RAPPORT dwar il-proposta għal regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea ta’ l-avjazzjoni

19.1.2009 - (COM(2008)0388 – C6‑0250/2008 – 2008/0127(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Marian-Jean Marinescu

Proċedura : 2008/0127(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0002/2009

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea ta’ l-avjazzjoni

(COM(2008)0388 – C6‑0250/2008 – 2008/0127(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0388),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0250/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6 0002/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew tibdilha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-mod l-aktar effettiv u effiċjenti li bih jinħoloq sema uniku Ewropew huwa l-approċċ minn fuq għal isfel; madankollu, qatt ma kien possibbli li tkun żgurata l-approvazzjoni politika għal strateġija bħal din, għalhekk issa l-għan għandu jkun li jitħaffu l-proċessi inizjali fuq il-bażi ta' approċċ minn fuq għal isfel.

Ġustifikazzjoni

Bosta drabi l-Parlament talab għal approċċ minn fuq għal isfel, għalkemm dan mhuwiex possibbli meta wieħed iqis iċ-ċirkostanti attwali. L-għan issa għandu jkun li jkun evitat dewmien fil-ħolqien ta' sema uniku Ewropew.

Emenda  2

Proposta għal regolament– att li jemenda

Recital 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Biex tiġi żgurata sorveljanza konsistenti u soda tal-forniment tas-servizzi madwar l-Ewropa, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandu jkollhom garanzija ta’ indipendenza u riżorsi suffiċjenti.

(8) Biex tiġi żgurata sorveljanza konsistenti u soda tal-forniment tas-servizzi madwar l-Ewropa, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandu jkollhom garanzija ta’ talanqas indipendenza funzjonali u riżorsi suffiċjenti, bil-għan li jiġu evitati kunflitti ta' interess kif ukoll li titħeġġeġ u tiżdied il-koperazzjoni bilaterali u multilaterali.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri kienu qablu fuq l-idea li tingħata "indipendenza funzjonali" lill-aġenziji nazzjonali u l-awtoritajiet superviżorji f'oqsma differenti oħra (jiġifieri s-swieq tat-telekommunikazzjonijiet, tal-enerġija u tal-gass).

Emenda  3

Proposta għal regolament– att li jemenda

Recital 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom għal koperazzjoni msaħħa fl-aspetti ewlenin kollha dwar is-Sema Uniku Ewropew (SES) bejniethom u ma' pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

L-aħjar mezz biex jinkiseb Sema Uniku huwa kunsens diplomatiku koerenti iżjed milli approċċ minn fuq għal isfel ambizzjuż.

Emenda  4

Proposta għal regolament– att li jemenda

Recital 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-blokki funzjonali ta’ l-ispazju ta’ l-ajru huma instigaturi prinċipali biex jtejbu l-kooperazzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru sabiex tittejjeb il-prestazzjoni u jinħolqu s-sinerġiji. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu blokki funzjonali ta’ l-ispazju ta’ l-ajru sa mhux aktar tard minn tmiem l-2012.

(13) Il-blokki funzjonali ta’ l-ispazju ta’ l-ajru huma instigaturi prinċipali biex tittejjeb l-kooperazzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru sabiex tittejjeb il-prestazzjoni u jinħolqu s-sinerġiji. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu blokki funzjonali ta’ l-ispazju ta’ l-ajru operattivi (FABS ) sa mhux aktar tard minn tmiem l-2011.

Ġustifikazzjoni

Il-ftehimiet sempliċi għall-istabbiliment tal-FABS sa mhux aktar tard mill-2012 se jdewmu s-Sema Ewropew Wieħed operattiv, li għalih l-FABS huma biss pass intermedjarju. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tas-SESAR mill-2014 'il quddiem għandha ssir b'mod dirett fuq il-bażi ta' Sema Wieħed, iżjed milli fuq bażi ta' blokki funzjonali ta’ l-ispazju ta’ l-ajru, biex tiġi evitata d-dupplikazzjoni tal-ispejjeż. Mill-2012 'il quddiem, sa tmiem l-2013, hemm biżżejjed żmien biex tibda l-inkorporazzjoni tal-FABS .

Emenda  5

Proposta għal regolament– att li jemenda

Recital 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Għandu jkun hemm koperazzjoni bejn l-inizjattivi tal-FABS ġirien, sabiex tiġi ffaċilitata l-inkorporazzjoni futura tal-FABS fl-SES.

Ġustifikazzjoni

Il-ftehimiet sempliċi għall-istabbiliment tal-FABS sa mhux aktar tard mill-2012 se jdewmu s-Sema Ewropew Wieħed operattiv, li għalih l-FABS huma biss pass intermedjarju. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tas-SESAR mill-2014 'il quddiem għandha ssir b'mod dirett fuq il-bażi ta' Sema Wieħed, iżjed milli fuq bażi ta' blokki funzjonali ta’ l-ispazju ta’ l-ajru, biex tiġi evitata d-dupplikazzjoni tal-ispejjeż. Mill-2012 'il quddiem, sa tmiem l-2013, hemm biżżejjed żmien biex tibda l-inkorporazzjoni tal-FABS .

Emenda  6

Proposta għal regolament– att li jemenda

Recital 13 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Għandu jkun hemm impenn imġedded bejn l-awtoritajiet ċivili u militari bil-għan li jinkiseb l-SES.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-modifikazzjonijiet imdaħħla mir-regolament attwali, it-tiġdid tal-ftehim bejn l-awtoritajiet ċivili u militari li ġie ffirmat fl-2004 qed jitqies bħala meħtieġ.

Emenda  7

Proposta għal regolament– att li jemenda

Recital 13 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c) Biex jiġu ffaċilitati l-ftehimiet ta' livell għoli u jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet biex jingħelbu d-diffikultajiet fil-ħolqien tal-FABS , il-Kummissjoni għandha taħtar lil persuna politika importanti bħala Koordinatur tal-blokki funzjonali ta’ l-ispazju ta’ l-ajru . Il-Koordinatur għandu jaġixxi bla ħsara għax-xogħol u l-attivitajiet tal-Kumitat għas-Sema Uniku.

Ġustifikazzjoni

Wara l-mudell li rnexxa tal-proġetti prijoritarji TEN-T, il-ħatra ta’ Koordinatur tal-FABS fil-fatt tgħaġġel l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll l-inkorporazzjoni futura tagħhom. Il-Koordinatur għandu jkun persuna politika importanti u mhux bniedem tekniku, sabiex jipprova jintlaħaq kunsens politiku fost l-Istati Membri.

Emenda  8

Proposta għal regolament– att li jemenda

Recital 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Jekk il-progress fil-prestazzjoni, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv ta’ l-ATM jiżboq ir-riżorsi li huma attwalment disponibbli, id-dispożizzjonijiet għandhom isiru biex jiġi ffinanzjati proġetti komuni.

(14) Jekk il-progress fil-prestazzjoni, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv ta’ l-ATM jiżboq ir-riżorsi li huma attwalment disponibbli, id-dispożizzjonijiet għandhom isiru biex jiġu ffinanzjati proġetti komuni. Dawn ir-riżorsi finanzjarji addizzjonali għandhom ikunu disponibbli bil-għan li jiffinanzjaw il-proġetti komuni maħsubin biex jassistu lill-utenti tal-ispazju tal-ajru u/jew fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru sabiex itejbu l-infrastrutturi kollettivi ta' navigazzjoni tal-ajru, il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru u l-użu tal-ispazju tal-ajru, b'mod partikolari dawk li jistgħu ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-blokki funzjonali ta’ l-ispazju ta’ l-ajru u tal-Pjan Komprensiv tal-ATM. Dawn ir-riżorsi finanzjarji addizzjonali jistgħu isiru disponibbli permezz tal-iffinanzjar TEN-T, għotjiet tal-EIB, u dħul minn irkanti mill-integrazzjoni tal-avjazzjoni fl-Iskema għall-Iskambju tal-Emissjonijiet.

Emenda  9

Proposta għal regolament– att li jemenda

Recital 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) L-iżvilupp rapidu tas-SESAR huwa essenzjali għall-ħolqien tas-sema uniku Ewropew. F'dan ir-rigward, il-Eurocontrol għandu jintalab jagħti kont lill-Parlament Ewropew għall-kontribuzzjonijiet tiegħu lill-finanzjament tas-SESAR.

Ġustifikazzjoni

Il-finanzjament lis-SESAR għandu jiġi garantit sabiex jevita problemi simili għal dawk li affettwaw il-fondi ta' Galileo. Il-finanzjament tas-SESAR huwa maqsum ugwalment bejn l-UE, il-Eurocontrol u l-impenji (700 miljun EUR kull wieħed). L-UE diġà ttrasferiet is-sehem tagħha tal-finanzjament u għalhekk il-Eurocontrol għandha tipprovdi tagħrif dwar is-sehem tagħha fil-forma ta' kontribuzzjonijiet xort'oħra.

Emenda  10

Proposta għal regolament– att li jemenda

Recital 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Reġjun Ewropew ta' Informazzjoni tat-Titjira (EFIR) li jkopri l-ispazju ta' l-ajru taħt ir-responsabbiltá ta' l-Istati Membri għandu jiffaċilita l-ippjanar komuni u l-ġestjoni integrati biex jiġu evitati d-diffikultajietfuq livell reġjonali.

(17) Reġjun Ewropew ta' Informazzjoni tat-Titjira (EFIR) li jkopri l-ispazju ta' l-ajru taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri għandu jiffaċilita l-ippjanar komuni u l-ġestjoni integrati biex jiġu evitati d-diffikultajiet fuq livell reġjonali u lokali.

Ġustifikazzjoni

Kliem aktar preċiż.

Emenda  11

Proposta għal regolament– att li jemenda

Recital 21 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Ir-riforma ppjanata tal-Eurocontrol għandha ssir qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ir-riforma ppjanata tal-Eurocontrol għandha ssir qabel l-implimentazzjoni attwali tad-dispożizzjonijiet tal-SES II, sabiex tiġi żgurata indipendenza reali għal dawk il-partijiet tal-Eurocontrol li jistgħu jingħataw kompiti differenti skont dan ir-regolament.

Emenda  12

Proposta għal regolament– att li jemenda

Recital 21 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b) Ir-riforma ppjanata tal-Eurocontrol għandha ssir b'tali mod li għandu jiġi żgurat li l-kompiti Ewropej fdati lill-Eurocontrol skont ir-Regolamenti SES huma kompatibbli ma' aspetti oħra tal-ħidma tagħha, u ma tmurx kontrihom, fir-rigward tal-kompiti u l-kompetenzi tagħha bħala organizzazzjoni internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tiċċara kif imiss il-koperazzjoni msaħħa mal-Eurocontrol sabiex timplimenta l-politiki tagħha. L-ewwel pass biex dan isir jista' jkun ftehima ta' qafas, li għandha tqis in-natura pan-Ewropea tal-organizzazzjoni.

Emenda  13

Proposta għal regolament– att li jemenda

Recital 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Miżuri adegwati għandhom ikunu introdotti biex itejbu l-effikaċja ta' l-amministrazzjoni tal-fluss tat-traffiku ta' l-ajru biex jassistu unitajiet operazzjonali eżistenti, inkluża l-Unita Ċentrali Amministrattiva tal-Fluss ta' l-Eurocontrol, jiżguraw operazzjonijiet ta' titjir effiċjenti. Barra minn hekk, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar pjan ta' azzjoni għall-kapaċitá ta' l-ajruporti, l-effiċjenza u s-sikurezza fl-Ewropa tisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-pjani għat-titjiriet u l-allokazzjonijiet fl-ajruport.

(22) Miżuri adegwati għandhom ikunu introdotti biex itejbu l-effikaċja ta' l-amministrazzjoni tal-fluss tat-traffiku ta' l-ajru biex jassistu unitajiet operazzjonali eżistenti, inkluża l-Unità Ċentrali Amministrattiva tal-Fluss ta' l-Eurocontrol, biex jiżguraw operazzjonijiet ta' titjir effiċjenti. Barra minn hekk, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar pjan ta' azzjoni għall-kapaċità ta' l-ajruporti, l-effiċjenza u s-sikurezza fl-Ewropa tisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata konsistenza xierqa bejn il-pjani għat-titjiriet u l-allokazzjonijiet fl-ajruport.

Ġustifikazzjoni

Minbarra s-sikurezza u l-effiċjenza, il-proposta tfittex li ttejjeb l-prevedibilità. F'dan ir-rigward, forma ta' koordinazzjoni bejn il-pjani għat-titjiriet u l-allokazzjonijiet fl-ajruport titqies mandatorja.

Emenda  14

Proposta għal regolament– att li jemenda

Recital 23 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Konsistenza bejn l-ATM u l-kapaċità tal-ajruport hija essenzjali għas-suċċess u l-effiċjenza tal-Sema Uniku Ewropew. L-istudju tal-Eurocontrol 'L-isfidi tat-tkabbir 2008' jenfasizza li fadal l-isfida sinifikanti tal-kapaċità tal-ajruporti li għadha trid tiġi indirizzata. Anki jekk l-ajruporti jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-kapaċità eżistenti, fuq medda twila ta' żmien l-Ewropa se tkompli taffaċċja nuqqasijiet fil-kapaċità ta' spazju. F'dan ir-rigward, l-Osservatorju dwar il-Kapaċità tal-Ajruporti tal-UE huwa essenzjali biex jipprovdi lill-Istati Membri bl-informazzjoni objettiva li jeħtieġu sabiex jimplimentaw il-politiki meħtieġa biex tkun allinjata l-kapaċità tal-ajruporti mal-kapaċità tal-ATM, bla ħsara għall-kompetenza tagħhom f'dan il-qasam.

Emenda  15

Proposta għal regolament– att li jemenda

Recital 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Il-miżuri meħtieġa sabiex dan ir-Regolament ikun implimentat għandhom jiġu adottati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni.

(26) Il-miżuri meħtieġa sabiex dan ir-Regolament ikun implimentat għandhom jiġu adottati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, f'perjodu ta' żmien xieraq sabiex jiġu ssodisfatti l-iskadenzi stipulati skont ir-Regolamenti tal-SES.

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli ta' implimentazzjoni huma l-mezzi attwali li bihom ikun hemm użu xieraq tal-leġiżlazzjoni. Għalhekk, ir-regoli ta' implimentazzjoni għandhom jiġu ppreżentati f'perjodu ta' żmien xieraq bil-għan li jikkonformaw mal-iskadenzi stipulati fir-regolamenti preżenti. Il-Kummissjoni għandha toħroġ, kemm jista' jkun malajr, u mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament preżenti, bi pjan direzzjonali konsistenti għall-elaborazzjoni attwali tar-regoli li jimplimentaw, b'kunsiderazzjoni għall-prijorità u l-interkonnessjonijiet tagħhom.

