell ta’ sustanzi mhux mixtieqa. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni ġenerali ta’ ikel ġdid hija mogħtija fl-Artikolu 3.2 a(i). Il-kategoriji li ġejjin (ii) u (iii) huma sotto-gruppi li jaqgħu taħt din id-definizzjoni ġenerali. Mill-banda l-oħra, is-sottoparagrafu 2 fil-punt a (i) jirrelata mal-kategoriji kollha msemmija fl-Artikolu 3, paragrafu 2, punt a. Dawn il-mizuri ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati qabel l-applikazzjoni tar-Regolament. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) "ikel tradizzjonali minn pajjiż terz" tfisser ikel ġdid bi storja ta’ użu ta’ ikel f’pajjiż terz, li tfisser li l-ikel ikkonċernat kien u jibqa’ parti minn dieta normal ta’ mill-anqas ġenerazzjoni waħda f’parti kbira tal-popolazzjoni tal-pajjiż; |
(b) "ikel tradizzjonali minn pajjiż terz" tfisser ikel ġdid bi storja ta’ użu ta’ ikel f’pajjiż terz, li tfisser li l-ikel ikkonċernat kien u jibqa’ parti minn dieta normal ta’ mill-anqas 25 sena f’parti kbira tal-popolazzjoni tal-pajjiż; |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan li jiġu stipulati regoli iżjed preċiżi li jirregolaw l-ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi u raġonevoli. Madankollu, il-perjodu propost mir-rapporteur (50 sena) jidher twil wisq, b’mod partikolari minħabba li f’dispożizzjonijiet oħrajn konnessi ma’ l-ikel, il-perjodu ta’ ġenerazzjoni tradizzjonalment jitqies bħala 25 sena (ara l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti). | |
Emenda 20 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 3 - paragrafu 2 - punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) "storja ta’ użu ta’ ikel sikur" tfisser li s-sikurezza ta’ l-ikel ikkonċernat hija kkonfermata b’data ta’ kompożizzjoni u mill-esperjenza ta’ użu u użu kontinwu fid-dieta normali ta’ parti kbira mill-popolazzjoni ta’ pajjiż. |
(c) "passat ta’ użu ta’ ikel sikur" tfisser li s-sikurezza ta’ l-ikel ikkonċernat hija kkonfermata b’data ta’ kompożizzjoni u mill-esperjenza tul perjodu ta’ mill-inqas 25 sena ta’ użu u użu kontinwu fid-dieta normali ta’ parti kbira mill-popolazzjoni ta’ pajjiż. |
Emenda 21 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) ma joħloqx, fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika disponibbli, tħassib dwar is-sikurezza għas-saħħa tal-konsumatur taħt kundizzjonijiet ta’ konsum normali; |
(a) ma joħloqx, fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika disponibbli, u wara l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' prekawzjoni stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, tħassib dwar is-sikurezza għas-saħħa tal-konsumatur taħt kundizzjonijiet ta’ konsum normali; |
Emenda 22 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 6 – punt c a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) ikun meqjus li jkun ġie prodott f’kundizzjonijiet etiċi aċċettabbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta tiġi kkunsidrata awtorizzazzjoni ta’ ikel ġdid, għandu jkun possibbli li jitqiesu l-aspetti etiċi. Jekk ma jissemmewx l-aspetti etiċi bħala kriterju fl-Artikolu 6, ma jkunx ċar jekk l-aspetti etiċi ikunux jistgħu jintużaw fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ ikel ġdid. | |
Emenda 23 Proposta għal regolament – att li jemenda Article 7 - paragraph 2 a (new) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Fil-każi msemmija fl-Artikolu 2(2a) il-proċedura komuni għandha tintuża irrispettivament mill-użu jew mill-awtorizzazzjoni preċedenti tas-sustanza li għaliha kienet ġiet applikata produzzjoni standard. |
Ġustifikazzjoni | |
Ingredjent jew addittiv ta’ l-ikel immanifatturat b’teknoloġija ta’ produzzjoni li ma tkunx intużat qabel, bħan-nanoteknoloġija u n-nanoxjenza, għandu jkun kopert mir-regolament dwar l-ikel il-ġdid. Dawn is-sustanzi jista’ jkollhom karatteristiċi ġodda għal kollox. Abbażi tal-protezzjoni tal-konsumatur, jeħtieġ li jkun hemm evalwazzjoni separata li ma tqisx l-użu standard preċedenti tas-sustanza jew ta’ l-awtorizzazzjoni tagħha. | |
Emenda 24 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Permezz ta’ deroga mit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru [proċedura komuni], l-aġġornar tal-lista Komunitarja b’ikel ġdid, għajr għal ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi, għandu jiġi deċiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2) f’każijiet fejn l-evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data proprjetarja huma mħarsa skond l-Artikolu 12. |