Emenda  16

Proposta għal regolament– att li jemenda

Recital 26 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Il-perjodu ta' żmien għandu jiġi deċiż mill-Kummissjoni fi żmien 30 ġurnata mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli ta' implimentazzjoni huma l-mezzi attwali li bihom ikun hemm użu xieraq tal-leġiżlazzjoni. Għalhekk, ir-regoli ta' implimentazzjoni għandhom jiġu ppreżentati f'perjodu ta' żmien xieraq bil-għan li jikkonformaw mal-iskadenzi stipulati fir-regolamenti preżenti. Il-Kummissjoni għandha toħroġ, kemm jista' jkun malajr, u mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament preżenti, bi pjan direzzjonali konsistenti għall-elaborazzjoni attwali tar-regoli li jimplimentaw, b'kunsiderazzjoni għall-prijorità u l-interkonnessjonijiet tagħhom.

Emenda  17

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -1

 

L-implimentazzjoni ta' dan il-qafas regolatorju għandha tiġi skedata bi qbil sħiħ mal-iżvilupp tal-proġett SESAR bil-għan li jinħoloq l-SES qabel il-bidu tat-tielet fażi tas-SESAR, il-fażi ta' applikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-applikazzjoni tas-SESAR mill-2014 'il quddiem għandha ssir b'mod dirett fuq il-bażi ta' Sema Wieħed, iżjed milli fuq bażi ta' blokki funzjonali ta’ l-ispazju ta’ l-ajru, biex tiġi evitata d-dupplikazzjoni tal-ispejjeż. F'dan ir-rigward, għandhom isiru l-isforzi biex jinħoloq Sema Uniku allinjat mal-fażi ta' applikazzjoni tas-SESAR.

Emenda  18

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 -punt -a (ġdida)

Regolament (KE) No 549/2004

Artikolu 2 - punt -a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) Għandu jiddaħħal il-punt -a li ġej:

 

(-a) "id-dritt ta' tranżitu" tfisser id-dritt għall-kumpaniji tal-ajru fir-rigward tas-servizzi tal-ajru internazzjonali li jtiru fuq it-territorju ta' pajjiż mingħajr ma jinżlu skont l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta' Chicago.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkun stabbilit mekkaniżmu sabiex l-UE tkun tista' taġixxi f'każijiet fejn il-pajjiż terz (ir-Russja) iġiegħel lit-trasportaturi tal-UE jħallsu għal titjiriet fuq it-territorju tiegħu u dan il-ħlas huwa illegali minħabba li jmur kontra l-ftehimiet internazzjonali (il-Konvenzjoni ta' Chicago) li dan il-pajjiż huwa firmatarju tiegħu. Dan il-mekkaniżmu huwa essenzjalment meħtieġ meta l-pajjiż terz ikkonċernat jipproponi li jkun hemm perjodu ta' tranżizzjoni twil aktar milli hu aċċettabbli biex jitneħħa jew ikun modernizzat il-ħlas għal titjira fuq it-territorju tiegħu. Minħabba li l-ajruplani tal-UE qegħdin taħt kundizzjonijiet diskriminatorji għal perjodu twil ta' żmien minħabba dawn it-tariffi illegali ta' tranżitu, l-UE għandha tkun tista' tieħu miżuri reċiproċi billi tiċħad jew tillimita t-tranżitu fuq it-territorju tagħha għal wieħed jew iktar trasportatur tal-pajjiż terz ikkonċernat, sabiex it-tielet pajjiż jingħata spinta biex ineħħi t-tariffi jew pagamenti msemmija hawn fuq.

Emenda  19

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 - punt c a (ġdida)

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 2 – punt 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) L-Artikolu 2, punt 15 huwa emendat kif ġej:

 

15. 'ċertifikat' tfisser dokument maħruġ minn Stat Membru jew entità Ewropea f'kwalunkwe forma, li jikkonforma mal-liġi Ewropea u dik nazzjonali, li jikkonferma li fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jissodisfa r-rekwiżiti biex jipprovdi servizz speċifiku;

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm perjodu tranżitorju bejn id-dħul fis-seħħ tar-regolament preżenti u d-dħul fis-seħħ ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament 216/2008 (ir-Regolament EASA kif ġie emendat permezz ta' COM 390/2008). L-emenda ssuġġerita tqis il-bżonn li jkun hemm adattament għal din it-tranżizzjoni.

Emenda  20

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 - punt e a (ġdida)

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 2 – punt 23 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) Il-punt 23a għandu jiddaħħal kif ġej:

 

23a. 'servizz ta' dwar it-titjira' tfisser servizz provdut sabiex jingħataw pariri u informazzjoni utli għall-proċediment sikur u effiċjenti tat-titjiriet.

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta hija konformi mad-definizzjonijiet tal-ICAO.

Emenda  21

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 - punt e b (ġdida)

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 2 – punt 23 b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) Għandu jiddaħħal il-punt 23b li ġej:

 

23b. 'servizzi ta' twissija ta' allarm ' tfisser servizz provdut biex javża lill-organizzazzjonijiet dwar ajruplani fi bżonn ta' għajnuna ta' tiftix u salvataġġ, u li jgħin organizzazzjonijiet bħal dawn kif ikun hemm bżonn;

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta hija konformi mad-definizzjonijiet tal-ICAO.

Emenda  22

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 - punt f

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 2 – punt 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

25. 'taqsimiet funzjonali ta' l-ispazju ta' l-ajru' tfisser taqsimiet ta’ l-ajru bbażati fuq ir-rekwiżiti operattivi u stabbiliti irrispettivament mill-fruntieri ta' l-Istat, fejn il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonijiet anċillari relatati huma msaħħa u/jew integrati;'

25. 'blokk funzjonali ta' l-ispazju ta' l-ajru' tfisser taqsimiet ta’ l-ajru bbażati fuq ir-rekwiżiti operattivi mmexxija mit-tħaddim u stabbiliti irrispettivament mill-fruntieri ta' l-Istat, fejn il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonijiet anċillari relatati huma msaħħa, integrati u mmirati lejn ir-prestazzjoni, taħt ir-responsabilità ta' fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru permezz ta' koperazzjoni internazzjonali msaħħa bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi;

Ġustifikazzjoni

L-emenda ssuġġerita ssaħħaħ il-bżonn li jitqiesu l-miri ta' prestazzjoni stipulati fl-Artikolu 11. Barra minn hekk, tenfasizza l-impenn tal-Istati Membri biex jgħaġġlu l-istabbiliment tal-FABS bħala pass intermedjarju bil-għan li jkun hemm Sema Ewropew Wieħed.

Emenda  23

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 - punt f a (ġdida)

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 2 – punt 25 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) Il-punt 25a għandu kif ġej:

 

(25a) 'indipendenza funzjonali' fir-rigward ta' istituzzjoni, korp jew organizzazzjoni tfisser li kull wieħed minn dawn jista' jieħu deċiżjonijiet awtonomi, indipendentement minn kwalunkwe korp, u għandu l-awtonomija fl-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu, u għandu riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex iwettaq dmirijietu, u jeżerċita s-setgħat tiegħu b'mod imparzjali u trasparenti;

Ġustifikazzjoni

Qabel l-Istati Membri kienu qablu fuq l-idea li tingħata "indipendenza funzjonali" lill-aġenziji nazzjonali u l-awtoritajiet superviżorji f'oqsma oħra (jiġifieri s-swieq tat-telekomunikazzjonijiet, tal-enerġija u tal-gass). L-istess approċċ għandu japplika għas-sistema tal-avjazzjoni. Għall-Istati Membri li diġà stabbilixxew l-NSAs tagħhom f'dawn l-aħħar 4 snin, ir-regolamenti għandhom jikkonċentraw fuq il-kisba tal-indipendenza funzjonali bil-għan li jiġu evitati l-kunflitti ta' interess, u ta' kjarifika ulterjuri dwar il-proċeduri għan-nomina ta' NSA konġunta. Jekk l-NSAs ma jingħatawx għall-inqas l-indipendenza funzjonali, il-koperazzjoni tagħhom fil-qafas tal-leġiżlazzjoni preżenti tkun bil-mod, jekk mhux ukoll impossibbli.

Emenda  24

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 - punt f b (ġdida)

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 2 – punt 36a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb) Il-punt 36a għandu jiddaħħal kif ġej:

 

(36a) 'Sema Uniku Ewropew' tfisser netwerk ta' rotot pan-Ewropew koerenti, ġestjoni tar-rotot u sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bbażati fuq kunsiderazzjonijiet tal-effiċjenza u tekniċi biss u mhux fuq konfini amministrattivi nazzjonali jew reġjonali, fejn l-għoti ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet anċillari relatati jkunu msaħħa u integrati għal kollox permezz ta' blokki funzjonali ta' spazju, għall-benefiċċju tal-utenti tal-ispazju tal-ajru;

Ġustifikazzjoni

L-ostakoli li fixklu l-ħolqien ta' Sema Uniku ħarġu l-iżjed minn interpretazzjonijiet differenti tas-"Sema Ewropew Uniku". Is-Sema Ewropew Wieħed ifisser impenn politiku għall-unità u l-koperazzjoni bbażati fuq rekwiżiti tekniċi komuni u, fuq perjodu ta' żmien twil, fuq teknoloġiji, apparat, disinji u proċeduri komuni. F'dan ir-rigward, definizzjoni ċara tar-riżultat hija meħtieġa.

Emenda  25

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq għażla tagħhom, b’mod konġunt jew b’mod individwali, l-Istati Membri għandhom jaħtru jew jistabbilixxu korp jew korpi bħala awtorità nazzjonali ta' sorveljanza biex tidħol għax-xogħlijiet assenjat lil din l-awtorita skond dan ir-Regolament u skond il-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3(1).

1. B’mod konġunt jew b’mod individwali, l-Istati Membri għandhom jaħtru jew jistabbilixxu korp jew korpi bħala awtorità nazzjonali ta' sorveljanza biex tidħol għax-xogħlijiet assenjat lil din l-awtorità skond dan ir-Regolament u skond il-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3(1).

Ġustifikazzjoni

Kliem aktar xieraq.

Emenda  26

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod imparzjali u trasparenti. Għandhom jiżguraw ukoll li l-persunal ta’ l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza u l-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tagħhom jaġixxu b’mod indipendenti, imparzjali u trasparenti.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod independenti u trasparenti. Għandhom jiżguraw ukoll li l-persunal ta’ l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza u l-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tagħhom jaġixxu b’mod indipendenti, imparzjali u trasparenti. Din l-indipendenza għandha tinkiseb permezz tal-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi ta' mmaniġġjar u ta' kontroll xierqa.

Ġustifikazzjoni

Irridu ndaħħlu l-kelma "indipendenti" mill-NSA fl-eżerċizzju tad-doveri tagħha billi jitqiesu r-regolamenti nazzjonali.

Emenda  27

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bla ħsara għall-funzjoni tal-Kumitat u ta' Eurocontrol, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi 'korp konsultattiv ta' l-industrija', li għaliħ għandhom jappartienu fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, assoċjazzjonijiet ta' utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru, ajruporti, l-industrija tal-manifattura u korpi rappreżentattivi tal-persunal professjonali. Il-funzjoni ta' dan il-korp għandha tkun tagħti parir lill-Kummissjoni dwar aspetti tekniċi ta' l-implimentazzjoni ta' l-ajru uniku Ewropew.

Bla ħsara għall-funzjoni tal-Kumitat u ta' Eurocontrol, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi 'korp konsultattiv ta' l-industrija', li għaliħ għandhom jappartienu fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, assoċjazzjonijiet ta' utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru, ajruporti, l-industrija tal-manifattura u korpi rappreżentattivi tal-persunal professjonali. Il-funzjoni ta' dan il-korp għandha tkun biss li tagħti parir lill-Kummissjoni dwar aspetti tekniċi ta' l-implimentazzjoni tas-sema uniku Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Il-kelma ‘biss’ tenfasizza l-irwol konsultattiv tal-ICB.

Emenda  28

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 - punt 5 a (ġdida)

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) L-Artikolu Artikolu 7 qed jiġi emendat kif ġej:

 

Il-Komunità għandu jkollha l-għan li testendi l-SES għall-pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll li tappoġġja din l-estensjoni. Għal dak il-għan, għandha tagħmel ħilitha, fil-qafas tal-ftehimiet li ntlaħqu ma’ pajjiżi terzi ġirien [...], fil-kuntest tal-Eurocontrol, jew fi ħdan il-ftehimiet FAB, biex testendi l-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, għal dawk il-pajjiżi.

Ġustifikazzjoni

Is-Sema Uniku Ewropew għandu jkun fih l-għodda għal ftuħ usa’ u għalhekk għal aktar żvilupp u għandu jikkostitwixxi mudell għas-sħab internazzjonali tagħna, filwaqt li jkun approċċ pass pass bil-għan li jintlaħaq objettiv usa’, is-Sema Globali Uniku. L-estensjoni tas-Sema Uniku Ewropew għal pajjiżi terzi għandha ssir ukoll permezz ta' FABS.

Emenda  29

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 8 - paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-iżvilupp tar-regoli implimentattivi l-Kummissjoni tista’ toħroġ mandati lil Eurocontrol billi tistabbilixxi l-kompiti li jridu jitwettqu u l-iskeda għal dan. F'din il-konnessjoni, għandha tagħmel sforz biex tagħmel l-aħjar użu mill-arranġementi ta' Eurocontrol għall-involviment u konsultazzjoni tal-partijiet interessati kollha, fejn dawn l-arranġamenti jikkorrispondu mal-prattiċi tal-Kummissjoni dwar proċeduri ta' trasparenza u konsultazzjoni u ma jkunx hemm konflitt ma' l-obbligi istituzzjonali tagħha. Il-Kummissjoni għandha taġixxi skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(2).

2. Għall-iżvilupp tar-regoli implimentattivi l-Kummissjoni tista’ toħroġ mandati lil Eurocontrol jew lil korp ieħor billi tistabbilixxi l-kompiti li jridu jitwettqu u l-iskeda għal dan, b’konformità sħiħa mal-prijoritajiet u bil-għan li tkun konformi mal-iskadenzi stipulati f’dan ir-Regolament, b’konsultazzjoni mal-Korp Konsultattiv tal-Industrija (ICB), mal-Kumitat għad-Djalogu Settorjali (SDC), u ma’ partijiet interessati oħra, fejn dawn l-arranġamenti jikkorrispondu mal-prattiċi tal-Kummissjoni dwar proċeduri ta' trasparenza u konsultazzjoni u ma jkunx hemm konflitt ma' l-obbligi istituzzjonali tagħha. Il-Kummissjoni għandha taġixxi skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(2).

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta tqis il-ħtieġa għal konsultazzjoni xierqa fost il-partijiet interessati, u tenfasizza l-irwol tal-Korp Konsultattiv tal-Industrija u tal-Kumitat għad-Djalogu Settorjali. Barra minn hekk, tiċċara li r-regoli ta’ implimentazzjoni jistgħu jitħejjew minn organizzazzjonijiet differenti.

Emenda  30

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 - punt 6

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 8 - paragrafu 4 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(3), tista' taddotta miżuri alternattivi biex tikseb l-għanijiet tal-mandat ikkonċernat.

4. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3), tista' toħroġ mandati lil korp ieħor:

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta tqis il-ħtieġa għal konsultazzjoni xierqa fost il-partijiet interessati, u tenfasizza l-irwol tal-Korp Konsultattiv tal-Industrija u tal-Kumitat għad-Djalogu Settorjali. Barra minn hekk, tiċċara li r-regoli ta’ implimentazzjoni jistgħu jitħejjew minn organizzazzjonijiet differenti.

Emenda  31

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 8 - paragrafu 4 - punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jekk il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-Kumitat, tikkunsidra li:

(iii) jekk il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-ICB, mal-KDS u ma’ partijiet interessati oħra, tikkunsidra li:

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta tqis il-ħtieġa għal konsultazzjoni xierqa fost il-partijiet interessati, u tenfasizza l-irwol tal-Korp Konsultattiv tal-Industrija u tal-Kumitat għad-Djalogu Settorjali. Barra minn hekk, tiċċara li r-regoli ta’ implimentazzjoni jistgħu jitħejjew minn organizzazzjonijiet differenti.

Emenda  32

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 8 - paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3):

imħassar

(a) meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma toħroġx mandat lil Eurocontrol skond il-paragrafu 2, jew

 

(b) meta r-regoli implimentattivi li jkunu ser jiġu adottati jkunu barra mill-ambitu tal-kompetenza tal-Eurocontrol.'

 

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta tqis il-ħtieġa għal konsultazzjoni xierqa fost il-partijiet interessati, u tenfasizza l-irwol tal-Korp Konsultattiv tal-Industrija u tal-Kumitat għad-Djalogu Settorjali. Barra minn hekk, tiċċara li r-regoli ta’ implimentazzjoni jistgħu jitħejjew minn organizzazzjonijiet differenti.

Emenda  33

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 - punt 7

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 10 - paragrafu 2 - indent 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'- il-gruppi kollha ta’ dawk li jużaw l-ispazju ta’ l-ajru,'

'- l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru jew il-gruppi ta’ l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru,'

Ġustifikazzjoni

Skont id-definizzjoni ta’ l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru. Tinkludi l-awtoritajiet militari.

Emenda  34

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 - punt 8

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Biex tittejjeb il-prestazzjoni tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni. Din l-iskema għandha tinkludi b'mod partikolari l-elementi li ġejjin:

1. Biex tittejjeb il-prestazzjoni tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonijiet tan-netwerks fis-sema uniku Ewropew, u wara li jkunu ġew ikkonsultati il-partijiet interessati imsemmija fl-Artikolu 10, għandha titwaqqaf skema ta' prestazzjoni għas-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonijiet tan-netwerk. Din għandha tinkludi:

(a) reviżjoni perjodika, monitoraġġ u kejl tal-prestazzjoni tal-funzjonijiet tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u ta’ netwerk kif ukoll studji ad-hoc li għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet speċifiċi;

(a) Miri ta' prestazzjoni fil-Komunità dwar żoni ewlenin adattati ta' prestazzjoni, inklużi s-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-effiċjenza tan-nefqa;

(b) il-proċeduri u r-responsabbiltajiet għall-ġbir, il-validazzjoni, l-eżami, l-evalwazzjoni u t-tixrid tad-dejta marbuta mal-prestazzjoni tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonament tan-netwerk mill-partijiet kollha rilevanti, inklużi l-operaturi u l-koordinaturi ta’ l-ajruport, il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru, l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza, l-Istati Membri u l-Eurocontrol;

(b) pjanijiet ta' prestazzjoni nazzjonali u reġjonali inklużi l-miri ta' prestazzjoni, li jiżguraw il-konsistenza mal-miri ta' prestazzjoni fil-Komunità kollha; kif ukoll

(c) oqsma ta’ prestazzjoni prinċipali xierqa fuq il-bażi tad-Dokument ICAO Nru 9854 'Kunċett Operattiv Globali ta’ l-Ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru'**, adattat fejn hu meħtieġ sabiex jikkunsidra l-ħtiġiet speċifiċi ta’ l-ajru Uniku Ewropew u l-għanijiet rilevanti għal dawn l-oqsma;

 

(c) reviżjoni perjodika, monitoraġġ u kejl tal-prestazzjoni tal-funzjonijiet tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u ta’ netwerk.

(d) indikaturi prinċipali tal-prestazzjoni biex tiġi mkejla l-prestazzjoni u jiġu stabbiliti l-miri;

 

(e) stabbiliment ta’ miri tal-prestazzjoni mawar il-Komunità kollha, il-perjodi rispettivi tagħhom ta’ referenza li jkopru minimu ta’ tliet snin u massimu ta’ ħames snin u kriterji xierqa ta’ konverġenza skond il-proċeduri msemmija fl-Atrikolu 5(3);

 

(f) kriterji għall-preparazzjoni ta’ awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għall-pjani ta’ prestazzjoni nazzjonali jew reġjonali. Dawn il-pjani għandhom, b'mod partikolari:

 

- ikunu bbażati fuq pjani ta' neġozju għall-fornituri tas-servizz;

 

- jindirizzaw l-elementi kollha tan-nefqa tal-bażi tan-nefqa nazzjonali jew reġjonali;

 

- jinkludu miri li jorbtu ta’ prestazzjoni li huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni madwar il-Komunità kollha;

 

- ikunu soġġetti għall-konsultazzjoni ma’ fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru, ir-rappreżentanti ta' l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru, l-operaturi ta’ l-ajruport u l-koordinaturi ta’ l-ajruport;

 

(g) kriterji u proċeduri għall-valutazzjoni, l-approvazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar tal-pjani nazzjonali jew reġjonali tal-prestazzjoni, inklużi:

 

(i) valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjani nazzjonali jew reġjonali tal-prestazzjoni biex jiġi żgurat li talanqas dawn jilħqu b’mod kollettiv il-miri tal-Komunità.

 

(ii) approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjani nazzjonali jew reġjonali tal-prestazzjoni, skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 5(3);

 

(iii) sorveljanza ta’ l-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali jew reġjonali tal-prestazzjoni, inklużi mekkaniżmi xierqa ta’ l-twissija ta' allarm ;

 

(iv) valutazzjoni annwali ta’ l-ilħiq tal-miri ta’ prestazzjoni u fi tmiem il-perjodu ta’ referenza l-istabbiliment ta’ miri ġodda għall-perjodu ta’ referenza li jkun imiss;

 

(v) miżuri korrettivi, inklużi inċentivi xierqa u/jew diżinċentivi, li jridu jiġu applikati mill-Istati Membri fil-każ li l-miri nazzjonali jew reġjonali ma jkunux intlaħqu kull sena jew fi tmiem il-perjodu ta’ referenza.

 

2. Bla ħsara għar-rwol tal-Kumitat, il-Kummissjoni tista’ tiddeżinja l-Eurocontrol jew entità pubblika oħra kompetenti biex taġixxi bħala 'korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni'. Ir-rwol tal-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni għandu jkun li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni jaġixxi b’mod indipendenti meta jwettaq il-kompiti li jkunu fdati lilu mill-kummississjoni.

2. Bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3), il-Kummissjoni tista’ taħtar il-Eurocontrol jew entità indipendenti xierqa oħra kkwalifikata biex taġixxi bħala 'korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni'. L-irwol tal-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni għandu jkun li jassisti lill-Kummissjoni, f'koordinazzjoni mal-NSAs, u biex jassisti lill-NSAs, fuq talba, fl-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni jaġixxi b’mod indipendenti meta jwettaq il-kompiti li jkunu fdati lilu mill-kummissjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli implimetnttivi dettaljati għal dan l-Artikolu skond l-Artikolu 8.'

3. (a) Il-miri tal-prestazzjoni għall-ANSPs u l-funzjonijiet tan-netwerks madwar il-Komunità kollha għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2), wara li titqies l-informazzjoni relevanti mogħtija mill-NSAs f'livell nazzjonali u reġjonali.

 

(b) Il-pjani nazzjonali u reġjonali msemmija f'1(b) għandhom jitfasslu mill-NSAs. Dawn il pjanijiet għandhom jinkludu miri nazzjonali u reġjonali vinkolanti u skema xierqa ta' inċentivi kif adottata mill-Istat(i) Membru/i. Il-pjani għandhom jitfasslu f'konsultazzjoni mal-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru, rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, u, fejn relevanti, operaturi tal-ajruport u koordinaturi tal-ajruport.

 

(c) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pjanijiet nazzjonali u reġjonali skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2), filwaqt li tiżgura konsistenza mal-miri nazzjonali u reġjonali b'miri ta' prestazzjoni li japplikaw il-Komunità kollha.

 

Meta l-Kummissjoni ssib li l-miri tal-prestazzjoni nazzjonali u reġjonali u l-miżuri xierqa ma jkunux adatti, tista' tiddeċiedi, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2), li l-NSA(s) kkonċernati jkollhom jieħdu miżuri korrettivi. Dawn il-miżuri korrettivi għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni u approvati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2).

 

(d) Perjodu ta' referenza għandu jkopri minimu ta' tliet snin u massimu ta' ħames snin. Il-kisba tal-miri ta' prestazzjoni għandu jiġi evalwat kull sena u fl-aħħar tal-perjodu ta' referenza u għandhom jiġu ffissati miri ġodda għall-perjodu ta' referenza li jmiss. L-ewwel perjodu ta’ referenza għandu jkopri l-perjodu sal-2011. Tul dan il-perjodu, fil-każ li l-miri nazzjonali jew reġjonali ma jintlaħqux, l-Istati Membri u/jew l-NSAs għandhom japplikaw miżuri korrettivi skont l-Artikolu 11(3)(c).

 

(e) Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni regolari dwar l-ilħiq tal-miri ta' prestazzjoni u tippreżenta r-riżultati lill-Kumitat dwar is-Sema Uniku.

 

4. Il-proċeduri li ġejjin għandhom japplikaw l-iskema ta' prestazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1:

 

(a) il-ġbir, il-validazzjoni, l-eżami, l-evalwazzjoni u t-tixrid tad-data marbuta mal-prestazzjoni tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u mal-funzjonament tan-netwerk mill-partijiet kollha rilevanti, inklużi il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru, l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru, l-operaturi tal-ajruporti, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza, l-Istati Membri u l-Entità għar-Evalwazzjoni tar-Rendiment;

 

b)għażla ta' oqsma elwenin ta' prestazzjoni xierqa fuq il-bażi tad-Dokument Nru 9854 'Il-Kunċett Operazzjonali tal-Immaniġġjar tat-Traffiku tal-Ajru Globali', armonizzat mal-Qafas ta' Rendiment tal-Pjan Ġenerali tal-ATM' inklużi l-oqsma tas--sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-effiċjenza fl-ispiża, adattati, fejn jixraq sabiex iqisu il-ħtiġijiet speċifiċi tas-Sema Ewropew u l-objettivi rilevanti għal dawn l-oqsma u d-definizzjoni ta' ġabra limitata ta' indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni għall-kejl tal-prestazzjoni;

 

(c) ħolqien ta' miri ta' prestazzjoni, li japplikaw għall-Komunità kollha, li jqisu l-informazzjoni mogħtija identifikata fil-livell nazzjonali jew fil-livell nazzjonali jew fil-livell ta' blokki funzjonali ta' l-ispazju tal-ajru;

 

(d) monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali jew reġjonali tal-prestazzjoni, inklużi mekkaniżmi xierqa ta’ l-twissija ta' allarm ;

 

(e) id-dħul tal-prinċipji ta' "kultura ġusta".

 

Il-Kummissjoni tista' żżid aktar proċeduri mal-lista imsemmija f'dan il-paragrafu. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju (referenza għall-Artikolu).

 

5. Il-ħolqien tal-iskema ta’ prestazzjoni għandu jqis li servizzi en route, servizzi fit-terminal u funzjonijiet ta’ netwerks huma differenti u għandhom jiġu ttrattati bħala tali għal skopijiet ta’ kejl tal-prestazzjoni.

 

6. Għall-iffunzjonar dettaljat tal-iskema ta' prestazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta, f'perjodu xieraq ta' żmien, regoli ta' implimentazzjoni skont il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 8, bil-għan li tikkonforma mal-iskadenzi stipulati f'dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni għandhom ikopru b'mod partikolari.

 

(a) il-kontenut u l-iskeda tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 4;

 

(b) il-perjodu ta' referenza u l-intervalli għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-miri u l-iffissar ta' miri ġodda;

 

(c) il-kriterji għall-ħolqien, mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, ta' pjanijiet nazzjonali jew reġjonali ta' prestazzjoni, li jkun fihom il-miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew reġjonali u l-iskema ta' inċentivi għandhom:

 

i) ikunu bbażati fuq pjani ta' neġozju għall-fornituri tas-servizz;

 

ii) jindirizzaw l-elementi kollha tal-ispiża bażi tan-nefqa nazzjonali jew reġjonali.

 

iii) jinkludu miri vinkolanti ta’ prestazzjoni li huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni li japplikaw għall-Komunità kollha.

 

(d) kriterji li jevalwaw jekk il-miri nazzjonali jew reġjonali humiex konsistenti mal-miri ta' prestazzjoni li japplikaw għall-Komunità kollha matul il-perjodu ta' referenza;

 

(e) il-prinċipji ġenerali għall-ħolqien, minn Stat Membru, ta' skemi ta' inċentivi għall-fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru, f'livelli nazzjonali u reġjonali;

 

(f) mekkaniżmu ta’ twissija ta' allarm xieraq għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali jew reġjonali tal-prestazzjoni;

Or. en

Emenda  35

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 1 – punt -9 (ġdida)

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-9) L-Artikolu 12, (2) qed jiġi emendat kif ġej:

 

2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi perjodikament l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, u għandha qabel xejn tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill 18-il xahar wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, u kull sena wara dik id-data. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista' titlob mill-Istati Membri informazzjoni addizzjonali għall-informazzjoni li qiegħda fir-rapporti ppreżentati minnhom skont il-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Perjodu ta' żmien aktar xieraq.

Emenda  36

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt -1 (ġdida)

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) L-Artikolu 2 (2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

2. Għal dan il-għan, kull awtorità nazzjonali ta' sorveljanza għandha torganizza spezzjonijiet u stħarriġ xierqa, inklużi kontrolli dwar il-livelli ta' persunal, biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Il-fornitur ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru konċernat għandu jiffaċilita xogħol tali.