Permezz ta’ deroga mit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru [proċedura komuni], l-aġġornar tal-lista Komunitarja b’ikel ġdid, għajr għal ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi, għandu jiġi deċiż skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3) f’każijiet fejn l-evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data proprjetarja huma mħarsa skond l-Artikolu 12. |
Emenda 25 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 8 - paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). |
6. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati ta’ l-inqas sitt xhur wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jiġi garantit ħarsien komprensiv tal-konsumatur, ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ l-awtorizzazzjoni ssimplifikata għal ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi għandha tiġi stipulata kemm jista’ jkun malajr wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament. | |
Emenda 26 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 10 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 10a |
|
Opinjoni tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenzi u t-Teknoloġiji l-Ġodda |
|
Fejn ikun xieraq, rigward mistoqsijiet etiċi konnessi max-xjenza u ma' teknoloġiji ġodda ta’ importanza etika ewlenija, il-Kummissjoni, b'inizjattiva tagħha jew fuq talba ta' Stat Membru, tista' tikkonsulta mal-Grupp Ewropew dwar l-Etika u t-Teknoloġiji ġodda, bil-għan li tieħu opinjoni mingħandu dwar kwistjonijiet etiċi. |
|
Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-opinjoni, inkluż bil-pubblikazzjoni tagħha fuq paġna apposta fuq il-websajt tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
Dwar kwistjonijiet ġenerali sustanzjati (bħall-użu ta’ nanoteknoloġiji jew u t-tekniki ta’ l-ikklownjar) huwa xieraq li l-kwistjonijiet etiċi għandhom jiġu riferiti lill-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda biex issir konsultazzjoni. Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni jista’ jitnieda mill-Kummissjoni stess jew mill-Istat Membru. Fl-interess tat-trasparenza u ta’ l-involiment ta’ l-esperti u tal-pubbliku ġenerali, l-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq l-Internet. |
PROĊEDURA
Titolu |
Ikel ġdid (proċedura komuni) |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0872 – C6-0027/2008 – 2008/0002(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ENVI |
|||||||
Opinjoni minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 17.1.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Vincenzo Lavarra 11.3.2008 |
|
|
|||||
Rapporteur għal opinjoni preċedenti |
Luis Manuel Capoulas Santos |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
27.5.2008 |
24.6.2008 |
14.7.2008 |
|
||||
Data ta' l-adozzjoni |
14.7.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Vincenzo Aita, Sergio Berlato, Bernadette Bourzai, Luis Manuel Capoulas Santos, Giovanna Corda, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Konstantinos Droutsas, Constantin Dumitriu, Michl Ebner, Carmen Fraga Estévez, Lutz Goepel, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Esther Herranz García, Lily Jacobs, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Vincenzo Lavarra, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, Neil Parish, Vincent Peillon, María Isabel Salinas García, Petya Stavreva, Dimitar Stoyanov, Janusz Wojciechowski |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alejandro Cercas, Esther De Lange, Catherine Neris, Maria Petre, Karin Resetarits, Struan Stevenson, Kyösti Virrankoski |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Prodotti ġodda ta’ l-ikel (proċedura komuni) |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0872 – C6-0027/2008 – 2008/0002(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
14.1.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 17.1.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 17.1.2008 |
AGRI 17.1.2008 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Kartika Tamara Liotard 27.2.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
27.5.2008 |
14.7.2008 |
6.11.2008 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
2.12.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
41 0 2 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Anne Ferreira, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Riitta Myller, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Richard Seeber, Salvatore Tatarella, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Iles Braghetto, Bairbre de Brún, Christofer Fjellner, Johannes Lebech, Kartika Tamara Liotard, Renate Sommer, Bart Staes |
|||||||