Ġustifikazzjoni

Każi preċedenti urew li nuqqas ta' staff fis-settur tan-navigazzjoni bl-ajru jista' jagħti lok għal riskji ta' sikurezza.

Emenda  37

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt -4 (ġdida)

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-4) L-Artikolu 7, (3) qed jiġi emendat kif ġej:

 

3. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom joħorġu ċertifikati lill-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru fejn jikkonformaw mar-rekwiżiti komuni li jirreferi għalihom l-Artikolu 6. Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu individwalment għal kull tip ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' qafas, anke fil-każ ta' għadd ta' servizzi bħal dawn, [...] meta fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, ikun x’ikun l-istatus legali tiegħu, jopera u jżomm s-sistemi ta’ komunikazzjoni, ta' navigazzjoni u ta’ sorveljanza tiegħu stess. Iċ-ċertifikati għandhom ikunu ċċekkjati regolarment.

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-emenda proposta huwa li jkun żgurat livell għoli ta’ servizzi għal dawk il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru li jipprovdu għadd ta’ servizzi. Ċertifikat komuni jista’ jippermetti lill-ANSPs li ma jqisux il-kwalità f’ċerti oqsma tal-ħidma tagħhom, u għalhekk li tkun mhedda s-sikurezza globali.

Emenda  38

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 5

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 8 – paragrafu 1 - subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stat Membru ma għandux jirrifjuta li jiddeżinja fornitur tas-servizz tat-traffiku ta’ l-ajru minħabba li s-sistema legali nazzjonali tiegħu tirrikjedi li l-fornituri tas-servizz tat-traffiku ta’ l-ajru li jipprovdu s-servizzi fi spazju fl-ajru taħt ir-responsabbiltà ta’ dak l-Istat Membru:

2. Għall-forniment ta’ servizzi transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm l-konformità ma' dan l-artikolu u mal-Artikolu 10(3) ma tkunx imxekkla mis-sistema legali nazzjonali tagħhom li tkun tirrikjedi li l-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru li jipprovdu s-servizzi fi spazju fl-ajru taħt ir-responsabbiltà ta’ dak l-Istat Membru:

Ġustifikazzjoni

L-impożizzjoni ta’ limitazzjonijiet legali nazzjonali għall-provvista ta’ servizzi transkonfinali tista’ tkun ta’ ostaklu għall-iżvilupp tal-Sema uniku Ewropew.

Emenda  39

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 5 - punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) il-paragrafu 2 qed jiġi sostitwit bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

 

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri magħżula tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru. L-obbligi jistgħu jinkludu kundizzjonijiet għall-forniment f’waqtu ta’ informazzjoni rilevanti li tippermetti li jkunu identifikati l-movimenti kollha tal-inġenji tal-ajru fl-ispazju tal-ajru li junu responsabbli għalih.

Ġustifikazzjoni

Kliem aktar xieraq.

Emenda  40

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 5 - punt a b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) il-paragrafu 3 qed jiġi sostitwit bid-disppożizzjonijiet li ġejjin:

 

3. L-Istati Membri għandhom setgħat ta’ diskrezzjoni fl-għażla ta’ fornitur ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru, bil-kundizzjoni li dan tal-aħħar jissodisfa r-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikoli 6 u 7.

Ġustifikazzjoni

Kliem aktar xieraq.

Emenda  41

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 6

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 9a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw it-twaqqif ta’ blokki funzjonali ta’ l-ispazju ta’ l-ajru mill-aktar fis u mhux aktar tard mill-aħħar ta' l-2012 bil-ħsieb li tiġi akkwistata l-kapaċità u l-effikaċja massima tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru fl-ajru uniku Ewropew u li jinżamm livell għoli ta’ effiċjenza u li jingħata kontribut gaħll-prestazzjoni ġenerali tas-sistema ta’ trasport bl-ajru u impatt ambjentali mnaqqqas. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sakemm hu possibbli sabiex jiżguraw li jkunu konformi ma’ din id-dispożizzjoni.

1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex iwaqqfu u jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ blokki funzjonali ta’ l-ispazju ta’ l-ajru mill-aktar fis u mhux aktar tard mill-aħħar ta' l-2011 bil-ħsieb li jiġu akkwistati l-aqwa kapaċità u effikaċja possibbli tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru fl-ajru uniku Ewropew u li jinżamm livell għoli ta’ effiċjenza u li jingħata kontribut għall-prestazzjoni ġenerali tas-sistema ta’ trasport bl-ajru, konformi għalkollox mal-iskema ta’ prestazzjoni, u impatt ambjentali mnaqqqas. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin kif ukoll, skont il-każ, ma’ pajjiżi terzi sakemm hu possibbli, u partikolarment mal-FABS ġirien, sabiex jiżguraw li jkunu konformi ma’ din id-dispożizzjoni.

 

 

Emenda  42

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 6

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 9a – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Sabiex ikun iffaċilitat it-twettiq tal-SES permezz tal-FABS, il-Kummissjoni għandha taħtar lil persuna politika importanti bħala Koordinatur tal-FABS (il-Koordinatur).

Ġustifikazzjoni

Wara l-mudell li rnexxa tal-proġetti prijoritarji TEN-T, il-ħatra ta’ Koordinatur tal-FABS fil-fatt tgħaġġel l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll l-inkorporazzjoni futura tagħhom. Il-Koordinatur għandu jkun persuna politika importanti u mhux bniedem tekniku, sabiex jipprova jistabbilixxi konsensus politiku fost l-Istati Membri.

Emenda  43

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 6

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 9a – paragrafu 1 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-Koordinatur għandu jinħatar mill-Kummissjoni bi qbil mal-Istati Membri, wara li jkun ġie kkonsultat il-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu segwiti l-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni interistituzzjonali xierqa.

Emenda  44

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 6

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 9a – paragrafu 1 c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. L-irwol ewlieni tal-Koordinatur għandu jkun li jiffaċilita l-ftehimiet ta’ livell għoli, u li jsib l-aqwa soluzzjonijiet biex jintgħelbu l-problemi sabiex jitħaffu t-twaqqif tal-FABS u l-koordinazzjoni bejn il-FABS, u li jiżgura li jkun hemm armonizzazzjoni u konsistenza xierqa tal-FABS mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Wara l-mudell li rnexxa tal-proġetti prijoritarji TEN-T, il-ħatra ta’ Koordinatur tal-FABS fil-fatt tgħaġġel l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll l-inkorporazzjoni futura tagħhom. Il-Koordinatur għandu jkun persuna politika importanti u mhux bniedem tekniku, sabiex jipprova jistabbilixxi konsensus politiku fost l-Istati Membri.

Emenda  45

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 6

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 9a – paragrafu 1 d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d. Il-Koordinatur għandu jressaq ir-rapporti tiegħu b’mod dirett lill-Kummissjoni u għandu jaħdem b’koperazzjoni sħiħa mal-Kumitat għas- Sema Uniku, mal-Eurocontrol, mal-Entità tal-Evalwazzjoni tal-Prestazzjoni u mal-EASA.

Ġustifikazzjoni

Wara l-mudell li rnexxa tal-proġetti prijoritarji TEN-T, il-ħatra ta’ Koordinatur tal-FABS fil-fatt tgħaġġel l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll l-inkorporazzjoni futura tagħhom. Il-Koordinatur għandu jkun persuna politika importanti u mhux bniedem tekniku, sabiex jipprova jistabbilixxi konsensus politiku fost l-Istati Membri.

Emenda  46

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 6

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 9a – paragrafu 2 - punt c a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) ikun konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Qafas u fil-leġiżlazzjoni sussegwenti;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura li jkun hemm konsistenza mad-dispożizzjonijiet tal-iskema ta' prestazzjoni.

Emenda  47

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 6

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 9a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Blokk funzjonali ta' l-ispazju ta' l-ajru għandu biss inkun stabbilit bi ftehim reċiproku bejn l-Istati Membri kollha li jkollhom responsabbiltà għal xi parti mill-ispazju ta' l-ajru inkluż fil-blokk, jew b'dikjarazzjoni minn Stat Membru wieħed jekk l-ispazju ta' l-ajru inkluż fil-blokk ikun kompletament taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Qabel ma jiġi stabbilit blokk funzjonali ta’ l-ispazju ta’ l-ajru l-Istat(i) membru/i kkonċernat(i) għandu/hom jipprovdi/u lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-partijiet interessati l-oħra bl-informazzjoni adegwata biex tiġi vvalutata l-konformità tagħha mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 u jagħtihom l-opportunità biex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

3. Blokk funzjonali ta' l-ispazju ta' l-ajru għandu jkun stabbilit biss bi ftehim reċiproku bejn l-Istati Membri kollha u fejn ikun jixraq, ma' pajjiżi terzi li jkollhom responsabbiltà għal xi parti mill-ispazju ta' l-ajru anke fil-blokk Qabel ma jiġi stabbilit blokk funzjonali ta’ l-ispazju ta’ l-ajru l-Istat(i) membru/i kkonċernat(i) għandu/hom jipprovdi/u lill-Kummissjoni, il-Koordinatur, lill-Istati Membri l-oħra u lill-partijiet interessati l-oħra bl-informazzjoni adegwata biex tiġi vvalutata l-konformità tagħha mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 u jagħtihom l-opportunità biex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-ebda Stat Membru ma jista' joħloq FAB waħdu. Mill-banda l-oħra, il-FABS jistgħu jinkludu pajjiżi terzi.

Emenda  48

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 6

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 9a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fejn iqumu diffikulatjiet bejn żewġ Stati Membri jew aktar rigward blokk funzjonali ta' spazju ta' l-ajru min-naħa għall-oħra tal-konfini li jikkonċerna spazju ta' l-ajru taħt ir-responsabbilta tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jressqu b'mod konġunt il-materja quddiem il-Kumitat ta' Ajru Uniku għal opinjoni. L-opinjoni għandha tintbagħat lill-Istati Membri kkonċernati. Bla ħsara għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom iqisu din l-opinjoni biex isibu soluzzjoni.

5. Fejn iqumu diffikulatjiet bejn żewġ Stati Membri jew aktar rigward blokk funzjonali ta' spazju tal-ajru min naħa għal oħra tal-konfini li jikkonċerna spazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jressqu b'mod konġunt il-kwistjoni quddiem il-Koordinatur. Il-Koordinatur għandu jibda sensiela ta’ laqgħat mal-partijiet interessati kollha sabiex jintlaħaq ftehim u għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni dwar x'ikun irriżulta mil-laqgħat, flimkien ma' rakkomandazzjonijiet xierqa. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jintbagħatu wkoll lill-Istati Membri kkonċernati. Bla ħsara għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom iqisu dawn ir-rakkomandazzjonijiet biex isibu soluzzjoni.

Ġustifikazzjoni

B’konformità ma’ dak kollu diġà msemmi, il-kjarifiki dwar il-ħidmiet tal-Koordinatur.

Emenda  49

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 - punt 6 a (ġdida)

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

 

Fil-kuntest tal-politika komuni għat-trasport, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li jiġu stabbiliti jew imġedda l-ftehimiet bil-miktub bejn l-awtoritajiet ċivili u militari kompetenti jew arranġamenti legali ekwivalenti fir-rigward tal-ġestjoni tal-blokki tal-ispazju tal-ajru speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-modifikazzjonijiet imdaħħla mir-regolament attwali, it-tiġdid tal-ftehim bejn l-awtoritajiet ċivili u militari li ġie ffirmat fl-2004 qed jitqies bħala meħtieġ.

Emenda  50

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 9 – punt a – punt i

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'(a) L-ispejjeż li għandhom jitqassmu bejn l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru għandhom ikunu l-ispejjeż determinati tal-forniment tas-servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru, inklużi ammonti xierqa għal imgħax fuq kapital investit u deprezzar ta' assi, kif ukoll l-ispejjeż ta' manutenzjoni, operazzjoni, ġestjoni u amministrazzjoni;'

'(a) L-ispejjeż li għandhom jitqassmu bejn l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru għandhom ikunu l-ispejjeż determinati tal-forniment tas-servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru, inklużi ammonti xierqa għal imgħax fuq kapital investit u deprezzar ta' assi, kif ukoll l-ispejjeż ta' manutenzjoni, operazzjoni, ġestjoni u amministrazzjoni; l-ispejjeż determinati għandhom ikunu oriġinaw mill-miri ta’ prestazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Qafas u għandhom jikkontribwixxu għall-effiċjenza tal-ispiża involuta fil-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru kif previst fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Kif imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Qafas 549/2004 u fl-Artikolu 14 tar-Regolament 550/2004 l-iskema għat-talbiet ta’ ħlas għandha tkun waħda effiċjenti fl-ispiża kemm-il darba jintlaħqu l-miri tal-prestazzjoni.

Emenda  51

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 9 - punt a - punt ii

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 15 – paragrafu 2 - punt b a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Fir-rigward tal-FABS , l-Istati Membri għandhom jaqblu, permezz tal-ftehim ta’ qafas, dwar skema ta’ konverġenza għal ħlas wieħed u li tkun konformi mal-iskema ta’ prestazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-ħlasijiet għandhom ikunu konsistenti ma’ kriterji ta' konverġenza komuni, l-ewwel fi ħdan l-FABS u wara fl-iskema kollha tas-Sema Ewropew Wieħed.

Emenda  52

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – paragrafu 9 - punt b - sottopunt ii

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) it-tariffi għandhom jiġu stabbiliti għal kull sena kalendarja u jkopru għall-anqas perjodu ta’ tliet snin, sa massimu ta’ ħames snin;'

(ba) it-tariffi għandhom jiġu stabbiliti għal kull sena kalendarja u jkopru għall-anqas perjodu ta’ tliet snin, sa massimu ta’ ħames snin, skont il-miri ta’ prestazzjoni kif ukoll l-aspetti li jikkontribwixxu għall-ispiża strutturali tas-servizz provdut;

Emenda  53

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 9 – punt b – punt iii

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'(c) Is-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jirrendu dħul suffiċjenti biex jiġġenera akkwist raġonevoli mill-assi biex tkun tista’ ssir kontribuzzjoni għaż-żidiet inkrimentali meħtieġa tal-kapital;'

'(c) Is-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jirrendu dħul suffiċjenti biex jiġġenera akkwist raġonevoli mill-assi biex tkun tista’ ssir kontribuzzjoni għaż-żidiet inkrimentali meħtieġa tal-kapital, sakemm jiġu issodisfati l-miri ta' prestazzjoni miftehmin;

Ġustifikazzjoni

Id-dħul iġġenerat mis-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jista’ jinkludi redditu raġonevoli fuq l-attiv iżda dan se jiġri biss jekk jintlaħqu l-miri tal-prestazzjoni.

Emenda  54

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 9 - punt b - punt iv

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 15 – paragrafu 3 - punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) Il-ħlasijiet għandhom jinkoraġġixxu l-forniment salv, effiċjenti u effettiv u sostenibbli ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru bil-ħsieb ta' livell għoli ta' sikurezza u ta' effiċjenza mqabbla ma' l-ispiża u għandhom jistimulaw il-forniment ta' servizz integrat. Għal dak il-għan b’rabta mal-pjani reġjonali ta’ prestazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jwaqqfu mekkaniżmi, inklużi inċentivi li jikkonsistu f’vantaġġi u żvantaġġi, biex jinkorraġġixxu l-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru u/jew utenti ta’ l-ajru ħalli jstostnu t-titjib fil-forniment tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru bħalma hi l-kapaċità miżjuda, dewmien imnaqqas u żvilupp sostenibbli, filwaqt li jinżamm livell tajjeb ta’ sikurezza.

(e) Il-ħlasijiet għandhom jinkoraġġixxu l-forniment sikur, effiċjenti u effettiv u sostenibbli ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru bil-ħsieb li jintlaħqu l-miri ta’ prestazzjoni u għandhom jistimulaw il-forniment ta' servizz integrat. Għal dak il-għan b’rabta mal-pjani reġjonali ta’ prestazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jwaqqfu mekkaniżmi, inklużi inċentivi li jikkonsistu f’vantaġġi finzanzjarji u penali, biex jinkorraġġixxu l-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru jilħqu l-miri ta’ prestazzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura l-konsistenza.

L-impożizzjoni ta' inċentivi finanzajri biex ikun hemm prestazzjoni aħjar m'għandux ikun dirett lejn l-utenti tal-ispazju tal-ajru. L-objettivi li jkun hemm prestazzjoni aħjar fil-kuntest tas-Sema Uniku Ewropew għandu jiġi mmirat lejn il-fornituri ta' servizz li għandhom monopolju. Kosegwentament, il-vantaġġi finanzjarji u l-penali għandhom jintużaw biex il-fornituri tas-servizz ikollhom inċentiv biex jissodisfaw il-miri ta' prestazzjoni.

Emenda  55

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 9 - punt c

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 15 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas, li t-tariffi għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw proġetti komuni ddiżinjati biex jassistu kategoriji speċifiċi ta' l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru u/jew fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru sabiex itejbu l-infrastrutturi kollettivi ta' navigazzjoni ta' l-ajru, il-forniment ta' servizzi ta' l-ajru u l-użu ta' l-ispazju ta' l-ajru. b'mod partikolari dawk li jistgħu ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv ta' l-ATM. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jidentifikaw il-proġett komuni u jispeċifikaw b'mod partikolari skeda għall-implimentazzjoni, l-ispejjeż li jridu jiġu mitluba lill-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru u l-allokazzjonijiet tagħha fost l-Istati Membri.

4. Proġetti komuni għandhom ikunu maħsuba biex jassistu lill-utenti tal-ispazju tal-ajru u/jew lill-fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru sabiex itejbu l-infrastrutturi kollettivi ta' navigazzjoni tal-ajru, il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru u l-użu tal-ispazju tal-ajru, b'mod partikolari dawk il-proġetti li jistgħu jkunu meħtieġa għall-ħolqien tal-Pjan Komprensiv tal-ATM. Il-Kummissjoni għandha tipproponi riżorsi finanzjarji inklużi l-iffinazjar tan-Netwerk Tranż-Ewropew, għotjiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment, u dħul mill-irkantar li jsir fl-Iskema ta' Skambju tal-Emissjonijiet bil-għan li jkunu ffinanzjati proġetti komuni, b'mod speċjali għat-tħaffif tal-implimentazzjoni tas-SESAR, fi ħdan il-qafas finanzjarju plurijennali. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi wkoll, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas, u skont il-prinċipji tal-effiċjenza fl-infiq kif stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament Qafas u l-Artikolu 14 tar-Regolament 550/2004, li l-ispejjeż tal-proġetti komuni jistgħu jkunu rkuprati permezz ta' tariffi. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jidentifikaw il-proġett komuni u jispeċifikaw b'mod partikolari skeda għall-implimentazzjoni, l-ispejjeż li jridu jiġu mitluba lill-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-allokazzjonijiet tagħha fost l-Istati Membri, waqt li tkun evitata d-duplikazzjoni fl-ispejjeż u t-tariffi. Qabel tieħu deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi indipendenti tal-effiċjenza mil-lat tal-ispejjeż u konsultazzjoni dwar is-sustanza, bil-għan li, kemm jista' jkun tilħaq ftehim mal-fornituri tas-servizzi u mal-utenti ta' spazju tal-ajru. L-ispejjeż ta' proġetti komuni għandhom ikunu suġġetti għal kontabilità komprensiva u trasparenti.

Emenda  56

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 12

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 18 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. La l-awtoritjiet superviżorji nazzjonali, li jkunu qed jaġixxu skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, lanqas il-Kummissjoni ma għandha tiżvela l-informazzjoni ta' natura kunfidenzjali,

1. La l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza, li jaġixxu skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, la l-Kummissjoni, u lanqas il-Koordinatur m'għandhom jiżvelaw informazzjoni ta' natura sigrieta.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura l-konsistenza fit-test kollu.

Emenda  57

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 12

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 18 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-dritt ta' żvelar mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza jew il-Kummissjoni fejn ikun essenzali għall-għanijiet biex jissodisfaw dmirijiethom, f'liema każ dan l-iżvelar għandu jkun proporzjonat u għandu jirrispetta l-interessi leġittimi tal-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru, l-ajruporti jew il-partijiet interessati rilevanti l-oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

2. Il-paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-dritt ta' żvelar mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza, il-Koordinatur, jew il-Kummissjoni fejn ikun essenzali għall-għanijiet biex jissodisfaw dmirijiethom, f'liema każ dan l-iżvelar għandu jkun proporzjonat u għandu jirrispetta l-interessi leġittimi tal-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru, l-ajruporti jew il-partijiet interessati rilevanti l-oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura l-konsistenza fit-test kollu.

Emenda  58

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 13

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 18a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bħala parti mir-reviżjoni perjodika msemmija fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament qafas u mhux aktar minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiffinalizza studju prospettiv dwar il-kundizzjonijiet għall-applikazzjonijiet futuri tal-prinċipji tas-suq għall-forniment u l-ħatra ta' servizzi fl-oqsma tal-komunikazzjoni, in-navigazzjoni, is-sorveljanza, il-meteoroloġija u l-informazzjoni ajrunawtika.

1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji kollha biex tiżgura l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-suq għall-forniment u l-ħatra ta' servizzi fl-oqsma tal-komunikazzjoni, in-navigazzjoni, is-sorveljanza, il-meteoroloġija u l-informazzjoni ajrunawtika sa mhux iktar tard mill-aħħar tal-2010.

Ġustifikazzjoni

M'hemmx raġuni loġika għalfejn il-Kummissjoni għandha tistenna erba' snin qabel tiffinalizza studju biex tinvestiga dan il-qasam. Huwa magħruf minn kulħadd li l-applikazzoni ta' prinċipji tas-suq għal dawn is-servizzi hija diġà possibbli llum. Huwa xieraq, għalhekk, li tkun introdotta immedjatament il-kompetizzjoni għal dawn is-servizzi. Din se twassal għal inqas spejjeż u iktar kwalità ta' servizz.

Emenda  59

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 3 – punt 2

Regolament (KE) Nru 551/2004

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jitolbu lill-ICAO biex jistabbilixxu u jirrikonoxxu Reġjun uniku Ewropew għall-Informazzjoni dwar it-Titjiriet (EFIR). Għal dan il-għan, għal materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun possibbli, tissottometti rakkomandazzjoni lill-Kunsill skond l-Artikolu 300 tat-Trattat l-aktar tard sa.[….].

1. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jitolbu lill-ICAO biex jistabbilixxu u jirrikonoxxu Reġjun uniku Ewropew għall-Informazzjoni dwar it-Titjiriet (EFIR). Għal dan il-għan, għal materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun possibbli, tissottometti rakkomandazzjoni lill-Kunsill skond l-Artikolu 300 tat-Trattat l-aktar tard sal-31 ta' Diċembru 2012.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun preżunt li sal-aħħar tas-sena 2012 il-FABS inkunu nħalqu u diġà jaħdmu, u li l-inkorporazzjoni tagħhom tkun miexja ħarir. Għalhekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jkollhom stampa preċiża dwar l-Istati kollha involuti.

Emenda  60

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 3 – punt 6

Regolament (KE) Nru 551/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-koordinazzjoni u l-allokazzjoni tar-riżorsi skarsi, b'mod partikolari il-frekwenzi tar-radju u l-kodiċi tar-radar transponder;

(b) il-koordinazzjoni u l-allokazzjoni tar-riżorsi skarsi fi ħdan il-frekwenzi użati mit-traffiku tal-ajru ġenerali, b'mod partikolari il-frekwenzi tar-radju kif ukoll koordinazzjoni tal-kodiċi tar-radar transponder;

 

Emenda  61

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 3 – punt 6

Regolament (KE) Nru 551/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Funzjonijiet addizjonali għan-netwerk ta' l-ATM, kif definit fil-Pjan Komprensiv ta' l-ATM.

(c) Funzjonijiet addizjonali għan-netwerk ta' l-ATM, kif definit fil-Pjan Komprensiv ta' l-ATM, inkluż l-immaniġġjar tal-fluss tat-traffiku tal-ajru.

Emenda  62

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 3 – punt 6

Regolament (KE) Nru 551/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 - subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista’, taħt ir-responsabbiltá u l-kontroll proprju tagħha, tinkariga lill-Eurocontrol b’ħidma marbuta ma' l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet ta’ hawn fuq, li ma jinvolvux l-adozzjoni ta’ miżuri li jorbtu ta' ambitu ġenerali jew l-eżerċizzju ta’ setgħa diskrezzjonali. Din il-ħidma għandha titwettaq b'mod imparzjali u li hu ekonomikament effettiv; jiġu kkunsidrati il-ħtiġiet tan-netwerk sħiħ ta’ l-ATM u bl-involviment sħiħ ta’ l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru.

Il-Kummissjoni tista’, taħt ir-responsabbiltà u l-kontroll proprju tagħha, u bi qbil mal-prinċipju tas-sussidarjetà, tinkariga lill-Eurocontrol jew entità oħra b’ħidma marbuta mal-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet ta’ hawn fuq, li ma jinvolvux l-adozzjoni ta’ miżuri li jorbtu ta' ambitu ġenerali jew l-eżerċizzju ta’ setgħa diskrezzjonali. Din il-ħidma għandha titwettaq b'involviment sħiħ tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru b'mod imparzjali u li hu ekonomikament effettivbil-għan li l-miri ta' prestazzjoni jintlaħqu, jiġu kkunsidrati il-ħtiġiet tan-netwerk sħiħ ta’ l-ATM u t-trajettorji tal-ispazju tal-ajru ppreferuti mill-utenti. Meta tistabbilixxi l-funzjoni tal-immaniġġjar tan-netwerk, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun osservat il-prinċipju tas-separazzjoni bejn funzjonijiet regolatorji u operattivi.

Għal dan il-għan, kull funzjoni individwali u r-responsbilitajiet marbutin magħha għandhom jiġu differenzjati u kklassifikati f'kull livell (UE, reġjonali/FAB, nazzjonali). Dawk il-funzjonijiet li jkollhom dimensjoni Ewropea li huma kklassifikati bħala 'operazzjonali' għandhom jitwettqu f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab industrijali li għandhom ukoll jiġu kkonsultati fil-każ ta' funzjonijiet regolatorji.

Emenda  63

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 3 – punt 6

Regolament (KE) Nru 551/2004

Artikolu 6 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Aspetti oħra ta’ tfassil ta’ l-ispazju ta’ l-ajru minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu kkunsidrati fuq livell nazzjonali jew reġjonali. Il-proċess tat-tfassil għandu jikkunsidra t-talbiet u l-kumplessità tat-traffiku u għandu jinkludi konsultazzjoni sħiħa mal-gruppi kollha ta’ l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru kkonċernati.

5. Aspetti oħra ta’ tfassil ta’ l-ispazju ta’ l-ajru minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu kkunsidrati fuq livell nazzjonali jew reġjonali. Il-proċess tat-tfassil għandu jikkunsidra t-talbiet u l-kumplessità tat-traffiku, għandu jkun konsistenti mal-pjanijiet ta’ prestazzjoni nazzjonali jew reġjonali u għandu jinkludi konsultazzjoni sħiħa mal-utenti tal-ispazju tal-ajru jew il-gruppi kollha tal-utenti tal-ispazju tal-ajru kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura l-konsistenza tul it-test kollu.

Emenda  64

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 3 – punt 6

Regolament (KE) Nru 551/2004

Artikolu 6 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jinkarigaw lill-Eurocontrol bil-prestazzjoni ta’ l-amministrazzjoni tal-fluss tat-traffiku ta’ l-ajru kif speċifikat f’regola implimentattiva adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-regolament qafas u b’konformità mal-ħtiġiet stabbiliti mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 9.

6. L-Istati Membri għandhom jinkarigaw lil Eurocontrol riformata jew korp ieħor kompetenti u indipendenti, li jkun suġġett għal arranġamenti xierqa ta' sorveljanza, bil-prestazzjoni ta’ l-amministrazzjoni tal-fluss tat-traffiku ta’ l-ajru kif speċifikat f’regola implimentattiva adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas u b’konformità mal-ħtiġiet stabbiliti mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 9 u 11.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura l-konsistenza tul it-test kollu.

Filwaqt li fil-preżent il-Eurocontrol tinsab f’pożizzjoni tajba biex tipprovdi ġestjoni tal-fluss, dan jista’ ma jkunx il-każ fuq medda ta’ żmien fit-tul.

NOTA SPJEGATTIVA

L-inizjattiva SES[1] tnediet fis-sena 2000 u daħħlet l-ATM fil-politika komuni għat-trasport.

Ġraw ħafna affarijiet mit-tnedija tal-Ajru Uniku fl-2000. Il-politika tat-tkabbir flimkien ma' politika tal-viċinat attiva, estendiet is-suq tal-avjazzjoni Ewropew għal 37 pajjiż. L-espansjoni tas-suq uniku tal-avjazzjoni qiegħda tibdel l-UE f'attriċi globali.

Hemm impressjoni ġenerali li l-SES ma wassalx ir-riżultati mistennija f'ċerti oqsma importanti. B'mod ġenerali, l-approċċ FAB mhux qed jipproduċi l-benefiċċji mistennija f’dak li għandu x’jaqsam mal-effiċjenza mtejba fit-titjiriet, mat-tnaqqis fl-ispejjeż u mad-'deframmentazzjoni'.

Ftit li xejn rajna progress fl-effiċjenza globali tat-tfassil u tal-użu tal-istruttura tar-rotta Ewropea, u konsegwentement ma kien hemm l-ebda titjib fl-effiċjenza tat-titjiriet jew fl-impatt ambjentali.

L-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-passiġġieri qegħdin jidħlu fi spejjeż bla bżonn kaġun tal-ineffiċjenzi fil-katina tal-avjazzjoni, f'termini ta' ħin, ta' ħruq ta' fjuwil u ta' flus.

Il-kompetittività tal-industrija tat-trasport bl-ajru Ewropea teħtieġ approċċ li jqis is-sistema kollha: viżjoni, għanijiet u teknoloġiji komuni, ibbażati fuq qafas regolatorju solidu.

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ressqet pakkett ta’ proposti[2].

- L-erba' regolamenti tas-SES jridu ikunu emendati biex jintroduċu qafas ta' prestazzjoni li jiffissa miri kwantifikati.

- L-estensjoni tal-kompetenzi tal-EASA biex ikopru l-ħoloq kollha fil-katina tas-sikurezza tal-avjazzjoni se ttejjeb is- sikurezza.

- L-approvazzjoni tal-Pjan Majjistru tal-ATM se tħaffef l-innovazzjoni teknoloġika.

- Il-pjan ta' azzjoni għall-ajruporti ser jaffronta l- kapaċità fl-ajru u fuq l-art.

IL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Kontenut: Il-Proposta[3] li temenda s-SES I tintroduċi diversi punti ta’ titjib għal-leġiżlazzjoni oriġinali, fosthom miri vinkolanti ta' prestazzjoni għall-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, funzjoni ta' ġestjoni ta’ Netwerk Ewropew sabiex tiġi żgurata l-konverġenza bejn in-netwerks nazzjonali u data definittiva biex l-Istati Membri jtejbu r-prestazzjoni, għall-bidu permezz tal-FABS .

L-aspetti ewlenin tal-proposta huma: L-indipendenza tal-NSAs; It-tisħiħ fl-involviment tas-sħab soċjali; sistema mtejba ta' prestazzjoni; rekwiżiti ta’ sikurezza armonizzati; it-tħaffif tal-FABS ; it-trasparenza tas-sistema ta’ ħlas preżenti; Ir-Reġjun Uniku Ewropew għat-Tagħrif dwar it-Titjiriet; Id-disponibilità armonizzata tal-informazzjoni aeronawtika; Regoli dwar il-klassifikazzjonijiet tal-ajru u tal-ispazju tal-ajru; Approċċ ta’ Sistema fuq it-tfassil tan-netwerk, il-ġestjoni tan-netwerk u l-użu tat-teknoloġija; u l-komitoloġija.

IL-KUMMENTI TAR-RAPPORTEUR

Ir-Rapporteur jemmen li r-reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv tas-SES u tal-approċċ tas-sistema bbażatu fuq erba’ pilastri huwa eżerċizzju tabilħaqq meħtieġ.

Ir-Rapporteur jinnota li hemm kunsens wiesa’ fost il-partijiet interessati. Ħlief għal xi reazzjonijiet negattivi mill-Unions, u xi riżervi mill-Istati Membri, is-seturri involuti kollha esprimew l-appoġġ tagħhom favur il-pakkett SES II b’mod ġenerali.

Ir-Rapporteur huwa konxji li fil-ħolqien tas-SES għad hemm xi ostakoli tekniċi u xjentifiċi. Barra minn dan, dan jista’ jinkiseb mingħajr ma titpoġġa f’kompromess is-sikurezza. Il-mixja bil-mod fil-proċess tal-integrazzjoni tirriżulta mill-fatt li s-SES qed jinftiehem b’diversi modi. Għalhekk ir-Rapporteur qiegħed jissuġġerixxi definizzjoni ċara ta’ dan il-prinċipju.

Ir-Rapporteur huwa konvint li l-proposta tal-Kummissjoni tittratta b’mod xieraq il-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini. Iżjed minn hekk, din se tgħin fil-kisba tal-għanijiet ambizzjużi Ewropej fil-qasam ambjentali.

Intant, l-industrija tal-manifattura Ewropea se tibbenefika billi tkun fuq quddiem nett tal-innovazzjoni fit-teknoloġija ATM.

The Rapporteur huwa ħerqan biex dan l-għan politiku ċentrali jibqa’ kif inhu, u jitlob lil-leġiżlaturi biex jagħmlu l-almu tagħhom biex jilħqu f’kompromess dwar id-dettalji sabiex jintlaħqu l-għanijiet politiċi ewlenin.

Ir-Rapporteur jemmen li iżjed milli approċċ ambizzjuż minn fuq għal isfel, l-aħjar mod biex jinkiseb is-Sema Uniku jikkonsisti f’konsensus koerenti u wiesa’.

Madankollu, ċerti elementi tal-proposta tal-Kummissjoni għadhom m’humiex ċari u jistgħu jittejbu:

a) L-indipendenza tal-NSAs – għandu jkun hemm garanzija li l-NSAs ikollhom, tal-inqas, indipendenza funzjonali u biżżejjed riżorsi. Ir-Rapporteur jenfasizza li l-Istati Membri diġa qablu mal-idea li jagħtu “indipendenza funzjonali” lill-aġenziji nazzjonali u lill-awtoritajiet ta’ kontroll f'oqsma differenti (pereżempju, it-telekomunikazzjonijiet, l-enerġija u s-swieq tal-gass) u jissuġġerixxi li jittieħed l-istess approċċ fir-rigward tas-sistema tal-avjazzjoni.

b) L-involviment imsaħħaħ tal-partijiet kollha – sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-SES, il-koperazzjoni fuq il-livelli politiċi, soċjali u tekniċi hija essenzjali. Għalhekk, il-qafas tas-SES għandu jmur lil hinn mill-mudell tal-UE u jitqies bħala unità ta' valuri li tinkludi diversi sistemi, u għandu jivvalida kemm jista' jkun malajr sistema teknoloġika sħiħa u unika (SESAR) biex issostni l-objettiv komuni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-appoġġ u l-impenn sħiħ tal-partijiet interessati kollha, b’mod speċjali d-Djalogu Soċjali, sabiex tiżgura li jkun hemm il-paċi soċjali.

c) Sistema ta' prestazzjoni imtejba: L-Iskema tar-Rendiment hija l-element prinċipali, flimkien mal-iskadenza tal-implimentazzjoni tal-FABS .

Ir-Rapporteur jemmen li l-Kummissjoni għandha tiffoka l-attenzjoni tagħha l-iżjed fuq l-iffissar ta’ għanijiet Komunitarji f’sens wiesa' li jkunu jistgħu jiġu kwantifikati u milħuqa. Dawn l-għanijiet għandhom jiffokaw fuq l-oqsma sensittivi kollha, bħas-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-effettività meta mqabbla mal-ispejjeż.

Fid-dawl taz-zona Euro, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaqblu fuq għanijiet nazzjonali u reġjonali (fuq il-livell FAB), flimkien ma' għanijiet Komunitarji f'sens wiesa' permezz tal-kriterji ta' konverġenza. Dan l-approċċ jeħtieġ superviżjoni Ewropea u sistema Ewropea armonizzata ta’ inċentivi u ta' nuqqas ta' inċentivi. Għandhom jinħasbu diversi miżuri korrettivi, u dawn għandhom ikunu armonizzati, effettivi, proporzjonati u persważivi.

Għandu jkun hemm korp indipendenti għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni li josserva u jevalwa r-prestazzjoni tas-sistema.

Fil-fehma tar-Rapporteur l-Eurocontrol għandha ssir PRB, u diġà qiegħda tagħmel bosta attivitajiet simili. Iżda t-tmexxija ta’ din l-organizzazzjoni tinkludi kemm lill-Unjoni Ewropea u kemm lill-istati li m'humiex imsieħba fl-UE. Minn banda, din hija xi ħaġa pożittiva li tirrigwarda l-iżvilupp tas-SES tal-ġejjieni, iżda għalissa qiegħda tqajjem mistoqsijiet ġenwini dwar il-qafas legali, id-diverġenzi possibbli bejn l-interessi tal-istati li qegħdin fl-UE u ta' dawk li m'humiex, l-imparzjalità tal-organizzazzjoni u, fuq kollox, l-indipendenza tagħha u tad-diversi sotto-elementi potenzjali tagħha..

Ir-Rapporteur jemmen li r-riforma ppjanata tal-Eurocontrol għandha ssir qabel id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti preżenti, u għandha ssir b’tali mod li tiżgura l-indipendenza sħiħa fit-tmexxija ta’ sotto-elementi differenti, u tevita n-nuqqas ta' kompatibilità bejn il-ħidmiet Ewropej u aspetti oħrajn relatati mal-attribuzzjonijiet tagħha bħala organizzazzjoni internazzjonali.

d) Sikurezza – ladarba t-traffiku tal-ajru qed ikompli jikber, tenħtieġ inizjattiva favur approċċ ta' sistema sħiħa fil-qasam tas-sikurezza sabiex it-trasport bl-ajru jibqa' sikur u sostenibbli.

e) Għandu jintlaħaq ftehim dwar dispożizzjonijiet ċara rigward l-istabbiliment ta' FABS li sas-sena 2012 ikunu bdew jaħdmu. L-FABS huma biss mezz biex jintlaħaq għan, u jekk l-implimentazzjoni tagħhom ma tkunx ikkoordinata jiżdiedu spejjeż mhux meħtieġa fil-kisba tas-SES. Għalhekk ir-Rapporteur qiegħed jipproponi l-inklużjoni ta’ dispożizzjjonijiet addizzjonali sabiex titħaffef l-integrazzjoni ulterjuri tal-FABS eżistenti u potenzjali fl-SES, b’mod konsistenti għall-aħħar mal-iskema ta' prestazzjoni. Dawn huma essenzjali fil-proċess gradwali tal-firxa tal-viżjoni, tal-prinċipji u tar-rekwiżiti Ewropej fil-konfront ta' pajjiżi terzi ġirien.

Il-ħatra ta’ persuna politika għolja biex tikkoordina s-Sistema tal-FABS għandha tħaffef l-implimentazzjoni u l-integrazzjoni ulterjuri tal-FABS .

Għandhom jiġġeddu l-involiment u l-impenn militari.

f) Skema ta’ ħlas: Ir-Rapporteur jappoġġja bil-qawwi it-trasparenza fil-ħlasijiet. L-ispejjeż ikkalkulati għandhom ikunu konsistenti mal-kriterji ta’ konverġenza li għandhom ikunu bbażati fuq l-iskema ta' prestazzjoni u maqbula, l-ewwel fi ħdan il-FABS u wara mas-SES kollha.

Għandha tingħata attenzjoni partikulari għal proġetti komuni. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu, li jkun hemm qbil komuni dwaru, għal riżorsi finanzjarji addizzjonali fi ħdan l-oqfsa finanzjarji Ewropej. Dan għandu jkun ibbażat fuq il-mudell tal-proġetti prijoritarji TEN-T.

g) Approċċ ta’ sistema dwar it-tfassil tan-netwerk, il-ġestjoni tan-netwerk u l-użu tat-teknoloġija:

* L-Eurocontrol għandha tingħata r-responsabilità tat-tfassil attwali ta' netwerk armonizzat tar-rotot, b'mod konformi mal-għanijiet ta' prestazzjoni Komunitarji, nazzjonali u reġjonali.

* TFM: apparti s-sikurezza u l-effiċjenza, il-proposta tfittex li ttejjeb l-prevedibilità.

h) Regoli tal-implimentazzjoni: Ir-Rapporteur jemmen li r-regoli tal-implimentazzjoni għandhom jitressqu fi żmien xieraq, u jitlob li jkun hemm pjan direzzjonali konsistenti għall-elaborazzjoni attwali tar-regoli tal-implimentazzjoni, billi jitqiesu l-prijoritajiet u l-interkonnessjonijiet tagħhom.

Fid-dawl ta’ dan kollu, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li l-partijiet kollha għandhom jikkommettu ruħhom biex iġibu l-impenji politiċi tagħhom konformi mal-qafas teknoloġiku, u biex iħaffu l-proċess tal-istabbiliment tas-Sema Uniku Ewropew b'mod tabilħaqq konsistenti mal-fażi tal-iżvilupp tas-SESAR, bil-għan li nkunu nistgħu ngawdu, mis-sena 2014 'il quddiem, il-benefiċċji kollha tal-fażi sussegwenti.

  • [1]  Regolamenti (KE) Nru 549/2004, 550/2004 , 551/2004, 552/2004.
  • [2]  COM 388/2008, COM 389/2008, COM 390/2008.
  • [3]  COM 388/2008.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (3.12.2008)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar emendi għar-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 sabiex tiġi mtejba l-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni
(COM(2008)0388 – C6-0250/2008 – 2008/0127(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Teresa Riera Madurell

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Trasport bl-ajru Ewropew

B'iktar minn 700 miljun passiġġier fis-sena[1], b'numru li qed jiżdied ta' kumpaniji tal-ajru u bi tkabbir ta' kemm il-mezzi jifilħu passiġġieri u merkanzija, it-trasport bl-ajru Ewropew għandu tendenza ta' żieda konsistenti fl-iżvilupp dinamiku bi tkabbir medju ta' 5% fis-sena bit-traffiku tal-ajru mbassar li kważi jirdoppja sal-2020.

Żvilupp assoċjat mat-tkabbir fit-trasport tal-ajru huwa dak li jkun hemm piż żejjed fuq is-sistema Ewropea tat-traffiku tal-ajru, kif jidher miż-żieda tad-dewmien fit-titjiriet, konġestjoni f'ajruporti li ġew imwassla sal-limiti tal-kapaċità tagħhom u li jirriżulta f'piż finanzjarju, effett negattiv ikbar fuq l-ambjent kif ukoll riskju akbar fis-sikurezza ta' dak il-qasam.

L-Ajru Uniku Ewropew - l-ewwel pakkett (1999-2004)

Minkejja l-interdipendenza ovvja tal-Istati Membri fit-trasport bl-ajru, l-ispazju tal-ajru hu settur fejn l-integrazzjoni Ewropea qed iddum biex isseħħ u ġġib il-benefiċċji tas-Suq Waħdieni. L-ewwel pakkett tal-Ajru Uniku Ewropew (SES) li ġie adottat f'Marzu 2004 kien iddiżinjat biex jirriforma elementi essenzjali fis-sistema Ewropea tat-traffiku tal-ajru sabiex jiġu indirizzati:

· il-problema ta' kemm tiflaħ traffiku;

· l-ispejjeż biex titħaddem;

· l-emissjonijiet tas-CO2 u l-impatt ambjentali, u

· is-sikurezza;

L-Ajru Uniku Ewropew - it-tieni pakkett (2008 - ~)

Filwaqt li t-tnedija tal-SES kienet pass kbir ’il quddiem, l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu ma wasslitx għal riżultati konkreti. Frammentazzjoni persistenti tfisser ineffiċjenza fl-ispejjeż li jlaħħqu għal spiża annwali ta’ 3.8 biljun Ewro għall-passiġġieri u l-kumpaniji tal-ajru Ewropej. Meta mqabbel mal-Istati Uniti tal-Amerka, l-UE tagħmel nofs it-titjiriet fis-sena imma jiswielha d-doppju biex jitħaddmu.

Minħabba li l-SES għad għandu riżultati mhux sodisfaċenti, hemm ħtieġa ta’ reviżjoni tal-pjan li kien hemm fil-bidu u din ma setgħetx tiġi f’waqt aktar kritiku meta l-prezzijiet tal-fjuwil li qegħdin dejjem jogħlew u l-piż finanzjarju qiegħed dejjem jikber għal kumpaniji tal-ajru li l-falliment tagħhom diġà qiegħed jissemma fl-aħbarjiet fl-2008.

Il-kompitu ewlieni tat-tieni pakkett għall-SES hu li jintroduċi miżuri oħra li jirrinfurzaw u jmexxu dak li diġa kien hemm:

· Skema ta’ eżekuzzjoni b’miri kwantifikati;

· It-twettiq tal-Blokki ta’ Spazju tal-Ajru Funzjonali (FABS ) sal-2012;

· Maniġġjar effiċjenti u modern tat-traffiku tal-ajru Ewropew billi jkun hemm implimentazzjoni tal-Pjan Ġenerali għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM);

· Titjib tas-sikurezza billi r-responabilitajiet tas-sikurezza jiġu konsolidati f’entità waħda – l-Aġenzija tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ewropea (EASA);

Punti prinċipali

Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom tilqa’ b'sodisfazzjon it-tieni pakkett tal-SES u tappoġġja bis-sħiħ l-għadd ta’ miżuri proposti għax temmen li l-enfażi fuq l-implimentazzjoni hi ta’ importanza kbira biex ikun hemm ir-riżultati li huma tant meħtieġa. Il-proposta attwali tal-Kummissjoni tittratta n-nuqqasijiet tal-ewwel pakkett bl-intensità li jistħoqqilhom. Madankollu, dawn jistgħu jkunu megħjuna bi ftit aktar enfasi fuq punti partikolari.

Ir-riforma tas-sistema Ewropea tat-traffiku tal-ajru hi essenzjali biex twassal għal livelli akbar ta’ sikurezza, effiċjenza fl-ispejjeż u protezzjoni ambjentali fit-trasport bl-ajru fl-UE. It-trasport bl-ajru Ewropew għandu jkun imħejji aħjar biex ikun jista’ jaffaċċja suq li dejjem qiegħed isir iktar kompetittiv u fl-istess ħin ikun kemm jista’ jkun bla periklu u ambjentalment sostenibbli. Barra minn hekk, l-irwol tat-teknoloġiji innovattivi hu bla dubju ċentrali biex tinkiseb l-effiċjenza u jintlaħqu l-miri ta’ eżekuzzjoni proposti u għal din ir-raġuni hemm bżonn li jinżamm bis-sħiħ l-appoġġ kontinwu għall-implimentazzjoni tas-SESAR. Hemm bżonn li jkun hemm aktar appoġġ u inkoraġġament fuq il-livell tal-Unjoni u dak tal-Istati Membri biex issir iktar riċerka sabiex it-trasport bl-ajru Ewropew jibqa’ kompetittiv u jkun fuq quddiem nett fid-dinja.

Għal dan l-għan, ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom tistieden lill-Istati Membri kollha biex jibqgħu impenjati lejn l-inizjattiva tal-SES u jaħdmu bis-sħiħ għal twettiq u eżekuzzjoni futura li jkollhom suċċess. Għalhekk, l-irwol tal-fondi pubbliċi għandu jkun rikonoxxut u ma jkunx imwarrab speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Pjan Ġenerali għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru ("ATM Master Plan") li hu indispensabbli u li se jkollu bżonn riżorsi sinifikanti bil-quddiem.

Ir-rapporteur ta’ opinjoni temmen fil-kontribuzzjoni kostruttiva u l-involviment tal-partijiet interessati Ewropej kollha li huma affettwati, li l-ħidma mtejba tagħhom tant tiddipendi mit-twettiq tal-SES. Għalhekk, hi tappoġġja l-irwol imsaħħaħ tal-industrija fil-proposta tal-Kummissjoni kif ukoll titlob konsultazzjoni tal-industrija fl-istadji kollha tal-ippjanar, it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-eżekuzzjoni tal-SES.

Aktar minn hekk, minħabba l-involviment imsaħħaħ tal-industrija fl-ATM, hu essenzjali li wieħed jidentifika b’mod ċar liema funzjonijiet tal-ATM huma r-responsabilità ta’ regolaturi Komunitarji u liema huma r-responsabilità tal-industrija, b’dawn tal-aħħar ikunu infurmati b’mod ċar dwar l-irwol u x-xogħol tagħhom.

Rigward il-provvediment u d-deskrizzjoni tas-servizzi fis-setturi tal-kommunikazzjoni, navigazzjoni, sorveljanza, meteoroloġija, informazzjoni aeronawtika kif ukoll tat-taħriġ, wieħed għandu għax jemmen li sikurezza akbar għandha tkun il-prinċipju fundamentali li jkun ta’ gwida kif ukoll effiċjenza fl-ispejjeż u kwalità aħjar u mhux is-suppożizzjoni bla bażi li l-liberalizzazzjoni se twassal għal dawn il-punti.

Fl-aħħar, ir-rapporteur ta’ opinjoni tappoġġja rwol imsaħħaħ għall-EASA u temmen li d-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-SES iridu jimxu fid-direzzjoni t-tajba billi jipprovdu tifsira vera u jagħmlu użu xieraq minn aġenzija Komunitarja eżistenti li bħalissa qiegħda taħdem anqas minn kemm għandha ħila u tkun f’pożizzjoni aħjar biex torganizza l-attivitajiet kollha fis-settur tas-sikurezza.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Għandu jiġi ċċarat li l-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li jiddeżinjaw fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru fuq il-bażi li dan ikun stabbilit fi Stat Membru ieħor jew li jkun proprjetà ta’ ċittadini ta’ dak l-Istat Membru.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tikkontradixxi kemm l-Artikolu 87d tal-Kostituzzjoni Ġermaniża kif ukoll l-Artikolu 8(3) tar-Regolament SES 550/2004. Skont dawn huwa fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jagħżlu fornitur ta' servizz. Bil-verżjoni l-ġdida ta' l-Artikolu 8(1) din id-diskrezzjoni tiġi limitata kunsiderevolment u jiddaħħal element kompetittiv fil-ħatra tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, li l-Premessa (5) tar-Regolament tgħid speċifikament li m'għandux jiġi applikat.

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Il-paragrafu li ġej 3a għandu jiddaħħal fl-Artikolu 1:

 

'3a. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 għandhom isegwu approċċ tat-tip “minn isfel għal fuq" fejn fornituri ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jkollhom id-dritt u l-obbligu tal-inizjattiva bl-involviment xieraq, mill-bidu tal-proċess, tal-persunal u tal-utenti ċivili u ta’ dawk militari;’

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni mogħtija mill-Imsieħba Soċjali tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM) fir-rapport konsolidat sħiħ dwar il-ħolqien tat-Taqsimiet Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru (FABS ).

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli implimentattivi fejn ikunu provduti espliċitament f'dan ir-Regolament jew fir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 3, jew fejn ikun meħtieġ għajr hekk sabiex jintlaħaq l-għan ta’ dawn ir-Regolamenti.

1. Wara li tikkonsulta l-Korp tal-Konsultazzjoni tal-Industrija u lill-Kumitat Settorjali dwar id-Djalogu, il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli implimentattivi fejn ikunu provduti espliċitament f'dan ir-Regolament jew fir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 3, jew fejn ikun meħtieġ għajr hekk sabiex jintlaħaq il-għan ta’ dawn ir-Regolamenti.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-iżvilupp tar-regoli implimentattivi l-Kummissjoni tista’ toħroġ mandati lil Eurocontrol billi tistabbilixxi l-kompiti li jridu jitwettqu u l-iskeda għal dan. F'din il-konnessjoni, għandha tagħmel sforz biex tagħmel l-aħjar użu mill-arranġementi ta' Eurocontrol għall-involviment u konsultazzjoni tal-partijiet interessati kollha, fejn dawn l-arranġamenti jikkorrispondu mal-prattiċi tal-Kummissjoni dwar proċeduri ta' trasparenza u konsultazzjoni u ma jkunx hemm konflitt ma' l-obbligi istituzzjonali tagħha. Il-Kummissjoni għandha taġixxi skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(2).

2. Għall-iżvilupp tar-regoli implimentattivi l-Kummissjoni tista’ toħroġ mandati lil Eurocontrol rifurmat jew lil istituzzjoni kompetenti u indipendenti oħra billi tistabbilixxi l-kompiti li jridu jitwettqu u l-iskeda għal dan. F'din il-konnessjoni, għandha tagħmel sforz biex tagħmel l-aħjar użu mill-arranġementi ta' Eurocontrol għall-involviment u konsultazzjoni tal-partijiet interessati kollha, fejn dawn l-arranġamenti jikkorrispondu mal-prattiċi tal-Kummissjoni dwar proċeduri ta' trasparenza u konsultazzjoni u ma jkunx hemm konflitt ma' l-obbligi istituzzjonali tagħha. Il-Kummissjoni għandha taġixxi skont il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(2).

Ġustifikazzjoni

Biex ikun iggarantit li l-industrija żżomm is-sorveljanza u l-kontrolli meħtieġa fuq il-funzjonijiet li huma konnessi mal-għoti ta' servizzi, huwa ta' importanza fundamentali li l-Eurocontrol jiġi rifurmat.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 10 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati għandhom ikopru, b’mod partikolari, l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ kunċetti u teknoloġiji ġodda fl-EATMN u għandhom jinkludu mekkaniżmi għal involviment xieraq tal-Kumitat Settorjali dwar id-Djalogu, li twaqqaf skond id-Direttiva 98/500/KE*.'

'il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati għandhom ikopru, b’mod partikolari, l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ kunċetti u teknoloġiji ġodda fl-EATMN. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni għall-involviment xieraq tal-Kumitat Settorjali dwar id-Djalogu fil-kwistjonijiet relevanti kollha u b’mod partikulari f’dawk li, fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, jista' jkollhom konsegwenzi soċjali.’

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 11 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-regolamentazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru tkun konsistenti ma’ sistema bbażata fuq il- prestazzjoni, permezz ta’ livell xieraq ta’ awtonomija fil-ġestjoni u ta’ responsabilità.

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Biex tittejjeb il-prestazzjoni tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni. Din l-iskema għandha tinkludi b'mod partikolari l-elementi li ġejjin:(a)

1. Biex tittejjeb il-prestazzjoni tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew, u wara li tkun ikkonsultat lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni. Din l-iskema għandha tinkludi b'mod partikolari l-elementi li ġejjin:(a)

Ġustifikazzjoni

Qabel ma tkun stabbilita l-iskema tal-prestazzjoni, il-prinċipju tal-konsultazzjoni jrid jissemma b’mod ċar fir-regolament.

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 11 – paragrafu 11 – punt f – inċiż 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ikunu soġġetti għall-konsultazzjoni ma’ fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, ir-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-operaturi tal-ajruport u l-koordinaturi tal-ajruport;

ikunu soġġetti għall-konsultazzjoni ma’ fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, ir-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-operaturi tal-ajruport, l-koordinaturi tal-ajruport u organizzazzjonijiet professjonali;

Ġustifikazzjoni

Qabel ma tkun stabbilita l-iskema tal-prestazzjoni, il-prinċipju tal-konsultazzjoni jrid jissemma b’mod ċar fir-regolament.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Bla ħsara għar-rwol tal-Kumitat, il-Kummissjoni tista’ tiddeżinja l-Eurocontrol jew entità pubblika oħra kompetenti biex taġixxi bħala 'korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni'. Ir-rwol tal-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni għandu jkun li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni jaġixxi b’mod indipendenti meta jwettaq il-kompiti li jkunu fdati lilu mill-kummississjoni.

2. Bla ħsara għar-rwol tal-Kumitat, il-Kummissjoni tista’ tiddeżinja l-Eurocontrol jew entità pubblika oħra kompetenti biex taġixxi bħala 'korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni'. Ir-rwol tal-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni għandu jkun li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni jaġixxi b’mod indipendenti meta jwettaq il-kompiti li jkunu fdati lilu mill-Kummississjoni, li l-kundizzjonijiet differenti li jaħdmu taħthom l-organizzazzjonijiet individwali ta' sikurezza fl-avjazzjoni jingħataw attenzjoni xierqa u li jintagħżel l-istaff bil-kompetenzi relevanti biex ikun fil-korp ta' analiżi. Dan jikkonċerna fuq kollox li jkollhom kompetenzi suffiċjenti dwar il-proċeduri operattivi. Madankollu, it-teħid tad-deċiżjoni finali u l-qawwa tas-sorveljanza għandha tibqa' dejjem f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza jew il-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jitqiesu il-karatteristiċi speċifiċi ta' prestazzjoni nazzjonali meta jiġu stabbiliti s-sistemi ta' prestazzjoni u l-korpi ta’ analiżi tal-prestazzjoni kif ukoll meta jiġu deċiżi l-metodi ta' evalwazzjoni (per eżempju l-livelli differenti tal-komplessità tal-ispazju tal-ajru). Biex dawn il-karatteristiċi speċifiċi jiġu evalwati sew jeħtieġ staff f'dan il-korp li jkun imħarreġ sew fl-operazzjonijiet. Dan m'għandux jiżviluppa f'istituzzjoni ta' sorveljanza, iżda għandu, għal raġunijiet ta' kompetenza tar-responsabilità finali nazzjonali, jillimita ruħu għall-'funzjoni ta' analiżi' li tagħti pariri lill-Kummissjoni.

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 549/2004

Artikolu 11 – punt 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-korp li jeżamina mill-ġdid il-prestazzjoni jkun wieħed indipendenti u li jkollu għarfien espert xieraq, u mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni u ta’ appell.

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 2

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:

imħassar

'Artikolu 4

 

Rekwiżiti tas-sikurezza

 

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas, taddotta r-regoli implimentattivi li jinkorporaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-rekwiżiti regolaturji ta’ sikurezza ta' l-Eurocontrol (ESARRs) u l-emendi sussegwenti ta' dawk ir-rekwiżiti fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, fejn ikun possibli l-adattazzjonijiet u t-titjib xierqa.

 

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni oriġinali tal-kliem tal-Artikolu 4 qed tinżamm kif inhi.

F’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni COM(2008)390, l-iskop tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni (EASA) għandha tkun estiża biex tkopri l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u r-regolamentazzjoni tas-sikurezza tal-ajrudromi.

F'dan is-sens, l-EASA għandha tieħu post l-Unità Regolatorja tas-Sikurezza tal-Eurocontrol u l-ESARRs se jinbidlu bir-regoli ta' implimentazzjoni skont il-qafas tal-EASA.

Bil-għan li tkun żgurata tranżizzjoni mingħajr skossi, ir-regoli ta’ implimentazzjoni tal-EASA għall-ewwel għandhom ikunu bbażati fuq l-ESARRs.

Emenda  12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

'3. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom joħorġu ċertifikati lill-fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru fejn ikunu konformi mar-rekwiżiti komuni li jirreferi għalihom l-Artikolu 6. Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu individwalment għal kull tip ta' servizz ta' navigazzjoni bl-ajru kif definit fl-Artikolu 2 ta' qafas ta' Regolament. Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu individwalment anki fil-każ ta' għadd ta' servizzi, fejn fornitur ta' servizzi tal-ajru, ikun xi jkun l-istatus legali tiegħu, jopera u jżomm is-sistemi ta' komunikazzjoni, ta' navigazzjoni u ta' sorveljanza tiegħu stess. Iċ-ċertifikati għandhom jiġu riveduti fuq bażi regolari.'

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-forniment ta' servizzi ta' traffiku tal-ajru fuq bażi esklusiva ġewwa blokki speċifiċi ta' spazju tal-ajru rigward l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Għal dan il-għan, Stati Membri għandhom jiddeżinjaw fornitur ta' servizz tat-traffiku ta' l-ajru li jkollu ċertifikat validu fil-Komunità.

'1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-forniment ta' servizzi ta' traffiku tal-ajru fuq bażi esklusiva ġewwa blokki speċifiċi ta' spazju tal-ajru rigward l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Għal dan il-għan, Stati Membri għandhom jiddeżinjaw fornitur ta' servizz tat-traffiku tal-ajru li jkollu ċertifikat validu fil-Komunità.

Stat Membru ma għandux jirrifjuta li jiddeżinja fornitur tas-servizz tat-traffiku ta’ l-ajru minħabba li s-sistema legali nazzjonali tiegħu tirrikjedi li l-fornituri tas-servizz tat-traffiku ta’ l-ajru li jipprovdu s-servizzi fi spazju fl-ajru taħt ir-responsabbiltà ta’ dak l-Istat Membru:

 

(a) ikunu proprjetà diretta jew permezz ta’ ishma maġġoritarji ta’ dak l-Istat Membru jew taċ-ċittadini tiegħu, jew

 

(b) ikollhom il-post prinċipali ta’ l-operazzjoni jew uffiċju reġistrat fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, jew

 

(c) jużaw biss il-faċilitajiet f’dak l-Istat Membru.'

 

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tikkontradixxi kemm l-Artikolu 87d tal-Kostituzzjoni Ġermaniża kif ukoll l-Artikolu 8(3) tar-Regolament SES 550/2004. Bil-verżjoni l-ġdida tal-Artikolu 8(1) din id-diskrezzjoni tiġi limitata kunsiderevolment u jiddaħħal element kompetittiv fil-ħatra tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, li l-Premessa (5) tar-Regolament tgħid speċifikament li m'għandux jiġi applikat. Din iż-żieda ma tiżgurax li din id-dispożizzjoni għandha tiġi applikata minn kull Stat Membru, peress li l-verżjoni l-ġdida tal-Artikolu 8(1) tirreferi għas-"sistema legali nazzjonali" rispettiva.

Emenda  14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 9 – punt a – punt (i)

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) L-ispejjeż li għandhom jitqassmu bejn l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru għandhom ikunu l-ispejjeż determinati tal-forniment tas-servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru, inklużi ammonti xierqa għal imgħax fuq kapital investit u deprezzar ta' assi, kif ukoll l-ispejjeż ta' manutenzjoni, operazzjoni, ġestjoni u amministrazzjoni;'

(a) l-ispejjeż li għandhom jitqassmu bejn l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru għandhom ikunu l-ispejjeż determinati tal-forniment tas-servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru, inklużi ammonti xierqa għal imgħax fuq kapital investit u deprezzar ta' assi, kif ukoll l-ispejjeż ta' manutenzjoni, operazzjoni, ġestjoni u amministrazzjoni;' l-ispejjeż determinati se jkunu derivati mill-miri ta’ prestazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Qafas u għandhom jikkontribwixxi għall-effiċjenza tal-ispiża involuta fil-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru kif inhu pprovdut fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament;’

Ġustifikazzjoni

Kif hemm imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Qafas 549/2004 u fl-Artikolu 14 tar-Regolament 550/2004 l-iskema għat-talbiet ta’ ħlas għandha tkun waħda effiċjenti fl-ispiża kemm-il darba jintlaħqu l-miri tal-prestazzjoni.

Emenda  15

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 9 – punt a – punt ii a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia) il-punt (ba) li ġej għandu jiddaħħal:

 

'(ba) fir-rigward tal-blokki tal-ispazju tal-ajru funzjonali, il-ħlasijiet għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-kriterji ta' konverġenza relatati mal-effikaċja fil-konfront tal-ispejjeż li jsiru, bil-ħsieb li wieħed jasal għal ħlas uniformi li jkun totalment konsistenti mal-pjanijiet tan-negozju reġjonali;'

Emenda  16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 9 – punt b – punt (iii)

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Is-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jirrendu dħul suffiċjenti biex jiġġenera akkwist raġonevoli mill-assi biex tkun tista’ ssir kontribuzzjoni għaż-żidiet inkrimentali meħtieġa tal-kapital;'

(c) Is-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jirrendu dħul suffiċjenti biex jiġġenera akkwist raġonevoli mill-assi biex tkun tista’ ssir kontribuzzjoni għaż-żidiet inkrimentali meħtieġa tal-kapital, sakemm jiġu issodisfati l-miri ta' prestazzjoni miftehmin;'

Ġustifikazzjoni

Id-dħul iġġenerat mis-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jista’ jinkludi redditu raġonevoli fuq l-attiv iżda dan se jiġri biss jekk jintlaħqu l-miri tal-prestazzjoni.

Emenda  17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 9 – punt c

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 15 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas, li t-tariffi għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw proġetti komuni ddiżinjati biex jassistu kategoriji speċifiċi ta' l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru u/jew fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru sabiex itejbu l-infrastrutturi kollettivi ta' navigazzjoni ta' l-ajru, il-forniment ta' servizzi ta' l-ajru u l-użu ta' l-ispazju ta' l-ajru. b'mod partikolari dawk li jistgħu ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv ta' l-ATM. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jidentifikaw il-proġett komuni u jispeċifikaw b'mod partikolari skeda għall-implimentazzjoni, l-ispejjeż li jridu jiġu mitluba lill-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru u l-allokazzjonijiet tagħha fost l-Istati Membri.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu jikser il-prinċipji ICAO u l-għanijiet stabbiliti mill-Kummissjoni li l-ħlas għandu jinġabar b'mod oġġettiv, ġust u trasparenti. B'konformità mal-prinċipji ICAO għall-ħlasijiet ATC, m'għandux jintalab mill-utenti tal-ispazju tal-ajru li l-proġetti komuni jiġu ffinanzjati minn qabel.

Emenda  18

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 9 – punt c a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 550/2004

Artikolu 15 – punt 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) il-paragrafu li ġej (4a) għandu jiddaħħal:

 

'4a. Il-Kummissjoni tista' tirrevedi l-Oqfsa Finanzjarji Ewropej eżistenti bil-ħsieb li tipproponi riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-proġetti komuni, speċjalment biex il-ħolqien ta' blokki tal-ispazju tal-ajru funzjonali jitħaffef u biex jiġu assistiti l-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u l-utenti tal-ispazju tal-ajru waqt l-iżvilupp ta' SESAR.'

Emenda  19

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 6

Regolament (KE) Nru 551/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. In-netwerk ta' ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru (ATM) għandu jippermetti l-aqwa użu ta' l-ispazju ta' l-ajru u jiżgura li l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru jkunu jistgħu joperaw fuq it-trajettorji ppreferuti, filwaqt li jippermetti aċċess massimu għall-ispazju ta’ l-ajru u s-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru.

1. In-netwerk ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) għandu jippermetti l-aqwa użu tal-ispazju tal-ajru u jiżgura li l-utenti tal-ispazju tal-ajru jkunu jistgħu joperaw fuq it-trajettorji ppreferuti, fejn dan ikun kompatibbli mar-restrizzjoni operattivi u filwaqt li jippermetti aċċess massimu għall-ispazju tal-ajru u s-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru.

Emenda  20

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 6

Regolament (KE) Nru 551/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 - punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Funzjonijiet addizjonali għan-netwerk ta' l-ATM, kif definit fil-Pjan Komprensiv ta' l-ATM.

(c) Funzjonijiet addizjonali għan-netwerk tal-ATM inkluż l-immaniġġjar tal-flussi, kif definit fil-Pjan Komprensiv tal-ATM.

Emenda  21

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 6

Regolament (KE) Nru 551/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista’, taħt ir-responsabbiltá u l-kontroll proprju tagħha, tinkariga lill-Eurocontrol b’ħidma marbuta ma' l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet ta’ hawn fuq, li ma jinvolvux l-adozzjoni ta’ miżuri li jorbtu ta' ambitu ġenerali jew l-eżerċizzju ta’ setgħa diskrezzjonali. Din il-ħidma għandha titwettaq b'mod imparzjali u li hu ekonomikament effettiv; jiġu kkunsidrati il-ħtiġiet tan-netwerk sħiħ ta’ l-ATM u bl-involviment sħiħ ta’ l-utenti ta’ l-ispazju ta’ l-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru.

Il-Kummissjoni tista’, taħt ir-responsabbiltà u l-kontroll proprju tagħha, u wara li tikkunsidra oġġettivament u ġeografikament l-iktar gwadann xieraq, skont il-prinċipju ta' sussidjarità, tinkariga lil Eurocontrol riformata, jew korp ieħor kompetenti u indipendenti, b’kompiti marbuta ma' l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet ta’ hawn fuq, li ma jinvolvux l-adozzjoni ta’ miżuri li jorbtu ta' ambitu ġenerali jew l-eżerċizzju ta’ setgħa diskrezzjonali. Din il-ħidma għandha titwettaq b'mod imparzjali, trasparenti u li hu ekonomikament effettiv; jiġu kkunsidrati l-ħtiġiet tan-netwerk sħiħ tal-ATM u bl-involviment sħiħ tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-istruttura tal-governanza li tkun tkopri l-eżekuzzjoni ta’ dawn il-funzjonijiet.

 

Waqt it-tfassil tal-funzjonijiet ta' amministrazzjoni tan-netwerk, il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi l-prinċipju tas-separazzjoni bejn inkarigi regolattivi u operattivi. Hawnhekk għandha ssir distinzjoni preċiża u klassifikazzjoni ta' kull funzjoni individwali f'kull livell (Unjoni Ewropea, blokki ta' l-ispazju tal-ajru reġjonali/funzjonali, nazzjonali) kif ukoll tar-responsabilitajiet marbuta magħhom. Funzjonijiet b'dimensjoni Ewropea klassifikati bħala "operattivi" għandhom jingħataw taħt il-gwida tas-sħab industrijali, filwaqt li fil-każ ta' funzjonijiet "regolattivi" dawn għandhom jiġu kkonsultati.

Emenda  22

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 6

Regolament (KE) Nru 551/2004

Artikolu 6 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jinkarigaw lill-Eurocontrol bil-prestazzjoni ta’ l-amministrazzjoni tal-fluss tat-traffiku ta’ l-ajru kif speċifikat f’regola implimentattiva adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-regolament qafas u b’konformità mal-ħtiġiet stabbiliti mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 9.'

6. L-Istati Membri għandhom jinkarigaw lill-Eurocontrol riformata jew korp ieħor kompetenti u indipendenti bil-prestazzjoni tal-amministrazzjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru kif speċifikat f’regola implimentattiva adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-regolament qafas u b’konformità mal-ħtiġiet stabbiliti mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 9.'

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li fil-preżent il-Eurocontrol tinsab f’pożizzjoni tajba biex tipprovdi ġestjoni tal-fluss, dan jista’ ma jkunx il-każ fuq medda ta’ żmien fit-tul.

Emenda  23

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 7

Regolament (KE) Nru 551/2004

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fl-Artikolu 9 qed jinżied il-paragrafu 3 li ġej :

imħassar

'3. Ir-regoli implimentattivi għandhom jinkludu l-konsistenza bejn il-pjani tat-titjiriet u l-iskeda ta’ l-ajruport u l-koordinazzjoni meħtieġa mar-reġjuni kontigwi.

 

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-espressjoni "l-allokazzjonijiet fl-ajruport" (airport slots) hija vaga f'dan il-kuntest. Permezz ta' dan, jinftiehem li hemm konnessjoni mar-Regolament (KEE) Nru 95/93. Però, dan il-każ jittratta strument ta' ppjanar strateġiku u mhux strument operazzjonali (ATM). Il-miżuri li kellhom jittieħdu minħabba r-Regolament Nru 95/93 huma effettivi u xierqa u kull regola ta' implimentazzjoni supplimentari la hija neċessarja u lanqas ġustifikata.

PROĊEDURA

Titolu

Il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni

Referenzi

COM(2008)0388 – C6-0250/2008 – 2008/0127(COD)

Kumitat responsabbli

TRAN

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

8.7.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

       Data tal-ħatra

Teresa Riera Madurell

25.8.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

18.9.2008

16.10.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

2.12.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Den Dover, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Norbert Glante, David Hammerstein, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Werner Langen, Anne Laperrouze, Pia Elda Locatelli, Eluned Morgan, Antonio Mussa, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Aldo Patriciello, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Britta Thomsen, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Pierre Pribetich, John Purvis, Silvia-Adriana Ţicău, Vladimir Urutchev

  • [1]  738 miljun passiġġier tal-ajru mill-ajruporti tal-EU-27 fl-2006 - (EUROSTAT)

PROĊEDURA

Titolu

Il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni

Referenzi

COM(2008)0388 – C6-0250/2008 – 2008/0127(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.6.2008

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

8.7.2008

Kumitat/i mitlub/a jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

8.7.2008

 

 

 

Rapporteur

Data tal-ħatra

Marian-Jean Marinescu

15.7.2008

 

 

Eżami fil-Kumitat

10.9.2008

4.11.2008

2.12.2008

 

Data tal-adozzjoni

8.12.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Sepp Kusstatscher, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Erik Meijer, Luís Queiró, Reinhard Rack, Luca Romagnoli, Gilles Savary, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Michel Teychenné, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philip Bradbourn, Jeanine Hennis-Plasschaert, Eleonora Lo Curto, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Proinsias De Rossa, Giorgos Dimitrakopoulos, Jean-Paul Gauzès, Kyösti Virrankoski